ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 69

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
21 ta' Marzu 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 069/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 55, 7.3.2009

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 069/02

Kawża C-277/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-tielet Awla) tad-9 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Interboves GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas (Direttiva 91/628/KEE — Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni — Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport — Trasport bil-baħar tal-annimali tal-ifrat bejn żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità — Vettura mgħobbija fuq bastiment mingħajr ma jinħattu l-annimali — Perijodu ta' mistrieħ ta' 12-il siegħa — Obbligu)

2

2009/C 069/03

Kawża C-311/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — L-Italja) — Consiglio Nazionale degli Ingegneri vs Ministero della Giustizia, Marco Cavallera (Rikonoxximent tad-diplomi — Direttiva 89/48/KEE — Approvazzjoni ta' kwalifika — Inġinier)

3

2009/C 069/04

Kawżi maqgħuda C-350/06 u C-520/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-20 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Landesarbeitsgericht Düsseldorf, House of Lords — Il-Ġermanja, Ir-Renju Unit) — Gerhard Schultz-Hoff vs Deutsche Rentenversicherung Bund (Kundizzjonijiet tax-xogħol — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Direttiva 2003/88/KE — Dritt għal-leave annwali bil-ħlas — Leave tal-mard — Leave annwali li jaħbat ma' leave tal-mard — Kumpens għal-leave annwali bil-ħlas li ma jitteħidx qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt minħabba mard)

3

2009/C 069/05

Kawża C-455/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-25 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het bedrijfsleven — l-Olanda) — Heemskerk BV, Firma Schaap vs Productschap Vee en Vlees (Regolamenti (KE) Nri 615/98, 1254/1999 u 800/1999 — Direttiva 91/628/KEE — Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni — Protezzjoni tal-annimali tal-ifrat matul it-trasport — Kompetenza ta' korp amministrattiv ta' Stat Membru biex jiddeċiedi, kuntrarjament għad-dikjarazzjoni tal-veterinarju uffiċjali, li l-mezz ta' trasport tal-annimali ma kienx konformi mad-dispożizzjonijiet Komunitarji — Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istati Membri — Eżami ex officio tal-motivi bbażati fuq id-dritt Komunitarju — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reformatio in pejus)

4

2009/C 069/06

Kawża C-150/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Dewmien fil-ħlas tar-riżorsi proprji — Interessi għad-dewmien dovuti — Regoli tal-kontabbiltà — Sistema ATA)

5

2009/C 069/07

Kawża C-230/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Olanda (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2002/22/KE — Komunikazzjonijiet elettroniċi — Numru uniku Ewropew ta' sejħa ta' emerġenza — Lokalizzazzjoni ta' min jagħmel it-telefonata — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

5

2009/C 069/08

Kawża C-240/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tal-20 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Sony Music Entertainment (Il-Ġermanja) GmbH vs Falcon Neue Medien Vertrieb GmbH (Drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur — Drittijiet tal-produtturi ta' fonogrammi — Dritt ta' riproduzzjoni — Dritt ta' distribuzzjoni — Perijodu ta' protezzjoni — Direttiva 2006/116/KE — Drittijiet taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi)

6

2009/C 069/09

Kawża C-278/07 sa C-280/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Hauptzollamt Hamburg-Jonas vs Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb GmbH & Co (Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej — Artikolu 3 — Irkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni — Determinazzjoni ta' perijodu ta' preskrizzjoni — Irregolaritajiet imwettqa qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 2988/95 — Regola ta' preskrizzjoni li tagħmel parti mid-dritt ċivili ġenerali ta' Stat Membru)

6

2009/C 069/10

Kawża C-281/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Bayerische Hypotheken- und Vereinsbank AG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas (Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej — Artikolu 3 — Irkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni — Żball tal-amministrazzjoni nazzjonali — Perijodu ta' preskrizzjoni)

7

2009/C 069/11

Kawża C-318/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Manja Awla) tas-27 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Hein Persche vs Finanzamt Lüdenscheid (Moviment liberu tal-kapital — Taxxa fuq id-dħul — Tnaqqis ta' donazzjonijiet magħmula lil entitajiet karitatevoli — Limitazzjoni tat-tnaqqis tad-donazzjonijiet magħmula lill-entitajiet nazzjonali — Donazzjonijiet in natura — Direttiva 77/799/KEE — Għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta)

8

2009/C 069/12

Kawża C-377/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — STEKO Industriemontage GmbH vs Finanzamt Speyer-Germersheim (Taxxa fuq il-kumpanniji — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Tnaqqis tad-deprezzament ta' ishma f'kumpanniji mhux residenti)

8

2009/C 069/13

Kawża C-473/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État — Franza) — Association nationale pour la protection des eaux et rivières — TOS, Association OABA vs Ministère de l'écologie, du développement et de l'aménagement durables (Tniġġis u inkonvenjenzi — Direttiva 96/61/KE — Anness I — Punt 6.6(a) — Tkabbir intensiv ta' tjur — Definizzjoni — Kunċett ta' tajra — Numru massimu ta' annimali għal kull installazzjoni)

9

2009/C 069/14

Kawża C-492/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2002/21/KE — Netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika — Kunċett ta' abbonat)

9

2009/C 069/15

Kawża C-19/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-29 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen — l-Iżvezja) — Migrationsverket vs Edgar Petrosian, Nelli Petrosian, Svetlana Petrosian, David Petrosian, Maxime Petrosian (Dritt għal ażil — Regolament (KE) Nru 343/2003 — Teħid lura minn Stat Membru ta' applikant għal ażil li l-applikazzjoni tiegħu ġiet miċħuda u li jinsab fi Stat Membru ieħor fejn huwa ppreżenta applikazzjoni ġdida għal ażil — Bidu tat-terminu għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment tal-applikant għal ażil — Proċedura ta' trasferiment li hija s-suġġett ta' rikors li jista' jkollu effett sospensiv)

10

2009/C 069/16

Kawża C-197/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta' Diċembru 2008 — Aktieselskabet af 21. november 2001 vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), TDK Kabushiki Kaisha (TDK Corp.) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(5) — Reputazzjoni — Profitt indebitu min-natura distintiva jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tas-sinjal verbali TDK — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi, Komunitarji u nazzjonali, TDK — Reġistrazzjoni rrifjutata)

10

2009/C 069/17

Kawża C-468/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Settembru 2008 — Coats Holdings Ltd, J&P Coats Ltd vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Kompetizzjoni — Akkordji — Multa — Talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa li stabbiliet il-Qorti tal-Prim'Istanza)

11

2009/C 069/18

Kawża C-500/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Novembru 2008 — Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata tal-appell — Punt ta' tluq — Rikors sabiex il-Qorti tal-Prim'Istanza tagħmel dikjarazzjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni ratione personae ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni — Nuqqas manifest ta' ġurisdizzjoni)

11

2009/C 069/19

Kawża C-501/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Novembru 2008 — S.A.BA.R. SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata tal-appell — Punt ta' tluq)

12

2009/C 069/20

Kawża C-513/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta' Ottubru 2008 — AGC Flat Glass Europe SA, li qabel kienet Glaverbel SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade markKomunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(3) — Trade mark figurattiva li trade mark figurattiva li tirrappreżenta l-istruttura tal-wiċċ tal-ħġieġ — Rifjut ta' reġistrazzjoni — Prova tal-karattru distinttiv miksub permezz ta' użu — Pubbliku rilevanti u territorju li għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni)

12

2009/C 069/21

Kawża C-525/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Novembru 2008 — Philippe Combescot vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Uffiċjali — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Obbligu ta' assistenza — Fastidju psikoloġiku — Kumpens għal dannu — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)

13

2009/C 069/22

Kawża C-526/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Novembru 2008 — Philippe Combescot vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Uffiċjali- Ħatra ta' kariga bħala Kap ta' Delegazzjoni fil-Kolombja — Esklużjoni mill-kompetizzjoni — Talba għal kumpens għad-dannu — Determinazzjoni tal-portata tal-kumpens għad-dannu — Appell in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament infondat)

13

2009/C 069/23

Kawża C-20/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta' Diċembru 2008 — Enercon GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark tridimensjonali kkostitwita mill-forma tal-prodott — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1) — Karattru distintiv tat-trade mark — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

14

2009/C 069/24

Kawża C-81/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Miguel Cabrera Sánchez vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Industrias Cárnicas Valle SA (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Probabbiltà ta' konfużjoni — Trade mark imħallta verbali u figurattiva — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark preċedenti)

14

2009/C 069/25

Kawża C-156/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Niedersächsisches Finanzgericht — Il-Ġermanja) — Monika Vollkommer vs Finanzamt Hannover-Land I (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Sitt Direttiva VAT — Artikolu 33(1) — Kunċett ta' taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Dazju ta' trasferiment ta' proprjetà immobbli)

15

2009/C 069/26

Kawża C-287/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Milano — L-Italja) — Crocefissa Savia, Monica Maria Porcu, Ignazia Randazzo, Daniela Genovese, Mariangela Campanella vs Ministero dell'Istruzione, dell'Università e della Ricerca, Direzione Didattica II Circolo — Limbiate, Úfficio Scolastico Regionale per la Lombardia, Direzione Didattica III Circolo — Rozzano, Direzione Didattica IV Circolo — Rho, Istituto Comprensivo — Castano Primo, Istituto Comprensivo A. Manzoni — Rescaldina (Talba għal deċiżjoni preliminari — Nuqqas ta' rabta mad-dritt Komunitarju — Nuqqas manifest ta' ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

15

2009/C 069/27

Kawża C-424/08: Rikors ippreżentat fil-25 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

16

2009/C 069/28

Kawża C-450/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Tübingen (il-Ġermanja) fil-15 ta' Ottubru 2008 — FGK Gesellschaft für Antriebsmechanik mbH vs Notar Gerhard Schwenkel

16

2009/C 069/29

Kawża C-461/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fit-23 ta' Ottubru 2008 — Don Bosco Onroerend Goed BV vs Staatssecretaris van Financiën

16

2009/C 069/30

Kawża C-477/08: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

17

2009/C 069/31

Kawża C-498/08 P: Appell ippreżentat fit-18 ta' Novembru 2008 minn Fornaci Laterizi Danesi SpA mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tad-9 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-224/08, Fornaci Laterizi Danesi SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

17

2009/C 069/32

Kawża C-522/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (Ir-Repubblika tal-Polonja) fit-28 ta' Novembru 2008 — Telekomunikacja Polska S.A. w Warszawie vs Prezesowi Urzędu Komunikacji Elektronicznej

18

2009/C 069/33

Kawża C-540/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-4 ta' Diċembru 2008 — Mediaprint Zeitungs- und Zeitschriftenverlag GmbH & Co. KG vs Österreich-Zeitungsverlag GmbH

18

2009/C 069/34

Kawża C-550/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (Il-Ġermanja) fil-11 ta' Diċembru 2008 — British American Tobacco (Germany) GmbH vs Hauptzollamt Schweinfurt

19

2009/C 069/35

Kawża C-553/08: Appell ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2008 minn Powerserv Personalservice GmbH, li qabel kienet Manpower Personalservice GmbH mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-405/05, Powerserv Personalservice GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

19

2009/C 069/36

Kawża C-562/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta' Diċembru 2008 — Müller Fleisch GmbH vs Land Baden-Württemberg

20

2009/C 069/37

Kawża C-563/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Granada (Spanja) fit-18 ta' Diċembru 2008 — Carlos Sáez Sánchez u Patricia Rueda Vargas vs Junta de Andalucía u Manuel Jalón Morente et

21

2009/C 069/38

Kawża C-564/08 P: Appell ippreżentat fit-18 ta' Diċembru 2008 minn SGL Carbon AG mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) mogħtija fit-8 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-68/04, SGL Carbon AG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

21

2009/C 069/39

Kawża C-568/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Assen (l-Olanda) fit-22 ta' Diċembru 2008 — Combinatie Spijker Infrabouw/De Jonge Konstruktie, van Spijker Infrabouw BV, de Jonge Konstruktie BV vs Provincie Drenthe

21

2009/C 069/40

Kawża C-569/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-22 ta' Diċembru 2008 — Internetportal und Marketing GmbH vs Richard Schlicht

22

2009/C 069/41

Kawża C-582/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

23

2009/C 069/42

Kawża C-1/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fit-2 ta' Jannar 2009 — Centre d'exportation du livre français (CELF), Ministre de la culture et de la communication vs Société internationale de diffusion et d'édition

24

2009/C 069/43

Kawża C-6/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Belġju

24

2009/C 069/44

Kawża C-7/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

24

2009/C 069/45

Kawża C-8/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

25

2009/C 069/46

Kawża C-9/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

25

2009/C 069/47

Kawża C-15/09: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka

25

2009/C 069/48

Kawża C-17/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja

26

2009/C 069/49

Kawża C-18/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

27

2009/C 069/50

Kawża C-24/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Iżvezja) fid-19 ta' Jannar 2009 — Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening vs AB Fortum Värme samägt med Stockholms stad

27

2009/C 069/51

Kawża C-28/09: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

28

2009/C 069/52

Kawża C-42/09: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

28

2009/C 069/53

Kawża C-43/09 P: Appell ippreżentat fid-29 ta' Jannar 2009 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza mogħtija fid-19 ta' Novembru 2008 mill-Qorti tal-Prim' Istanza (It-Tmien Awla) fil-Kawża T-404/05 Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

29

2009/C 069/54

Kawża C-44/09: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

29

2009/C 069/55

Kawża C-112/06: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

30

2009/C 069/56

Kawża C-243/06: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Charleroi — Il-Belġju) — SA Sporting du Pays de Charleroi, G-14 Groupement des clubs de football européens vs Fédération Internationale de Football Association (FIFA)

30

2009/C 069/57

Kawża C-351/07: Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta' Diċembru 2008(talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — L-Italja) — CEPAV DUE — Consorzio ENI per l'Alta Velocità, Consorzio COCIV, Consorzio IRICAV DUE vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dei Trasporti e della Navigazione

30

2009/C 069/58

Kawża C-474/07: Digriet tal-President tas-17 ta' Diċembru 2008 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

30

2009/C 069/59

Kawża C-494/07: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

30

2009/C 069/60

Kawża C-541/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-14 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

30

2009/C 069/61

Kawża C-548/07: Digriet tal-President tas-Seba' Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet wropej vs Ir-Repubblika Ellenika

31

2009/C 069/62

Kawża C-24/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

31

2009/C 069/63

Kawża C-26/08: Digriet tal-President tal-4 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

31

2009/C 069/64

Kawża C-48/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

31

2009/C 069/65

Kawża C-82/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

31

2009/C 069/66

Kawża C-107/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

31

2009/C 069/67

Kawża C-122/08: Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq

32

2009/C 069/68

Kawża C-130/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

32

2009/C 069/69

Kawża C-142/08: Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

32

2009/C 069/70

Kawża C-148/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil Nru 1 ta' Malaga — Spanja) — Finn Mejnertsen vs Betina Mandal Barsoe

32

2009/C 069/71

Kawża C-181/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

32

2009/C 069/72

Kawża C-187/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

32

2009/C 069/73

Kawża C-190/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Olanda

33

2009/C 069/74

Kawża C-191/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

33

2009/C 069/75

Kawża C-209/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

33

2009/C 069/76

Kawża C-218/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

33

2009/C 069/77

Kawża C-220/08: Digriet tal-President tas-26 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

33

2009/C 069/78

Kawża C-367/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

33

 

Il-Qorti tal-Prim' Istanza

2009/C 069/79

Kawża T-388/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Frar 2009 — Deutsche Post u DHL International vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Rikors għal annullament — Locus standi — Ammissibbiltà — Diffikultajiet serji)

34

2009/C 069/80

Kawża T-125/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' Jannar 2009 — Centro Studi Antonio Manieri vs Il-Kunsill (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta' sejħa għal offerti relatata mat-tmexxija sħiħa ta' crèche — Deċiżjoni li jintużaw is-servizzi tal-Uffiċċju Infrastruttura u loġistika (UIL) u li tiġi rtirata l-proċedura ta' sejħa għal offerti)

34

2009/C 069/81

Kawża T-145/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Frar 2009 — Omya vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Talba għal informazzjoni — Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 — Neċessità tal-informazzjoni mitluba — Proporzjonalità — Terminu raġonevoli — Abbuż ta' poter — Ksur tal-aspettattivi leġittimi)

35

2009/C 069/82

Kawża T-25/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Frar 2009 — Iride u Iride Energia vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Settur tal-enerġija — Kumpens għall-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Obbligu għall-impriża benefiċjarja li tirrimborsa minn qabel għajnuna preċedenti ddikjarata bħala illegali — Riżorsi tal-Istat — Vantaġġ — Obbligu ta' motivazzjoni)

35

2009/C 069/83

Kawża T-74/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' Jannar 2009 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (FEŻR — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Modifika tal-pjan ta' finanzjament mingħajr il-kunsens tal-Kummissjoni — Rati massimi ta' finanzjament previsti għal miżuri speċifiċi — Kunċett ta' modifika sostanzjali — Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 — Obbligu ta' motivazzjoni — Rikors għal annullament)

36

2009/C 069/84

Kawża T-174/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' Jannar 2009 — Volkswagen AG vs UASI (TDI) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TDI — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(1)(ċ) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 62(2) tar-Regolament Nru 40/94 — Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94)

36

2009/C 069/85

Kawża T-413/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Frar 2009 — Bayern Innovativ vs UASI — Life Sciences Partners Perstock (LifeScience) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LifeScience — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Life Sciences Partners — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

37

2009/C 069/86

Kawża T-74/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — Fox Racing vs UASI — Lloyd IP (SHIFT) (Trade mark Komunitarja — Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni)

37

2009/C 069/87

Kawża T-199/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Jannar 2009 — Ziegler vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Ħlas ta' multa — Garanzija bankarja — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta' urġenza)

38

2009/C 069/88

Kawża T-262/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Canon Communications LLC vs UASI (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni)

38

2009/C 069/89

Kawża T-401/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 — Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftehma dwar il-ġestjoni kollettiva ta' drittijiet tal-awtur — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta' urġenza)

38

2009/C 069/90

Kawża T-411/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 — Artisjus vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftehma dwar il-ġestjoni kollettiva ta' drittijiet tal-awtur — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta' urġenza)

39

2009/C 069/91

Kawża T-60/08 P: Appell ippreżentat fit-12 ta' Jannar 2009 minn Georgi Kerelov mis-sentenza mogħtija fid-29 ta' Novembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-19/07, Kerelov vs Il-Kummissjoni

39

2009/C 069/92

Kawża T-100/08 P: Appell ippreżentat fit-12 ta' Jannar 2009 minn Georgi Kerelov mis-sentenza mogħtija fit-12 ta' Diċembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-110/07, Kerelov vs Il-Kummissjoni

40

2009/C 069/93

Kawża T-475/08 P: Appell ippreżentat fid-29 ta' Ottubru 2008 minn Radu Duta mis-sentenza mogħtija fl-4 ta' Settembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-103/07, Duta vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

40

2009/C 069/94

Kawża T-574/08: Rikors ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2008 — Syndicat des thoniers méditerranéens et vs Il-Kummissjoni

41

2009/C 069/95

Kawża T-581/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Diċembru 2008 — Perusahaan Otomobil Nasional vs UASI — Proton Motor Fuel Cell (PM PROTON MOTOR)

42

2009/C 069/96

Kawża T-582/08: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Diċembru 2008 — Carpent Languages vs Il-Kummissjoni

43

2009/C 069/97

Kawża T-589/08: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

43

2009/C 069/98

Kawża T-1/09: Rikors ippreżentat fil-5 ta' Jannar 2009 — Dornbracht vs UASI — Metaform Lucchese (META)

44

2009/C 069/99

Kawża T-5/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2009 — Lind vs Il-Kummissjoni

45

2009/C 069/00

Kawża T-6/09: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Jannar 2009 — Bent Hansen vs Il-Kummissjoni

45

2009/C 069/01

Kawża T-7/09: -Rikors ippreżentat fit-12 ta' Jannar 2009 — Schunk vs UASI (Parti b'forma ċilindrika ta' ċokk ta' torn)

46

2009/C 069/02

Kawża T-12/09: Rikors ippreżentat fit-13 ta' Jannar 2009 — Gruber vs UASI (Run the globe)

46

2009/C 069/03

Kawża T-13/09: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Jannar 2009 — Storck vs UASI (rappreżentazzjoni ta' ġurdien taċ-ċikkulata)

47

2009/C 069/04

Kawża T-14/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2009 — Vanhecke vs Il-Parlament

47

2009/C 069/05

Kawża T-15/09: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Jannar 2009 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH)

48

2009/C 069/06

Kawża T-21/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2009 — Eurotel vs UASI — DVB Project (DVB)

48

2009/C 069/07

Kawża T-22/09: Rikors ippreżentat fl-20 ta' Jannar 2009 — Katjes Fassin vs UASI (Forma ta' wiċċ ta' panda)

49

2009/C 069/08

Kawża T-25/09: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Jannar 2009 — Johnson & Johnson vs UASI — Simca (YouCare)

49

2009/C 069/09

Kawża T-29/09: Rikors ippreżentat fl-20 ta' Jannar 2009 — Easycamp vs UASI — Oase Outdoors (EASYCAMP)

50

2009/C 069/10

Kawża T-31/09: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — Baid vs UASI (LE GOMMAGE DES FACADES)

50

2009/C 069/11

Kawża T-32/09 P: Appell ippreżentat fis-26 ta' Jannar 2009 minn Luigi Marcuccio mid-digriet tal-4 ta' Novembru 2008 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-18/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

51

2009/C 069/12

Kawża T-35/09: Rikors ippreżentat fis-26 ta' Jannar 2009 — Procaps vs UASI — Biofarma (PROCAPS)

51

2009/C 069/13

Kawża T-38/09: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Jannar 2009 — El Corte Inglés vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

52

2009/C 069/14

Kawża T-42/09: Rikors ippreżentat fit-28 ta' Jannar 2009 — A. Loacker SpA vs UASI — Editrice Quadratum (QUADRATUM)

52

2009/C 069/15

Kawża T-43/09: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Frar 2009 — La Cachuera vs UASI — Gelkaps (Ayanda)

53

2009/C 069/16

Kawża T-431/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Jannar 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

53

2009/C 069/17

Kawża T-261/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni vs Banca di Roma

53

2009/C 069/18

Kawża T-239/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Frar 2009 — Comtec Translations vs Il-Kummissjoni

53

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2009/C 069/19

Kawża F-99/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Diċembru 2008 — Di Prospero vs Il-Kummissjoni

54

2009/C 069/20

Kawża F-4/09: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — De Britto Patricio-Dias vs Il-Kummissjoni

54

2009/C 069/21

Kawża F-6/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Frar 2009 — Fares vs Il-Kummissjoni

54

2009/C 069/22

Kawża F-7/09: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Jannar 2009 — Faria vs UASI

55

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/1


(2009/C 69/01)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 55, 7.3.2009

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 44, 21.2.2009

ĠU C 32, 7.2.2009

ĠU C 19, 24.1.2009

ĠU C 6, 10.1.2009

ĠU C 327, 20.12.2008

ĠU C 313, 6.12.2008

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-tielet Awla) tad-9 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Interboves GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-277/06) (1)

(Direttiva 91/628/KEE - Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport - Trasport bil-baħar tal-annimali tal-ifrat bejn żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità - Vettura mgħobbija fuq bastiment mingħajr ma jinħattu l-annimali - Perijodu ta' mistrieħ ta' 12-il siegħa - Obbligu)

(2009/C 69/02)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Interboves GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-punt 48.7(a) u (b) tal-Kapitolu VII tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta' Novembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU L 340 p. 17) — Ħtieġa li jiġi pprovdut perijodu ta' mistrieħ ta' 12-il siegħa wara t-trasport marittimu tal-annimali tal-ifrat bejn żewġ punti tal-Komunità permezz ta' vettura mgħobbija fuq bastiment mingħajr ma jinħattu l-annimali

Dispożittiv

Il-punt 48.7(a) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta' Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/29/KE, tad-29 ta' Ġunju 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għat-trasport bil-baħar, inkluż it-trasport b'bastiment roll-on/roll-off fuq rotta regolari u diretta bejn żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità Ewropea permezz ta' vetturi mgħobbija fuq bastimenti mingħajr ma jinħattu l-annimali, bl-eċċezzjoni, għal dak li jirrigwarda dan it-tip ta' bastiment, tal-perijodi ta' mistrieħ mogħtija lill-annimali wara li jkunu nħattu, li huma previsti fil-punt 48.7(b) tal-imsemmi Anness.

B'mod konformi mad-dispożizzjoni msemmija l-aħħar, l-eżistenza ta' konnessjoni bejn il-perijodu ta' trasport bit-triq li jiġi qabel u dak li jiġi wara perijodu ta' trasport b'bastiment roll-on/roll-off fuq rotta regolari u diretta bejn żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità Ewropea permezz ta' vetturi mgħobbija fuq bastimenti mingħajr ma jinħattu l-annimali tiddependi minn jekk ikunx inqabeż jew le l-perijodu massimu ta' 28 siegħa ta' trasport b'bastiment roll-on/roll-off previst fil-punt 48.4(d) tal-Anness tad-Direttiva 91/628.

Meta t-tul ta' żmien tat-trasport b'bastiment roll-on/roll-off fuq rotta regolari u diretta bejn żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità permezz ta' vetturi mgħobbija fuq bastimenti mingħajr ma jinħattu l-annimali ma jilħaqx il-perijodu massimu ta' 28 siegħa, perijodu ta' trasport bit-triq jista' jibda immedjatament wara li jinħattu l-annimali fil-port tad-destinazzjoni. Sabiex jiġi kkalkulat it-tul ta' żmien ta' dan il-perijodu, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat it-tul ta' żmien tal-perijodu tat-trasport bit-triq li jkun seħħ qabel it-trasport b'bastiment roll-on/roll-off, ħlief jekk perijodu ta' mistrieħ ta' mhux inqas minn 24 siegħa, b'mod konformi mal-punt 48.5 tal-Anness tad-Direttiva 91/628, ikun innewtralizza l-perijodu ta' trasport bit-triq li jkun seħħ qabel it-trasport bil-baħar. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, fil-kawża prinċipali, il-vjaġġ inkwistjoni ssodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq.


(1)  ĠU C 212, 2.9.2006.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — L-Italja) — Consiglio Nazionale degli Ingegneri vs Ministero della Giustizia, Marco Cavallera

(Kawża C-311/06) (1)

(Rikonoxximent tad-diplomi - Direttiva 89/48/KEE - Approvazzjoni ta' kwalifika - Inġinier)

(2009/C 69/03)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Consiglio nazionale degli Ingegneri

Konvenuti: Ministero della Giustizia, Marco Cavallera

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tlett snin (ĠU L 19, p. 16) — Applikabbiltà fil-każ ta' ċittadin Taljan imniżżel fir-reġistru professjonali Spanjol wara r-rikonoxximent tad-diploma tiegħu fl-inġinerija iżda li qatt ma pprattika l-professjoni tiegħu fi Spanja u li jitlob li jkun imniżżel fir-reġistru professjonali Taljan bis-saħħa tat-titolu, maħruġ fi Spanja, li jawtorizzah jeżerċita l-professjoni

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin, ma jistgħux jiġu invokati, sabiex persuna taċċedi għal professjoni rregolamentata fi Stat Membru ospitanti, mit-titolari ta' titolu mogħti minn awtorità ta' Stat Membru ieħor li ma jitlob l-ebda taħriġ li jirriżulta mis-sistema edukattiva ta' dan l-Istat Membru u li ma hi bbażata la fuq eżami u lanqas fuq esperjenza professjonali miksuba fl-imsemmi Stat Membru.


(1)  ĠU C 249, 14.10.2006.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-20 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Landesarbeitsgericht Düsseldorf, House of Lords — Il-Ġermanja, Ir-Renju Unit) — Gerhard Schultz-Hoff vs Deutsche Rentenversicherung Bund

(Kawżi maqgħuda C-350/06 u C-520/06) (1)

(Kundizzjonijiet tax-xogħol - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Dritt għal-leave annwali bil-ħlas - Leave tal-mard - Leave annwali li jaħbat ma' leave tal-mard - Kumpens għal-leave annwali bil-ħlas li ma jitteħidx qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt minħabba mard)

(2009/C 69/04)

Lingwa tal-kawżi: Il-Ġermaniż u l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Düsseldorf, House of Lords

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gerhard Schultz-Hoff (C-350/06), Stringer et (C-520/06)

Konvenuti: Deutsche Rentenversicherung Bund (C-350/06), Her Majesty's Revenue and Customs (C 520/06)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesarbeitsgericht Düsseldorf, House of Lords — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88/KE tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, p. 9) — Dritt għal-leave annwali mħallas suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin: preżenza effettiva fuq il-post tax-xogħol, żamma tal-kapaċità għax-xogħol waqt il-leave u l-eżerċiżżju tad-dritt ma jistax jiġi estiż oltri data partikolari matul is-sena ta' wara — Dritt ta' ħaddiem bil-leave tal-mard għal żmien indeterminat li jieħu leave matul dan il-perijodu — Dritt ta' ħaddiem imkeċċi matul leave tal-mard għal żmien twil li jiġi kkumpensat għal-leave mhux meħud matul is-sena ta' referenza

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li skonthom ħaddiem bil-leave tal-mard mhuwiex intitolat li jieħu leave annwali bil-ħlas matul perijodu inkluż fil-leave tal-mard.

2)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li jipprevedu li d-dritt għal-leave annwali bil-ħlas jiġi estint mat-terminazzjoni tal-perijodu ta' referenza u/jew ta' perijodu għall-ġarr tal-leave stabbilit mid-dritt nazzjonali anki meta l-ħaddiem kien bil-leave tal-mard matul il-perijodu ta' referenza kollu jew parti minnu u l-inkapaċità tiegħu għax-xogħol ippersistit sat-terminazzjoni tar-relazzjoni ta' xogħol tiegħu, raġuni li għaliha hu ma setax jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali bil-ħlas.

3)

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li jipprevedu li, mat-terminazzjoni tar-relazzjoni ta' xogħol, ebda ħlas ta' benefiċċju ta' leave annwali bil-ħlas mhux meħud ma jitħallas lill-ħaddiem li kien bil-leave tal-mard matul il-perijodu ta' referenza kollu jew parti minnu u/jew perijodu għall-ġarr tal-leave kollu jew parti minnu, raġuni li għaliha hu ma setax jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali bil-ħlas. Għall-kalkolu tal-imsemmi ħlas ta' benefiċċju, ir-remunerazzjoni normali tal-ħaddiem, li hija dik għandha tibqa' titħallas matul il-perijodu ta' serħan li tikkorrispondi għal-leave annwali bil-ħlas, hija wkoll determinanti.


(1)  ĠU C 281, 18.11.2006.

ĠU C 56, 10.3.2007.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-25 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het bedrijfsleven — l-Olanda) — Heemskerk BV, Firma Schaap vs Productschap Vee en Vlees

(Kawża C-455/06) (1)

(Regolamenti (KE) Nri 615/98, 1254/1999 u 800/1999 - Direttiva 91/628/KEE - Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Protezzjoni tal-annimali tal-ifrat matul it-trasport - Kompetenza ta' korp amministrattiv ta' Stat Membru biex jiddeċiedi, kuntrarjament għad-dikjarazzjoni tal-veterinarju uffiċjali, li l-mezz ta' trasport tal-annimali ma kienx konformi mad-dispożizzjonijiet Komunitarji - Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istati Membri - Eżami ex officio tal-motivi bbażati fuq id-dritt Komunitarju - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reformatio in pejus)

(2009/C 69/05)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Heemskerk BV, Firma Schaap

Konvenuta: Productschap Vee en Vlees

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — College van Beroep voor het bedrijfsleven Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 615/98, tat-18 ta' Marzu 1998, li jippreskrivi regoli dettaljati fir-rigward ta' rekwiżiti għall-għoti ta' rifużjonijiet konnessi mal-benesseri tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport (ĠU L 82, p. 19), tal-Artikolu 33(9) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999, tas-17 ta' Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 160, p. 21), tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta' Novembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU L 340, p. 17) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999, tal-15 ta' April 1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli (ĠU L 102, p. 11) — Kompetenza ta' korp amministrattiv ta' Stat Membru biex jiddeċiedi, kuntrarjament għad-dikjarazzjoni tal-veterinarju uffiċjali, li l-mezz ta' trasport ma kienx konformi mad-dispożizzjonijiet Komunitarji — Evalwazzjoni abbażi tal-kriterji tal-Istat Membru kkonċernat jew tal-Istat li fih huwa rreġistrat il-bastiment li qed jittrasporta l-annimali — Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istati Membri

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 615/98, tat-18 ta' Marzu 1998, li jippreskrivi regoli dettaljati fir-rigward ta' rekwiżiti għall-għoti ta' rifużjonijiet konnessi mal-benesseri tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport, u, partikolarment, l-Artikoli 1 u 5(3) u (7) tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għandha l-kompetenza tiddeċiedi li trasport ta' annimali ma sarx skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta' Novembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/29/KE, tad-29 ta' Ġunju 1995, anke jekk, il-veterinarju uffiċjali kien iċċertifika, skont l-Artikolu 2(3) tal-istess regolament, li dan it-trasport kien konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva. Sabiex tasal għal din il-konklużjoni, l-imsemmija awtorità għandha tibbaża ruħha fuq provi oġġettivi, fir-rigward tal-benesseri tal-annimali, li huma tali li jikkontestaw id-dokumenti ppreżentati mill-esportatur. Huwa mbagħad f'idejn l-esportatur, jekk ikun il-każ, li jistabbilixxi li l-provi invokati mill-awtorità kompetenti biex turi li d-Direttiva 91/628, kif emendata bid-Direttiva 95/29, ma ġietx osservata, mhumiex rilevanti.

2)

Meta bastiment ikun ġie awtorizzat għat-trasport ta' annimali għal ċerta erja mill-Istat Membru li fih hu rreġistrat il-bastiment, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' esportazzjoni għandha tibbaża ruħha fuq din l-awtorizzazzjoni sabiex tevalwa jekk id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-benesseri tal-annimali matul it-trasport ġewx irrispettati.

3)

Il-kunċett ta' “konformità mad-dispożizzjoni[jiet] stabbilit[i] fil-leġislazzjoni tal-Komunità dwar il-[benesseri] ta' l-annimali” imsemmi fl-Artikolu 33(9) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/99, tas-17 ta' Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella, għandu jiġi interpretat fis-sens li, ladarba jiġi stabbilit li r-rekwiżiti Komunitarji fir-rigward tad-densità tat-tagħbija stipulati fil-punt 47B tal-Kapitolu VI tal-Anness tad-Direttiva 91/628, kif emendata bid-Direttiva 95/29, ma ġewx irrispettati matul it-trasport tal-annimali, għandu, bħala regola, jiġi konkluż li dawn id-dispożizzjonijiet ma ġewx osservati f'dak li jirrigwarda l-annimali kollha ħajjin ittrasportati.

4)

Id-dritt Komunitarju ma jobbligax lill-qorti nazzjonali tapplika ex officio dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju meta tali applikazzjoni twassalha biex teskludi l-prinċipju, stabbilit fid-dritt nazzjonali rilevanti, tal-projbizzjoni ta' reformatio in pejus.


(1)  ĠU C 20, 27.1.2007.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-150/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Dewmien fil-ħlas tar-riżorsi proprji - Interessi għad-dewmien dovuti - Regoli tal-kontabbiltà - Sistema ATA)

(2009/C 69/06)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: G. Wilms u M. Afonso, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża [rappreżentanti: L. Inez Fernandes, J. A. Anjos u C. Guerra Santos, aġenti]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 6(2), 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta' Mejju 1989, li japplika d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 155, p. 1) — Rifjut li jitħallsu l-interessi għad-dewmien fil-każ ta' dewmien fil-ħlas tar-riżorsi proprji fil-kuntest tas-sistema ATA — Regoli tal-kontabbiltà

Dispożittiv

1)

Billi naqset milli tħallas lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej l-interessi għad-dewmien dovuti minħabba d-dewmien fil-ħlas tar-riżorsi proprji fil-kuntest tas-sistema ATA, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obblifi tagħha skont l-Artikoli 2, 6(2) u 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta' Mejju 1989, li japplika d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Komunitajiet.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Portugiża tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, tliet kwarti mill-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

4)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-kumplament tal-ispejjeż.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Olanda

(Kawża C-230/07) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/22/KE - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Numru uniku Ewropew ta' sejħa ta' emerġenza - Lokalizzazzjoni ta' min jagħmel it-telefonata - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst’)

(2009/C 69/07)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Wils u M. Shotter, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Olanda (rappreżentant: C.M. Wissels, aġent)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (GU L 108, p. 51).

Dispożittiv

1)

Billi ma pprovdiex, fir-rigward tat-telefonati għan-numru uniku Ewropew ta' sejħa ta' emerġenza “112”, l-informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni ta' min jagħmel it-telefonata għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet li jimmaniġġjaw l-emerġenzi, safejn dan huwa teknikament possibbli, ir-Renju tal-Olanda naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali).

2)

Ir-Renju tal-Olanda huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tal-20 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Sony Music Entertainment (Il-Ġermanja) GmbH vs Falcon Neue Medien Vertrieb GmbH

(Kawża C-240/07) (1)

(Drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur - Drittijiet tal-produtturi ta' fonogrammi - Dritt ta' riproduzzjoni - Dritt ta' distribuzzjoni - Perijodu ta' protezzjoni - Direttiva 2006/116/KE - Drittijiet taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi)

(2009/C 69/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sony Music Entertainment (Il-Ġermanja) GmbH

Konvenuta: Falcon Neue Medien Vertrieb GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-perjodu ta' protezzjoni ta' drittijiet tal-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati (ĠU L 372, p. 12) — Applikabbiltà tal-perijodu ta' protezzjoni għal xogħol li qatt ma ġie protett fl-Istat Membru li fih il-protezzjoni hija mitluba u fejn id-detentur ta' dan id-dritt mhuwiex ċittadin tal-Komunità

Dispożittiv

1)

Il-perijodu ta' protezzjoni previst mid-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-perjodu ta' protezzjoni ta' drittijiet tal-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati huwa applikabbli wkoll skont l-Artikolu 10(2) ta' din id-direttiva meta s-suġġett inkwistjoni ma kien qatt protett fl-Istat Membru fejn qed tintalab il-protezzjoni.

2)

L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2006/116 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodi ta' protezzjoni previsti minn din id-direttiva japplikaw f'sitwazzjoni fejn ix-xogħol jew is-suġġett inkwistjoni kien, fl-1 ta' Lulju 1995, fih innifsu protett f'mill-anqas Stat Membru wieħed, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' dan l-Istat Membru dwar id-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati u fejn id-detentur ta' tali drittijiet fuq dan ix-xogħol jew dan is-suġġett, li jkun ċittadin ta' pajjiż terz, kien jibbenifika, f'din id-data, mill-protezzjoni prevista minn dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Hauptzollamt Hamburg-Jonas vs Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb GmbH & Co

(Kawża C-278/07 sa C-280/07) (1)

(Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej - Artikolu 3 - Irkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni - Determinazzjoni ta' perijodu ta' preskrizzjoni - Irregolaritajiet imwettqa qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 2988/95 - Regola ta' preskrizzjoni li tagħmel parti mid-dritt ċivili ġenerali ta' Stat Membru)

(2009/C 69/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Konvenuti: Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb GmbH & Co. (C-278/07), Vion Trading GmbH (C-279/07), Ze Fu Fleischhandel GmbH (C-280/07)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, p. 1) — Determinazzjoni ta' perijodu ta' preskrizzjoni applikabbli għall-irregolaritajiet imwettqa qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 2988/95 u li jinvolvu l-irkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

Dispożittiv

1)

Il-perijodu ta' preskrizzjoni previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea huwa applikabbli għall-miżuri amministrattivi bħall-irkupru ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni indebitament mogħtija lill-esportatur b'riżultat ta' irregolaritajiet imwettqa minn dan tal-aħħar.

2)

F'sitwazzjonijiet bħal dawk fil-kawżi prinċipali, il-perijodu ta' preskrizzjoni li huwa pprovdut fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95:

japplika għal irregolaritajiet imwettqa qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament;

jibda jiddekorri mid-data tat-twettiq tal-irregolarità inkwistjoni.

3)

Il-perijodi ta' preskrizzjoni itwal li l-Istati Membri għandhom il-fakultà li japplikaw skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95, jistgħu jirriżultaw minn dispożizzjonijiet ta' dritt komuni preċedenti għad-data tal-adozzjoni ta' dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Bayerische Hypotheken- und Vereinsbank AG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-281/07) (1)

(Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej - Artikolu 3 - Irkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni - Żball tal-amministrazzjoni nazzjonali - Perijodu ta' preskrizzjoni)

(2009/C 69/10)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bayerische Hypotheken- und Vereinsbank AG

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE/Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, p. 1) — Applikabbiltà tat-terminu ta' preskrizzjoni previst mir-Regolament Nru 2988/95 fil-każ ta' rkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni mħallsa wara żball tal-amministrazzjoni nazzjonali mingħajr ma l-operatur ekonomiku inkwistjoni ma jkun wettaq xi irregolarità.

Dispożittiv

Il-perijodu ta' preskrizzjoni ta' erba' snin previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, mhuwiex applikabbli għal proċedura ta' rkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni mħallsa indebitament lil esportatur minħabba żball tal-awtoritajiet nazzjonali meta dan tal-aħħar ma jkun wettaq ebda irregolarità fis-sens tal-Artikolu 1(2) ta' dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Manja Awla) tas-27 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Hein Persche vs Finanzamt Lüdenscheid

(Kawża C-318/07) (1)

(Moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq id-dħul - Tnaqqis ta' donazzjonijiet magħmula lil entitajiet karitatevoli - Limitazzjoni tat-tnaqqis tad-donazzjonijiet magħmula lill-entitajiet nazzjonali - Donazzjonijiet in natura - Direttiva 77/799/KEE - Għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta)

(2009/C 69/11)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hein Persche

Konvenut: Finanzamt Lüdenscheid

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 5(3) KE, ta' l-Artikolu 56 KE u tad-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE, tad-19 ta' Diċembru 1977, dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta (ĠU L 336, p. 15) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta' vantaġġ fiskali previst għar-rigali lill-organizzazzjonijiet b'finalitajiet ta' interess ġenerali bil-kundizzjoni li min jirċievi r-rigal ikun stabbilit fit-territorju nazzjonali — Applikabbiltà tar-regoli tat-Trattat KE fuq il-moviment liberu tal-kapitali għar-rigali in speċi, li huma prodotti għall-użu ta' kuljum, magħmula minn ċittadin ta' Stat Membru lil organizzazzjonijiet b'finalitajiet ta' interess ġenerali, li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru ieħor.

Dispożittiv

1)

Meta persuna taxxabbli titlob fi Stat Membru t-tnaqqis fiskali ta' donazzjonijiet magħmula lil entitajiet stabbiliti u rrikonoxxuti bħala karitatevoli fi Stat Membru ieħor, donazzjonijiet tali jaqgħu taħt dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital, anki jekk huma effettwati in natura fil-forma ta' prodotti għall-użu ta' kuljum.

2)

L-Artikolu 56 KE jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li skontha, fir-rigward tad-donazzjonijiet magħmula lil entitajiet irrikonoxxuti bħala karitatevoli, il-benefiċċju tat-tnaqqis fiskali huwa mogħti biss għad-donazzjonijiet mogħtija lil entitajiet stabbiliti fuq it-territorju nazzjonali, mingħajr ebda possibbiltà għall-persuna taxxabbli li turi li donazzjoni mogħtija lil entità stabbilita fi Stat Membru ieħor tissodisfa l-kundizzjonijiet imposti mill-imsemmija leġiżlazzjoni għall-għoti ta' benefiċċju tali.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — STEKO Industriemontage GmbH vs Finanzamt Speyer-Germersheim

(Kawża C-377/07) (1)

(Taxxa fuq il-kumpanniji - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Tnaqqis tad-deprezzament ta' ishma f'kumpanniji mhux residenti)

(2009/C 69/12)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: STEKO Industriemontage GmbH

Konvenuta: Finanzamt Speyer-Germersheim

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 56 KE — Taxxa fuq il-kumpanniji — Dispożizzjonijiet tranżitorji għas-sena 2001 li jipprojbixxu kumpannija milli tnaqqas id-deprezzament fil-valur tal-ishma li hija għandha f'kumpanniji mhux residenti

Dispożittiv

F'ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn kumpannija b'kapital azzjonarju residenti tipposjedi f'kumpannija b'kapital azzjonarju oħra sehem inferjuri għal 10 %, l-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li projbizzjoni milli jitnaqqas it-tnaqqis ta' profitti marbut ma' dan is-sehem tidħol fis-seħħ iktar kmieni għas-sehem f'kumpannija mhux residenti milli għas-sehem f'kumpannija residenti.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État — Franza) — Association nationale pour la protection des eaux et rivières — TOS, Association OABA vs Ministère de l'écologie, du développement et de l'aménagement durables

(Kawża C-473/07) (1)

(Tniġġis u inkonvenjenzi - Direttiva 96/61/KE - Anness I - Punt 6.6(a) - Tkabbir intensiv ta' tjur - Definizzjoni - Kunċett ta' “tajra’ - Numru massimu ta' annimali għal kull installazzjoni)

(2009/C 69/13)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association nationale pour la protection des eaux et rivières — TOS, Association OABA

Konvenut: Ministère de l'écologie, du développement et de l'aménagement durables

Fil-preżenza ta': Association France Nature Environnement

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d'État (Franza) — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-24 ta' Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, p. 26) — Kamp ta' applikazzjoni rationae materiae tad-Direttiva — Installazzjonijiet intiżi għat-trobbija intensiva ta' tjur b'iktar minn 40 000 post (suġġetti għal sistema ta' awtorizzazzjoni) (punt 6.6. a) tal-Anness I tad-Direttiva) — Kunċett ta' “tjur” u ta' “post” — Inklużjoni jew le tas-summien, perniċi u ħamiem fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva? — Jekk dan huwa l-każ, ammissibbiltà ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li taqsam in-numru ta' annimali għal kull post skont l-ispeċji?

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta' “tajra” msemmi fil-punt 6.6(a) tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-24 ta' Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, kif emendata mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003, tad-29 ta' Settembru 2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi s-summien, il-perniċi u l-ħamiem.

2)

Il-punt 6.6(a) tal-Anness I tad-Direttiva 96/61, kif emendata mir-Regolament Nru 1882/2003, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li twassal sabiex il-limiti għall-għoti ta' permess lil installazzjoni ta' tkabbir intensiv jiġu kkalkulati skont sistema ta' annimali-ekwivalenti li hija bbażata fuq it-tqassim ta' annimali f'postijiet skont l-ispeċji sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni l-livell ta' nitroġenu realment rilaxxjat mid-diversi għasafar.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-492/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/21/KE - Netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika - Kunċett ta' “abbonat’)

(2009/C 69/14)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Nijenhuis u K. Mojzesowicz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Dowgielewicz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 2(k) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21/KE tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU L 108, p. 33) — Definizzjoni tal-abbonat

Dispożittiv

1)

Billi ma ttrasponietx korrettament id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21/KE tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(k) tagħha, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' “abbonat”, ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-29 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen — l-Iżvezja) — Migrationsverket vs Edgar Petrosian, Nelli Petrosian, Svetlana Petrosian, David Petrosian, Maxime Petrosian

(Kawża C-19/08) (1)

(Dritt għal ażil - Regolament (KE) Nru 343/2003 - Teħid lura minn Stat Membru ta' applikant għal ażil li l-applikazzjoni tiegħu ġiet miċħuda u li jinsab fi Stat Membru ieħor fejn huwa ppreżenta applikazzjoni ġdida għal ażil - Bidu tat-terminu għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment tal-applikant għal ażil - Proċedura ta' trasferiment li hija s-suġġett ta' rikors li jista' jkollu effett sospensiv)

(2009/C 69/15)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Migrationsverket

Konvenuti: Edgar Petrosian, Nelli Petrosian, Svetlana Petrosian, David Petrosian, Maxime Petrosian

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Kammarrätten i Stockholm, Migrationsöverdomstolen (l-Iżvezja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 20(1)(d) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta' Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz (ĠU 2003 L 50, p. 1) — Teħid lura minn Stat Membru ta' applikant għal ażil li jinsab fi Stat Membru ieħor u li ppreżenta applikazzjoni ġdida għal ażil hemmhekk — Bidu tal-perijodu li fih għandu jiġi ttrasferit l-applikant għal ażil

Dispożittiv

L-Artikolu 20(1)(d) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta' Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru rikorrenti tipprovdi għall-effett sospensiv ta' rikors, it-terminu għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment jibda jiddekorri, mhux b'effett mid-deċiżjoni ġudizzjarja provviżorja li tissospendi l-implementazzjoni tal-proċedura tat-trasferiment, iżda biss b'effett mid-deċiżjoni ġudizzjarja li tiddeċiedi fuq il-mertu tal-proċedura u li ma tistax tostakola iżjed din l-implementazzjoni.


(1)  ĠU C 64 8.3.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta' Diċembru 2008 — Aktieselskabet af 21. november 2001 vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), TDK Kabushiki Kaisha (TDK Corp.)

(Kawża C-197/07) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(5) - Reputazzjoni - Profitt indebitu min-natura distintiva jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tas-sinjal verbali “TDK’ - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi, Komunitarji u nazzjonali, TDK - Reġistrazzjoni rrifjutata)

(2009/C 69/16)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aktieselskabet af 21. november 2001 (rappreżentant: C. Barrett Christiansen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), TDK Kabushiki Kaisha (TDK Corp.) (rappreżentant: A. Norris, barrister)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Frar 2007, fil-kawża, Aktieselskabet af 21. november 2001 vs UASI (T-477/04), li tiċħad bħala infondat rikors ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “TDK” għal prodotti fil-klassi 25 kontra d-Deċiżjoni R 364/2003-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta' Ottubru 2004, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi, komunitarji u nazzjonali “TDK”.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Aktieselskabet af 21. november 2001 hija kkundanna għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 9.6.2007.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Settembru 2008 — Coats Holdings Ltd, J&P Coats Ltd vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-468/07 P) (1)

(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Kompetizzjoni - Akkordji - Multa - Talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa li stabbiliet il-Qorti tal-Prim'Istanza)

(2009/C 69/17)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Coats Holdings Ltd, J&P Coats Ltd [rappreżentanti: W. Sibree u C. Jeffs, Solicitors]

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u K. Mojzesowicz, aġenti]

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Settembru 2007 fil-kawża T-36/05, Coats Holdings Ltd u J & P Coats Ltd vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4221 finali, tas-26 ta' Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Kawża COMP/F-1/38.338 — PO/Needles), dwar akkordji għat-tqassim tas-suq tal-prodotti tal-haberdashery u għat-tqassim tas-suq ġeografiku, u stabbiliet il-multa imposta fuq ir-rikorrenti għal EUR 20 miljun — Talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Coats Holdings Ltd u J&P Coats Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 297, 8.12.2007.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Novembru 2008 — Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-500/07 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata tal-appell - Punt ta' tluq - Rikors sabiex il-Qorti tal-Prim'Istanza tagħmel dikjarazzjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni ratione personae ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni - Nuqqas manifest ta' ġurisdizzjoni)

(2009/C 69/18)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellanti: Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) (rappreżentanti: E. Coffrini u F. Tesauro, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini u G. Conte, aġenti)

Suġġett

Appell imressaq kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Settembru 2007, Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) vs Il-Kummissjoni (T-175/07) li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet talba sabiex jiġi kkonstatat prinċipalment li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE tal-5 ta' Ġunju 2002, dwar għajnuna mogħtija mill-Istat fil-forma ta' eżenzjonijiet fiskali u self b'kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b'kapital, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21) ma tapplikax għar-rikorrenti u, sussidjarjament, li r-rikorrenti ma bbenefikatx minn għajnuna illegali u b'konsegwenza, sabiex tikseb l-annullament, sa fejn huwa neċessarju, ta' din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Novembru 2008 — S.A.BA.R. SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-501/07 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata tal-appell - Punt ta' tluq)

(2009/C 69/19)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellanti: S.A.BA.R. SpA (rappreżentanti: E. Coffrini u F. Tesauro, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini u G. Conte, aġenti)

Suġġett

Appell imressaq kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Settembru 2007, S.A.BA.R. vs Il-Kummissjoni (T-176/07), li bih il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta' Ġunju 2002, li tiddikjara bħala inkompatibbli mas-suq komuni s-sistema ta' għajnuna (C-27/99, ex NN 69/98) prevista mil-leġiżlazzjoni Taljana fil-forma ta' eżenzjonijiet fiskali u self b'kundizzjonijiet preferenzjali favur impriżi ta' servizzi pubbliċi b'kapital, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

S.A.BA.R. SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta' Ottubru 2008 — AGC Flat Glass Europe SA, li qabel kienet Glaverbel SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-513/07) (1)

(Appell - Trade markKomunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(3) - Trade mark figurattiva li trade mark figurattiva li tirrappreżenta l-istruttura tal-wiċċ tal-ħġieġ - Rifjut ta' reġistrazzjoni - Prova tal-karattru distinttiv miksub permezz ta' użu - Pubbliku rilevanti u territorju li għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni)

(2009/C 69/20)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellant: AGC Flat Glass Europe SA, li qabel kienet Glaverbel SA (rappreżentant: T. Koerl, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Settembru 2007, Glaverbel SA vs L-UASI (T-141/06), li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni R 986/2004-4 tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta' Marzu 2006, li tiċħad ir-rikors kontra d-deċiżjoni tal-eżaminatur li tiċħad ir-reġistrazzjoni ta' trade mark figurattiva li tirrappreżenta l-istruttura tal-wiċċ tal-ħġieġ għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 19 u 21

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

AGC Flat Glass Europe SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 51, 23.2.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Novembru 2008 — Philippe Combescot vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-525/07 P) (1)

(Appell - Uffiċjali - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Obbligu ta' assistenza - Fastidju psikoloġiku - Kumpens għal dannu - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)

(2009/C 69/21)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Philippe Combescot (rappreżentanti: A. Maritati u V. Messa, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent u S. Corongiu, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Settembru 2007, Combescot vs Il-Kummissjoni (T-249/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet talba intiża, minn naħa, sabiex tiġi rikonoxxuta l-illegalità tal-aġir tas-superjuri tar-rikorrent, sabiex jiġi rikonoxxut id-dritt ta' dan tal-aħħar għall-assistenza u għall-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta' Lulju 2001 u l-31 ta' Diċembru 2002 u, min-naħa l-oħra, għall-ħlas ta' kumpens għad-dannu allegat subit mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

P. Combescot huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Novembru 2008 — Philippe Combescot vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-526/07 P) (1)

(Appell - Uffiċjali- Ħatra ta' kariga bħala Kap ta' Delegazzjoni fil-Kolombja - Esklużjoni mill-kompetizzjoni - Talba għal kumpens għad-dannu - Determinazzjoni tal-portata tal-kumpens għad-dannu - Appell in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament infondat)

(2009/C 69/22)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Philippe Combescot (rappreżentanti: A. Maritati u V. Messa, avukati)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent u S. Corongiu, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Settembru 2007, Combescot vs Il-Kummissjoni (T-250/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza kkonstatat biss l-eżistenza ta' dannu morali billi ċaħdet it-talba tal-appellant għar-rikonoxximent tal-illegalità tad-deċiżjoni li eskludietu mill-kompetizzjoni għall-ħatra ta' kariga bħala Kap ta' Delegazzjoni fil-Kolombja, għall-annullament tal-proċedura ta' din il-kompetizzjoni u għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ħatra ta' kariga kkonċernata u għall-kumpens tad-danni l-oħra invokati mill-appellant.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

P. Combescot huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta' Diċembru 2008 — Enercon GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-20/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark tridimensjonali kkostitwita mill-forma tal-prodott - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1) - Karattru distintiv tat-trade mark - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

(2009/C 69/23)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanta: Enercon GmbH (rappreżentanti: R. Böhm u U. Sander, Rechtsanwälte)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal-15 ta' Novembru 2007, Enercon vs UASI (T-71/06), li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Novembru 2005, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-Eżaminatur li jirrifjuta r-reġistrazzjoni ta' trade mark tirdimensjonali Komunitarja li tirrappreżenta l-kisja ta' barra ta' apparat jittrasforma l-enerġija tar-riħ għal prodotti fil-klassi 7 — Karattru distintiv ta' trade mark tridimensjonali kkostitwit mill-forma tal-prodott

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 79, 29.3.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Miguel Cabrera Sánchez vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Industrias Cárnicas Valle SA

(Kawża C-81/08) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta' konfużjoni - Trade mark imħallta verbali u figurattiva - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark preċedenti)

(2009/C 69/24)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Miguel Cabrera Sánchez (rappreżentant: J. Calderón Chavero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. García Murillo, aġent), Industrias Cárnicas Valle SA

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007, Miguel Cabrera Sánchez vs UASI — Industrias Cárnicas Valle (T-242/06) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' Ġunju 2006 (Każ R 790/2005-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Miguel Cabrera Sánchez u Industrias Cárnicas Valle, SA

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

M. Cabrera Sánchez huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 128, 24.5.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Niedersächsisches Finanzgericht — Il-Ġermanja) — Monika Vollkommer vs Finanzamt Hannover-Land I

(Kawża C-156/08) (1)

(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Sitt Direttiva VAT - Artikolu 33(1) - Kunċett ta' “taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ’ - Dazju ta' trasferiment ta' proprjetà immobbli)

(2009/C 69/25)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Niedersächsisches Finanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Monika Vollkommer

Konvenut: Finanzamt Hannover-Land I

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Niedersächsisches Finanzgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 33(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) u tal-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Teħid inkunsiderazzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-bażi ta' stima tad-dazju ta' trasferiment ta' proprjetà immobbli (“Grunderwerbsteuer”), ta' provvisti futuri ta' servizzi li jirrigwardaw kostruzzjoni ta' bini u li huma suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ jekk it-tranżazzjoni ta' akkwist tinkludi, fl-istess waqt, il-kunsinna ta' art għall-bini u s-servizzi imsemmija iktar 'il fuq.

Dispożittiv

L-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE, tas-16 ta' Diċembru 1991, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lil Stat Membru milli, fil-każ ta' akkwist ta' art mhux mibnija, jinkludi l-provvisti futuri ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni fil-bażi ta' tassazzjoni użata għall-kalkolu ta' dazji fuq it-trasferimenti u t-tranżazzjonijiet, bħalma hija l-“Grunderwerbsteuer” prevista mid-dritt Ġermaniż, u b'hekk jaqbad tranżazzjoni, suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud skont l-imsemmija direttiva, flimkien ma' dawn id-dazji l-oħra, sakemm dawn tal-aħħar ma jkollhomx in-natura ta' taxxi fuq il-valur miżjud.


(1)  ĠU C 183, 19.7.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Milano — L-Italja) — Crocefissa Savia, Monica Maria Porcu, Ignazia Randazzo, Daniela Genovese, Mariangela Campanella vs Ministero dell'Istruzione, dell'Università e della Ricerca, Direzione Didattica II Circolo — Limbiate, Úfficio Scolastico Regionale per la Lombardia, Direzione Didattica III Circolo — Rozzano, Direzione Didattica IV Circolo — Rho, Istituto Comprensivo — Castano Primo, Istituto Comprensivo A. Manzoni — Rescaldina

(Kawża C-287/08) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Nuqqas ta' rabta mad-dritt Komunitarju - Nuqqas manifest ta' ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2009/C 69/26)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Crocefissa Savia, Monica Maria Porcu, Ignazia Randazzo, Daniela Genovese, Mariangela Campanella

Konvenuti: Ministero dell'Istruzione, dell'Università e della Ricerca, Direzione Didattica II Circolo — Limbiate, Úfficio Scolastico Regionale per la Lombardia, Direzione Didattica III Circolo — Rozzano, Direzione Didattica IV Circolo — Rho, Istituto Comprensivo — Castano Primo, Istituto Comprensivo A. Manzoni — Rescaldina

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale ordinario di Milano — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2) UE u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem — Dritt għal smigħ xieraq — Leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha effett retroattiv u li timmodifika l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta' xogħol dwar is-salarju.

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandha nuqqas manifest ta' ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunale ordinario di Milano permezz tad-deċiżjoni tas-16 ta' Ġunju 2008.


(1)  ĠU C 236, 13.9.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/16


Rikors ippreżentat fil-25 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-424/08)

(2009/C 69/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u A. Sipos, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

tikkonstata li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta' Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi, billi l-awtoritajiet Ġermaniżi kompetenti ma implementawx pjanijiet ta' emerġenza esterna għall-istabbilimenti kollha suġġetti għall-Artikolu 9 tad-Direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 11(1)(ċ) tad-Direttiva 96/82/KE jobbliga lill-Istati Membri jipprovdu, fir-rigward tal-istabbilimenti kollha suġġetti għall-Artikolu 9 ta' din id-direttiva, sabiex l-awtoritajiet kompetenti jfasslu pjan ta' emerġenza esterna għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti. Dawn il-pjanijiet ta' emerġenza esterna mhux biss għandu jkun fihom informazzjoni dwar il-miżuri ta' intervent fuq ġewwa u fuq barra ta' din is-sit, iżda għandhom ukoll jipprovdu lill-pubbliku informazzjoni speċifika fuq l-inċident u fuq l-azzjoni li għandha tittieħed. Barra minn dan, fil-pjan ta' emerġenza esterna għandhom jiġu inklużi, pereżempju, fil-każ ta' inċident rilevanti b'possibbiltà ta' konsegwenzi transkonfinali, anki informazzjoni intiża għas-servizzi ta' emerġenza u ta' għajnuna ta' Stati Membri oħra.

L-għan ta' dan ir-rikors huwa li jiġi aċċertat li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kisret l-Artikolu 11(1)(ċ) tad-Direttiva 96/82/KE, billi ma fasslitx pjanijiet ta' emerġenza esterna għall-istabbilimenti kollha suġġetti għall-Artikolu 9 ta' din id-direttiva.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Tübingen (il-Ġermanja) fil-15 ta' Ottubru 2008 — FGK Gesellschaft für Antriebsmechanik mbH vs Notar Gerhard Schwenkel

(Kawża C-450/08)

(2009/C 69/28)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Tübingen (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FGK Gesellschaft für Antriebsmechanik mbH

Konvenut: Notar Gerhard Schwenkel

Parti oħra fil-kawża: Il-President tal-Landgerich Tübingen

Domanda preliminari

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta' Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (1) (kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KE, tal-10 ta' Ġunju 1985) għandha tiġi interpretata fis-sens li d-drittijiet mitluba min-nutar uffiċjal fis-servizz ċivili għat-tfassil ta' att relatat ma' operazzjoni li taqa' taħt id-Direttiva 69/335 għandhom jiġu kkunsidrati bħala taxxa fis-sens ta' din id-direttiva meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli jipprovdu, minn naħa, li l-funzjonijiet ta' nutar jistgħu jiġu eżerċitati wkoll minn uffiċjali fis-servizz ċivili li jkunu huma stess il-kredituri tad-drittijiet dovuti lilhom fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom, u, min-naħa l-oħra, li ebda parti mid-drittijiet dovuti fir-rigward tat-tfassil ta' att relatat ma' operazzjoni li taqa' taħt id-Direttiva ma titħallas lill-Istat permezz ta' ċessjoni ta' portata ġenerali?


(1)  ĠU L 249, p. 25.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fit-23 ta' Ottubru 2008 — Don Bosco Onroerend Goed BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-461/08)

(2009/C 69/29)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Don Bosco Onroerend Goed BV.

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 13, B, (g) moqri flimkien mal-Artikolu 4(3)(a) tas-Sitt Direttiva (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment ta' bini li ġie parzjalment imwaqqa' bil-għan li jiġi ssostitwit b'bini ġdid huwa suġġett għat-taxxa?

2)

Il-kwistjoni dwar jekk huwiex il-bejjiegħ jew ix-xerrej tal-bini li ta l-ordni ta' twaqqiegħ u li jieħu f'idejh l-ispiża ta' dan għandha effett fuq ir-risposta għall-ewwel domanda, fid-dawl tal-kunsiderazzjoni li t-trasferiment huwa suġġett għat-taxxa biss jekk ikun il-bejjiegħ li ta l-ordni ta' twaqqiegħ u li jieħu f'idejh l-ispiża ta' dan?

3)

Il-kwistjoni dwar jekk huwiex il-bejjiegħ jew ix-xerrej tal-bini li żviluppa l-pjanijiet għall-bini l-ġdid għandha effett fuq ir-risposta għall-ewwel domanda, fid-dawl tal-kunsiderazzjoni li t-trasferiment huwa suġġett għat-taxxa biss jekk ikun il-bejjiegħ li żviluppa l-pjanijiet għall-kostruzzjoni l-ġdida?

4)

Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda, huwa suġġett għat-taxxa kull trasferiment li jseħħ eżatt wara li x-xogħolijiet ta' twaqqiegħ effettivament jingħataw bidu jew huwa suġġett għat-taxxa biss it-trasferiment li jseħħ ulterjorment, b'mod partikolari meta t-twaqqiegħ ikun diġà fi stat avvanzat?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill (77/388/KE) tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/17


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-477/08)

(2009/C 69/30)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u M. Adam, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

tikkonstata li, billi m'adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (1), jew billi ma nnotifikatx kompletament l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-20 ta' Ottubru 2007.


(1)  ĠU L 255, p. 22.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/17


Appell ippreżentat fit-18 ta' Novembru 2008 minn Fornaci Laterizi Danesi SpA mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tad-9 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-224/08, Fornaci Laterizi Danesi SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-498/08 P)

(2009/C 69/31)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellanti: Fornaci Laterizi Danesi SpA (rappreżentanti: M. Salvi, L. de Nora, M. Manganiello, P. Rivetta, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

Fornaci Laterizi Danesi SpA titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:

tannulla d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunità Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-9 ta' Settembru 2008, mogħti fil-kawża T-224/08, innotifikat permezz ta' faks fit-12 ta' Settembru 2008 u, jekk ikun meħtieġ, tirrinvija l-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza għad-deċiżjoni fil-mertu;

sussidjarjament, u għalhekk fil-każ li l-kawża ma tkunx irrinvijata lill-Qorti tal-Prim'Istanza, tilqa' t-talbiet magħmula mill-appellanti fil-kawża tal-ewwel grad.

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż ta' din il-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Evalwazzjonijiet ġuridiċi żbaljati, motivazzjoni żbaljata, applikazzjoni żbaljata tal-liġi inkwistjoni, nuqqas ta' investigazzjoni (il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE, l-Artikolu 249 KE u l-Artikolu 254 KE, anki flimkien mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali).


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (Ir-Repubblika tal-Polonja) fit-28 ta' Novembru 2008 — Telekomunikacja Polska S.A. w Warszawie vs Prezesowi Urzędu Komunikacji Elektronicznej

(Kawża C-522/08)

(2009/C 69/32)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Telekomunikacja Polska S.A. w Warszawie

Konvenut: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

Domandi preliminari

1)

Id-dritt Komunitarju jippermetti lill-Istati Membri jipprojbixxu lill-operaturi kollha li jipprovdu servizzi ta' telekomunikazzjonijiet milli jissuġġettaw il-konklużjoni ta' kuntratt għall-provvista ta' servizzi għax-xiri ta' servizz ieħor (bejgħ marbut) u, b'mod partikolari, miżura ta' dan it-tip ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jitwettqu l-għanijiet tad-direttivi tal-pakkett tat-telekomunikazzjonijiet (Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (1); id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (2); id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (3); id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (4))?

2)

Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-awtorità regolatorja nazzjonali hija kompetenti sabiex tissorvelja l-osservanza tal-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 57(1)(1) tal-Ustawa — Prawo telekomunikacyjne [Liġi dwar it-telekomunikazzjonijiet] tas-16 ta' Lulju 2004 (Dz. U. Nru 171, poz. 1800, kif emendata)?


(1)  ĠU L 108, 24.2.2002, p. 7-20.

(2)  ĠU L 108, 24.2.2002, p. 21-32.

(3)  ĠU L 108, 24.2.2002, p. 33-50.

(4)  ĠU L 108, 24.2.2002, p. 51-77.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-4 ta' Diċembru 2008 — Mediaprint Zeitungs- und Zeitschriftenverlag GmbH & Co. KG vs “Österreich”-Zeitungsverlag GmbH

(Kawża C-540/08)

(2009/C 69/33)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mediaprint Zeitungs- und Zeitschriftenverlag GmbH & Co. KG

Konvenuta:“Österreich”-Zeitungsverlag GmbH

Domandi preliminari

1)

Dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, bl-esklużjoni ta' eċċezzjonijiet elenkati b'mod eżawrjenti, l-avviż, l-offerta jew l-għoti ta' vantaġġi mingħajr ħlas f'perjodiċi kif ukoll l-avviż ta' vantaġġi mingħajr ħlas assoċjati ma prodotti jew servizzi oħra, mingħajr l-obbligu li jiġi vverifikat każ b'każ il-karattru qarrieqi, agressiv jew żleali ta' tali prattika kummerċjali, tikser l-Artikoli 3(1) u 5(5) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29/KE tal-11 ta' Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (1) jew dispożizzjonijiet oħra tal-istess direttiva, anki meta d-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni għandha bħala skop mhux biss il-protezzjoni tal-konsumaturi, iżda anki għanijiet oħra li ma jidħlux fil-kamp ta' applikazzjoni materjali tal-imsemmija direttiva, bħal pereżempju, iż-żamma tal-pluraliżmu tal-istampa jew il-protezzjoni tal-kompetituri iktar dgħajfa?

2)

F'każ ta' risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda,

il-possibbiltà ta' parteċipazzjoni f'kompetizzjoni b'rigal, marbuta mal-akkwist ta' ġurnal, hija prattika kummerċjali żleali skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali, minħabba l-fatt biss li din il-possibbiltà ta' parteċipazzjoni f'logħba tirrappreżenta, għall-inqas għal parti mill-pubbliku kkonċernat, għalkemm mhux l-uniku motiv, iżda ċertament il-motiv determinanti li jwassalhom sabiex jixtru l-ġurnal?


(1)  ĠU L 149, p. 22.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (Il-Ġermanja) fil-11 ta' Diċembru 2008 — British American Tobacco (Germany) GmbH vs Hauptzollamt Schweinfurt

(Kawża C-550/08)

(2009/C 69/34)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München (Il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: British American Tobacco (Germany) GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Schweinfurt

Domandi preliminari

1)

L-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta' Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prodotti mhux tal-Komunità suġġetti għad-dazju tas-sisa u sottomessi għall-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul skont l-Artikolu 84(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (il-Kodiċi Doganali) għandhom jitqiesu li huma suġġetti għal arranġament ta' sospensjoni anki jekk ġew immanifatturati, taħt proċedura tal-ipproċessar tad-dħul, minn prodotti li fil-mument tal-importazzjoni ma kinux suġġetti għad-dazju tas-sisa, b'tali mod li, skont il-ħmistax-il premessa tad-Direttiva 92/12/KEE, mhuwiex neċessarju li, waqt id-dispaċċ tagħhom, jintuża d-dokument mehmuż imsemmi fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 92/12/KEE?

2)

Fil-każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 92/12/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prova li l-konsenjatarju jkun irċieva l-prodotti tista' ssir b'mod differenti minn dak ta' dokument mehmuż imsemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 92/12/KEE?


(1)  ĠU L 76 p. 1.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/19


Appell ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2008 minn Powerserv Personalservice GmbH, li qabel kienet Manpower Personalservice GmbH mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-405/05, Powerserv Personalservice GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-553/08)

(2009/C 69/35)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Powerserv Personalservice GmbH, li qabel kienet Manpower Personalservice GmbH (rappreżentanti: B. Kuchar, avukat)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Manpower Inc.

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru, T-405/05, u tannulla t-trade mark Komunitarja 76059 għall-prodotti u s-servizzi kollha koperti minnha;

tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Otturbu 2008, T-405/05, sa fejn tikkonċerna l-prova, li ma ġietx ippreżentata, tal-karattru distintiv meħtieġ tat-trade mark Komunitarja 76059 u tirrinvija l-proċedura;

f'kull każ, tikkundanna lill-UASI u lill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għall-ħlas tal-ispejjeż sostnuti mill-appellanti fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa intiż kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza li ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-appellanti għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (iktar 'il quddiem l-“UASI”) tat-22 ta' Lulju 2005 rigward it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja “MANPOWER”. Il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li t-trade mark Komunitarja “MANPOWER” għall-prodotti u s-servizzi rreġistrati hija deskrittiva biss fir-Renju Unit, fl-Irlanda, fil-Ġermanja u fl-Awstrija u kkonfermat id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li t-trade mark ikkonċernata kisbet karattru distintiv permezz tal-użu fil-pajjiżi li fihom hija deskrittiva.

L-aggravji invokati insostenn tal-appell huma l-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 51(1)(a) u (2) flimkien ma' dawk tal-Artikolu 7(1)(ċ) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja.

Bil-kontra tal-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza, is-sinjal “MANPOWER” huwa wkoll deskrittiv — kif il-Bord tal-Appell tal-UASI kien ġustament ikkunsidra — fl-Olanda, fl-Iżvezja, fid-Danimarka u fil-Finlandja, kif ukoll fl-Istati Membri l-oħrajn kollha tal-Komunità qabel l-1 ta' Mejju 2004. Kieku l-Qorti tal-Prim'Istanza ħadet inkunsidrazzjoni l-fatt li, skont statistika tal-Kummissjoni Ewropea, 47 % tal-persuni inkwistjoni tal-Komunità jitkellmu bl-Ingliż, hija kien ikollha tikkonkludi li t-trade mark verbali “MANPOWER” hija deskrittiva, barra milli fil-Ġermanja u fl-Awstrija, fl-Istati Membri l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari fl-Olanda, fl-Iżvezja, fil-Finlandja u fid-Danimarka. Fir-rigward tal-Istati Membri l-oħrajn tal-Komunità qabel l-1 ta' Mejju 2004, il-Qorti tal-Prim'Istanza injorat ukoll li, minħabba l-edukazzjoni skolastika obbligatorja f'kull wieħed minn dawn l-Istati Membri, il-parti rilevanti tal-popolazzjoni totali għandha għarfien biżżejjed tal-Ingliż sabiex tifhem it-tifsira ta' vokabularju bażiku, bħall-kliem “MANN” u “POWER”, u tipperċepixxi għaldaqstant il-kelma “MANPOWER” bħala deskrittiva fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi tal-proprjetarju tat-trade mark. Madankollu, il-Qorti tal-Prim'Istanza mhux biss ma tindikax għaliex hemm lok li ma taċċettax li l-popolazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' dik tar-Renju Unit u tal-Irlanda, għandha għarfien, inkluż dak bażiku, tal-lingwa Ingliża, iżda tmur barra minn hekk kontra l-ġurisprudenza tagħha, li tgħid li ċertu għarfien bażiku tal-lingwa Ingliża huwa rikonoxxut ukoll fir-rigward tal-popolazzjoni totali, minbarra dik tar-Renju Unit u tal-Irlanda, fejn tidħol il-perċezzjoni ta' trade mark.

Dwar il-prova tal-karattru distintiv miksub permezz tal-użu, il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi sa fejn hija estendiet il-pubbliku rilevanti meta mqabbel mad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, mingħajr ma evalwat mill-ġdid il-provi tal-kisba tal-karattru distintiv. Anki jekk wieħed jaqbel mal-Qorti tal-Prim'Istanza li l-prova tar-reputazzjoni għandha titressaq biss fir-rigward tar-Renju Unit, tal-Irlanda, tal-Ġermanja u tal-Awstrija, l-imsemmija Qorti tal-Prim'Istanza kellha, fid-dawl tal-estensjoni tal-pubbliku, tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell fuq dan il-punt u tirrinvija l-kawża quddiem l-imsemmi Bord. Il-Qorti tal-Prim'Istanza kkonfermat ukoll, inġustament, il-fehma tal-Bord tal-Appell fir-rigward tal-“effett ta' spill over” tal-eventwali reputazzjoni tat-trade mark ikkonċernata mir-Renju Unit għall-Irlanda, meta “spill over” tar-reputazzjoni ta' trade mark la jista' jiġi sostnut minn Stat Membru għal ieħor u lanqas minn prodott jew servizz għal prodott jew servizz ieħor.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta' Diċembru 2008 — Müller Fleisch GmbH vs Land Baden-Württemberg

(Kawża C-562/08)

(2009/C 69/36)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Müller Fleisch GmbH

Konvenut: Land Baden-Württemberg

Parti interessata: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1) flimkien mal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 (1) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1248/2001 (2) tat-22 ta' Ġunju 2001, għandu jiġi interpretat b'mod li jipprekludi l-estensjoni tal-obbligu ta' test għall-bovini kollha li għandhom iktar minn 24 xahar, kif previst mir-Regolament dwar screening għall-BSE tal-1 ta' Diċembru 2000 (BSE-Untersuchungsverordnung) (BGBl I, p. 1659), emendat bir-Regolament tal-25 ta' Jannar 2001 (BGBl I, p. 164)?


(1)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1248/2001 tat-22 ta' Ġunju 2001 li jemenda l-Annessi III, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sorveljanza epidemjoloġika u ttestjar tal-enċifalopatiji sponġiformi trasmissibbli (ĠU L 173, p. 12).


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Granada (Spanja) fit-18 ta' Diċembru 2008 — Carlos Sáez Sánchez u Patricia Rueda Vargas vs Junta de Andalucía u Manuel Jalón Morente et

(Kawża C-563/08)

(2009/C 69/37)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo de Granada.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Carlos Sáez Sánchez u Patricia Rueda Vargas

Konvenuti: Junta de Andalucía u Manuel Jalón Morente et

Domanda preliminari

L-Artikoli 2.3 u 2.4 tal-Liġi Statali 16/1997 tal-25 ta' April 1997, li tirregola s-servizzi tal-ispiżeriji, sa fejn jistabbilixxu limiti territorjali u demografiċi għall-ftuħ ta' spiżeriji, jiksru l-Artikolu 43 KE, sa fejn jistabbilixxu sistema tal-limitazzjoni tan-numru ta' spiżeriji sproporzjonat, u kontroproduttiv, fid-dawl tal-għan ta' provvista tajba ta' mediċini tat-territorju inkwistjoni?


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/21


Appell ippreżentat fit-18 ta' Diċembru 2008 minn SGL Carbon AG mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) mogħtija fit-8 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-68/04, SGL Carbon AG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-564/08 P)

(2009/C 69/38)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: SGL Carbon AG (rappreżentanti: M. Klusmann u K. Beckmann, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) mogħtija fit-8 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-68/04 (SGL Carbon AG vs Il-Kummissjoni);

tnaqqas, b'mod xieraq, l-ammont tal-multa imposta fuq l-appellanti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2003;

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex din tiġi deċiża mill-ġdid;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-suġġett ta' dan l-appell huwa s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza li permezz tagħha r-rikors ippreżentat mill-appellanti kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/420/KE tat-3 ta' Diċembru 2003 dwar akkordju fis-suq tal-prodotti ta' karbonju u grafita għal applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi ġie miċħud.

L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq żewġ aggravji bbażati rispettivament fuq il-ksur tad-dritt Komunitarju mill-Qorti tal-Prim'Istanza u fuq nuqqas proċedurali.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti tikkritika lill-Qorti tal-Prim'Istanza li wettqet żball ta' liġi billi ma kkunsidratx l-argument li hija esponiet fl-ewwel istanza dwar l-inklużjoni żbaljata tad-dħul mill-bejgħ kaptiv fil-volumi tas-swieq użati għall-iffissar tal-ammonti inizjali tal-multi. Barra minn hekk, hija tikkontesta n-natura sproporzjonata fid-dritt tal-ammont inizjali li ġie applikat għaliha billi tinvoka ksur tal-prinċipji ta' non-diskriminazzjoni u proporzjonalità kif ukoll ksur tal-Artikolu 253 KE.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha l-appellanti tinvoka żball ta' evalwazzjoni fid-determinazzjoni tal-ammont inizjali tal-multa fir-rigward tagħha, li tmur lil hinn mis-setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Prim'Istanza. B'hekk, il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret ukoll il-prinċipji ta' non-diskriminazzjoni u proporzjonalità. Bi ħsara għall-appellanti, hija tbiegħdet mill-ġurisprudenza tagħha stess, mingħajr ma tat raġunijiet legali, rigward il-kwistjoni tal-adozzjoni awtorizzata ta' multi skont il-kategoriji tal-ishma tas-suq. Filwaqt li, fid-deċiżjonijiet preċedenti simili, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet kategoriji ta' ishma tas-suq jew “partijiet” massimi ta' 5 % bħala xierqa, f'din il-kawża hija bbażat ruħha fuq kategoriji ta' ismha tas-suq ta' 10 %, li jiżvantaġġja sostanzjalment lill-appellanti bħala impriża li taqa' fil-parti l-baxxa tal-kategorija tagħha.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Assen (l-Olanda) fit-22 ta' Diċembru 2008 — Combinatie Spijker Infrabouw/De Jonge Konstruktie, van Spijker Infrabouw BV, de Jonge Konstruktie BV vs Provincie Drenthe

(Kawża C-568/08)

(2009/C 69/39)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Assen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:

1.

Combinatie Spijker Infrabouw/De Jonge Konstruktie,

2.

van Spijker Infrabouw BV,

3.

de Jonge Konstruktie BV

Konvenuta: Provincie Drenthe.

Domandi preliminari

1.

a.

L-Artikolu 1(1) u (3) u l-Artikolu 2(1) u (6) tad-Direttiva 89/665/KEE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma inkompatibbli ma' sistema li fiha l-protezzjoni ġuridika li l-qorti nazzjonali għandha tiżgura f'kawżi li jirrigwardaw kuntratti pubbliċi rregolati mid-dritt Ewropew issir iktar diffiċli minħabba li, f'din is-sistema, li fiha kemm il-qorti amministrattiva kif ukoll il-qorti ċivili jistgħu jkollhom ġurisdizzjoni fir-rigward tal-istess deċiżjoni u tal-effetti tagħha, dawn il-qrati jistgħu jagħtu deċiżjonijiet paralleli inkompatibbli?

b.

Huwa legali f'dan il-kuntest li l-qorti amministrattiva għandha tillimita ruħha li tiddeċiedi fuq id-deċiżjoni ta' għoti u, fl-affermattiv, għaliex u taħt liema kundizzjonijiet?

c.

Huwa legali f'dan il-kuntest li l-Algemene wet bestuursrecht, li tirregola b'mod ġenerali r-rikorsi quddiem il-qorti amministrattiva, ma tippermettix li l-kawża titressaq quddiem din tal-aħħar fil-każ ta' deċiżjonijiet dwar il-konklużjoni ta' kuntratt għal xogħolijiet mill-awtorità kontraenti ma' wieħed mill-offerenti u, fl-affermattiv, għaliex u taħt liema kundizzjonijiet?

d.

Ir-risposta għad-domanda 2 hija sinjifikanti f'dan ir-rigward?

2.

a.

L-Artikolu 1(1) u (3) u l-Artikolu 2(1) u (6) tad-Direttiva 89/665/KEE għandhom ikunu interpretati fis-sens li ma jipprekludux sistema li fiha, sabiex tinkiseb deċiżjoni malajr, l-unika proċedura disponibbli hija dik ikkaratterizzata mill-fatt li din, prinċipalment, għandha bħala għan li tippermetti l-adozzjoni ta' miżura mandatorja bil-ħeffa, li l-avukati m'għandhomx id-dritt jiskambjaw opinjonijiet, li l-provi jistgħu, bħala regola, jiġu ppreżentati biss bil-miktub u li r-regoli legali dwar il-prova mhumiex applikabbli?

b.

F'każ ta' risposta negattiva, dan japplika wkoll meta s-sentenza ma twassalx għall-iffissar definittiv tar-relazzjonijiet ġuridiċi u ma tifformax parti minn proċess deċiżjonali li jipproduċi r-res judicata?

c.

Huwa irrilevanti li s-sentenza torbot biss lill-partijiet anki jekk jista' ikun hemm partijiet ikkonċernati oħra?

3.

Huwa kumpatibbli mad-Direttiva 89/665/KEE l-fatt li imħallef għal miżuri provviżorji jordna lill-awtorità kontraenti tadotta deċiżjoni ta' għoti li, fil-kors ta' proċeduri fuq il-mertu ulterjuri, hija ddikjarata inkompatibbli mar-regoli Ewropej dwar il-kuntratti pubbliċi?

4.

a.

F'każ ta' risposta negattiva, l-awtorità kontraenti għandha tiġi kkunsidrata bħala li hija responsabbli u, fl-affermattiv, f'liema sens?

b.

Dan japplika wkoll f'każ ta' risposta affermattiva għad-domanda?

c.

Jekk din l-awtorità kontraenti kellha tikkumpensa d-dannu, id-dritt Komunitarju jipprovdi kriterji li abbażi tagħhom dan id-dannu għandu jiġi kkonstatat u evalwat, u, fl-affermattiv, liema huma?

d.

Jekk l-awtorità kontraenti ma tistax tiġi kkunsidrata bħala responsabbli, id-dritt Komunitarju jippermetti li tiġi indikata persuna oħra li tkun responsabbli u fuq liema bażi?

5.

Jekk, skont id-dritt nazzjonali jew abbażi tar-risposti għad-domandi preċedenti, jew skont it-tnejn, jirriżulta li huwa impossibbli jew estremament diffiċli fil-prattika li jiġu stabbiliti l-effetti tar-responsabbiltà, x'għandha tagħmel il-qorti nazzjonali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' reviżjoni għall-għoti ta' kuntratti ta' provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta' kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet] (89/665/KEE) (ĠU L 395, p. 33).


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-22 ta' Diċembru 2008 — Internetportal und Marketing GmbH vs Richard Schlicht

(Kawża C-569/08)

(2009/C 69/40)

Lingwa tal-kawża: Il-Germaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Internetportal und Marketing GmbH

Konvenut: Richard Schlicht

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 21(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004, tat-28 ta' April 2004, li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju tal-Ogħla Livell the.eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżisti dritt skont din id-dispożizzjoni fil-każijiet fejn:

a)

it-trade mark tkun sempliċement irreġistrata bl-għan biss li, fl-ewwel fażi tal-proċedura ta' reġistrazzjoni b'fażijiet differenti, issir talba għal reġistrazzjoni ta' isem tad-dominju li jikkorrispondi ma' denominazzjoni ġenerika — bil-lingwa Ġermaniża -, mingħajr l-intenzjoni li din it-trade mark tintuża għal prodotti jew għal servizzi?

b)

it-trade mark li fuqha hija bbażata r-reġistrazzjoni tad-dominju li tikkorrispondi għal denominazzjoni ġenerika — bil-lingwa Ġermaniża -, ma tinkludix l-isem tad-dominju safejn hija tinkludi karattri speċjali li ġew eliminati mill-isem tad-dominju, għalkemm dawn setgħu jinkitbu b'karattri normali u li l-eliminazzjoni tagħhom għandha l-effett li l-isem tad-dominju huwa differenti mit-trade mark b'mod li ma joħloqx probabbiltà ta' konfużjoni?

2)

L-Artikolu 21(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 874/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li interess leġittimu jeżisti biss fil-każijiet previsti fl-Artikolu 21(2)(a) sa (ċ)?

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għal din id-domanda:

3)

Ikun hemm interess leġittimu wkoll fis-sens tal-Artikolu 21(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 874/2004 fil-każ fejn il-proprjetarju tal-isem tad-dominju li jikkorrispondi ma' denominazzjoni ġenerika — bil-lingwa Ġermaniża — jixtieq jużah għal sit tal-Internet tematiku?

Fil-każ li tingħata risposta pożittiva għad-domandi 1 u 3:

4)

L-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KE) Nru 874/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li huma biss iċ-ċirkustanzi msemmija fis-subparagrafi (a) sa (e) ta' din id-dispożizzjoni li jistgħu jistabbilixxu mala fede skont l-Artikolu 21(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 874/2004?

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għal din id-domanda:

5)

Ikun hemm mala fede fis-sens tal-Artikolu 21(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 874/2004 fil-każ fejn l-isem tad-domunju ġie rreġistrat matul l-ewwel fażi tal-proċedura ta' reġistrazzjoni b'fażijiet differenti abbażi ta' trade mark li tikkorrispondi għal denominazzjoni ġenerika — bil-lingwa Ġermaniża -, trade mark li l-proprjetarju tal-isem tad-dominju kiseb bl-għan biss li, fl-ewwel fażi tal-proċedura ta' reġistrazzjoni b'fażijiet differenti, jitlob ir-reġistrazzjoni ta' isem tad-dominju qabel partijiet interessati oħra u, fi kwalunkwe każ, qabel il-proprjetarji tad-drittijiet tat-trade mark?


(1)  ĠU L 162, p. 40.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/23


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

(Kawża C-582/08)

(2009/C 69/41)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal, M. Afonso, Aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ċaħdet l-irkupru tat-taxxa input imħallsa għal ċerti tranżazzjonijiet magħmula minn persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit naqas mill-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 169, 170 u 171 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/CE (1) at-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, u tal-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE (2) tas-17 ta' Novembru 1986 fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità;

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li l-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT ma jistax jiġi interpretat bħala li jeskludi r-rifużjoni tal-VAT fir-rigward tal-oġġetti u s-servizzi użati għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet ta' assigurazzjoni jew tranżazzjonijiet finanzjarji skont l-Artikolu 17(3)(ċ) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (3). Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit tmur kontra d-dritt Komunitarju sa fejn tirrifjuta d-dritt għar-rifużjoni tal-VAT lill-perusni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità Ewropea.


(1)  ĠU L 347, p. 1.

(2)  ĠU L 326, p. 40.

(3)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, ĠU L 145, p. 1.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fit-2 ta' Jannar 2009 — Centre d'exportation du livre français (CELF), Ministre de la culture et de la communication vs Société internationale de diffusion et d'édition

(Kawża C-1/09)

(2009/C 69/42)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Centre d'exportation du livre français (CELF), Ministre de la culture et de la communication

Konvenuta: Société internationale de diffusion et d'édition

Domandi preliminari

1)

Tista' l-qorti nazzjonali tissospendi l-proċeduri dwar il-kwistjoni tal-obbligu ta' rifużjoni ta' għajnuna mill-Istat sakemm il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewrpej tiddeċiedi permezz ta' deċiżjoni finali fuq il-kompatibbiltà tal-għajnuna mar-regoli tas-suq komuni, meta l-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni li kienet iddikjarat din l-għajnuna kompatibbli ġiet annullata mill-qorti Komunitarja?

2)

Meta l-Kummissjoni ddikjarat għal tliet darbiet li l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq komuni qabel ma dawn id-deċiżjonijiet ġew annullati mill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, sitwazzjoni bħal din tista' tikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali li tista' twassal lill-qorti nazzjonali sabiex tillimita l-obbligu ta' rkupru tal-għajnuna?


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/24


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Belġju

(Kawża C-6/09)

(2009/C 69/43)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Peere u P. Dejmek, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li billi ma ħax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (1) u, f'kull każ, billi ma kkomunikahomx kollha lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu skont din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE skada fil-15 ta' Diċembru 2007. Fid-data ta' preżentazzjoni ta' dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu ħa l-miżuri neċessarji kollha għat-traspożizzjoni tad-Direttiva jew, f'kull każ, huwa ma kinx ikkomunikahom lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 309, p. 15.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/24


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-7/09)

(2009/C 69/44)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u J. Sénéchal, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li, billi m'adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE, tal-24 ta' Ottubru 2006, li timplementa d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tat-traċċabilità, in-notifika ta' reazzjonijiet u inċidenti avversi serji, kif ukoll ċerti rekwiżiti tekniċi relatati mal-kodifikazzjoni, mall-ipproċessar, mal-konservazzjoni, mal-ħażna u mad-distribuzzjoni ta' tessuti u ċelluli tal-bniedem (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/86/KE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 10, skada fl-1 ta' Settembru 2007. Għalhekk, fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma ħax il-miżuri neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, fi kwalunkwe każ, ma kienx innotifikahom lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 294 p. 32.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/25


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-8/09)

(2009/C 69/45)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u J. Sénéchal, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE tat-8 ta' Frar 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti rekwiżiti tekniċi relatati mad- donazzjoni, il-ksib u l-kontroll ta' tessuti u ċelloli tal-bniedem (1), u f'kull każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva 2006/17/KE skada fl-1 ta' Novembru 2006. Issa, fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma ħax il-miżuri kollha neċessarji għat-traspożizzjoni ta' din id-direttiva jew, f'kull każ, huwa kien għadu ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 38, p. 40.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/25


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-9/09)

(2009/C 69/46)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u J. Sénéchal, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/23/KE, tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-iffissar ta' standards ta' kwalità u sigurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, priservazzjoni, ħażna u tqassim ta' tessuti u ċelloli tal-bniedem (1) jew, f'kull każ, billi ma nnotifikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/23 skada fis-7 ta' April 2006. Issa, fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx ħa l-miżuri neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, f'kull każ, ma nnotifikahomx lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 102, p. 48.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/25


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-15/09)

(2009/C 69/47)

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek, L. Jelínek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx dan lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 17 ta' din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sitema legali nazzjonali skada fil-21 ta' Diċembru 2007


(1)  ĠU L 373, p. 37.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/26


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja

(Kawża C-17/09)

(2009/C 69/48)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u C. Zadra, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

tikkonstata li, minħabba l-fatt li l-belt ta' Bonn u Müllverwertungsanlage Bonn GmbH attribwixxew kuntratti pubbliċi ta' servizzi dwar l-eliminazzjoni ta' skart organiku u ta' skart aħdar mingħajr ma ġiet applikata l-proċedura għall-għoti ta' kuntratti b'sejħa għall-offerti Ewropea, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt d-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 8 u tat-Titoli III sa VI tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku (1),

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors għandu bħala suġġett kuntratt ta' servizzi bi ħlas dwar l-eliminazzjoni ta' skart organiku u ta' skart aħdar, konkluż bejn il-belt ta' Bonn u Müllverwertungsanlage Bonn GmbH (aktar 'il quddiem “MVA GmbH”), minn naħa, u l-impriża privata għall-eliminazzjoni tal-iskart EVB Entsorgung und Verwertung Bonn GmbH & Co. KG (aktar 'il quddiem “EVB”), min-naħa l-oħra. MVA GmbH hija impriża muniċipali, li l-kapital tagħha huwa miżmum għal 93,46 % minn Stadtwerke Bonn GmbH — sussidjarja għal 100 % tal-belt ta' Bonn — u għal 6,54 % direttament mill-belt ta' Bonn. F'dan il-kuntratt, EVB tintrabat, minn naħa, li tikseb skart domestiku, li tisseparah minn qabel u li tittrasportah, sabiex jiġi eliminat fl-istabbiliment ta' rkupru ta' skart f'Bonn u, min-naħa l-oħra li telimina, fl-istabbilimenti fejn isir il-kompost, skart organiku u skart aħdar miġbur fuq it-territorju tal-belt ta' Bonn għal ħlas annwali ta' 6 miljun DEM.

Minkejja l-fatt li l-kuntratt tal-eliminazzjoni inkwistjoni jikkostitwixxi kuntratt pubbliku ta' servizzi skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 92/50/KEE, ġie konkluż direttament ma' EVB, mingħajr ma ġiet applikata l-proċedura formali għall-għoti tal-kuntratti u mingħajr s-sejħa għall-offerti Ewropea. Il-kuntratt huwa dwar il-provvista ta' servizzi għall-eliminazzjoni ta' skart fis-sens tal-katergorija 16 tal-Anness I A tal-imsemmija direttiva u jeċċedi għalhekk b'mod konsiderevoli l-limitu ta' applikazzjoni tad-direttiva.

Kuntrarjament għall-pożizzjoni tal-gvern federali, mhuwiex importanti li jkun magħruf jekk, minbarra s-servizz ta' trasformazzjoni tal-kompost, il-kuntratt jirrigwardax ukoll servizzi oħra offruti mill-belt jew MVA GmbH f'isem EVB. Il-punt determinanti huwa, kuntrarjament, li l-kuntratt jobbliga b'mod vinkolanti lil EVB li tipprovdi servizzi ta' trasformazzjoni ta' kompost għal ħlas favur il-belt. Barra minn hekk, ma jistax jingħad li s-servizzi ta' trasformazzjoni ta' kompost jikkostitwixxu aspett sekondarju tal-kuntratt, safejn dawn is-servizzi huma wieħed mill-elementi ċentrali nnegozjati bejn il-partijiet u jikkostitwixxi, fuq il-pjan ekonomiku, parti importanti mill-volum tal-prestazzjonijiet skambjati.

Il-Kummissjoni lanqas ma tista' taqbel mal-argument imressaq mill-gvern federali, skont liema l-belt ta' Bonn kellha d-dritt, skont l-Artikolu 11 (3)(b) tad-Direttiva 92/50/KEE li tattribwixxi s-servizzi ta' trasformazzjoni ta' kompost skont il-proċedura nnegozzjata, mingħajr il-pubblikazzjoni preliminari ta' avviż. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-imsemmija dispożizzjoni hija ta' interpretazzjoni restrittiva u huwa dak li jrid jibbenefika minnha li għandu l-oneru tal-prova taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw id-deroga eżistenti effettivament. Minħabba li l-gvern federali ma weriex b'mod ċirkostanzjat li EVB kellha dritt ta' esklussività rigward il-prestazzjoni ta' servizzi ta' trasformazzjoni ta' kompost inkwistjoni u liema kienet il-bażi ġuridika ta' dan id-dritt, ma jistax ikun ikkunsidrat li l-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tad-deroga tal-Artikolu 11(3)(b) tad-Direttiva 92/50/KEE kienu sodisfatti.


(1)  ĠU L 209, p. 1.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/27


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-18/09)

(2009/C 69/49)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson u L. Lonzano Palacios, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet tal-parti rikorrenti

tiddikjara li, billi żamm fis-seħħ il-Liġi 48/2003, tas-26 ta' Novembru, dwar sistema ekonomika u ta' provvista ta' servizzi tal-portijiet ta' importanza ġenerali, u b'mod partikolari l-Artikolu 24(5) u l-Artikolu 27(1), (2) u (4) tagħha, li jistabblixxu sistema ta' tnaqqis u eżenzjonijiet mit-taxxi tal-port, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dritt Komunitarju (1), u b'mod partikolari taħt l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86, tat-22 ta' Diċembru 1986, li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-liġi Spanjola tistabbilixxi sensiela ta' eżenzjonijiet u tnaqqis relati mat-taxxi tal-port. Dawn l-eżenzjonijiet u tnaqqis jikkonċernaw il-portijiet ta' oriġini u destinazzjoni tal-bastimenti, u konsegwentement l-applikazzjoni ta' tariffi iktar favorevoli, l-ewwel nett, għat-traffiku bejn arċipelagi Spanjoli jew ma' Ceuta u Melilla, it-tieni nett, għat-traffiku bejn dawn il-portijiet u l-portijiet tal-Unjoni Ewropea, u t-tielet nett, bejn il-portijiet tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, skont il-Kummissjoni, din il-leġiżlazzjoni tirriżulta diskriminatorja.

Ir-Renju ta' Spanja, li jinvoka s-sitwazzjoni ġeografika partikolari tal-portijiet inkwistjoni, ma ġġustifikax il-ħtieġa u lanqas il-proporzjonalità tal-miżura. Minkejja li daħal f'impenn li jemenda l-leġiżlazzjoni inkwistjoni, il-Kummissjoni ma tikkonstata ebda adozzjoni ta' liġi li ttemm dan il-ksur.


(1)  ĠU L 378, p. 1.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Iżvezja) fid-19 ta' Jannar 2009 — Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening vs AB Fortum Värme samägt med Stockholms stad

(Kawża C-24/09)

(2009/C 69/50)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening.

Konvenuta: AB Fortum Värme samägt med Stockholms stad.

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337 (1) — li f'ċerti ċirkustanzi l-pubbliku interessat għandu jkollu aċċess għal proċedura ta' stħarriġ quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi — timplika li hemm ukoll ir-rekwiżit li l-pubbliku interessat ikollu dritt jikkontesta deċiżjoni ta' qorti fi proċedura ta' approvazzjoni ta' ppjanar f'każ fejn il-pubbliku interessat kellu l-opportunità li jipparteċipa fl-eżami mill-qorti tad-domanda għall-approvazzjoni tal-ippjanar u li jissottometti l-fehmiet tiegħu lil dik il-qorti?

2)

Jekk ir-risposta għad-domanda Nru 1 hija fl-affermattiv: L-Artikoli 1(2), 6(4) u 10a tad-Direttiva 85/337 għandhom jiġu interpretati li jfissru li rekwiżiti nazzjonali differenti jistgħu jiġu stabbiliti rigward il-pubbliku interessat imsemmi fl-Artikolu 6(4), minn naħa, u l-Artikolu 10a, min-naħa l-oħra, bir-riżultat li assoċjazzjoni lokali għall-protezzjoni tal-ambjent li għandha d-dritt li tipparteċipa fil-proċeduri tat-tfassil ta' deċiżjonijiet msemmija fl-Artikolu 6(4) fir-rigward ta' proġetti li jista' jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent fiż-żona fejn l-assoċjazzjoni tkun attiva ma jkollhiex — peress li għandha membri inqas mill-minimu stabbilit fil-liġi nazzjonali — id-dritt li tappella minn dik id-deċiżjoni kif stabbilit fl-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337?

3)

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 15a tad-Direttiva 96/61 (2) — li f'ċerti ċirkustanzi l-pubbliku interessat għandu jkollu aċċess għal proċedura ta' stħarriġ quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi sabiex jikkontesta l-legalità sostanzjali u proċedurali ta' kull deċiżjoni — timplika li hemm rekwiżit li l-pubbliku interessat ikollu dritt jikkontesta deċiżjoni ta' qorti fi proċedura ta' approvazzjoni ta' ppjanar f'każ fejn il-pubbliku interessat kellu l-opportunità li jipparteċipa fl-eżami mill-qorti tad-domanda għall-approvazzjoni tal-ippjanar u jissottometti l-fehmiet tiegħu lil dik il-qorti?

4)

Jekk ir-risposta għad-domanda Nru 3 hija fl-affermattiv: l-Artikoli 2(14) u 15a tad-Direttiva 96/61 għandhom jiġu interpretati li jfissru li rekwiżiti nazzjonali jistgħu jiġu stabbiliti fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju, bir-riżultat li assoċjazzjoni lokali għall-protezzjoni tal-ambjent li għandha d-dritt li tipparteċipa fil-proċeduri tat-tfassil ta' deċiżjonijiet fir-rigward ta' proġetti li jista' jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent fiż-żona fejn l-assoċjazzjoni tkun attiva ma jkollhiex — peress li għandha membri inqas mill-minimu stabbilit fil-liġi nazzjonali — id-dritt li tappella minn dik id-deċiżjoni kif stabbilit fl-Artikolu 15a tad-Direttiva 96/61?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU 1985 L 175, p. 40).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE tal-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU 1996 L 257, p. 26).


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/28


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-28/09)

(2009/C 69/51)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver, A. Alcover San Pedro u B. Schima, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 28 u 29 KE minħabba li hija stabbiliet projbizzjoni ta' sewqan f'parti mill-highway A12 għal trakkijiet ta' piż totali ta' iktar minn 7.5 tunnellati li jġorru merkanzija speċifika;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-istabbiliment ta' projbizzjoni ta' sewqan għal trakkijiet ta' piż totali ta' iktar minn 7.5 tunnellati li jkunu qegħdin iġorru merkanzija speċifika f'parti mill-highway A12 għandu jitqies bħala miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva u għaldaqstant mhuwiex konformi mal-Artikoli 28 u 29 KE. Il-miżura inkwistjoni la hija xierqa u lanqas meħtieġa sabiex twassal għal titjib fil-kwalità tal-arja fil-highway A12 kif mitlub mid-dritt Komunitarju, għaliex hija m'għandhiex għan speċifiku u ma tiħux inkunsiderazzjoni miżuri inqas restrittivi, bħal restrizzjonijiet ta' veloċità jew projbizzjoni ta' sewqan ibbażata fuq emissjonijiet. Barra minn hekk, il-konvenuta ma wriet l-ebda alternattiva xierqa għal trasport fit-triq.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/28


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-42/09)

(2009/C 69/52)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: L. Lonzano Palacios u E. Vesco, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tiddikjara illi, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/45/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri u li temenda d-Direttiva 2001/25/KE, jew f'kull każ, billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-direttiva 2005/45/KE skada fl-20 ta' Ottubru 2007.


(1)  ĠU L 255, p. 160.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/29


Appell ippreżentat fid-29 ta' Jannar 2009 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza mogħtija fid-19 ta' Novembru 2008 mill-Qorti tal-Prim' Istanza (It-Tmien Awla) fil-Kawża T-404/05 Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-43/09 P)

(2009/C 69/53)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: Kharalampos Meidanis u M. Tassopoulou)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

tilqa' dan l-appell u tiddikjarah fondat;

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta' Novembru 2008 fil-Kawża T-404/05 Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni, li hija s-suġġett ta' dan l-appell kollu kemm hu;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fis-sentenza tagħha tad-19 ta' Novembru 2008, li hija s-suġġett ta' dan l-appell, il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej ċaħdet kompletament ir-rikors.

Insostenn tal-appell mill-imsemmija sentenza, ir-Repubblika Ellenika invokat tliet motivi.

Skont l-ewwel motiv, l-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat u applikat b'mod żbaljat id-dritt Komunitarju f'dak li jirrigwardja l-kwistjoni ta' kompetenza ratione temporis tal-Kummissjoni sabiex timponi l-korrezzjoni finanzjarja inkwistjoni u li s-sentenza tagħha tinkludi motivazzjoni inkoerenti.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-argument li jgħid li hija interpretat u applikat b'mod żbaljat id-dritt Komunitarju fir-rigward tal-ksur tal-prinċipju ta' non-retroattività rigward l-osservanza tal-miżuri ta' pubbliċità u li s-sentenza tagħha tinkludi, f'dan ir-rigward, motivazzjoni inkoerenti.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-prinċipju ta' proporzjonalità tad-dritt Komunitarju ma ġiex osservat.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/29


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-44/09)

(2009/C 69/54)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Van Beek u M. Karanasou-Apostolopoulou)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE (1), tat-13 ta' Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi, jew billi, fi kwalunkwe każ, ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/113/KE fid-dritt nazzjonali skada fil-21 ta' Diċembru 2007.


(1)  ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/30


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-112/06) (1)

(2009/C 69/55)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 121, 20.5.2006.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/30


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Charleroi — Il-Belġju) — SA Sporting du Pays de Charleroi, G-14 Groupement des clubs de football européens vs Fédération Internationale de Football Association (FIFA)

(Kawża C-243/06) (1)

(2009/C 69/56)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 212, 2.9.2006.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/30


Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta' Diċembru 2008(talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — L-Italja) — CEPAV DUE — Consorzio ENI per l'Alta Velocità, Consorzio COCIV, Consorzio IRICAV DUE vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dei Trasporti e della Navigazione

(Kawża C-351/07) (1)

(2009/C 69/57)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/30


Digriet tal-President tas-17 ta' Diċembru 2008 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-474/07) (1)

(2009/C 69/58)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 297, 8.12.2007.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/30


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-494/07) (1)

(2009/C 69/59)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 8, 12.1.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/30


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-14 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-541/07) (1)

(2009/C 69/60)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Il-President tas-Seba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/31


Digriet tal-President tas-Seba' Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet wropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-548/07) (1)

(2009/C 69/61)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Il-President tas-Seba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-24/08) (1)

(2009/C 69/62)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 79, 29.3.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/31


Digriet tal-President tal-4 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-26/08) (1)

(2009/C 69/63)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 92, 12.4.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/31


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-48/08) (1)

(2009/C 69/64)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 92, 12.4.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-82/08) (1)

(2009/C 69/65)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 92, 12.4.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-107/08) (1)

(2009/C 69/66)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/32


Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq

(Kawża C-122/08) (1)

(2009/C 69/67)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 116, 9.5.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/32


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-130/08) (1)

(2009/C 69/68)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 128, 24.5.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/32


Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-142/08) (1)

(2009/C 69/69)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 142, 7.6.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/32


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil Nru 1 ta' Malaga — Spanja) — Finn Mejnertsen vs Betina Mandal Barsoe

(Kawża C-148/08) (1)

(2009/C 69/70)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 142, 7.6.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/32


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-181/08) (1)

(2009/C 69/71)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 158 21.6.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/32


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-187/08) (1)

(2009/C 69/72)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 158, 21.6.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Olanda

(Kawża C-190/08) (1)

(2009/C 69/73)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-191/08) (1)

(2009/C 69/74)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-209/08) (1)

(2009/C 69/75)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-218/08) (1)

(2009/C 69/76)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 197, 2.8.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/33


Digriet tal-President tas-26 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-220/08) (1)

(2009/C 69/77)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 183, 19.7.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

(Kawża C-367/08) (1)

(2009/C 69/78)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 260, 11.10.2008.


Il-Qorti tal-Prim' Istanza

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/34


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Frar 2009 — Deutsche Post u DHL International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-388/03) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Locus standi - Ammissibbiltà - Diffikultajiet serji’)

(2009/C 69/79)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja); u DHL International (Diegem, il-Belgju) (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Kreuschitz u M. Niejahr, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 2508 finali, tat-23 ta' Lulju 2003, li ma jitqajmux oġġezzjonijiet, wara l-proċedura preliminari ta' eżami prevista mill-Artikolu 88(3) KE, kontra diversi miżuri meħuda mill-awtoritajiet Belġjani favur La Poste SA, l-impriża postali pubblika Belġjana.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 2508 finali, tat-23 ta' Lulju 2003, li ma jitqajmux oġġezzjonijiet, wara l-proċedura preliminari ta' eżami prevista mill-Artikolu 88(3) KE, kontra diversi miżuri meħuda mill-awtoritajiet Belġjani favur La Poste SA, l-impriża postali pubblika Belġjana, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tad-Deutsche Post AG u DHL International.


(1)  ĠU C 35, 7.2.2004.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/34


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' Jannar 2009 — Centro Studi Antonio Manieri vs Il-Kunsill

(Kawża T-125/06) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti relatata mat-tmexxija sħiħa ta' crèche - Deċiżjoni li jintużaw is-servizzi tal-Uffiċċju ‘Infrastruttura u loġistika’ (UIL) u li tiġi rtirata l-proċedura ta' sejħa għal offerti’)

(2009/C 69/80)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Centro Strudi Antonio Manieri Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: C. Forte, M. Forte u G. Forte, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro, P. Mahnič u M. Balta, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li saret pubblika permezz ta' ittra tas-Segretarjat Ġenerali tiegħu tas-16 ta' Jannar 2006 u li tirtira l-proċedura ta' sejħa għal offerti 2003/S 209-187862, dwar it-tmexxija sħiħa ta' crèche, it-tieni nett, talba għall-annullament tal-evalwazzjoni pożittiva tal-proposta tal-Uffiċċju “Infrastruttura u Loġistika” (UIL) għat-tmexxija tal-istess servizzi u, it-tielet nett, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Centro Studi Antonio Manieri Srl hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill.


(1)  ĠU C 131, 3.6.2006.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/35


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Frar 2009 — Omya vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-145/06) (1)

(“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Talba għal informazzjoni - Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Neċessità tal-informazzjoni mitluba - Proporzjonalità - Terminu raġonevoli - Abbuż ta' poter - Ksur tal-aspettattivi leġittimi’)

(2009/C 69/81)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Omya AG (Oftringen, L-Iżvizzera) (rappreżentanti: Ch. Ahlborn, C. Berg, solicitors, C. Pinto Correia, avocat, u J. Flynn, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: irrappreżentata inizjalment minn V. Di Bucci, X. Lewis, R. Sauer, A. Whelan u F. Amato, sussegwentement minn V. Di Bucci, X. Lewis, R. Sauer u A. Whelan, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2006 meħuda skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU L 24, p. 1), u li titlob il-korrezzjoni tal-informazzjoni kkomunikata fil-kuntest tal-eżami tal-Każ COMP/M.3796 (Omya vs J.M. Huber PCC).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Omya AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 165, 15.7.2006.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/35


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Frar 2009 — Iride u Iride Energia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-25/07) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-enerġija - Kumpens għall-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Obbligu għall-impriża benefiċjarja li tirrimborsa minn qabel għajnuna preċedenti ddikjarata bħala illegali - Riżorsi tal-Istat - Vantaġġ - Obbligu ta' motivazzjoni’)

(2009/C 69/82)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Iride SpA (Turin, l-Italja); u Iride Energia SpA (Turin) (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, M. Merola, C. Bazoli, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini u G. Conte, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/941/KE, tat-8 ta' Novembru 2006, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Istat C 11/06 (ex N 127/05) li r-Repubblika Taljana għandha l-intenzjoni timplementa favur AEM Torino (ĠU L 366, p. 62), permezz ta' sussidji intiżi li jirrimborżaw l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati fis-settur tal-enerġija, safejn din id-deċiżjoni, minn naħa, tipprovdi li din hija għajnuna mill-Istat u safejn, min-naħa l-oħra, tissuġġetta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni għall-kundizzjoni li AEM Torino tirrimborża l-għajnuna illegali preċedenti li ngħatat fil-kuntest ta' skema favur impriżi denominati “municipalizzate”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Iride SpA u Iride Energia SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69 24.3.2007.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/36


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' Jannar 2009 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-74/07) (1)

(“FEŻR - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Modifika tal-pjan ta' finanzjament mingħajr il-kunsens tal-Kummissjoni - Rati massimi ta' finanzjament previsti għal miżuri speċifiċi - Kunċett ta' modifika sostanzjali - Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 - Obbligu ta' motivazzjoni - Rikors għal annullament’)

(2009/C 69/83)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u C. Blaschke, aġenti, assistiti minn C. von Donat, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Wilms u L. Flynn, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 7271, tas-27 ta' Diċembru 2006, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija lill-Programm Operazzjonali taħt l-inizjattiva Komunitarja INTEREG II fir-reġjuni ta' Saarland, Lorraine u Westpfalz.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/36


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' Jannar 2009 — Volkswagen AG vs UASI (TDI)

(Kawża T-174/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TDI - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(ċ) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 62(2) tar-Regolament Nru 40/94 - Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94’)

(2009/C 69/84)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Risthaus, H.-P. Schrammek, C. Drzymalla u R. Jepsen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Marzu 2007 (Każ R 1479/2005-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TDI bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Volkswagen AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/37


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Frar 2009 — Bayern Innovativ vs UASI — Life Sciences Partners Perstock (LifeScience)

(Kawża T-413/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LifeScience - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Life Sciences Partners - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 69/85)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayern Innovativ — Bayerische Gesellschaft für Innovation und Wissenstransfer mbH (Nürenberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Beschorner, B. Glaser, C. Thomas, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Life Sciences Partners Perstock NV (Amsterdam, l-Olanda)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta' Awwissu 2007 (Każ R 1545/2006-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Life Sciences Partners Perstock NV u Bayern Innovativ — Bayerische Gesellschaft für Innovation und Wissenstransfer mbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bayern Innovativ — Bayerische Gesellschaft für Innovation und Wissenstransfer mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 8, 12.1.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/37


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — Fox Racing vs UASI — Lloyd IP (SHIFT)

(Kawża T-74/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni’)

(2009/C 69/86)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fox Racing, Inc. (Morgan Hill, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Lloyd IP Limited (Penrith, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Elliot, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' Diċembru 2005 (Każ R 1180/2004-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Lloyd IP Limited u Fox Racing, Inc.

Dispożittiv

1)

Mhemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut.

3)

L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 108, 6.5.2006.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/38


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Jannar 2009 — Ziegler vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-199/08 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Ħlas ta' multa - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza’)

(2009/C 69/87)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ziegler SA (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: J.-L. Lodomez u J. Lodomez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn A. Bouquet u O. Beynet, sussegwentement A. Bouquet u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali tal-11 ta' Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta' ġarr internazzjonali).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/38


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Canon Communications LLC vs UASI

(Kawża T-262/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni’)

(2009/C 69/88)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Canon Communications LLC (Los Angeles, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Mak u E. Zietse, avukati)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Montalto, aġent)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Messe Düsseldorf GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' April 2008 (Każ R 817/2005-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Messe Düsseldorf GmbH u Canon Communications LLC.

Dispożittiv

1)

M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti u l-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenuta.


(1)  ĠU C 223, 30.8.2008.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/38


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 — Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-401/08 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftehma dwar il-ġestjoni kollettiva ta' drittijiet tal-awtur - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza’)

(2009/C 69/89)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto ry (Ħelsinki, Il-Finlandja) (rappreżentant: H. Pokela, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Paasivirta, F. Castillo de la Torre u P. Aalto, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ KOMP/C2/38.698 — CISAC), sa fejn tikkonċerna li r-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/39


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 — Artisjus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/08 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftehma dwar il-ġestjoni kollettiva ta' drittijiet tal-awtur - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza’)

(2009/C 69/90)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Artisjus Magyar Szerzői Jogvédő Iroda Egyesület (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: Z. Hegymegi-Barakonyi u P. Vörös, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/39


Appell ippreżentat fit-12 ta' Jannar 2009 minn Georgi Kerelov mis-sentenza mogħtija fid-29 ta' Novembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-19/07, Kerelov vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-60/08 P)

(2009/C 69/91)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Georgi Kerelov (Pazardzhik, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kerelov, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta' Novembru 2007, fil-Kawża F-19/07, Kerelov vs Il-Kummissjoni;

tilqa' t-talbiet tal-appellant mressqa fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan l-appell, l-appellant jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tad-29 ta' Novembru 2007, mogħtija fil-Kawża F-19/07, Kerelov vs Il-Kummissjoni, li tiċħad ir-rikors tal-appellant, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-bord tal-għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/43/06 li ma jiġix inkluż fil-lista ta' riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni u jiġi eskluż minnha, kif ukoll, min-naħa l-oħra, għad-danni bħala kumpens għall-preġudizzju li huwa allegatament ġarrab.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant isostni għaxar aggravji bbażati fuq jew marbuta ma':

ksur tal-prinċipji li jirregolaw il-proċedura amministrattiva fil-qasam tal-provi, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qaleb l-oneru tal-prova;

ksur tal-prinċipju tal-kontradittorju, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma tax lill-appellant żmien suffiċjenti sabiex jesprimi ruħu dwar dokumenti ġodda li ddaħħlu fil-proċess;

ksur tal-prinċipju tan-natura pubblika tal-proċedura, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma żammx seduta oħra wara li ġew ippreżentati dokumenti ġodda;

ksur tad-dmir ta' imparzjalità, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma adottax il-miżuri neċessarji għat-tħejjija tal-proċess;

żball ta' liġi, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qies li huwa l-bord tal-għażla li għandu s-setgħa ta' esklużjoni ta' kandidat, u mhux id-direttur tal-Uffiċċju tal-Għażla tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (EPSO);

żball ta' liġi, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qies li l-projbizzjoni ta' kuntatti bejn il-kandidati ta' kompetizzjoni u l-membri tal-bord tal-għażla tintemm mal-pubblikazzjoni tal-lista ta' riżerva fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea u mhux fi tmiem ix-xogħol tal-bord tal-għażla;

ksur tal-prinċipji tad-dritt amministrattiv sostanzjali bil-konferma tad-deċiżjoni tal-bord tal-għażla tat-2 ta' Frar 2007 li l-appellant jiġi eskluż mill-kompetizzjoni, inkwantu:

l-imsemmija deċiżjoni mhijiex ibbażata fuq il-proċess fil-verżjoni oriġinali tiegħu;

l-imsemmija deċiżjoni ma tinkludix motivi ta' fatt preċiżi biżżejjed sabiex jippermettu lid-destinatarju tagħha jieħu konjizzjoni tal-fatti eżatti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni; u

il-bord tal-għażla ma stedinx lill-appellant jispjega ruħu fir-rigward tal-fatti li bihom huwa ġie akkużat, jiġifieri l-fatt li bagħat żewġ ittri lill-bord tal-għażla;

verifika ex officio ta' kull ksur ieħor tar-regoli applikabbli li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku seta' wettaq.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/40


Appell ippreżentat fit-12 ta' Jannar 2009 minn Georgi Kerelov mis-sentenza mogħtija fit-12 ta' Diċembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-110/07, Kerelov vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-100/08 P)

(2009/C 69/92)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Georgi Kerelov (Pazardzhik, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kerelov, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Diċembru 2007 fil-Kawża F-110/07, Kerelov vs Il-Kummissjoni;

tilqa' t-talbiet tal-appellant fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan l-appell, l-appellant jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-servizz pubbliku (TSP) tat-12 ta' Diċembru 2007, mogħtija fil-Kawża Kerelov vs Il-Kummissjoni, F-110/07, li tiċħad bħala manifestament inammissibbli r-rikors li bih l-appellant kien talab l-annullament tad-deċiżjoni tad-direttur tal-Uffiċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (EPSO) li jikkomunikax lill-appellant l-informazzjoni u d-dokumenti relattivi għall-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/46/06.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant isostni numru ta' aggravji bbażati fuq jew għal:

ksur tal-prinċipju tal-proċediment amministrattiv, peress li t-TSP ikkunsidra li r-rikors promotur kien nieqes minn motivi ta' dritt mingħajr madankollu ma evalwa ex officio l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata fl-ewwel istanza, mingħajr ma illimita ruħu għall-ilmenti magħmula mill-appellant;

ksur tar-“rimedju ġudizzjarju” u tal-prinċipju tal-imparzjalità tat-Tribunal, peress li t-TSP ċaħad ir-rikors tal-appellant bħala manifestament inammissibbli mingħajr ma tah l-opportunità li jirregolarizza r-rikors tiegħu, u dan fi żmien meta l-appellant ma setax jippreżenta rikors regolari mill-ġdid minħabba li t-terminu tar-rikors kien skada;

ksur tal-prinċipji tad-dritt għal smigħ minn tribunal, u tan-natura pubblika tal-proċedimenti, peress li ma nżammet l-ebda seduta;

ksur tal-prinċipju ta' ekwità fil-proċedimenti, peress li t-TSP ma semax lill-appellant dwar ir-raġuni għall-inammissbbiltà tar-rikors tiegħu;

ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza peress li, fir-realtà, it-TSP stabbilixxa “regola tal-kristallizzazzjoni tad-diskussjoni kontenzjuża” meta kkunsidra li r-rikors ma kienx jinkludi motivi ta' dritt;

verifika ex officio ta' kull ksur tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi applikabbli ieħor li t-TSP seta' jwettaq.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/40


Appell ippreżentat fid-29 ta' Ottubru 2008 minn Radu Duta mis-sentenza mogħtija fl-4 ta' Settembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-103/07, Duta vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-475/08 P)

(2009/C 69/93)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Radu Duta (Lussemburgu, Lussemburgu) (rappreżentant: F. Krieg, avukat)

Appellata: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

tilqa' l-appell preżenti bħala ammissibbli proċeduralment;

tiddikjarah bħala fondat fil-mertu;

għaldaqstant, billi tibdel is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta' Settembru 2008, tiddikjara r-rikors tal-appellanti ammissibbli u fondat;

sa fejn huwa neċessarju, tirrinvija l-każ tiegħu quddiem l-awtorità kompetenti sabiex tiddeċiedi skont is-sentenza mogħtija;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tas-somma ta' EUR 1 100 000 (miljun u mitt elf Euro) bħala kumpens għad-danni;

sa fejn huwa neċessarju, tordna l-ħatra ta' espert sabiex jevalwa l-ammont tad-dannu mġarrab mill-appellant;

tikkundanna lill-konvenuta għat-totalità tal-ispejjeż tal-istanza;

tippermetti lill-appellant jirreferi espressament għat-talbiet tiegħu fl-ewwel istanza li huma annessi mar-rikors tal-appell u meqjusa bħala parti integrali tiegħu;

għall-bqija, tippermetti lill-appellant jirriżerva espressament kull dritt, motiv u azzjoni u b'mod partikolari d-dritt li jippreżenta rikors quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan l-appell, l-appellant jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta' Settembru 2008, mogħtija fil-kawża Duta vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, F-103/07, li tiċħad bħala inammissibbli r-rikors tal-appellant fl-ewwel istanza intiż, minn naħa, għall-annullament tal-ittra li permezz tagħha ġie mgħarraf li ma kienx se jiġi offrut pożizzjoni ta' référendaire u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-danni allegatament imġarrba.

L-appellant jindika li ppreżenta r-rikors tiegħu b'mod kawtelatorju, sabiex jippreżerva d-drittijiet tiegħu quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Huwa ma jinvokax b'mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza appellata u lanqas ma jindika l-argumenti ġuridiċi li jsostnu b'mod speċifiku din it-talba.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/41


Rikors ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2008 — Syndicat des thoniers méditerranéens et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-574/08)

(2009/C 69/94)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syndicat des thoniers méditerranéens (Marsilja, Franza), Jean-Luc Buono, Gérard Buono, Marc Carreno, Roger Louis Paul Del Ponte (Balaruc les Bains, Franza), Serge Antoine Di Rocco (Frontignan, Franza), Jean Louis Donnarel, Jean-François Flores, Jean Louis Etienne Jalabert (Sigean, Franza), Jean Gérald Lubrano (Marsilja, Franza), Gérald Jean Lubrano (Balaruc les Bains, Franza), Jean Lubrano, Jean Lucien Lubrano, Fabrice Marin, Robert Marin, Hervé Marin, Nicolas Marin, Sébastien Marin, Jean-Marc Penniello, Serge Antoine José Perez (Sorède, Franza) (rappreżentant: C. Bonnefoi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

konstatazzjoni tar-responsabbiltà tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest tal-konsegwenzi tal-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran;

kumpens għad-danni skont il-konsegwenzi ta' din il-konstatazzjoni ta' responsabbiltà; dan il-kumpens għal danni huwa kkalkulat abbażi tal-elementi ta' provi mehmuża u oħrajn li qed jiġu stabbiliti; huma kkalkulati f' Euro;

Buono Jean-Luc u Gérard 323 053 jew 564 956 (skont jekk hux qabel jew wara t-taxxa);

Carreno Marc EUR 1 simboliku;

Del Ponte Roger 518 707 jew 703 707 (skont jekk hux qabel jew wara t-taxxa);

Di Rocco Serge 388 047 jew 634 207 (skont jekk hux qabel jew wara t-taxxa);

Donnarel Jean-Louis 351 685;

Flores Jean-François EUR 1 simboliku;

Jalabert Jean Louis Etienne 144 643;

Lubrano Jean u Lubrano Jean Lucien 212 358;

Lubrano Jean-Gérald 237 160 jew 474 320 (skont jekk hux qabel jew wara t-taxxa);

Lubrano Gérald 213 588;

Marin Fabrice et Marin Robert 466 665 jew 610 820 (skont jekk hux qabel jew wara t-taxxa);

Marin Hervé, Marin Nicolas, Marin Robert, Marin Sébastien EUR 1 simboliku ;

Penniello Jean-Marc 624 000;

Perez Serge Antoine 54 645;

kumpens għad-danni morali lil STM skont il-konsegwenzi ta' din il-konstatazzjoni ta' responsabbiltà fl-ammont ta' EUR 30 000 li ser jintuża biex jinforma lis-soċi dwar id-dritt u r-regolamenti Komunitarji tas-Sajd;

ħlas lura tal-ispejjeż kollha tal-avukat, tal-proċedura, tal-marixxall tal-qorti, tal-ispediment u tal-fornituri u tal-fotokopji neċessarji għall-proċedura preżenti li tagħhom ser tiġi pprovduta lista.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, sajjieda, kif ukoll is-sindakat tagħhom, qed jitolbu kumpens għad-danni li huma jħossu li sofrew minħabba l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 (1) tat-12 ta' Ġunju 2008 li jipprojbixxi s-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti li jistadu bil-purse seines u li jtajru l-bandiera Griega, Taljana, Ċiprijotta, Maltija jew Spanjola jew li huma rreġistrati f'dawn l-Istati Membri.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw numru ta' motivi u argumenti li huma rispettivament ibbażati fuq:

ksur tal-prinċipji tal-Kodiċi ta' prattika amministrattiva tajba anness mar-regolament tal-proċedura tal-Kummissjoni, inkwantu l-Kummissjoni ma organizzatx laqgħat mas-sindakat tat-tonn tal-Baħar Mediterran, għalkemm hija kienet wegħdet li jsir hekk;

nuqqas ta' kumpens għad-danni lir-rikorrenti li ġew ipprojbiti milli jistadu għalkemm il-kwota tagħhom ma kinitx għadha ntlaħqet;

il-fatt illi l-miżuri meħuda mill-Kummissjoni ma jikkostitwixxux sempliċement riskju inerenti lis-settur tal-attività li r-rikorrenti għandhom isofru mingħajr kumpens għad-danni;

nuqqas ta' prova tal-bżonn tal-miżuri meħuda, għaliex huma ttieħdu abbażi ta' estrapolazzjonijiet matematiċi li ma jistgħux jitqiesu li għandhom in-natura ta' prova;

il-fatt li l-miżuri inkwistjoni mhumiex imfassla fuq theddida gravi;

ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali, inkwantu r-regolament li pprojbixxa s-sajd għat-tonn ġie adottat fi żmien qasir ħafna u annulla d-dispożizzjonijiet li jiftħu l-istaġun tas-sajd;

ksur tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2), b'mod partikolari mid-dritt għax-xogħol u d-dritt għall-proprjetà


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).

(2)  ĠU 2000, C 364, p. 1.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/42


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Diċembru 2008 — Perusahaan Otomobil Nasional vs UASI — Proton Motor Fuel Cell (PM PROTON MOTOR)

(Kawża T-581/08)

(2009/C 69/95)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Perusahaan Otomobil Nasional Sdn. BHD (Shah Alam, il-Malasja) (rappreżentanti: J. Blind, C. Kleiner u S. Ziegler, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Proton Motor Fuel Cell GmbH (Starnberg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks and Disinni) tad-9 ta' Ottubru 2008 fil-Każ R 1675/2007-1, tilqa' l-oppożizzjoni Nru 501 306 għall-prodotti u s-servizzi kollha u tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 2 296 408; u

tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri u l-ispejjeż tal-appell inkorsi quddiem il-konvenut.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “PM PROTON MOTOR”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9 u 42 — applikazzjoni Nru 2 296 408

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: l-applikant

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 198 564 tat-trade mark verbali “PROTON” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12 u 37; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 1 593 201 tat-trade mark figurattiva “PROTON” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12 u 37; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 1 322 343 ta' sensiela ta' trade marks “PROTON” għal servizzi fil-klassi 37; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 2 227 660 tat-trade mark figurattiva “PROTON” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12 u 37; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 2 182 057 tat-trade mark verbali “PROTON DIRECT” għal prodotti fil-klassi 12; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “PROTON” fil-Benelux, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament tad-deċiżjoni kkontestata u ċaħda tal-oppożizzjoni

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra b'mod żbaljat li ma kienx hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkonkludi li t-trade mark imsemmija fil-proċedimenti tal-oppożizzjoni għandha reputazzjoni fir-Renju Unit.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/43


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Diċembru 2008 — Carpent Languages vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-582/08)

(2009/C 69/96)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Carpent Languages SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Goergen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

b'hekk tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjoni li tagħti l-kuntratt lill-kumpannija privata b'responsabbiltà limitata ADIE TECHNICS;

sussidjarjament, f'każ li l-Qorti tal-Prim'Istanza ma tilqax it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti l-ammont ta' EUR 200 000, (mitejn elf Euro) bħala kumpens għad-danni morali u materjali tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż kollha ta' din l-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta tagħha magħmula fil-kuntest tas-sejħa għal offerti għal-lott Nru 4 tal-kuntratt intitolat “Kuntratti f'bosta oqs[m]a għal servizzi għall-organizzazzjoni ta' laqgħat u konferenzi” (ĠU 2008, S 58-77561), kif ukoll id-deċiżjoni li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor. Ir-rikorrenti titlob ukoll kumpens għad-danni allegatament ikkawżati mid-deċiżjoni kkontestata.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi bbażati:

fuq ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni, peress li l-Kummissjoni ma indikat la n-numru ta' punti miksuba mill-offerent li ntgħażel, la l-vantaġġi tal-offerta li ntgħżlet fuq dawk tar-rikorrenti; barra minn hekk, il-Kummissjoni ma indikatx lir-rikorrenti liema miż-żewġ studji li hija ppreżentat ma kisibx numru ta' punti suffiċjenti;

fuq żball manifest ta' evalwazzjoni, billi l-Kumitat ta' Evalwazzjoni ta marki ta' inqas minn 70 punt lil wieħed mill-istudji ppreżentati mir-rikorrenti minkejja l-fatt li r-rikorrenti spjegat fid-detall, b'mod konformi mal-ispeċifikazzjonijiet, l-approċċ li hija kienet ser tieħu sabiex tforni s-servizzi mitluba, il-mezzi li hija kienet ser talloka għall-kompiti differenti, l-iskeda tax-xogħlijiet kif ukoll stima tal-ispejjeż;

fuq ksur tal-prinċipji ta' trattament ugwali u ta' non-diskriminazzjoni hekk kif definit mill-Artikolu 89(1) tar-Regolament Finanzjarju, inkwantu l-offerent li ntgħażel ma kienx jissodisfa l-kriterji tal-għażla fir-rigward tal-kapaċità teknika.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/43


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-589/08)

(2009/C 69/97)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, P. Katsimani, M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li permezz tagħhom hija kkunsidrat b'mod sfavorevoli l-offerti tar-rikorrenti u tat il-kuntratti lill-kuntrattur li ntgħażel;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas lir-rikorrenti tad-danni kkawżati mill-proċedura tas-sejħa għal offerti inkwistjoni f'ammont ta' EUR 920 000, li jista' jiżdied sa EUR 1 700 000 skont l-ammont finali tal-proġett CITL;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u spejjeż oħra inkorsi f'dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

F'din il-kawża, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonjiet tal-Kummissjoni li permezz tagħhom hija tiċħad l-offerti li r-rikorrenti ressqet wara sejħa miftuħa għal offerti ENV.C2/FRA/2008/0017 dwar l-“Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti ta' Emissjonijiet — CITL/CR” (1) u tat il-kuntratt lill-kuntrattur li ntgħażel. Ir-rikorrenti titlob ukoll kumpens għad-danni allegatament ikkawżati mill-proċedura tas-sejħa għal offerti.

Ir-rikorrenti tressaq żewġ motivi insostenn tar-rikors tagħha.

Fl-ewwel lok, hija ssostni li l-Kummissjoni wettqet diversi żbalji manifesti ta' evalwazzjoni fl-evalwazzjoni tat-tliet offerti mressqa mir-rikorrenti għat-tliet Lottijiet rispettivi tas-sejħa għal offerti.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tosserva l-prinċipji ta' trasparenza u ta' trattament ugwali u għalhekk kisret id-dispożizzjonijiet rilevanti li jirriflettu dawn il-prinċipji, bħall-Artikoli 92 u 100 tar-regolament finanzjarju (2). Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-awtorità kontraenti kisret l-obbligu tagħha li tagħti motivi suffiċjenti għad-deċiżjoni tagħha. Hija ssostni wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdilha informazzjoni addizzjonali li hija kienet talbet wara d-deċiżjoni tal-għoti ta' kuntratt fir-rigward tal-meriti tal-offerent li ntgħażel. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-awtorità kontraenti applikat kriterji li ma kinux stipulati minn qabel u għalhekk il-kandidati ma kinux jafu bihom.


(1)  ĠU 2008/S 72-096229.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002, tal-25 ta' Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, p. 1).


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/44


Rikors ippreżentat fil-5 ta' Jannar 2009 — Dornbracht vs UASI — Metaform Lucchese (META)

(Kawża T-1/09)

(2009/C 69/98)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, A. Verhauwen, J. Künzel, D. Jestaedt, M. Bergermann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Metaform Lucchese SpA (Monsagrati, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta' Novembru 2008 (R 1152/2006-4);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż sostnuti inklużi dawk inkorsi fil-proċedururi tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “META” għal prodotti fil-klassijiet 9, 11, 20 u 21 (Applikazzjoni Nru 3 081 271)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Metaform Lucchese SpA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva “METAFORM” għal prodotti fil-klassijiet 6, 11, 20, 21 u 24 (trade mark Komunitarja Nru 1 765 361), it-trade mark figurattiva Taljana (trade mark Nru 587 108) u t-trade mark internazzjonali figurattiva (trade mark Nru 603 054) għal prodotti 6, 11, 20 21 u 24 ukoll

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li ma teżisti ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/45


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2009 — Lind vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-5/09)

(2009/C 69/99)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Brigit Lind (Greve, id-Danimarka) (rappreżentant: I. Anderson, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tordna lill-Kummissjoni sabiex tħallas lir-rikorrenti, individwalment, is-somma ta' EUR 50 000, jew kull somma oħra li l-Qorti tal-Ġustizzja jidhrilha li hija ġusta u ekwa, għad-danni morali sofferti minnha minħabba t-tbatija u l-mewt inġusta ta' ħuwha b'riżultat tar-rifjut kapriċċuż u illegali tal-Kummissjoni milli tinforza l-implementazzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' monitoraġġ mediku tad-Direttiva 96/29 fil-każ tal-ex-ħaddiema li pparteċipaw fl-emerġenza radjoloġika f'Thule;

tordna lill-Kummissjoni sabiex tħallas lill-patrimonju ta' John Erling Nochen, irrappreżentat mir-rikorrenti, is-somma ta' EUR 250 000, jew kull somma oħra li l-Qorti tal-Ġustizzja jidhrilha li hija ġusta u ekwa, għall-uġigħ u t-tbatija, inkluż l-għarfien tat-tqassir ta' ħajtu, mill-2006 sal-mewt tiegħu fl-2008, b'riżultat tar-rifjut kapriċċuż u illegali tal-Kummissjoni milli tinforza l-implementazzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' monitoraġġ mediku tad-Direttiva 96/29 fil-każ tal-ex-ħaddiema li pparteċipaw fl-emerġenza radjoloġika f'Thule u s-somma ta' EUR 6 000 għal spejjeż funebri;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż legali raġonevoli u spejjeż oħra sostnuti mir-rikorrenti f'din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-każ preżenti, ir-rikorrenti qed tippreżenta rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali li tirriżulta mid-danni li ssostni li sofriet minħabba l-mewt ta' ħuwha li allegatament kienet ikkawżata mir-rifjut illegali tal-Kummissjoni milli tosserva r-riżoluzzjoni plenarja tal-Parlament Ewropew (1) u milli tinforza l-applikazzjoni min-naħa tad-Danimarka tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (2) għall-każ tal-ħaddiema, inkluż ħu r-rikorrenti, involuti f'aċċident nukleari f'Thule, fil-Groenlandja


(1)  Rapport tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' April 2007 dwar il-konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tat-tiġrif f'Thule fl-1968 (Petizzjoni 720/2002) [2006/2012(INI)].

(2)  ĠU L 159, p. 1.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/45


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Jannar 2009 — Bent Hansen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-6/09)

(2009/C 69/100)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bent Hansen (Aarslev, id-Danimarka) (rappreżentant: I. Anderson, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Kominitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tordna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 800 000 jew kwalunkwe somma oħra li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra ġusta u ekwa bħala kumpens għal uġigħ, sofferenza u tnaqqis fil-kwalità tal-ħajja fil-passat, fil-preżent u fil-futur minħabba dannu serju għas-saħħa tiegħu li jirriżulta mir-rifjut inġustifikat u illegali tal-Kummissjoni milli tinforza l-implementazzjoni ta' monitoraġġ mediku previst mid-Direttiva 96/26 għal mard u kundizzjonijiet relatati mar-radjazzjoni fil-każ ta' ħaddiema li ħadmu f'Thule;

tordna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent jew liċ-ċentri li jipprovdu kura medika jew lil dawk li jieħdu ħsieb il-morda, l-ispejjeż futuri ta' trattamenti mediċi u mediċini sabiex itejbu u/jew jikkuraw is-saħħa dgħajfa tiegħu, li saret referenza għaliha fl-ewwel talba, li mhumiex disponibbli għalih taħt is-sistema medika pubblika tal-Istat Membru tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u spejjeż oħra raġonevoli li saru mir-rikorrent sabiex tressqet il-kawża preżenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-każ preżenti, ir-rikorrent qed iressaq kawża għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali li tirriżulta mid-danni li huwa jallega li sofra minħabba l-allegat rifjut illegali tal-Kummissjoni milli tikkonforma ruħha mar-riżoluzzjoni plenarja tal-Parlament Ewropew (1) u milli tinforza l-implementazzjoni mid-Danimarka tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (2) għall-każ ta' ħaddiema, inkluż ir-rikorrent, involuti f'inċident nukleari f'Thule, Greenland.


(1)  Rapport tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' April 2007 dwar il-konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tat-tiġrifa ta' Thule fl-1968 (Petizzjoni 720/2002) [2006/2012(INI)]

(2)  ĠU L 159, p. 1.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/46


-Rikors ippreżentat fit-12 ta' Jannar 2009 — Schunk vs UASI (Parti b'forma ċilindrika ta' ċokk ta' torn)

(Kawża T-7/09)

(2009/C 69/101)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schunk GmbH & Co. KG Spann- u Greiftechnik (Lauffen am Neckar, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Koppe-Zagouras, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-31 ta' Ottubru 2008 (Każ R 1109/2007-1);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark ta' tip ieħor, li tirrappreżenta parti b'forma ċilindrika ta' ċokk ta' torn, għal prodotti fil-klassijiet 7 u 8 (Applikazzjoni Nru 3 098 894)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ. Barra minn hekk, it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha karattru distintiv minħabba użu fis-sens tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/46


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Jannar 2009 — Gruber vs UASI (Run the globe)

(Kawża T-12/09)

(2009/C 69/102)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Alexander Gruber (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Kienle u M. Krinke, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Novembru 2008 (Każ R 1779/2007-1), u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Run the globe” għal servizzi fil-klassi 41 (Applikazzjoni Nru 5 154 521)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) sa fejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv mitlub.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L p. 1).


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/47


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Jannar 2009 — Storck vs UASI (rappreżentazzjoni ta' ġurdien taċ-ċikkulata)

(Kawża T-13/09)

(2009/C 69/103)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, T. Melchert u I. Rohr, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-12 ta' Novembru 2008 (R 185/2006-4), u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta ġurdien taċ-ċikkulata, għal prodotti fil-klassi 30 (Applikazzjoni Nru 4 490 447)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) sa fejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv mitlub


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L p. 1).


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/47


Rikors ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2009 — Vanhecke vs Il-Parlament

(Kawża T-14/09)

(2009/C 69/104)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Frank Vanhecke (Bruges, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Tournicourt u B. Siffert, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008, innotifikata lir-rikorrent fit-30 ta' Novembru 2008, li permezz tagħha tneħħiet l-immunità parlamentari tar-rikorrent;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' ittra indirizzata lill-President tal-Parlament Ewropew, il-Ministru tal-Ġustizzja Belġjan talab li titneħħa l-immunità parlamentari tar-rikorrent. Skont l-indikazzjonijiet tar-rikorrent, din it-talba saret wara talba mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku tal-belt ta' Dendermonde li xtaq jiftaħ proċedimenti kontra r-rikorrent minħabba l-kontenut ta' artiklu li ġie ppubblikat f'gazzetta lokali fil-belt ta' Sint-Niklaas, li għaliha r-rikorrent kien l-editur responsabbli.

Sussegwentement, il-Parlament Ewropew iddeċieda li jneħħi l-immunità parlamentari tar-rikorrent.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni, fl-ewwel motiv tiegħu, li skont l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom. Minn dan jirriżulta li t-tneħħija tal-immunità ta' Membru tal-Parlament Ewropew tista' tintalab biss mill-awtorità li taħt id-dritt nazzjonali hija awtorizzata titlob it-tneħħija tal-immunità ta' membru tal-parlament nazzjonali. Għalhekk, it-talba sabiex tinbeda l-proċedura għat-tneħħija tal-immunità parlamentari kellha ssir lill-Ministru tal-Ġustizzja mill-uffiċċju ġenerali tal-prosekutur pubbliku tal-Hof van beroep u mhux, kif ġara f'dan il-każ, mill-uffiċċju lokali tal-prosekutur pubbliku fil-livell ta' distrett (Bezirk).

It-tieni motiv jirrigwarda l-mod kif ittieħdet id-deċiżjoni fil-Kumitat għall-Affarijiet legali tal-Parlament Ewropew. Ir-rikorrent jindika li l-membri tal-Kumitat, li ddeċidew dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tiegħu, kellhom jew ikunu preżenti għal-laqgħa li fiha jinstema' r-rikorrent jew kellu jkollhom rapport iddettaljat bi preżentazzjoni tal-argumenti. Dan ma kienx il-każ hawnhekk.

Fit-tielet motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni ksur tal-kunfidenzjalità u tal-obbligu ta' segretezza. F'dan il-kuntest huwa jsostni li r-rapport tal-president tal-kumitat kien diġà disponibbli għall-istampa qabel ma ttieħed il-vot finali mill-Kumitat għall-Affarijiet legali.

Fir-raba' motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni ksur tal-Artikolu 7 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew minħabba li kien impossibbli li jinżamm kwalunkwe dibattitu f'seduta plenarja.

Fil-ħames motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni nuqqas ta' motivazzjoni suffiċjenti sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tagħmel biss riferiment għar-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet legali.

Fis-sitt motiv tiegħu r-rikorrent jikkontesta r-raġunament tal-Kumitat għall-Affarijiet legali fis-sens li “mhuwiex kompitu ta' deputat tal-Parlament Ewropew li jaġixxi bħala l-editur responsabbli għal gazzetta ta' partit politiku nazzjonli”. Fil-fehma tar-rikorrent, huwa kompitu ta' politikant li jesprimi u jxerred opinjoni politika u l-pubblikazzjoni ta' kitbiet politiċi, fil-funzjoni ta' editur responsabbli, jagħmlu tabilħaqq parti mill-kompiti ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/48


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Jannar 2009 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH)

(Kawża T-15/09)

(2009/C 69/105)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Européenne de traitement de l'Information (Euro-Information) (Strasburgu, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-UASI tat-18 ta' Novembru 2008, Każ R 70/2006-4, inkwantu din irrifjutat ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja EURO AUTOMATIC CASH Nru 4 114 864 fir-rigward tal-intier tal-prodotti u s-servizzi mitluba fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 38 u 42;

ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni ta' trade mark Komunitarja EURO AUTOMATIC CASH Nru 4 114 864 għall-prodotti u s-servizzi kollha previsti fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark;

il-kundanna tal-UASI għall-ispejjeż tar-rikorrenti inkorsi fil-proċedimenti quddiem l-UASI u fil-kuntest ta' dan ir-rikors, skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “EURO AUTOMATIC CASH” għal prodotti u servizzi kklassifikati fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 38 u 42 — applikazzjoni Nru 4 114 864

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Ċaħda tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ), u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li t-trade mark mitluba mhijiex deskrittiva u għandha l-karattru distintiv rikjest.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/48


Rikors ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2009 — Eurotel vs UASI — DVB Project (DVB)

(Kawża T-21/09)

(2009/C 69/106)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Eurotel SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentant: F. Paola, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti(jiet) oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DVB Project

Talbiet tar-rikorrenti

Tiddikjara l-invalidità tad-deċiżjoni kkontestata u għalhekk tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja figurattiva “DVB” għaliex hija tmur manifestament kontra l-ittra u l-ispirtu tal-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (d) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

Tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark figurattiva “DVB” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2.75.771), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: DVB project

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Dritt ta' trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità ma tallega ebda dritt ta' trade mark, iżda ssostni li t-trade mark inkwistjoni hija deskrittiva u ġenerika.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (d) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/49


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Jannar 2009 — Katjes Fassin vs UASI (Forma ta' wiċċ ta' panda)

(Kawża T-22/09)

(2009/C 69/107)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schmitz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta' Novembru 2008, fil-Każ R 1299/2006-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta wiċċ ta' panda taċ-ċikkulata, għal prodotti fil-klassi 30 (Applikazzjoni Nru 4 505 161)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) sa fejn it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv mitlub.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/49


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Jannar 2009 — Johnson & Johnson vs UASI — Simca (YouCare)

(Kawża T-25/09)

(2009/C 69/108)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Johnson & Johnson GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Gérard, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Simca Srl (Cesano Boscone (MI), L-Italja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) tas-6 ta' Novembru 2008 fil-Każ R 175/2008-1;

tilqa' l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Nru 4 584 587 ta' trade mark figurattiva “YourCare”; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għal trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “YourCare” għal prodotti fil-klassijiet 3, 8 u 21

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Germaniża “Young Care” rregistrata Nru 2 913 574 għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5; Trade mark figurattiva Germaniża “bebe young care” rregistrata Nru 30 416 018 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 21 u 44; Trade mark verbali Germaniża “Young Care” rregistrata Nru 30 414 452 għal prodotti fil-klassi 21;

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħha fl-intier tagħha u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell wettaq evalwazzjoni żbaljata meta kkonstata li mhemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; Ksur tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni evidenza fattwali prodotta mir-rikorrenti.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/50


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Jannar 2009 — Easycamp vs UASI — Oase Outdoors (EASYCAMP)

(Kawża T-29/09)

(2009/C 69/109)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Easycamp BV (Amersfoort, l-Olanda) (rappreżentant: C. Beijer, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Oase Outdoors ApS (Give, id-Danimarka)

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ottubru 2008 fil-Każijiet magħquda R 853/2007-1 u R 916/2007-1;

tħalli lir-rikorrenti tkompli tuża t-trade mark Komunitarja — applikazzjoni Nru 3 188 943 għal servizzi fil-klassi 43; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “EASYCAMP” għal servizzi fil-klassijiet 39, 41 u 43

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Daniża Nru 199 903 355 tat-trade mark figurattiva “easycamp” għal prodotti fil-klassijiet 18, 20, 22, 24, 25 u 28; reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 39 910 614 tat-trade mark figurattiva “easycamp” għal prodotti fil-klassijiet 18, 20, 22, 24, 25 u 28; reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Benelux Nru 944 316 tat-trade mark figurattiva “easycamp” għal prodotti fil-klassijiet 18, 20, 22, 24, 25 u 28; reġistrazzjoni tat-trade mark Ingliża Nru 2 191 370 tat-trade mark figurattiva “easycamp” għal prodotti fil-klassijiet 18, 20, 22, 24, 25 u 28; is-sinjal mhux irreġistrat “easy camp” użat fid-Danimarka u r-Renju Unit

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: laqgħet parzjalment l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ċaħdet l-appelli

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 billi l-Bord tal-Appell evalwa ħażin li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/50


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — Baid vs UASI (LE GOMMAGE DES FACADES)

(Kawża T-31/09)

(2009/C 69/110)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Baid SARL (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Grasset, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni) (UASI) tat-30 ta' Ottubru 2008 (Każ R 963/2008-1) tiġi annullata u mibdula fis-sens li l-appell quddiem l-UASI ppreżentat mir-rikorrenti huwa fondat u, konsegwentement, it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni tintlaqa';

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “LE GOMMAGE DES FACADES” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 19 u 37 — Applikazzjoni Nru 6 071 641

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni mhijiex deskrittiva, tal-Artikolu 7(3) tal-imsemmi regolament peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kisbet karattru distintiv permezz tal-użu li sar minnha, u tal-Artikolu 73 tal-imsemmi regolament peress li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata, fil-parti l-kbira tagħha, fuq riferimenti għal paġni tal-Internet.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/51


Appell ippreżentat fis-26 ta' Jannar 2009 minn Luigi Marcuccio mid-digriet tal-4 ta' Novembru 2008 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-18/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-32/09 P)

(2009/C 69/111)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komuntajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

F'kull każ:

(A.1)

tannulla d-digriet ikkontestat fit-totalità tiegħu u mingħajr eċċezzjoni.

(A.2)

tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza kien perfettament ammissibbli.

Prinċipalment:

(B.1)

tilqa' t-talbiet imressqa mir-rikorrent fir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza fit-totalità tagħhom u mingħajr eċċezzjoni;

(B.2)

tikkundanna lill-appellanta tħallas lura lill-appellant l-ispejjeż kollha sostnuti minnu kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell;

Sussidjarjament:

(B. 3)

tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, f'kompożizzjoni ġdida, sa biex jiddeċiedi mill-ġdid dwarha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa magħmul kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta' Novembru 2008, adottat fil-Kawża F-18/07 L. Marcuccio vs Il-Kummissjoni, li ċaħad ir-rikors ippreżentat mir-rikorrent bħala manifestament inammissibbli.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant iressaq l-aggravji li ġejjin:

Nuqqas assolut ta' motivazzjoni tal-allegazzjonijiet li jikkonċernaw il-kwalifika tan-nota tal-11 ta' Ottubru 2005, imsemmija fil-punt 3 tad-digriet appellat, u tat-talba bbażata fuq l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal u għall-applikabbiltà konsegwenti, fil-każ inkwistjoni, tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Nuqqas assolut ta' motivazzjoni tal-allegazzjonijiet li jikkonċernaw id-data li fiha n-nota tal-11 ta' Ottubru 2005 waslet lill-appellata u d-data li fiha ngħatat id-deċiżjoni kkontestata daħlet fis-seħħ.

Illegalità tal-kunsiderazzjonijiet li jikkonċernaw l-allegata inammissibbiltà manifesta tar-rikors fl-ewwel istanza fit-totalità tiegħu.

Nuqqas assolut ta' motivazzjoni, anki minħabba nuqqas assolut ta' investigazzjoni, fir-rigward tad-data tal-preżentata tar-risposta, u żbalji fil-proċedura, minħabba nuqqas ta' osservanza tal-obbligu li ma jiġix ikkunsidrat il-kontenut tar-risposta peresss li ġiet ippreżentata tardivament.

Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fondamentali tal-Unjoni Ewropea.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/51


Rikors ippreżentat fis-26 ta' Jannar 2009 — Procaps vs UASI — Biofarma (PROCAPS)

(Kawża T-35/09)

(2009/C 69/112)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Procaps, SA (Barranquilla, Kolombja) (rappreżentant: M. Vidal-Quadras Trias de Bes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Biofarma SAS (Neuilly sur Seine, Franza)

Talbiet tar-rikorrent

Annullament tad-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta' Novembru 2008 fil-Każ R 867/2007-4, li ġiet innotifikata lill-partijiet fil-25 ta' Novembru.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Procaps, SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “PROCAPS” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.519.394) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 35, 39, 40, 44.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: BIOFARMA, société par actions simplifiée.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali, nazzjonali u internazzjonali, “PROCAPTAN” għal prodotti fil-klassi 5.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell parzjalment milqugħ.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/52


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Jannar 2009 — El Corte Inglés vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-38/09)

(2009/C 69/113)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, S.A. (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: P. Muñiz u M. Baz, abogados)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata,

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6317 finali tat-3 ta' Novembru 2008, li permezz tagħha ġie kkonstatat li għandhom jiġu rkuprati a posteriori d-dazji fuq l-importazzjoni u li mhijiex ġustifikata l-eżenzjoni ta' dawn id-dazji f'każ partikolari (Każ REM 03/07).

Ir-rikorrenti importat prodotti tat-tessuti mill-Ġamajka, importazzjoni li kienet suġġetta għas-sistema preferenzjali prevista fil-Fteħim ta' Assoċjazzjoni UE-AKP, bil-kundizzjoni li dawn jiġu importati flimkien ma' ċertifikat ta' ċirkulazzjoni mudell EUR 1, mibgħut mill-awtoritajiet kompetenti Ġamajkani. Dan iċ-ċertifikat kien mehmuż bħala prova ta' oriġini Ġamajkana tal-merkanzija. Madankollu, missjoni tal-OLAF fil-Ġamajka kkonkludiet li l-merkanzija ma kellhiex oriġini preferenzjali fil-Ġamajka bil-konsegwenza li ma setgħetx tibbenefika minn trattament preferenzjali.

Bi tweġiba għat-talba ta' eżenzjoni minn dejn fiskali ppreżentata mir-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, id-deċiżjoni kkontestata ddikjarat li l-awtoritajiet Ġamajkani ma kinux wettqu żball fost dawk previsti fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, u li r-rikorrenti ma kinitx tinsab f'sitwazzjoni speċjali minħabba l-preżentazzjoni żbaljata tal-fatti mwettqa mill-esportaturi.

Ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla minħabba l-motivi li ġejjin:

il-proċedura amministrattiva għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata kienet ivvizzjata minn ksur sostanzjali ta' forma. B'mod konkret, id-deċiżjoni kkontestata naqset milli tapplika l-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u ġew miksura b'mod gravi d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti peress li ma jeżistix fajl amminsitrattiv dwar kif ittieħdet id-deċiżjoni kkontestata.

Id-deċiżjoni kkontestata twettaq żball ta' evalwazzjoni peress li tipprovdi li r-rikorrenti ma kienx jinsab f'sitwazzjoni speciali. Fil-fatt, fil-każ in eżami, tesisti sitwazzjoni partikolari peress illi:

l-awtoritajiet Ġamajkani kienu jafu jew kellhom ikunu jafu li l-merkanzija ma setgħetx tibbenefika minn trattament preferenzjali; u dan ukoll meta l-esportaturi kienu taw informazzjoni żbaljata,

l-awtoritajiet Ġamajkani naqsu b'mod gravi milli jwettqu l-obbligi tagħhom.

Ir-rikorrenti ma wettqitx l-obbligu tagħha li tapplika b'mod korrett il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni AKP-KE.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/52


Rikors ippreżentat fit-28 ta' Jannar 2009 — A. Loacker SpA vs UASI — Editrice Quadratum (QUADRATUM)

(Kawża T-42/09)

(2009/C 69/114)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: A. Loacker SpA (Renon, l-Italja) (rappreżentanti: V. Bilardo, C. Bacchini, M. Mazzitelli, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Editrice Quadratum SpA (Milan, L-Italja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Editrice Quadratum SpA.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “Quadratum”, applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4653481, għal prodotti fil-klassi 30.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Komunitarja “LOACKER QUADRATINI” għal prodotti fil-klassi 30.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell imressaq mill-applikant tat-trade mark milqugħ.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) kif ukoll tal-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/53


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Frar 2009 — La Cachuera vs UASI — Gelkaps (Ayanda)

(Kawża T-43/09)

(2009/C 69/115)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: La Cachuera SA (Misiones, Arġentina) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gelkaps GmbH (Pritzwalk, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tikkonstata li r-rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tad-19 ta' Novembru 2008 ġie ppreżentat fit-termini stabbiliti u taħt il-forma meħtieġa u, qabel ma jsir l-eżami rilevanti tal-proċess, tannulla d-deċiżjoni ċċitata iktar 'il fuq u tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Gelkaps GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “AYANDA” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.315.405) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 28, 29, 30, 32 u 44.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks Spanjoli figurattivi u verbali “AMANDA” għal prodotti fil-klassi 30.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/53


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Jannar 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-431/04) (1)

(2009/C 69/116)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tas-Seba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 314, 18.12.2004.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/53


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni vs Banca di Roma

(Kawża T-261/07) (1)

(2009/C 69/117)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tar-Raba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/53


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Frar 2009 — Comtec Translations vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-239/08) (1)

(2009/C 69/118)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 209, 15.8.2008.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/54


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Diċembru 2008 — Di Prospero vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-99/08)

(2009/C 69/119)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Rita Di Prospero (Uccle, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Rodriguez u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Oġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma taċċettax il-kandidatura tar-rikorrenti għall-kompetizzjoni EPSO/AD/ 117/08.

Talbiet tar-rikorrenti

Jannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) li li ma tħallix lir-rikorrenti tippreżenta l-kandidatura tagħha għall-kompetizzjoni EPSO/AD/ 117/08;

jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/54


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — De Britto Patricio-Dias vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-4/09)

(2009/C 69/120)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jorge De Britto Patricio-Dias (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Massaux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunatijet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta' assenjazzjoni mill-ġdid tar-rikorrent għall-unità TRN.B.3

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra tal-11 ta' April 2008 u tal-21 ta' Ottubru 2008;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/54


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Frar 2009 — Fares vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-6/09)

(2009/C 69/121)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Soukaïna Fares (Berchem-Sainte-Agathe, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tikklassifika lir-rikorrenti fil-grad 8 tal-grupp tal-funzjoni III.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni meħuda mill-AATK [awtorità awtorizzata biex tikkonkludi l-kuntratti ta' impjieg] fis-17 ta' Ottubru li biha ġie miċħud l-ilment imressaq mir-rikorrenti fil-21 ta' Ġunju 2008, sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni li r-rikorrenti tiġi kklassifikata fil-grad 8 tal-grupp tal-funzjoni III, u li tapplika l-benefiċċju ta' klassifikazzjoni fil-grad 9, b'effett fl-istess data;

sa fejn meħtieġ, tannulla wkoll id-deċiżjoni oriġinali, li biha r-rikorrenti ġiet ikklassifikata fil-grad 8 tal-grupp tal-funzjoni III;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/55


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Jannar 2009 — Faria vs UASI

(Kawża F-7/09)

(2009/C 69/122)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marie-Hélène Faria (Muchamiel, Spanja) (rappreżentant: L. Levi, Avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

It-talba għal annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 2006 sat-30 ta' Settembru 2007, kif ukoll il-kundanna tal-konvenut għall-ħlas tad-danni subiti mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla r-rapport ta' evalwazzjoni għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 2006 sat-30 ta' Settembru 2007;

safejn possibbli, tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta' Ottubru 2008, li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti;

tikkundanna l-konvenut għall-ħlas tad-danni bħala kumpens tad-dannu morali subit, stmat ex aequo et bono għal EUR 100 000;

tikkundanna lil UASI għall-ispejjeż.