ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 55

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
7 ta' Marzu 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 055/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 44, 21.2.2009

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2009/C 055/02

Kawża C-140/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Hecht-Pharma GmbH vs Staatliches Gewerbeaufsichtsamt Lüneburg (Direttiva 2001/83/KE — Artikoli 1(2) u 2(2) — Kunċett ta' prodott mediċinali minħabba użu — Prodott li l-klassifikazzjoni tiegħu bħala prodott mediċinali minħabba użu għadha mhux stabbilita — Teħid inkunsiderazzjoni tad-dożaġġ ta' sustanzi attivi)

2

2009/C 055/03

Kawża C-383/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof — il-Ġermanja) — M-K Europa GmbH & Co. KG vs Stadt Regensburg (Talba għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 258/97 — Artikolu 1(1) sa (3) — Ikel ġdid u ingredjenti tal-ikel ġodda)

3

2009/C 055/04

Kawża C-495/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Patent- und Markensenat) — Silberquelle GmbH vs Maselli Strickmode GmbH (Trade marks — Direttiva 89/104/KEE — Artikoli 10 u 12 — Revoka — Kunċett ta' użu ġenwin ta' trade mark — Tqegħid tat-trade mark fuq oġġetti ta' reklamar — Distribuzzjoni b'offerta ta' dawn l-oġġetti lil min jixtri l-prodotti tal-proprjetarju tat-trade mark)

3

2009/C 055/05

Kawża C-502/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Naczelny Sąd Administracyjny — Ir-Repubblika tal-Polonja) — K-1 sp.zo.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Bydgoszczy (VAT — Irregularitajiet fid-dikjarazzjoni tat-taxxa tal-persuna taxxabbli — Taxxa addizzjonali)

4

2009/C 055/06

Kawża C-539/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2002/22/KE — Artikolu 26(3) — Numru uniku Ewropew għal sejħa ta' emerġenza — Informazzjoni dwar li post fejn jinsab min jagħmel is-sejħa — Tqegħid għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet mitluba li jintervjenu fil-każ ta' emerġenza — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

4

2009/C 055/07

Kawża C-259/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 79/409/KEE — Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi — Preservazzjoni u żamma tal-habitats — Klassifikazzjoni ta' żoni specjali ta' protezzjoni — Projbizzjoni tal-kacca u tal-qabda — Traspożizzjoni mhux korretta)

5

2009/C 055/08

Kawża C-421/08 P: Appell ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2008 minn Calebus, SA mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) fl-14 ta' Lulju 2008 fil-Kawża T-366/06, Calebus, SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, sostnuta mir-Renju ta Spanja

5

2009/C 055/09

Kawża C-506/08 P: Appell ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 mir-Renju tal-Iżvezja mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla Estiża) mogħtija fid-9 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-403/05: MyTravel Group plc vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

6

2009/C 055/10

Kawża C-520/08 P: Appell ippreżentat fis-27 ta' Novembru 2008 minn HUP Uslugi Polska sp. z o.o. (li qabel kienet HP Temporärpersonalgesellschaft mbH) mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) mogħtija fl-24 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-248/05, HUP Uslugi Polska sp. z o.o. (li qabel kienet HP Temporärpersonalgesellschaft mbH) vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), Manpower, Inc

7

2009/C 055/11

Kawża C-525/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-2 ta' Diċembru 2008 — Sylvia Bienek vs Condor Flugdienst GmbH

8

2009/C 055/12

Kawża C-538/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fl-4 ta' Diċembru 2008 — X Holding BV vs Staatssecretaris van Financiën

8

2009/C 055/13

Kawża C-541/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fl-4 ta' Diċembru 2008 — Fokus Invest AG vs Finanzierungsberatung-Immobilientreuhand und Anlageberatung GmbH (FIAG)

8

2009/C 055/14

Kawża C-549/08: Rikors ippreżentat fl-10 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs l-Irlanda

9

2009/C 055/15

Kawża C-551/08: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

9

2009/C 055/16

Kawża C-552/08 P: Appell ippreżentat fit-12 ta' Diċembru 2008 minn Agrar-Invest-Tatschl GmbH kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tmien Awla) fit-8 ta' Ottubru 2008, fil-Kawża T-51/07, Agrar-Invest-Tatschl GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

10

2009/C 055/17

Kawża C-558/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fis-17 ta' Diċembru 2008 — Portakabin Limited u Portakabin B.V. vs Primakabin B.V.

10

2009/C 055/18

Kawża C-560/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

11

2009/C 055/19

Kawża C-565/08: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

12

2009/C 055/20

Kawża C-570/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Anotato Dikastirio (Ċipru) fit-22 ta' Diċembru 2008 — Symvoulio Apochetefseon Lefkosias vs Anatheoritiki Archi Prosforon

13

2009/C 055/21

Kawża C-571/08: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

13

2009/C 055/22

Kawża C-572/08: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

14

2009/C 055/23

Kawża C-573/08: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

14

2009/C 055/24

Kawża C-576/08 P: Appell ippreżentat fit-23 ta' Diċembru 2008 mill-People's Mojahedin Organization of Iran mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba Awla) mogħtija fit-23 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-256/07, People's Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

15

2009/C 055/25

Kawża C-577/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen, Afdeling Hasselt (il-Belġju) fid-29 ta' Diċembru 2008 — Rijksdienst voor pensioenen vs E. Brouwer

16

2009/C 055/26

Kawża C-578/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (L-Olanda) fid-29 ta' Diċembru 2008 — Rhimou Chakroun vs Minister van Buitenlandse Zaken

16

2009/C 055/27

Kawża C-579/08 P: Appell ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2008 minn Messer Group GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) fil-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-305/06, Air Products u Chemicals Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI)

17

2009/C 055/28

Kawża C-581/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunal, Londra (Ir-Renju Unit) fid-29 ta' Diċembru 2008 — EMI Group Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

17

2009/C 055/29

Kawża C-584/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d'appel de Liège (il-Belġju) fid-29 ta' Diċembru 2008 — Real Madrid Football Club, Zinedine Zidane, David Beckham, Raul Gonzalez Blanco, Ronaldo Luiz Nazario de Lima, Luis Filipe Madeira Caeiro, Futebol Club Do Porto S.A.D., Victor Baia, Ricardo Costa, Diego Ribas Da Cunha, P.S.V. N.V., Imari BV, Juventus Football Club SPA vs Sporting Exchange Ltd, William Hill Credit Limited, Victor Chandler (International) Ltd, BWIN International Ltd (Betandwin), Ladbrokes Betting and Gaming Ltd, Ladbroke Belgium S.A., Internet Opportunity Entertainment Ltd, Global Entertainment Ltd (Unibet)

18

2009/C 055/30

Kawża C-586/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrattivo Regionale del Lazio (l-Italja) fid-29 ta' Diċembru 2008 — Angelo Rubino vs Ministero dell'Università e della Ricerca

19

2009/C 055/31

Kawża C-2/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen Sad (il-Bulgarija) fis-6 ta' Jannar 2009 — Peter Dimitrov Kalinchev vs Regionalna Mitnicheska Direktsia — Plovdiv

19

2009/C 055/32

Kawża C-5/09: Rikors ippreżentat fit-8 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

19

2009/C 055/33

Kawża C-10/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

20

2009/C 055/34

Kawża C-11/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

20

2009/C 055/35

Kawża C-12/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

21

2009/C 055/36

Kawża C-13/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

21

2009/C 055/37

Kawża C-240/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

21

 

Il-Qorti tal-Prim' Istanza

2009/C 055/38

Kawża T-162/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Jannar 2008 — Kronoply vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni — Motivazzjoni — Effett ta' inċentiv tal-għajnuna — Neċessità tal-għajnuna)

22

2009/C 055/39

Kawża T-399/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Jannar 2009 — giropay vs UASI (GIROPAY) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GIROPAY — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

22

2009/C 055/40

Kawża T-296/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Jannar 2009 — Korsch vs UASI (PharmaCheck) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark verbali PharmaCheck — Raġuni assoluta għal rifjut — Natura deskrittiva — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Limitazzjoni tal-lista tal-prodotti)

23

2009/C 055/41

Kawża T-307/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Jannar 2009 — Hansgrohe vs UASI (AIRSHOWER) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali AIRSHOWER — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

23

2009/C 055/42

Kawża T-316/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Jannar 2009 — Commercy vs UASI — easyGroup IP Licensing (easyHotel) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità — Trade mark Komunitarja verbali easyHotel — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti EASYHOTEL — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta' xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Għajnuna legali — Applikazzjoni mressqa mill-amministratur ta' proċedura ta' falliment ta' kumpannija kummerċjali — Artikolu 94(2) tar-Regoli tal-Proċedura)

23

2009/C 055/43

Kawża T-352/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni vs Rednap (Klawżola ta' arbitraġġ — Kuntratti konklużi fil-kuntest tar-raba' programm-qafas għal azzjonijiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' demostrazzjoni — Proġetti Rise u Healthline — Nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta' parti mill-ispejjeż iddikjarati — Rimbors ta' parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem — Proċedura fil-kontumaċja)

24

2009/C 055/44

Kawża T-424/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Jannar 2009 — Pioneer Hi-Bred International vs UASI (OPTIMUM) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OPTIMUM — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta' karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Obbligu ta' motivazzjoni — Eżami ex officio tal-fatti — Artikolu 73 u Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94)

24

2009/C 055/45

Kawża T-372/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Diċembru 2008 — Bomba Energia Getränkevertriebs GmbH vs UASI — Eckes-Granini (Bomba) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

25

2009/C 055/46

Kawża T-137/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — Portela vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kummerċjalizzazzjoni ta' termometri diġitali difettużi bil-marka CE — Nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni — Rabta kawżali — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

25

2009/C 055/47

Kawża T-209/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — Gaedertz vs UASI — Living Byte Software (GlobalRemote) (Trade mark Komunitarja — Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità — Revoka tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità — M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

26

2009/C 055/48

Kawża T-223/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 — Thierry vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta' promozzjoni 2004 — Ċaħda ta' talba għas-smigħ ta' xhud — Appell manifestament inammissibbli)

26

2009/C 055/49

Kawża T-285/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — L-Italja vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni (Kwistjoni proċedurali — Eċċezzjoni ta' inammissibbiltà — Inammissibbiltà parzjali tar-rikors — Nuqqas ta' imputabbiltà tal-att ikkontestat lill-Parlament)

26

2009/C 055/50

Kawża T-117/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — L-Italja vs KESE u l-Kummissjoni (Kwistjoni proċedurali — Eċċezzjoni ta' inammissibbiltà — Inammissibbiltà parzjali tar-rikors — Nuqqas ta' imputabbiltà tal-atti lill-Kummissjoni)

27

2009/C 055/51

Kawża T-468/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Diċembru 2008 — AES-Tisza vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mir-Repubblika tal-Ungerija lil ċerti produtturi tal-enerġija elettrika fil-forma ta' arranġamenti għax-xiri tal-elettriku — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ibbilanċjar tal-interessi)

27

2009/C 055/52

Kawża T-535/08: Rikors ippreżentat fit-8 ta' Diċembru 2008 — Tuzzi fashion GmbH vs UASI — El Corte Inglés (Emidio Tucci)

28

2009/C 055/53

Kawża T-536/08: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2008 — Huvis vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

28

2009/C 055/54

Kawża T-537/08: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2008 — Cixi Jiangnan Chemical Fiber et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

29

2009/C 055/55

Kawża T-538/08: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2008 — Rewe-Zentral vs UASI — Kodi Diskontläden (inéa)

29

2009/C 055/56

Kawża T-543/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Diċembru 2008 — RWE u RWE Dea vs Il-Kummissjoni

30

2009/C 055/57

Kawża T-544/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Diċembru 2008 — Hansen & Rosenthal u H & R Wax Company Vertrieb vs Il-Kummissjoni

31

2009/C 055/58

Kawża T-547/08: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Diċembru 2008 — X-Technology Swiss vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' kalzetta)

31

2009/C 055/59

Kawża T-550/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Diċembru 2008 — Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen vs Il-Kummissjoni

32

2009/C 055/60

Kawża T-551/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Diċembru 2008 — H & R ChemPharm vs Il-Kummissjoni

32

2009/C 055/61

Kawża T-552/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Domótica

33

2009/C 055/62

Kawża T-554/08: Rikors ippreżentat fit-8 ta' Diċembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

34

2009/C 055/63

Kawża T-555/08: Rikors ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2008 — iPublish Ganske interactive Publishing vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' apparat ta' navigazzjoni)

35

2009/C 055/64

Kawża T-556/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 — Slovenská pošta vs Il-Kummissjoni

35

2009/C 055/65

Kawża T-557/08: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Diċembru 2008 — mPAY24 GmbH vs UASI

35

2009/C 055/66

Kawża T-560/08 P: Appell ippreżentat fid-19 ta' Diċembru 2009 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza mogħtija fl-14 ta' Ottubru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-74/07, Meierhofer vs Il-Kummissjoni

36

2009/C 055/67

Kawża T-561/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Diċembru 2008 — Bactria u Gutknecht vs Il-Kummissjoni

37

2009/C 055/68

Kawża T-565/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 — Corsica Ferries France vs Il-Kummissjoni

38

2009/C 055/69

Kawża T-566/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 — Total Raffinage Marketing vs Il-Kummissjoni

38

2009/C 055/70

Kawża T-567/08 P: Appell ippreżentat fid-19 ta' Diċembru 2008 minn Bart Nijs kontra s-sentenza mogħtija fid-9 ta' Ottubru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-49/06, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri

39

2009/C 055/71

Kawża T-568/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 — M6 vs Il-Kummissjoni

40

2009/C 055/72

Kawża T-569/08: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Visonic vs UASI — Sedea Electronique (VISIONIC)

40

2009/C 055/73

Kawża T-570/08: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

41

2009/C 055/74

Kawża T-571/08: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

41

2009/C 055/75

Kawża T-573/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 — TF1 vs Il-Kummissjoni

42

2009/C 055/76

Kawża T-575/08: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — 4care vs UASI — Laboratorios Diafarm (Acumed)

43

2009/C 055/77

Kawża T-576/08: Rikors ippreżentat fit-23 ta' Diċembru 2008 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

43

2009/C 055/78

Kawża T-578/08: Rikors ippreżentat fit-23 ta' Diċembru 2008 — DVB Project vs UASI — Eurotel (DVB)

44

2009/C 055/79

Kawża T-584/08: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Diċembru 2008 — Cantiere Navale De Poli vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

44

2009/C 055/80

Kawża T-586/08: Rikors ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2008 — Kerma vs UASI (BIOPIETRA)

45

2009/C 055/81

Kawża T-3/09: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

45

2009/C 055/82

Kawża T-4/09: Rikors ippreżentat fil- 5 ta' Jannar 2009 — UniCredit vs UASI — Union Investment Privatfonds (UniCredit)

46

2009/C 055/83

Kawża T-9/09 P: Appell ippreżentat fil-15 ta' Jannar 2009 minn Luigi Marcuccio kontra d-digriet mogħti fl-4 ta' Novembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-133/06, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

46

2009/C 055/84

Kawża T-10/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2009 — Formula One Licensing vs UASI — Racing — Live (F1 — Live)

47

2009/C 055/85

Kawża T-11/09: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2009 — Özdemir vs UASI — Aktieselskabet af 21. november 2001 (James Jones)

47

2009/C 055/86

Kawża T-16/09 P: Appell ippreżentat minn Luigi Marcuccio fid-19 ta' Jannar 2009 kontra d-digriet tal-4 ta' Novembru 2008 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-87/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

48

2009/C 055/87

Kawża T-20/09 P: Appell ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2009 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza mogħtija fl-4 ta' Novembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-41/06, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

49

2009/C 055/88

Kawża T-23/09: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — CNOP u CCG vs Il-Kummissjoni

49

2009/C 055/89

Kawża T-24/09: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — Biocaps vs Il-Kummissjoni

50

2009/C 055/90

Kawża T-132/98: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — Groupe Perry u Isibiris vs Il-Kummissjoni

50

2009/C 055/91

Kawża T-98/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 — Fédération nationale du Crédit agricole vs Il-Kummissjoni

50

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2009/C 055/92

Kawża F-35/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 — Klug vs EMEA (Servizz Pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt għal żmien fiss — Rapport ta' evalwazzjoni negattiv — Fastidju morali)

51

2009/C 055/93

Kawża F-32/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta' Jannar 2009 — Klein vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Pensjoni ta' invalidità — Mewt — Kunċett ta' tfal dipendenti — Artikolu 2 tal-Anness VII tal-Istatut — Allowance f'każ ta' mewt — Għotja f'każ ta' mewt — Pensjoni tal-orfni)

51

2009/C 055/94

Kawża F-100/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 — Petrilli vs Il-Kummissjoni

52

2009/C 055/95

Kawża F-102/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Diċembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

52

2009/C 055/96

Kawża F-1/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Putterie-de-Beukelaer vs Il-Kummissjoni

53

2009/C 055/97

Kawża F-2/09: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Jannar 2009 — Menghi vs ENISA

53

2009/C 055/98

Kawża F-3/09: Rikors ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2009 — Ridolfi vs Il-Kummissjoni

53

2009/C 055/99

Kawża F-21/08: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta' Diċembru 2008 — Gippini Fournier vs Il-Kummissjoni

54

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/1


(2009/C 55/01)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 44, 21.2.2009

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 32, 7.2.2009

ĠU C 19, 24.1.2009

ĠU C 6, 10.1.2009

ĠU C 327, 20.12.2008

ĠU C 313, 6.12.2008

ĠU C 301, 22.11.2008

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Hecht-Pharma GmbH vs Staatliches Gewerbeaufsichtsamt Lüneburg

(Kawża C-140/07) (1)

(Direttiva 2001/83/KE - Artikoli 1(2) u 2(2) - Kunċett ta' “prodott mediċinali minħabba użu’ - Prodott li l-klassifikazzjoni tiegħu bħala prodott mediċinali minħabba użu għadha mhux stabbilita - Teħid inkunsiderazzjoni tad-dożaġġ ta' sustanzi attivi)

(2009/C 55/02)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hecht-Pharma GmbH

Konvenut: Staatliches Gewerbeaufsichtsamt Lüneburg

Fil-preżenza ta': Vertreterin des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

Suġġett

Talba għal domanda preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(2) u 2(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83/KEE tas-6 ta' Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU 2001 L 311, p. 67), kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/27/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li ghandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU 2004 L 136, p. 34) — Klassifikazzjoni bħala prodott mediċinali ta' prodott li fih sustanza li tipproduċi bidliet fiżjoliġiċi meta tittieħed doża ikbar minn dik intiża għal użu normali — Applikabbiltà tad-Direttiva 2001/83/KE għal prodott li jista' jiġi kklassifikat bħala prodott mediċinali iżda li l-klassifikazzjoni tiegħu bħala prodott mediċinali għadha mhux stabbilita — Kunċett ta' prodott mediċinali

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83/KEE tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/27/KE, tal-31 ta' Marzu 2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2004/27, ma tapplikax għal prodott li l-klassifikazzjoni tiegħu bħala prodott mediċinali minħabba użu mhijiex xjentifikament stabbilita, mingħajr ma tista' tiġi eskluża.

2)

L-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2004/27, għandu jiġi interpretatat fis-sens li l-kriterji tal-modalitajiet ta' użu ta' prodott, il-firxa tad-distribuzzjoni tiegħu, il-konoxxenza li l-konsumaturi għandhom tiegħu u l-perikli li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu jibqgħu rilevanti sabiex jiġi deċiż jekk dan il-prodott jaqax taħt id-definizzjoni ta' prodott mediċinali minħabba użu.

3)

L-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2004/27, għandu jiġi interpretat fis-sens li, barra mill-każ ta' sustanzi jew kompożizzjonijiet intiżi sabiex issir dijanjosi medika, prodott ma jistax jiġi kkunsidrat bħala prodott mediċinali fis-sens ta' din id-dispożizzjoni, meta, fid-dawl tal-kompożizzjoni tiegħu — inkluż id-dożaġġ tiegħu f'sustanzi attivi — u taħt il-kundizzjonijiet normali ta' użu, mhuwiex kapaċi li jirrestawra, jikkorreġi jew jimmodika b'mod sinjifikattiv il-funzjonijiet fiżjoloġiċi billi jeżerċita azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof — il-Ġermanja) — M-K Europa GmbH & Co. KG vs Stadt Regensburg

(Kawża C-383/07) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 258/97 - Artikolu 1(1) sa (3) - Ikel ġdid u ingredjenti tal-ikel ġodda)

(2009/C 55/03)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M-K Europa GmbH & Co. KG

Konvenut: Stadt Regensburg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bayerischer Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(d) u (e) u tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid [ġodda] (ĠU L 43, p. 1) — Karattru ġdid ta' ikel impoġġi fis-suq f'żona ġeografikament limitata tal-Komunità (San Marino) ftit taż-żmien qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament meta l-ikel huwa magħmul minn ingredjenti li l-konsum abitwali tagħhom mill-bniedem huwa kkontestat jew jista' jkun stabbilit biss minn pajjiż terz (il-Ġappun) — Obbligu li l-ikel jiġi sottopost għal testijiet

Dispożittiv

1)

L-importazzjoni ta' prodott tal-ikel ġewwa San Marino, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997, dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid [ġodda], mhijiex fattur relevanti sabiex jiġi kkunsidrat jekk dan il-prodott jissodisfax il-kundizzzjoni dwar il-konsum mill-bniedem fi grad sinjifikanti ġewwa l-Komunità skont l-Artikolu 1(2) tal-imsemmi Regolament.

2)

Il-fatt li l-ingredjenti kollha ta' prodott tal-ikel, individwalment, jissodisfaw il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 258/97, jew mhumiex perikolużi, ma jistax ikun ikkunsidrat bħala biżżejjed sabiex dan ir-Regolament ma japplikax għall-prodott tal-ikel inkwistjoni. Sabiex jiġi deċiż jekk dan għadux ikun ikkunsidrat bħala ikel ġdid fis-sens tar-Regolament Nru 258/97, l-Awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiddeċiedi kull każ individwali, billi tikkunsidra l-karatteristiċi kollha tal-prodott tal-ikel kif ukoll il-proċess tal-produzzjoni.

3)

Il-fatt li l-alki misjuba fil-prodott tal-ikel, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(d) tar-Regolament Nru 258/97, jissodisfaw il-kundizzjoni dwar il-konsum mill-bniedem fi grad sinjifikanti fil-Komunità, skont l-Artikolu 1(2) ta' dan ir-regolament, mhuwiex biżżejjed sabiex dan ma jkunx applikabbli għall-imsemmi prodott.

4)

L-esperjenza fir-rigward tas-sigurtà ta' prodott tal-ikel miksuba esklużivament barra mill-Ewropa mhijiex biżżejjed sabiex dan jiġi kkunsidrat li jaqa' taħt il-kategorija ta' prodotti tal-ikel “li għandhom storja ta' użu [sigur fl-]ikel” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(e) tar-Regolament Nru 258/97.

5)

Mhuwiex l-obbligu tal-impriża li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 258/97.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Patent- und Markensenat) — Silberquelle GmbH vs Maselli Strickmode GmbH

(Kawża C-495/07) (1)

(Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikoli 10 u 12 - Revoka - Kunċett ta' “użu ġenwin’ ta' trade mark - Tqegħid tat-trade mark fuq oġġetti ta' reklamar - Distribuzzjoni b'offerta ta' dawn l-oġġetti lil min jixtri l-prodotti tal-proprjetarju tat-trade mark)

(2009/C 55/04)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Patent- und Markensenat

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Silberquelle GmbH

Konvenuta: Maselli Strickmode GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Patent- und Markensenat — Interpretazzjoni tal-Artikoli 10(1) u 12(1) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 1989, L 40, p. 1) — Dekadenza tad-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark — Kunċett ta' użu ġenwin tat-trade mark — Merkanzija (xorb mhux alkolħoliku) li, inkwantu rigal, tiġi mal-bejgħ ta' merkanzija oħra (drapp)

Dispożittiv

L-Artikoli 10(1) u 12(1) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-proprjetarju ta' trade mark iqiegħed din it-trade mark fuq oġġetti li joffri b'xejn lil min jixtri l-prodotti tiegħu, huwa ma jagħmilx użu ġenwin ta' din it-trade mark għall-klassi li taħtha jaqgħu dawn l-oġġetti.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Naczelny Sąd Administracyjny — Ir-Repubblika tal-Polonja) — K-1 sp.zo.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Bydgoszczy

(Kawża C-502/07) (1)

(VAT - Irregularitajiet fid-dikjarazzjoni tat-taxxa tal-persuna taxxabbli - Taxxa addizzjonali)

(2009/C 55/05)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: K-1 sp.zo.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Bydgoszczy

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) — Interpretazzjoni tal-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 2 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE, tal-11 ta' April 1967, fuq l-armonizazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU L 71 p. 1301) u tal-Artikoli 2, 10(1)(a), 10(2), 27(1) u 33 tad-Direttiva 77/388/KEE: is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145 p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-impożizzjoni ta' taxxa addizzjonali fil-każ li jiġu stabbiliti irregolaritajiet fid-dikjarazzjoni tal-persuna taxxabbli għall-VAT.

Dispożittiv

1)

Is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, kif iddefinita fl-ewwel u fit-tieni paragrafi tal-Artikolu 2 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE, tal-11 ta' April 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ, kif ukoll fl-Artikoli 2 u 10(1)(a) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta' Mejju 1997, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE, tas-26 ta' April 2004, ma tipprekludix li Stat Membru jipprovdi, fil-leġiżlazzjoni tiegħu, penali amministrattiva li tista' tiġi imposta fuq il-persuni taxxabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud bħat-“taxxa addizzjonali” prevista fl-Artikolu 109(5) u (6) tal-liġi dwar it-taxxa fuq l-oġġetti u fuq is-servizzi (ustawa o podatku od towarów i usług), tal-11 ta' Marzu 2004.

2)

Dispożizzjonijiet bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 109(5) u (6) tal-liġi dwar il-VAT, tal-11 ta' Marzu 2004, ma jikkostitwixxux “miżuri speċjali għal deroga” sabiex jevitaw ċerti frodi jew evażjonijiet fiskali, fis-sens tal-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva 77/388.

3)

L-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva 77/388 ma jipprekludix iż-żamma fis-seħħ ta' dispożizzjonijiet bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 109(5) u (6) tal-liġi dwar il-VAT, tal-11 ta' Marzu 2004.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-539/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/22/KE - Artikolu 26(3) - Numru uniku Ewropew għal sejħa ta' emerġenza - Informazzjoni dwar li post fejn jinsab min jagħmel is-sejħa - Tqegħid għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet mitluba li jintervjenu fil-każ ta' emerġenza - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2009/C 55/06)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Montaguti u A. Nijenhuis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. M. Braguglia, aġent u S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) (ĠU L 108, p. 51).

Dispożittiv

1)

Billi, fir-rigward tas-sejħiet kollha magħmula għan-numru uniku Ewropew għal sejħa ta' emerġenza “112”, naqset milli tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet mitluba li jintervjenu f'każ ta' emerġenza l-informazzjoni post fejn jinsab min jagħmel is-sejħa, sa fejn dan kien teknikament possibbli, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”)

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-259/08) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 79/409/KEE - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Preservazzjoni u żamma tal-habitats - Klassifikazzjoni ta' żoni specjali ta' protezzjoni - Projbizzjoni tal-kacca u tal-qabda - Traspożizzjoni mhux korretta)

(2009/C 55/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M. Patakia u D. Recchia, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika [rappreżentant: E. Skandalou, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jittrasponi l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p. 1) — Traspożizzjoni difettuża tal-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5 u l-Artikolu 8(1) tal-imsemmija direttiva.

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tittrasponi b'mod komplet u/jew korrett l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 3(1) u (2), mill-Artikolu 4(1), mill-Artikolu 5 u mill-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-dispożizzjonijiet.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 15.8.2008.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/5


Appell ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2008 minn Calebus, SA mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) fl-14 ta' Lulju 2008 fil-Kawża T-366/06, Calebus, SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, sostnuta mir-Renju ta Spanja

(Kawża C-421/08 P)

(2009/C 55/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Calebus, SA (rappreżentant: R. Bocanegra Sierra, abogado)

Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet tal-appellanti

li jitqies li ġie ppreżentat appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Lulju 2008, li fih ġiet iddikjarata inammissibbli t-talba mressqa minn Calebus, SA fil-Kawża T-366/06 u li, permezz tal-formalitajiet legalment obbligatorji, tingħata deċiżjoni li permezz tagħha jintlaqa' r-rikors, jiġi rrevokat id-digriet ikkontestat, it-talba tiġi ddikjarata ammissibbli u li jintlaqgħu it-talbiet tagħha.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell qed jiġi ppreżentat mid-digriet tal-14 ta' Lulju 2008 tal-Qorti tal-Prim'Istanza li fih ġiet iddikjarata inammissibbli t-talba fil-Kawża T-366/06, imressqa minn Calebus, SA kontra d-Deċiżjoni 2006/613/KE (1), tad-19 ta' Ġunju 2006, li permezz tagħha ġiet adottatata l-lista ta' siti ta' importanza għall-Komunità tar-reġjun bijoġeografiku Mediterran, fil-parti li tikkonċerna l-inklużjoni fis-SIK “ES61110006 Ramblas de Gergal, Tabernas y Sur de Sierra Alhamilla” li jagħmel parti minn din il-lista, tal-attività agrikola “Las Cuerdas”.

L-appell jikkunsidra li fid-digriet ikkontestat hemm żball ta' liġi meta ġie sostnut li t-talba mhijiex ammissibbli peress li l-appellanti m'għandhiex interess dirett fl-annullament. Fir-rigward ta' dak li huwa sostnut fid-digriet, id-Deċiżjoni 2006/613 tobbliga lill-Istati, f'kull każ, minnhom stess u b'mod awtomatiku, li jissottomettu s-siti kkwalifikati bħala siti ta' importanza għall-Komunità (SIK), fejn fosthom hemm l-attività agrikola “Las Cuerdas”, għal sistema ta' protezzjoni li neċessarjament tillimita l-possibbiltajiet ta' użu tagħha u li tnaqqas l-element ta' profitt u l-valur ta' bejgħ tagħha. L-Istati Membri għandhom marġni ta' diskrezzjoni sabiex jistabbilixxu l-kontenut konkret ta' dawn il-miżuri, iżda mhux biex jiddeċiedu jekk jissottomettux jew le dawn l-attivitajiet agrikoli għal miżuri ta' dan it-tip, u għalhekk l-eżistenza ta' din il-marġni ma tmurx kontra l-effettività diretta tad-deċiżjoni dwar il-kamp legali tal-appellanti.


(1)  ĠU L 259, p. 1.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/6


Appell ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 mir-Renju tal-Iżvezja mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla Estiża) mogħtija fid-9 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-403/05: MyTravel Group plc vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-506/08 P)

(2009/C 55/09)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellant: Ir-Renju tal-Iżvezja (rappreżentanti: K. Petkovska, A. Falk u S. Johannesson, aġenti)

Partijiet oħra fil-kawża: MyTravel Group plc, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla t-tieni paragrafu tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 (1) fil-Kawża T-403/05,

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Settembru 2005 (D(2005) 8461), skont it-talba ta' MyTravel Group plc quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza, safejn din tirrigwarda r-rifjut ta' aċċess għar-rapport tal-Kummissjoni u għal dokumenti ta' ħidma oħra,

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2005 (D(2005) 9763), skont it-talba ta' MyTravel Group plc quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza, safejn din tirrigwarda r-rifjut ta' aċċess għad-dokumenti interni l-oħra tal-Kummissjoni, u

tordna lill-Kummissjoni tħallas lura l-ispejjeż legali sostnuti mir-Renju tal-Iżvezja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-prinċipju ta' trasparenza u ta' aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet huwa ta' importanza kbira fl-attivitajiet kollha tal-istituzzjonijiet, u b'hekk anki fil-proċedura amministrattiva ġewwa istituzzjoni. L-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar it-trasparenza jipprovdi wkoll li r-Regolament għandu japplika fir-rigward tad-dokumenti kollha miżmuma minn istituzzjoni, jiġifieri, dokumenti ppreparati jew riċevuti minnha u fil-pussess tagħha, fis-setturi kollha tal-attività tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, ir-raġunament tal-Qorti tal-Prim'Istanza fuq il-kwistjonijiet prinċipali jimplika li għandu jkun hemm rekwiżit ġenerali ta' kunfidenzjalità fir-rigward tad-dokumenti interni dwar kwistjonijiet amministrattivi. Dan mhuwiex konsistenti mal-prinċipju tal-iktar trasparenza possibbli.

2.

Fl-opinjoni tal-appellant, ir-raġunament tal-Qorti tal-Prim'Istanza fir-rigward tal-ewwel Deċiżjoni — dwar ir-rapport u d-dokumenti relatati miegħu — jimplika li ma kienx neċessarju li l-Kummissjoni teżamina l-kwistjoni ta' żvelar fir-rigward tal-kontenut ta' kull dokument individwali u li tevalwa n-natura sensittiva tal-informazzjoni li tinsab fir-rapport u d-dokumenti l-oħra, iżda li, b'mod kuntrarju, kienet korretta meta rrifjutat l-iżvelar fuq il-bażi li kieku l-uffiċjali ma kinux ikunu jistgħu jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom liberament. Abbażi tar-raġunament ġenerali tal-Qorti tal-Prim'Istanza fir-rigward tal-protezzjoni tal-opinjoni libera tal-awtur tad-dokument, mhuwiex possibbli li jiġi deċiż meta dokumenti interni jistgħu jiġu żvelati.

3.

L-appellant iqis li anki fit-tieni Deċiżjoni, il-Qorti tal-Prim'Istanza tonqos — fir-rigward ta' dokumenti oħra fil-fajl — milli tapplika r-rekwiżit fundamentali ta' evalwazzjoni sabiex tiddetermina jekk il-kontenut ta' kull dokument individwali huwiex daqstant sensittiv li l-iżvelar tiegħu jippreġudika serjament il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet. Ir-raġunament ġenerali tal-Qorti tal-Prim'Istanza huwa essenzjalment li jkun impossibbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni li jikkomunikaw liberament jekk informazzjoni li ma tidhirx fid-deċiżjoni finali kellha ssir pubblika. Abbażi ta' tali raġunament, l-ebda evalwazzjoni ma hija neċessarja sabiex jiġi stabbilit jekk il-kontenut tad-dokumenti inkwistjoni huwiex daqstant sensittiv li l-iżvelar tiegħu jippreġudika l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet.

4.

L-appellant jistaqsi jekk ir-rapport tal-uffiċjal li jsegwi l-każ u n-nota mid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni lill-kumitat konsultattiv jistgħux realment jitqiesu bħala dokumenti ppreparati għal użu intern li b'hekk jistgħu jinżammu kunfidenzjali taħt id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-proċess intern ta' teħid ta' deċiżjonijiet.

5.

Fil-fehma tal-appellant, ir-raġunament tal-Qorti tal-Prim'Istanza dwar l-opinjonijiet tad-dipartiment legali ma jaqbilx mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ Turco. Anki jekk il-kawża preżenti ma tirrigwardax liġi, huwa ċar li għandha ssir evalwazzjoni anki f'dan l-istadju abbażi tal-kontenut tal-opinjonijiet. Minnu nnifshu, il-fatt li l-legalità ta' deċiżjoni preċedenti setgħet titqiegħed indiskussjoni ma jikkostitwix raġuni għalfejn dokument ma jiġix żvelat — anzi bil-kontra. In-nuqqas ta' informazzjoni jista', minnu nnifsu, jagħti lok għal dubju fir-rigward tal-legalità ta' ċerta deċiżjoni u l-leġittimità tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet kollu. Ir-riskju ta' dubju seta' wkoll jiġi evitat li kieku l-Kummissjoni semmiet b'mod ċar fid-deċiżjoni r-raġunijiet għalfejn għażlet soluzzjoni li d-dipartiment legali ma kienx tal-parir li tiġi adottata. L-argument li d-dipartiment legali ikun iktar retiċenti u prudenti huwa mingħajr bażi, bl-istess mod bħar-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta' dokumenti oħra. Barra minn hekk, l-appellant iqis li l-argument li jgħid li jkun diffiċli għad-dipartiment legali li jiddefendi pożizzjoni differenti fil-qorti huwa mfassal f'termini wisq ġenerali sabiex juri l-eżistenza ta' riskju faċilment prevedibbli u mhux purament ipotetiku.

6.

L-appellant ma jiċħadx li parti kbira mill-kontenut tad-dokumenti inkwistjoni tista' tkun daqshekk sensittiva u li għandha tinżamm kunfidenzjali. Madankollu, skont il-ġurisprudenza, tali konklużjoni għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni speċifika u individwali sabiex jiġi stabbilit jekk l-iżvelar tal-kontenut tad-dokument jirriżultax fi preġudizzju serju kontra l-interess li għandu jiġi protett.

7.

Fir-rigward tal-libertà tal-opinjoni tal-uffiċjali, l-appellant jixtieq jirrimarka li uffiċjal għandu l-obbligu li jwettaq dmirijiet derivanti mis-servizz u b'mod konformi mar-regolamenti tal-persunal tal-uffiċjali impjegati mal-istituzzjonijiet Komunitarji. Il-fatt li l-pubbliku għandu dritt legali sabiex jivverifika l-attività ma jikkostitwixxix raġuni aċċettabli sabiex huwa ma jaqdix id-dmirijiet tiegħu b'mod xieraq.

8.

Impriża li tifforma parti minn konċentrazzjoni ta' impriżi, flimkien ma' ċittadin jew negozju tal-Unjoni stabbilit/a fl-Unjoni Ewropea, għandha d-dritt li tiġi infurmata b'dokument anki jekk l-informazzjoni fid-dokument hija kunfidenzjali bil-għan li jiġi protett il-proċess intern ta' teħid ta' deċiżjonijiet, kemm-il darba jkun hemm interess pubbliku predominanti fl-iżvelar tad-dokument. Fl-opinjoni tal-appellant, il-kunsiderazzjonijiet ippreżentati minn MyTravel jistgħu b'mod plawsibbli jikkostitwixxu tali interess pubbliku, u ma jistgħux jiġu injorati mingħajr evalwazzjoni ulterjuri — kif għamlet il-Qorti tal-Prim'Istanza — biss b'riferenza għall-interessi privati tar-rikorrent. Ir-rikorrent ma huwa obbligat li jeċċepixxi jew jipprova xejn f'dan ir-rigward; pjuttost, huma l-istituzzjonijiet li għandhom jistabbilixxu jekk hemmx interess pubbliku predominati.

9.

L-appellant isostni li, bid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti tal-Prim'Istanza injorat il-liġi Komunitarja u naqset milli tapplika b'mod korrett it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar it-trasparenza.

10.

F'kull każ, huwa probabbli li hemm partijiet mid-dokumenti li jista' jkun possibbli li jiġu żvelati skont id-dispożizzjonijiet dwar l-iżvelar parzjali tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament dwar it-trasparenza


(1)  ĠU C 272, p. 18.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/7


Appell ippreżentat fis-27 ta' Novembru 2008 minn HUP Uslugi Polska sp. z o.o. (li qabel kienet HP Temporärpersonalgesellschaft mbH) mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) mogħtija fl-24 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-248/05, HUP Uslugi Polska sp. z o.o. (li qabel kienet HP Temporärpersonalgesellschaft mbH) vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), Manpower, Inc

(Kawża C-520/08 P)

(2009/C 55/10)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: HUP Uslugi Polska sp. z o.o. (li qabel kienet HP Temporärpersonalgesellschaft mbH) (rappreżentant: M. Ciresa, Rechtsanwalt)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), Manpower, Inc

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex:

tannulla s-sentenza appellata

tikkundanna l-UASI għall-ispejjeż

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tikser l-Artikoli 51(1)(a) flimkien mal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c), 7(1)(d) u 7(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-2 ta' Diċembru 2008 — Sylvia Bienek vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-525/08)

(2009/C 55/11)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sylvia Bienek

Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

Domandi preliminari

1)

Il-bidla fir-reżervazzjoni għal titjira oħra hija sitwazzjoni koperta mill-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew demien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?

2)

Fil-każ ta' risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għal bidla fir-reżervazzjoni meta din il-bidla ma tkunx ikkawżata mit-trasportatur tal-ajru iżda esklużivament mill-organizzatur tal-vjaġġ?


(1)  ĠU L 46, p. 1.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fl-4 ta' Diċembru 2008 — X Holding BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-538/08)

(2009/C 55/12)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X Holding BV.

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 11(4) tat-Tieni Direttiva (1) u l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru, li xtaq jeżerċita l-fakultà offruta minn dawn l-artikoli li jeskludi (u jibqa' jeskludi) mit-tnaqqis il-kategoriji ta' spejjeż li jirrispondu għall-espressjoni “jiġi offrut mezz ta' transport individwali”, ikun issodisfa l-kundizzjoni meħtieġa li jistabbilixxi kategorija ta' beni u servizzi suffiċjentement iddefiniti?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija affermattiva, l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 17(2) u (6) tas-Sitt Direttiva jippermettu li dispożizjzoni legali nazzjonali bħal dik inkwistjoni, adottata qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva, tipprovdi li persuna taxxabbli ma tistax tnaqqas il-VAT kollha mħallsa fil-mument tal-akkwist ta' ċerti beni u servizzi li huma utilizzati parzjalment għal għanijiet professjonali u parzjalment għal għanijiet personali, iżda tista' biss tnaqqasha proporzjonalment mill-VAT imputabbli għall-użu għal għanijiet professjonali?


(1)  Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Struttura u metodi ta' applikazzjoni tas-sistema komuni ta' taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU 71, p. 1303).

(2)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fl-4 ta' Diċembru 2008 — Fokus Invest AG vs Finanzierungsberatung-Immobilientreuhand und Anlageberatung GmbH (FIAG)

(Kawża C-541/08)

(2009/C 55/13)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Obersten Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fokus Invest AG

Konvenuta: Finanzierungsberatung-Immobilientreuhand und Anlageberatung GmbH (FIAG)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 25 tal-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni tal-Iżvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trattament ugwali għat-trattament mogħti liċ-ċittadini nazzjonali previst fir-rigward tal-akkwist ta' proprjetà immobbli japplika biss għall-persuni fiżiċi u mhux għall-kumpanniji?

2)

Fil-każ ta' risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Id-dispożizzjonijiet tal-Liġi ta' Vjenna dwar l-akkwist ta' proprjetà immobbli minn ċittadini barranin (Wiener Ausländergrunderwerbsgesetz, iktar 'il quddiem il-“WrAuslGEG”) li jeżiġu l-produzzjoni ta' ċertifikat ta' eżenzjoni mill-obbligu ta' awtorizzazzjoni fil-każ ta' akkwist ta' proprjetà immobbli minn kumpanniji barranin fis-sens tal-Artikolu 2(3) tal-WrAuslGEG (Artikoli 5(4) u 3(3) tal-WrAuslGEG), jikkostitwixxu restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital (Artikolu 56 KE) ammissibbli fir-rigward tal-Iżvizzera, bħala Stat terz, inkonformità mal-Artikolu 57(1) KE?


(1)  ĠU L 2002, L 114, p. 6.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/9


Rikors ippreżentat fl-10 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs l-Irlanda

(Kawża C-549/08)

(2009/C 55/14)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek, A.A. Gilly, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet

tikkonstata li billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (1), tal-1 ta' Awwissu 2006, dwar miżuri ta' implementazzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda d-definizzjoni tal-persuni politikament esposti u l-kundizzjonijiet tekniċi tal-applikazzjoni ta' obbligi ssemplifikati ta' viġilanza fir-rigward tal-klijentela kif ukoll tal-eżenzjoni minħabba attività finanzjarja eżerċitata okkażjonalment jew fuq livell limitat ħafna, jew, f'kull każ, billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni b'dawn id-dispożizzjonijiet, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-direttiva;

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-15 ta' Diċembru 2007


(1)  ĠU L 214, p. 29.

(2)  ĠU L 309, p. 15.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/9


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-551/08)

(2009/C 55/15)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u M. Kaduczak, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-implementazzjoni tad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239KEE u 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE (1) u, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 64 tal-istess direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/68/KE skada fl-10 ta' Diċembru 2007.


(1)  ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/10


Appell ippreżentat fit-12 ta' Diċembru 2008 minn Agrar-Invest-Tatschl GmbH kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tmien Awla) fit-8 ta' Ottubru 2008, fil-Kawża T-51/07, Agrar-Invest-Tatschl GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-552/08 P)

(2009/C 55/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Agrar-Invest-Tatschl GmbH (rappreżentanti: U. Schrömbges u O. Wenzlaff, avukati)

Parti l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' Ottubru 2008, fil-Kawża T-51/07, Agrar-Invest-Tatschl GmbH vs Il-Kummissjoni;

tannulla, skont kif mitlub fl-ewwel kap tat-talbiet tar-rikors tat-22 ta' Frar 2007 fil-Kawża T-51/07 quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2006) 5789 finali (REC 05/05), tal-4 ta' Diċembru 2006.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa intiż kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza li permezz tagħha ġie miċħud ir-rikors tal-appellanti kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2006) 5789, tal-4 ta' Diċembru 2006, dwar id-dħul a posteriori fil-kontijiet tad-dazji fuq l-importazzjoni dovuti mill-appellanti għall-importazzjoni taz-zokkor mill-Kroazja.

Il-Qorti tal-Prim'Istanza bbażat iċ-ċaħda tar-rikors tal-appellanti fuq nuqqas ta' bona fide, li tikkostitwixxi waħda mill-erba' kundizzjonijiet kumulattivi sabiex id-dazji fuq l-importazzjoni ma jiddaħħlux fil-kontijiet a posteriori. Il-Qorti tal-Prim'Istanza ddikjarat li, skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1993, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (iktar 'il quddiem il-“Kodiċi Doganali”), il-persuna responsabbli għall-ħlas ma tistax tinvoka l-bona fide tagħha meta, bħal fil-każ preżenti, il-Kummissjoni tkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali avviż lill-importaturi fejn tindika li jeżistu dubji fondati fir-rigward tal-applikazzjoni korretta ta' arranġamenti preferenzjali mill-pajjiż benefiċjarju. Lanqas mhuwa rilevanti l-fatt li l-appellanti aġixxiet in bona fide fir-rigward tal-konferma a posteriori tal-awtentiċità u tal-eżattezza taċ-ċertifikati ta' ċaqliq, peress li madankollu ma kinitx in bona fide fil-mument li fih twettqu l-importazzjonijiet.

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-interpretazzjoni żbaljata min-naħa tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali. L-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza hija vvizzjata bi żball ta' liġi peress li din tattribwixxi lill-avviż tal-Kummissjoni, li ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali, dwar dubji fir-rigward tal-applikazzjoni korretta ta' arranġamenti preferenzjali mill-pajjiż benefiċjarju, effett ta' esklużjoni ta' bona fide saħansitra fil-każ fejn, bħal f'dak preżenti, iċ-ċertifikati inkwistjoni għall-applikazzjoni ta' arranġament preferenzjali kienu suġġetti, wara l-pubblikazzjoni tal-avviż ta' twissija, għal proċedura ta' kontroll li kkonfermat l-awtentiċità u l-eżattezza taċ-ċertifikati għall-applikazzjoni ta' arranġament preferenzjali.

Il-Qorti tal-Prim'Istanza injorat il-fatt li l-effett ta' avviż ta' twissija, li huwa stabbilit fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali, huwa limitat permezz tal-prinċipju ta' rikonoxximent ta' deċiżjonijiet ta' awtorità doganali ta' Stat terz fil-kuntest ta' sistema ta' kooperazzjoni amministrattiva. Id-dispożizzjoni tal-Kodiċi Doganali inkwistjoni tikkostitwixxi finzjoni legali ta' mala fide li tista' tiġi kkonfutata, tabilħaqq kif huwa l-każ hawnhekk, billi titwettaq proċedura ta' kontroll. Għalhekk, il-bona fide tal-appellanti ġiet stabbilita permezz tal-konferma a posteriori tal-awtentiċità u tal-eżattezza taċ-ċertifikati ta' ċaqliq, jiġifieri l-appellanti setgħet tistrieħ fuq il-fatt li d-dubji fondati, li abbażi tagħhom kien ġie ppubblikat l-avviż ta' twissija tal-Kummissjoni, ma baqgħux jeżistu fil-kuntest tal-proċedura ta' kontroll. Għalhekk, il-bona fide tal-appellanti mhijiex marbuta mal-ħruġ regolari mill-awtorità doganali Kroata taċ-ċertifikati ta' ċaqliq inkwistjoni, iżda mal-kontroll regolari ta' tali ċertifikati ta' ċaqliq mill-awtorità doganali minħabba d-dubji, żvelati permezz tal-avviż ta' twissija mill-Kummissjoni, dwar l-ħruġ regolari tagħhom.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fis-17 ta' Diċembru 2008 — Portakabin Limited u Portakabin B.V. vs Primakabin B.V.

(Kawża C-558/08)

(2009/C 55/17)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Portakabin Limited u Portakabin B.V.

Konvenuta: Primakabin B.V.

Domandi preliminari

1.

a.

Meta negozjant ta' ċerti prodotti jew servizzi (iktar 'il quddiem “min jirreklama”) juża l-possibbiltà li jirreġistra adword ma' operatur ta' mutur ta' tfittxija fuq l-Internet — kif deskritta — identika għal trade mark irreġistrata minn negozjant ieħor (iktar 'il quddiem il-“proprjetarju tat-trade mark”) għal prodotti jew servizzi li jixxiebhu, liema adword irreġistrata — mingħajr ma jinduna l-utent tal-mutur ta' tfittxija — twassal sabiex l-utent tal-Internet li jdaħħal din il-kelma jsib, fuq il-lista tar-riżultati tal-operatur tal-mutur ta' tfittxija, link lejn is-sit internet ta' min jirreklama, dan jikkostitwixxi użu, minn min jirreklama, tat-trade mark irreġistrata, skont l-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 89/104/KE?

b.

F'dan ir-rigward, tagħmel differenza jekk il-link tkunx:

fil-lista ġenerali tal-paġni internet misjuba; jew

fit-taqsima tar-reklamar identifikata bħala tali?

c.

Tagħmel differenza f'dan ir-rigward jekk:

min jirreklama, anki jekk fil-link li jinsab fuq il-paġna internet tal-operatur tal-mutur ta' tfittxija, effettivament ikun qed joffri prodotti jew servizzi identiċi għall-prodotti u servizzi li għalihom hija rreġistrata t-trade mark, jew li

min jirreklama, effettivament ikun qed joffri prodotti jew servizzi identiċi għall-prodotti jew servizzi li għalihom hija rreġistrata t-trade mark, fuq paġna internet tiegħu stess, li l-utent tal-Internet (kif indikat fid-domanda 1.a.) jista' jidħol fiha permezz ta' hyperlink fir-riferiment fil-paġna internet tal-operatur tal-mutur ta' tfittxija?

2.

Jekk u safejn id-domanda 1 tingħatalha risposta affermattiva, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/104, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (1)(b) u (c) tiegħu, jistgħu jimplikaw li l-proprjetarju tat-trade mark ma jistax jipprojbixxi l-użu msemmi fid-domanda 1, u jekk dan huwa l-każ, f'liema ċirkustanzi?

3.

Safejn ir-risposta għad-domanda 1 hija affermattiva, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 89/104 japplika meta offerta ta' min jirreklama, imsemmi fid-domanda 1.a., tirrigwarda prodotti li ġew ikkummerċjalizzati fil-Komunità mill-proprjetarju tat-trade mark imsemmi fid-domanda 1 jew bl-awtorizzazzjoni tiegħu?

4.

Ir-risposti mogħtija għad-domandi preċedenti japplikaw ukoll fil-każ ta' adwords imsemmija fid-domanda 1, irreġistrati minn min jirreklama, meta t-trade mark tkun deliberatament irriprodotta bi żbalji żgħar, b'mod li l-possibbilitajiet ta' tfittxija jkunu iktar effettivi għall-pubbliku li juża l-Internet, meta wieħed jassumi, fuq is-sit internet ta' min jirreklama, li t-trade mark hija rriprodotta korrettament?

5.

Jekk u safejn ir-risposti għad-domandi magħmula hawn fuq jimplikaw li m'hemm l-ebda kwistjoni ta' użu tat-trade mark fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-direttiva, l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tal-użu ta' adwords bħal dawk inkwistjoni f'din il-kawża, sempliċement jagħtu, taħt l-Artikolu 5(5) tad-direttiva, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli f'dawn l-Istati Membri dwar il-protezzjoni kontra l-użu ta' sinjal għal finijiet li mhumiex dawk li tiddistingwi l-prodotti jew servizzi, protezzjoni kontra l-użu mingħajr raġuni valida ta' dan is-sinjal, meta, skont l-evalwazzjoni tal-qrati ta' dawn l-Istati Membri, ikun ittieħed vantaġġ indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark jew li jkun ikkawżalhom preġudizzju, jew għandhom jiġu applikati limiti tad-dritt Komunitarju, evalwati flimkien mar-risposti għad-domandi preċedenti, mill-qrati nazzjonali?


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/11


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-560/08)

(2009/C 55/18)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán, D. Recchia u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu,

taħt l-Artikolu 2(1), l-Artikolu 3, l-Artikolu 4(1) jew (2) skont il-każ, u l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (1) tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, fir-rigward tal-proġetti separati ta' rdoppjar u/jew ippjanar tal-awtostrada M-501 li jikkorrispondu għas-sezzjonijiet 1, 2 u 4; taħt l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 85/337/KEE fir-rigward tal-proġetti separati ta' rdoppjar u/jew ippjanar tal-awtostrada M-501 li jikkorrispondu għas-sezzjonijiet 2 u 4 u taħt l-Artikolu 9 tad-Direttiva 85/337/KEE fir-rigward tal-proġetti separati ta' rdoppjar u/jew ippjanar tal-awtostrada M-501 li jikkorrispondu għas-sezzjonijiet 1, 2 u 4;

taħt l-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (2) tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, moqri flimkien mal-Artikolu 7 ta' din id-direttiva, fir-rigward tal-proġetti separati ta' rdoppjar u/jew ippjanar tal-awtostrada M-501 li jikkorrispondu għas-sezzjonijiet 1, 2 u 4 rigward iż-żona ta' protezzjoni speċjali għall-għasafar ES 0000056 “Encinares del río Alberche y río Cofio”.

taħt id-Direttiva 92/43/KEE, interpretata mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Jannar 2005 fil-Kawża C-117/03 u tal-14 ta' Settembru 2006 fil-Kawża C-244/05, kif ukoll l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 12(1)(b) u (d) ta' din id-direttiva, fir-rigward tal-proġetti separati ta' rdoppjar u/jew ippjanar tal-awtostrada M-501 li jikkorrispondu għas-sezzjoni 1 fir-rigward tal-post propost bħala sit ta' importanza għall-Komunità ES3110007 “Cuenca del río Guadarrama” u s-sezzjonijiet 2 u 4 fir-rigward tal-post propost bħala sit ta' importanza għall-Komunità ES3110007 “Cuencas de los ríos Alberche u Cofio”;

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-talba mressqa mill-Kummissjoni tirreferi għall-proġetti approvati, jew, skont il-każ, implementati mill-awtoritajiet Spanjoli fir-rigward tal-irdoppjar jew tal-ippjanar tal-awtostrada lokali M-501 (Comunidad de Madrid). Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Renju ta' Spanja, fir-rigward tal-imsemmija proġetti, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva 85/337/KEE, fil-verżjoni oriġinali u emendata tagħha, u tad-Direttiva 92/43, interpretata mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Jannar 2005 fil-Kawża C-117/03 u tal-14 ta' Settembru 2006 fil-Kawża C-244/05.


(1)  ĠU L 175, p. 40.

(2)  ĠU L 206, p. 7.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/12


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-565/08)

(2009/C 55/19)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u L. Prete, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Tikkonstata li, billi tipprevedi dispożizzjonijiet li jimponu fuq l-avukati l-obbligu li jirrispettaw tariffi massimi, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 43 u 49 KE;

Tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-iffissar ta' tariffi massimi mandatorji għall-attivitajiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji tal-avukati jikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà ta' stabbiliment skont l-Artikolu 43 KE, kif ukoll restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont l-Artikolu 49 KE. Fil-fatt, tariffarju massimu mandatorju li għandu jiġi applikat irrispettivament mill-kwalità tax-xogħol imwettaq, mix-xogħol neċessarju sabiex dan jitwettaq, u mill-ispejjeż sostnuti sabiex dan jitwettaq, jista' jrendi s-suq Taljan tas-servizzi legali mhux attraenti għall-professjonisti barranin. L-avukati stabbiliti fi Stati Membri oħra huma għalhekk skoraġġuti milli jistabbilixxu ruħhom fl-Italja jew milli jipprovdu termporanjament hemmhekk is-servizzi tagħhom.

L-ewwel nett, għaliex il-fatt li wieħed ikollu jadatta ruħu għal sistema ġdida ta' tariffi (li barra minn dan hija kumplessa ħafna) jimplika spejjeż żejda li jistgħu jostakolaw l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali rrikonoxxuti mit-Trattat.

Fit-tieni lok, il-limitu massimu tat-tariffarju jirrapreżenta restrizzjoni ulterjuri għall-moviment liberu tas-servizzi legali fis-suq intern billi jimpedixxi li l-kwalità tal-attivitajiet żvolti minn avukati stabbiliti fi Stati Membri għajr fl-Italja tkun korrettament irremunerata u għalhekk jiddiswadi lil ċerti avukati, li jitolbu onorarji għola minn dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Taljana skont il-karatteristiċi tas-suq Taljan, milli jipprovdu temporanjament is-servizzi tagħhom fl-Italja, jew milli jistabbilixxu ruħhom f'tali Stat.

Fl-aħħar, ir-riġidità tas-sistema ta' tariffi Taljana timpedixxi lill-avukat (inkluż dak stabbilit barra mill-pajjiż) milli jagħmel offerti ad hoc f'sitwazzjonijiet u/jew lil klijenti partikolari. Pereżempju, li joffri pakkett ta' servizzi legali speċifiċi b'prezz fiss. Jew li joffri numru ta' servizzi legali pprovduti f'diversi Stati Membri b'tariffa komuni. Il-leġiżlazzjoni Taljana tista' għalhekk twassal għal telf ta' kompetittività minn naħa ta' avukati stabbiliti barra mill-pajjiż għaliex iċċaħħad lil dawn tal-aħħar minn tekniki effikaċi ta' penetrazzjoni fis-suq legali Taljan.

Barra dan, il-miżura kkontestata ma tidhirx la adattata għat-twettiq tal-għanijiet ta' interess ġenerali indikati mill-awtoritajiet Taljani, u lanqas l-inqas restrittiva għal dan il-għan. B'mod partikolari, din ma tidhirx adattata sabiex tiggarantixxi l-aċċess għal ġustizzja għal dawk inqas favoriti, jew sabiex tiggarantixxi l-ħarsien tad-destinatarji tas-servizzi legali jew sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb tal-ġustizzja. Din lanqas ma tidher proporzjonata b'kunsiderazzjoni għall-fatt li jeżistu miżuri oħra li jidhru sostanzjalment inqas restrittivi fil-konfront tal-avukati stabbiliti barra mill-pajjiż, u li wkoll huma (jew iktar) adattati sabiex jilħqu l-għanijiet ta' ħarsien invokati mill-awtoritajiet Taljani.

Fl-aħħar, l-awtoritajiet Taljani ma spjegawx jekk u liema miżuri alternattivi, u ta' natura inqas restrittiva fil-konfront tal-avukati stabbiliti fi Stati Membri oħra, ġew eżaminati, u lanqas ma taw ir-raġunijiet li għalihom l-interessi ġenerali mfittxija mhumiex diġà mħarsa mid-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-professjoni ta' avukat fl-Istati Membri l-oħra tal-Komunità.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Anotato Dikastirio (Ċipru) fit-22 ta' Diċembru 2008 — Symvoulio Apochetefseon Lefkosias vs Anatheoritiki Archi Prosforon

(Kawża C-570/08)

(2009/C 55/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Anotato Dikastirio (Ċipru)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Symvoulio Apochetefseon Lefkosias

Konvenut: Anatheoritiki Archi Prosforon

Domanda preliminari

“Safejn l-Artikolu 2(8) tad-Direttiva 89/665/KE jirrikonoxxi lill-awtoritajiet kontraenti d-dritt li għal rimedju ġudizzjarji kontra d-deċiżjonijiet għal annullament meħuda minn korpi responsabbli għall-proċeduri ta' reviżjoni, meta dawn il-korpi ma jkunux ta' natura ġuridika?”


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/13


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-571/08)

(2009/C 55/21)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Mölls u L. Pignataro, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi pprovdiet prezz minimu għas-sigaretti kif ukoll terminu ta' 120 ġurnata sabiex tikseb l-omologazzjoni ta' bidla fil-prezz tat-tabakk manifatturat, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 95/59/KE (1).

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Repubblika Taljana kisret l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 95/59/KE (kif ukoll l-Artikolu 5 tad-Direttiva 72/464/KEE (2) li jissostitwixxi u li huwa sostanzjalment identiku għalih) billi ffissat prezz minimu għas-sigaretti. Din il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi l-prinċipju li produtturi u importaturi huma liberi li jiffissaw il-prezzijiet massimi ta' bejgħ bl-imnut tat-tabakk manifatturat. Skont dan il-prinċipju, l-Istati Membri ma jistgħux jiġġustifikaw setgħa diskrezzjonali li permezz tagħha jiġu ffissati prezzijiet massimi ta' bejgħ bl-imnut billi jirreferu għall-“kontroll tal-livell tal-prezzijiet”, għall-“osservanza tal-prezzijiet imposti” jew inkella għall-iffisar ta' skala skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 95/59/KE.

Il-prezz minimu ma jistax ikun iġġustifikat minħabba kunsiderazzjonijiet ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika. Fil-fatt, l-għan korrispondenti, meħud inkunsiderazzjoni mil-leġiżlatur Komunitarju, jista' jintlaħaq permezz ta' żieda fit-tassazzjoni tas-sigaretti, billi jintużaw parametri fiskali adegwati għas-sitwazzjoni ta' kull Stat Membru.

L-argument tal-Gvern Taljan ibbażat fuq preżunt riskju li minħabba prezzijiet għoljin wisq jew mhux adegwati jiżdied is-suq tat-traffikar illegali tal-prodotti ta' kuntrabandu (jew prodotti foloz), huwa ukoll infondat. Dan huwa bbażat fuq sempliċi dikjarazzjonijiet tal-Gvern Taljan li mhumiex sostnuti minn elementi ta' prova, peress li ma spjegax kif id-differenza fil-prezz, li tirriżulta minn żieda fit-tassazzjoni, għandha żżid il-frodi b'mod aktar sinjifikattiv meta pparagunata mar-riżultati li tista' tagħti politika ta' prezzijiet minimi. Il-Kummissjoni tqis li huwa kull Stat Membru li għandu jwettaq, fil-kuntest tad-dritt Komunitarju, il-verifiki neċessarji sa biex jiġi żgurat il-ġbir tat-taxxi li għandhom jitħallsu. Din il-ħtieġa bl-ebda mod ma tista' taffettwa l-obbligu tal-Istati Membri li josservaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/59/KE, fosthom l-Artikolu 9.

Fuq it-terminu ta' 120 ġurnata għall-omologazzjoni tal-prezzijiet tat-tabakk manifatturat

Għall-għanijiet ta' kummerċjalizzazzjoni fl-Italja, il-prezzijiet tal-prodotti tat-tabakk manifatturat għandhom ikunu rreġistrati fl-iskala uffiċjali tal-prezzijiet. L-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tintbagħat lill-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi — Amministrazione Autonoma dei Monopoli di Stato (AAMS). L-AAMS m'għandhiex setgħa diskrezzjonali sa biex tiġi kkonfermata l-applikazzjoni. Fil-fehma tal-Kummissjoni, it-terminu, eċċessivament twil, ta' 120 ġurnata li l-awtoritajiet Taljana stabbilixxew sa biex jieħdu azzjoni fuq talba għal bidla fil-prezzijiet huwa tali li l-prinċipju li l-prezzijiet massimi jiġu ffissati liberament min-naħa tal-operaturi, stabbilit fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 95/59KE, fil-prattika huwa mingħajr effett.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE tas-27 ta' Novembru 1995 dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta' tabakk manifatturat (ĠU L 291, p. 40).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 72/464/KEE tad-19 ta' Diċembru 1972 dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ li jaffettwaw il-konsum ta' tabakk manifatturat (ĠU L 303, p. 1).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/14


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-572/08)

(2009/C 55/22)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Aresu u W. Mölls, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi tat vantaġġ fiskali għaż-żjut lubrikanti riġenerati, prodotti minn żjut użati miġbura mill-Italja, iżda rrifjutat li tagħti l-istess vantaġġ għaż-żjut lubrikanti riġenerati, prodotti minn żjut użati miġbura minn Stati Membri oħra (b'mod konformi mal-Artikolu 62 tat-“test uniku tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi rigward it-taxxi fuq il-produzzjoni, ili-konsum u s-sanzjonijiet penali u amministrattivi fil-qasam” (“Testo unico delle disposizioni legislative concernenti le imposte alle produzioni e sui consumi e relative sanzioni penali e amministrative”), approvat bid-Digriet Leġiżlattiv tas-26 ta' Ottubru 1995, Nru 504, kif interpretat miċ-ċirkulari tal-Agenzia delle Entrate Nru 24/D tal-5 Mejju 2004, u b'mod konformi mal-paragrafu 116 tal-Artikolu 1 tal-liġi tat-23 ta' Diċembru 2005, Nru 266), ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 90 KE;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni takkuża lill-awtoritajiet Taljani biż-żamma ta' sistema ta' vantaġġi fiskali għaż-żjut lubrikanti riġenerati li tagħti vantaġġ lill-produzzjoni nazzjonali bi żvantaġġ għal dawk li ġejjin minn Stati Membri oħra, bi ksur manifest tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni stabbilit, fil-qasam fiskali, mill-Artikolu 90 KE.

Din is-sistema tirriproduċi skema preċedenti ta' vantaġġi fiskali li diġà ġiet ikkundannata mill-Corte di giustizia fl-1980, mingħajr ma l-argumenti fuq in-natura xierqa tas-sistema ġdida, invokati mir-Repubblika Taljana, jistgħu jiġġustifikaw din l-għażla.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/14


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-573/08)

(2009/C 55/23)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: D. Recchia, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet tar-rikorrenti

Tiddikjara li:

peress li l-leġiżlazzjoni li implementat id-Direttiva 79/409/KEE (1) fis-sistema legali Taljana mhijiex kompletament konformi mal-istess direttiva,

u peress li s-sistema li implementat l-Artikolu 9 tad-Direttiva ma tiggarantixxix li d-derogi adottati mill-awtoritajiet Taljani kompetenti jirrispettaw il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu,

ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli 2, 3, 4, 5, 6, 7, 9, 10, 11, 13 u 18 tad-Direttiva 79/409/KEE.

Tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li l-leġiżlazzjoni Taljana ma tikkostitwixxix implementazzjoni kompleta u konformi tad-Direttiva 79/409/KEE:

Artikolu 2: mhux implementat;

Artikolu 3: implementazzjoni mhux konformi minħabba n-nuqqas ta' implementazzjoni tal-Artikolu 2;

Artikolu 4(4): mhux implementat;

Artikolu 5: mhumiex implementati l-projbizzjoni tad-distruzzjoni u tal-ħsara intenzjonata tal-bejtiet u tal-bajd kif ukoll il-projbizzjoni milli jiġu disturbati intenzjonalment l-għasafar protetti mid-direttiva;

Artikolu 6: mhijiex implementata l-projbizzjoni tat-trasport għall-bejgħ;

Artikolu 7(4): implementazzjoni mhux kompluta (it-tqassim taż-żmien f'perijodi miftuħa għall-kaċċa ma jipprevedix il-projbizzjoni ta' kaċċa matul il-perijodu ta' trobbija, riproduzzjoni, dipendenza u b'mod partikolari, fil-każ ta' speċji migratorji, matul il-perijodu tar-riproduzzjoni u ta' ritorn fil-post tat-trobbija, filwaqt li l-obbligu li tingħata lill-Kummissjoni l-informazzjoni utli dwar l-applikazzjoni fil-prattika tal-leġiżlazzjoni dwar il-kaċċa mhuwiex implementat);

Artikolu 9: implementazzjoni mhux konformi fuq livell Statali (il-kontrolli ta' leġittimità tad-derogi huma ineffettivi u intempestivi); implementazzjoni u applikazzjoni mhux konformi fuq livell reġjonali (Abruzzo, Lazio, Toscana, Lombardia, Emilia Romagna, Marche, Calabria u Puglia);

Artikolu 10(2): implementazzjoni mhux kompluta (huwa nieqes l-obbligu li tintbgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja sabiex jiġu kkoordinati r-riċerki u x-xogħolijiet għall-protezzjoni, għat-tmexxija u għall-użu tal-popolazzjonijiet ta' għasafar protetti mid-direttiva);

Artikolu 11: implementazzjoni mhux kompluta (ma ġiex stabbilit l-obbligu li tiġi kkonsultata l-Kummissjoni fir-rigward tal-introduzzjoni ta' speċji eżotiċi);

Artikolu 13: mhux implementat;

Artikolu 18(2): nuqqas ta' komunikazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet Taljani tat-testi reġjonali dwar il-kaċċa għar-reġjuni ta' Lazio, Lombardia, Toscana u Puglia.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p. 1).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/15


Appell ippreżentat fit-23 ta' Diċembru 2008 mill-People's Mojahedin Organization of Iran mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba Awla) mogħtija fit-23 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-256/07, People's Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-576/08 P)

(2009/C 55/24)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellant: People's Mojahedin Organization of Iran (rappreżentanti: J.-P. Spitzer, avukat, D. Vaughan QC, M.-E. Demetriou, Barrister)

Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju tal-Olanda

Talbiet tal-appellant

tirrevoka d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza safejn din il-Qorti ċaħdet l-applikazzjoni tal-PMOI sabiex tiġi annullata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE (1) bħala infondata;

tannulla d-Deċiżjoni 2007/445/KE safejn din tikkonċerna l-PMOI;

tordna l-Kunsill iħallas l-ispejjeż tal-appellant f'din il-Qorti u fir-rigward tad-Deċiżjoni 2007/445/KE fil-Qorti tal-Prim'Istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jissottometti li f'kawża li kienet tikkonċerna drittijiet fundamentali u l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(4) u 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 931/2001 u tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament 2580/2001 fir-rigward ta' miżura Komunitarja li żammet il-People's Mojahedin of Iran fuq il-lista ta' organizzazzjonijiet ipprojbiti:

(1)

Fid-determinazzjoni ta' jekk il-Kunsill wettaqx żball manifest ta' evalwazzjoni, il-Qorti tal-Prim'Istanza naqset milli twettaq stħarriġ komplet tad-Deċiżjoni 2006/445/KE kif meħtieġ mit-Trattat KE;

(2)

Il-Qorti tal-Prim'Istanza naqset milli tosserva l-prinċipju ta' protezzjoni ġudizzjarja effettiva billi naqset milli twettaq stħarriġ komplet;

(3)

Il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta kkonkludiet li l-Kunsill ma wettaqx żball manifest ta' evalwazzjoni meta wasal għad-Deċiżjoni tiegħu. Il-Kunsill u l-Qorti tal-Prim'Istanza kellhom quddiemhom il-fatti u l-argumenti kollha li kienu quddiem il-qorti nazzjonali u kellhom jikkunsidraw il-provi ta' difiża fid-dettall;

(4)

Il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi taħt l-Artikoli 1(4) u (6) tal-imsemmija Pożizzjoni Komuni u tal-Artikolu 2(3) tal-imsemmi Regolament meta ċaħdet l-argument tal-appellant li attività terroristika jew theddid kontemporanji biss jistgħu jiġġustifikaw l-inklużjoni kontinwa ta' persuna fil-lista;

(5)

Il-Qorti tal-Prim'Istanza żbaljat meta kkonkludiet li l-Kunsill seta' ġustament jeskludi l-provi ta' difiża ppreżentati mill-appellant abbażi tal-konklużjoni tiegħu fuq is-suġġetti ttrattati fl-aggravju preċedenti;

(6)

Il-Qorti tal-Prim'Istanza żbaljat meta ċaħdet l-argument tal-appellant li l-Kunsill naqas milli jagħti raġunijiet adegwati fir-rigward tal-provi ta' difiża ppreżentati mill-appellant li jikkonċernaw kwistjonijiet mill-2001, u għalfejn iż-żamma kontinwa tal-appellant fuq il-lista ta' organizzazzjonijiet ipprojbiti kienet ġġustistifikata.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2007 li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen, Afdeling Hasselt (il-Belġju) fid-29 ta' Diċembru 2008 — Rijksdienst voor pensioenen vs E. Brouwer

(Kawża C-577/08)

(2009/C 55/25)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Antwerpen, Afdeling Hasselt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rijksdienst voor pensioenen

Konvenuta: E. Brouwer

Domandi preliminari

Id-Digrieti Rjali ta' 1.12.1969, 18.6.1970, 8.6.1971, 14.9.1972, 31.7.1973, 12.7.1974, 13.2.1975, 28.11.1975, 26.11.1976, 26.9.1977, 31.7.1978, 31.8.1979, 2.12.1980, 13.1.1982, 14.3.1983, 11.1.1984, 30.11.1984, 24.1.1986, 30.12.1986, 6.1.1988, 2.12.1988, 30.11.1989, 10.12.1990, 1.6.1993, 8.12.1993, 19.12.1994 u 10.10.1995, adottati skont l-Artikolu 25 tad-Digriet Rjali tal-21 ta' Diċembru 1967, dwar regoli ġenerali fuq l-iskema tal-pensjoni ta' rtirar u tas-superstiti tal-persuni impjegati, li jipprevedu li, għall-kalkolu tal-pensjoni ta' rtirar tal-ħaddiema transkonfinali nisa, jiġu ffissati remunerazzjonijiet preżunti u/jew standard inferjuri minn dawk ta' ħaddiema transkonfinali rġiel, huma konformi mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7/KEE (1) tad-19 ta' Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali?


(1)  Direttiva 79/7/KEE tad-19 ta' Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali (ĠU 1979, L 6, p. 24).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (L-Olanda) fid-29 ta' Diċembru 2008 — Rhimou Chakroun vs Minister van Buitenlandse Zaken

(Kawża C-578/08)

(2009/C 55/26)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State (L-Olanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rhimou Chakroun

Konvenut: Minister van Buitenlandse Zaken

Domandi preliminari

1)

Il-frażi “jirrikorri għas-sistema ta' għajnuna soċjali” li tinsab fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE (1), tat-22 ta' Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, għandha tiġi interpretata fis-sens li tippermetti li Stat Membru jadotta leġiżlazzjoni fir-rigward tar-riunifikazzjoni tal-familja li tirrifjuta r-riunifikazzjoni lil sponsor li jkun ipprova li għandu riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti biex jipprovdi għall-bżonnijiet tiegħu stess u dawk tal-membri tal-familja tiegħu, iżda li, minħabba l-livell tad-dħul tiegħu, jista' xorta jitlob assistenza speċjali fil-każ ta' spejjeż partikolari u stabbiliti b'mod individwali bħala neċessarji għall-għajxien tiegħu, tnaqqis mit-taxxa mogħtija minn awtoritajiet lokali skont id-dħul, jew miżuri ta' appoġġ għad-dħul fil-kuntest tal-politika minimali komunali (minimabeleid)?

2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta' Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, u partikolarment l-Artikolu 2(d) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-dħul tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(1)(c), tagħmel distinzjoni skont jekk ir-rabtiet familjari kinux jeżistu qabel jew wara d-dħul fit-territorju tal-persuna li tirrisjedi fl-Istat Membru?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, p. 12).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/17


Appell ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2008 minn Messer Group GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) fil-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-305/06, Air Products u Chemicals Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-579/08 P)

(2009/C 55/27)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Messer Group GmbH (rappreżentanti: W. Graf v. Schwerin u J. Schmidt, avukati)

Partijiet oħra fil-kawża: Air Products and Chemicals Inc., L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI)

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawżi magħquda T-305/06, T-306/06 u T-307/06 u tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza

Tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-appellanti u tal-intervenjenti fl-ewwel istanza,

sussidjarjament:

Tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawżi magħquda T-305/06, T-306/06 u T-307/06;

Tirrinvija l-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza;

Tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza naqset milli tapplika korrettament il-kriterji stabbiliti għall-implementazzjoni xierqa tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1).

Barra minn hekk, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata tal-Qorti tal-Prim'Istanza hija bbażata fuq ineżattezza sostantiva fil-konstatazzjonijiet tagħha fir-rigward tad-determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 2003 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunal, Londra (Ir-Renju Unit) fid-29 ta' Diċembru 2008 — EMI Group Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

(Kawża C-581/08)

(2009/C 55/28)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

VAT and Duties Tribunal, Londra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EMI Group Ltd

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

Domandi preliminari

a)

Kif għandha tiġi interpretata l-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(6) tas-Sitt Direttiva (1) fil-kuntest taċ-ċirkustanzi ta' din il-kawża?

b)

B'mod partikolari, x'inhuma l-karatterstiċi essenzjali ta' “kampjun” skont is- sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(6) tas-Sitt Direttiva?

ċ)

Jista' Stat Membru jillimita l-interpretazzjoni ta' “kampjun” fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(6) tas-Sitt Direttiva għal:

(i)

kampjun industrijali f'forma li mhijiex normalment disponibbli għall-bejgħ lill-pubbliku mogħti lil klijent attwali jew potenzjali tal-impriża (sa l-1993),

(ii)

kampjun wieħed biss, jew biss l-ewwel kampjun minn dawk mogħtija mill-istess persuna lill-istess destinatarju fejn dawn il-kampjuni huma identiċi jew ma fejn ma jeżistux differenzi materjali bejniethom (mill-1993)?

d)

Jista' Stat Membru jillimita l-interpretazzjoni ta' “rigali ta' valur żgħir” fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(6) tas-Sitt Direttiva b'tali mod li jeskludi:

(i)

rigal ta' oġġetti li jifforma parti minn serje jew sensiela ta' rigali mogħtija lill-istess persuna minn żmien għal żmien (sa Ottubru 2003),

(ii)

kwalunkwe rigal ta' impriża mogħti lill-istess persuna fi kwalunkwe perijodu ta' 12-il xhar fejn il-prezz totali jaqbeż il-50 GBP (minn Ottubru 2003 'il quddiem)?

e)

Jekk ir-risposta għad-domanda 3(ii) jew għal kwalunkwe parti mid-domanda 4 tkun fl-affermattiv, fejn persuna taxxabbli tagħti rigal simili jew identiku ta' mużika rrekordjata lil żewġ jew aktar individwi differenti minħabba l-kwalitajiet personali tagħhom li jinfluwenzaw il-livell ta' pubbliċità li l-artist inkwistjoni jirċievi, jista' l-Istat Membru jittratta dawn l-oġġetti bħala mogħtija lill-istess persuna sempliċement għaliex dawn l-individwi huma impjegati mill-istess persuna?

f)

Ir-risposti għad-domandi (a) sa (e) hawn fuq ikunu affettwati jekk id-destinatarju jkun hu stess, jew ikun impjegat minn, persuna kompletament taxxabbli, li jkun jista' (jew li kien seta') jnaqqas kull taxxa input li titħallas fuq il-provvista ta' oġġetti li jikkonsistu f'kampjun?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d'appel de Liège (il-Belġju) fid-29 ta' Diċembru 2008 — Real Madrid Football Club, Zinedine Zidane, David Beckham, Raul Gonzalez Blanco, Ronaldo Luiz Nazario de Lima, Luis Filipe Madeira Caeiro, Futebol Club Do Porto S.A.D., Victor Baia, Ricardo Costa, Diego Ribas Da Cunha, P.S.V. N.V., Imari BV, Juventus Football Club SPA vs Sporting Exchange Ltd, William Hill Credit Limited, Victor Chandler (International) Ltd, BWIN International Ltd (Betandwin), Ladbrokes Betting and Gaming Ltd, Ladbroke Belgium S.A., Internet Opportunity Entertainment Ltd, Global Entertainment Ltd (Unibet)

(Kawża C-584/08)

(2009/C 55/29)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d'appel de Liège.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Real Madrid Football Club, Zinedine Zidane, David Beckham, Raul Gonzalez Blanco, Ronaldo Luiz Nazario de Lima, Luis Filipe Madeira Caeiro, Futebol Club Do Porto S.A.D., Victor Baia, Ricardo Costa, Diego Ribas Da Cunha, P.S.V. N.V., Imari BV, Juventus Football Club SPA.

Konvenuti: Sporting Exchange Ltd, William Hill Credit Limited, Victor Chandler (International) Ltd, BWIN International Ltd (Betandwin), Ladbrokes Betting and Gaming Ltd, Ladbroke Belgium S.A., Internet Opportunity Entertainment Ltd, Global Entertainment Ltd (Unibet)

Domandi preliminari

Id-domandi jikkonċernaw l-interpretazzjoni li għandha tingħata, fil-qasam speċifiku tal-internet, lill-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1).

Meta, bħal fil-każ ineżami, il-ħsara allegata tkun twettqet minn siti tal-internet u meta

a)

ebda waħda mill-kumpanniji mħarrka li jamministraw dawn is-siti kkontestati ma għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Belġju,

b)

ebda wieħed mis-siti inkwistjoni ma huwa installat fil-Belġju,

c)

ebda waħda mill-partijiet rikorrenti ma għandha r-residenza tagħha fil-Belġju,

d)

is-siti tal-logħob tal-imħatri huma aċċessibbli għall-utenti Belġjani tal-internet li jistgħu jirreġistraw l-imħatri tagħhom bl-istess mod bħalma huma aċċessibbli għall-utenti tal-internet ta' Stati kontraenti oħra peress li dawn huma siti “.com” intiżi sabiex jestendu s-suq tagħhom fl-Ewropa kollha u ma humiex bl-estensjoni “.be” li hija partikolari għall-Belġju,

e)

dawn is-siti huma disponibbli f'diversi lingwi mingħajr ma jinstabu b'mod sistematiku ż-żewġ lingwi l-iktar użati fil-Belġju,

f)

dawn is-siti jipproponu b'mod partikolari logħob tal-imħatri fir-rigward ta' partiti fil-Belġju, bl-istess mod bħalma jipproponu fir-rigward ta' kampjonati esteri,

g)

ma jirriżultax li hemm użu ta' teknoloġija partikolari jew ta' teknika ta' bejgħ dirett intiż għall-pubbliku Belġjan,

h)

in-numru ta' mħatri magħmula mill-pubbliku Belġjan huwa għal kollox marġinali meta mqabbel man-numru totali ta' mħatri rreġistrati permezz ta' dawn is-siti, peress li, skont iċ-ċifri mogħtija mill-kumpanniji tal-logħob tal-imħatri għas-sena 2005, li ma humiex ikkontestati mill-partijiet avversarji, it-total tal-imħatri Belġjani fuq il-partiti tal-futbol jirrapreżentaw inqas minn 0.25 % tal-imħatri rreġistrati fuq is-siti “bwin.com”, “willhill.com”, “betfair.com”, “ladbrokes.com”, “sportingbet” u “miapuesta”, filwaqt li “vcbet.com”, min-naħa tagħha, issostni li għandha biss 40 lagħba Belġjani fir-rigward tal-imħatri kollha rreġistrati,

1.

fuq il-bażi tal-fatt li s-siti tal-internet ikkontestati jindirizzaw fost oħrajn lill-pubbliku Belġjan, il-ħsara allegata għandha tiġi kkunsidrata li twettqet jew li tista' titwettaq fil-Belġju, b'mod li l-qrati Belġjani jkollhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni ta' kawżi marbuta ma' din il-ħsara?

2.

jew għandu jitqies li huwa biss fil-każ li tiġi kkonstatata rabta suffiċjenti, sostanzjali jew sinjifikattiva tal-fatti dannużi invokati mat-territorju Belġjan li l-ħsara allegata għandha tiġi kkunsidrata li twettqet jew li tista' titwettaq fil-Belġju, b'mod li l-qrati Belġjani jkollhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni ta' kawżi marbuta ma' din il-ħsara?

3.

f'dan il-każ, liema huma l-kriterji rilevanti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-eżistenza ta' dan il-fattur ta' konnessjoni?


(1)  ĠU 2001, L 12, p. 1.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrattivo Regionale del Lazio (l-Italja) fid-29 ta' Diċembru 2008 — Angelo Rubino vs Ministero dell'Università e della Ricerca

(Kawża C-586/08)

(2009/C 55/30)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrattivo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Angelo Rubino

Konvenut: Ministero dell'Università e della Ricerca

Domanda preliminari

Il-prinċipji Komunitarji tal-eliminazzjoni tal-ostakli għall-moviment liberu tal-persuni u servizzi bejn Stati membri tal-Komunità, u ta' rikonoxximent reċiproku ta' diplomi, ċertifikati u provi oħra ta' kwalifiki formali, imsemmija fl-Artikolu 3(1)(c) u 47(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u d-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 2005/36/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik Taljana li tinsab fid-digriet leġiżlattiv nru 206/2007, li teskludi lill-għalliema universitarji mill-qasam tal-professjonijiet irregolati għall-finijiet tar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali?


(1)  ĠU L 255, p. 22.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen Sad (il-Bulgarija) fis-6 ta' Jannar 2009 — Peter Dimitrov Kalinchev vs Regionalna Mitnicheska Direktsia — Plovdiv

(Kawża C-2/09)

(2009/C 55/31)

Lingwa tal-kawża: Il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen Sad.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Peter Dimitrov Kalinchev.

Konvenut: Regionalna Mitnicheska Direktsia — Plovdiv.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE (1) tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti jawtorizza l-implementazzjoni, mill-Istati Membri, ta' sistema ta' tassazzjoni permezz ta' dazju tas-sisa għall-vetturi bil-mutur użati meta dawn jiddaħħlu fit-territorju ta' Stat Membru, dazju tas-sisa li mhuwiex direttament dovut waqt il-bejgħ mill-ġdid ta' vetturi bil-mutur li jinsabu diġà fit-territorju ta' dan l-Istat Membru u li fir-rigward tagħhom tali dazju tas-sisa diġa tħallas meta dawn iddaħħlu inizjalment fit-territorju tal-Istat Membru?

2)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 KE, il-kunċett ta' “prodotti simili nazzjonali” għandu jiġi interpretat:

a)

fis-sens li dawn joriġinaw mill-Istat Membru li stabbilixxa taxxi interni speċifiċi jew

b)

fis-sens li dawn kienu diġà jinsabu fit-territorju ta' dan l-Istat Membru, indipendentement mill-oriġini tagħhom?

3)

Sabiex tingħata risposta għaż-żewġ domandi preċedenti, l-Artikolu 25 KE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu s-sistema differenti tad-dazju tas-sisa applikata lill-vetturi bil-mutur, implementata mir-Repubblika tal-Bulgarija permezz tal-Artikoli 30 u 40 tal-Zakon za aktsizite i danachnite skladove (liġi dwar id-dazju tas-sisa u l-imħażen tat-taxxa — ZADS) skont is-sena ta' manufattura tagħhom u n-numru ta' kilometri fuq l-arloġġ?


(1)  ĠU L 76, p. 1.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/19


Rikors ippreżentat fit-8 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-5/09)

(2009/C 55/32)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u M. Karanasou-Apostolopoulou)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi m'adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/68/KE (1) tal-Parlament Ewropew, tas-16 ta' Novembru 2005, dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE, jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tad-Direttiva 2005/68/KE, tas-16 ta' Novembru 2005, skada fl-10 ta' Diċembru 2007.


(1)  ĠU L 323 9.12.2005, p. 1.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/20


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-10/09)

(2009/C 55/33)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u M. Teles Romão, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex timplementa d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE (1) tal-24 ta' Ottubru 2006 li timplementa d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kondizzjonijiet tar-rintraċċabbiltà, notifikazzjoni dwar rejazzjonijiet u avvenimenti ta' ħsara serja u ċerti kondizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta' tessuti u ċelluli umani u, f'kull każ, billi ma kkomunikatx id-dispożizzjonijiet inkwistjoni lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-1 ta' Settembru 2007.


(1)  ĠU L 294, p. 32.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/20


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-11/09)

(2009/C 55/34)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u M. Teles Romão, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex timplementa d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE (1) tat-8 ta' Frar 2006, li timplementa d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/23/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani u, f'kull każ, billi ma kkomunikatx id-dispożizzjonijiet inkwistjoni lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-1 ta' Novembru 2006.


(1)  ĠU L 38, p. 40.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/21


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-12/09)

(2009/C 55/35)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u S. Mortoni, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tikkonstata illi billi r-Repubblika Taljana ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE (1), tat-8 ta' Frar 2006, li timplementa d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, ksib u ttestjar ta' tessuti u ċelloli tal-bniedem, jew f'kull każ billi ma nnotifikax l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, hija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-imsemmija direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-direttiva 2006/17 skada fl-1 ta' Novembru 2006.


(1)  ĠU L 38 p. 40.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/21


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-13/09)

(2009/C 55/36)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u S. Mortoni, agenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE (1) tal-24 ta' Ottubru 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kondizzjonijiet tar-rintraċċabbiltà, notifikazzjoni dwar rejazzjonijiet u avvenimenti ta' ħsara serja u ċerti kondizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta' tessuti u ċelluli umani, jew billi ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva.

Tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/86 skada fl-1 ta' Settembru 2007.


(1)  ĠU L 294, p. 32.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-240/08) (1)

(2009/C 55/37)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 183, 19.7.2008.


Il-Qorti tal-Prim' Istanza

7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Jannar 2008 — Kronoply vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-162/06) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni - Motivazzjoni - Effett ta' inċentiv tal-għajnuna - Neċessità tal-għajnuna’)

(2009/C 55/38)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kronoply GmbH & Co. KG (Heiligengrabe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Nierer u L. Gordalla, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn K. Gross u T. Scharf, sussegwentement minn V. Kreuschitz, K. Gross u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, 2006/262/KE, tal-21 ta' Settembru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat C 5/2004 (ex N 609/2003) li l-Ġermanja għandha l-intenzjoni li tagħti lil Kronoply (ĠU 2006, L 94, p. 50).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kronoply GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212, 2.9.2006.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Jannar 2009 — giropay vs UASI (GIROPAY)

(Kawża T-399/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GIROPAY - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 55/39)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: giropay GmbH (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Gründig-Schnelle, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta' Ottubru 2006 (Każ R 308/2005-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali GIROPAY bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

giropay GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Jannar 2009 — Korsch vs UASI (PharmaCheck)

(Kawża T-296/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark verbali PharmaCheck - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Limitazzjoni tal-lista tal-prodotti’)

(2009/C 55/40)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Korsch AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Grzam, sussegwentement M. Dittmann u M. Scheffler, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta' Ġunju 2007 (Kawża R 358/2007-4) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PharmaCheck bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Korsch AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Jannar 2009 — Hansgrohe vs UASI (AIRSHOWER)

(Kawża T-307/07) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali AIRSHOWER - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

(2009/C 55/41)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hansgrohe AG (Schiltach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Weidert u J. Zehnsdorf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Schneider, sussegwentement G. Schneider u S. Schäffner, aġenti)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta' Mejju 2007 (Każ R 1281/2006-1) dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali AIRSHOWER bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hansgrohe AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Jannar 2009 — Commercy vs UASI — easyGroup IP Licensing (easyHotel)

(Kawża T-316/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali easyHotel - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti EASYHOTEL - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Għajnuna legali - Applikazzjoni mressqa mill-amministratur ta' proċedura ta' falliment ta' kumpannija kummerċjali - Artikolu 94(2) tar-Regoli tal-Proċedura’)

(2009/C 55/42)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Commercy AG (Weimar, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Jaschke, sussegwentement minn S. Grosse u I. Müller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: easyGroup IP Licensing Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. Koerl u S. Möbus, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta' Ġunju 2007 (Każ R 1295/2006-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Commercy AG u easyGroup IP Licensing Ltd.

Dispożittiv

1)

It-talba għal għajnuna legali hija miċħuda.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Commercy AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni vs Rednap

(Kawża T-352/07) (1)

(“Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tar-raba' programm-qafas għal azzjonijiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' demostrazzjoni - Proġetti Rise u Healthline - Nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta' parti mill-ispejjeż iddikjarati - Rimbors ta' parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem - Proċedura fil-kontumaċja’)

(2009/C 55/43)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u J. Enegren, aġenti)

Konvenuta: Rednap AB (Malmö, l-Iżveżja)

Suġġett

Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 238 KE sabiex jinkiseb ir-rimbors ta' parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem mill-Komunità fil-kuntest tal-kuntratti DE 3010 (DE) Rise u HC 4007 (HC) Healthline, kif ukoll il-ħlas ta' interessi għal dewmien.

Dispożittiv

1.

Rednap AB hija kkundannata tħallas lura lill-Kummissjoni l-ammont ta' EUR 334 375,49.

2.

Rednap hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni interessi għal dewmien fuq l-ammont ta' EUR 219 125,22 mill-1 ta' Ġunju 2002 bir-rata statutorja stabbilita mid-dritt Grieg u dan sal-ħlas kollu tad-dejn, mingħajr din ir-rata ma tkun tista' taqbeż, mill-1 ta' Awwissu 2007, 11.75 % fis-sena.

3.

Rednap hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni interessi għal dewmien fuq l-ammont ta' EUR 115 250,27 mill-31 ta' Mejju 2002 bir-rata statutorja stabbilita mid-dritt Grieg u dan sal-ħlas kollu tad-dejn, mingħajr din ir-rata ma tkun tista' taqbeż, mill-1 ta' Awwissu 2007, 11.75 % fis-sena.

4.

Rednap hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Jannar 2009 — Pioneer Hi-Bred International vs UASI (OPTIMUM)

(Kawża T-424/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OPTIMUM - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Obbligu ta' motivazzjoni - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 73 u Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94’)

(2009/C 55/44)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pioneer Hi-Bred International, Inc. (Johnston, Iowa, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Würtenberger, R. Kunze u T. Wittmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' Settembru 2007 (Każ R 288/2007-2) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali OPTIMUM bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pioneer Hi-Bred International, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 8, 12.1.2008.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/25


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Diċembru 2008 — Bomba Energia Getränkevertriebs GmbH vs UASI — Eckes-Granini (Bomba)

(Kawża T-372/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)

(2009/C 55/45)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bomba Energia Getränkevertriebs GmbH (Rohrbach, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Kockläuner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Kicia, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Eckes-Granini Group GmbH, li qabel kienet Eckes-Granini GmbH & Co. KG (Nieder-Olm, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta' Ottubru 2006 (Każ R 184/2005-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Eckes-Granini GmbH & Co. KG u Bomba Energia Getränkevertriebs GmbH.

Dispożittiv

1)

M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Bomba Energia Getränkevertriebs GmbH u Eckes-Granini Group GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll għal nofs l-ispejjeż kull wieħed tal-Ufiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/25


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — Portela vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-137/07) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kummerċjalizzazzjoni ta' termometri diġitali difettużi bil-marka ‘CE’ - Nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni - Rabta kawżali - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt’)

(2009/C 55/46)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Portela — Comércio de artigos ortopédicos e hospitalares, Lda, (Queluz, il-Portugall) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u B. Schima, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi obbligata taġixxi skont l-Artikolu 14b tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, p. 1) kif emendata bid-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998, dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, p. 1), billi tordna lill-kumpannija ta' ċertifikazzjoni TÜV Rheinland Product Safety GmbH, permezz tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tinvoka, favur ir-rikorrenti, l-assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbilta ċivili li din il-kumpannija talbet taħt il-punt 6 tal-Anness XI tad-Direttiva 93/42, u, jekk l-allegata ħsara subita ma tistax tiġi rimedjata permezz tat-talba prinċipali, sussidjarjament, talba għal-kumpens tal-ħsara li r-rikorrenti subiet minħabba d-diversi ommissjonijiet tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Portela — Comércio de artigos ortopédicos e hospitalares, Lda, hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/26


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — Gaedertz vs UASI — Living Byte Software (GlobalRemote)

(Kawża T-209/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Revoka tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)

(2009/C 55/47)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Johann-Christoph Gaedertz (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. M. Gerstenberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B.Schmidt, aġent)

Parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Living Byte Software GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Freifrau von Welser, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta' April 2007 (Każ R 272/2005-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Johann-Christoph Gaedertz u Living Byte Software GmbH.

Dispożittiv

1)

Mhemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ir-rikorrent u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.

3)

Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/26


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 — Thierry vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-223/07 P) (1)

(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2004 - Ċaħda ta' talba għas-smigħ ta' xhud - Appell manifestament inammissibbli’)

(2009/C 55/48)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Michel Thierry (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-16 ta' April 2007, Thierry vs Il-Kummissjoni (F-82/05, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u li għandu bħala għan l-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Michel Thierry għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni marbuta ma' din l-istanza.


(1)  ĠU C 199, 25.8.2007.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/26


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — L-Italja vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni

(Kawża T-285/07) (1)

(“Kwistjoni proċedurali - Eċċezzjoni ta' inammissibbiltà - Inammissibbiltà parzjali tar-rikors - Nuqqas ta' imputabbiltà tal-att ikkontestat lill-Parlament’)

(2009/C 55/49)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, aġent, assistit minn P. Gentili, Avvocato dello Stato)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, R. Ignătescu u G. Mazzini, aġenti) u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u A. Aresu, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Vodina u M. Michelogiannaki, aġenti)

Suġġett

Annullament tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/95/07, sabiex tiġi stabbilita riżerva għar-reklutaġġ ta' 20 amministratur (AD 5) fil-qasam tal-informazzjoni (librerija/dokumentazzjoni) ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta' Mejju 2007 (ĠU C 103 A, p. 7).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huwa magħmul kontra l-Parlament.

2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż li hija sostniet fil-kuntest ta' dan ir-rikors sa fejn magħmul kontra l-Parlament. Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 223, 22.9.2007.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/27


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — L-Italja vs KESE u l-Kummissjoni

(Kawża T-117/08) (1)

(“Kwistjoni proċedurali - Eċċezzjoni ta' inammissibbiltà - Inammissibbiltà parzjali tar-rikors - Nuqqas ta' imputabbiltà tal-atti lill-Kummissjoni’)

(2009/C 55/50)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, aġent, assistit minn P. Gentili, Avvocato dello Stato)

Konvenuti: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Bermejo Garde, aġent, assistit minn A. Dal Ferro, avukat); u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J. Currall, aġent)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, Abogado del Estado)

Suġġett

Annullament tal-avviż ta' post vakanti Nru 737/07 għal Segretarju Ġenerali (grad A * 16) fi ħdan il-KESE, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta' Diċembru 2007 (ĠU C 316 A, p. 1), kif ukoll tal-corrigendum għal dan l-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta' Jannar 2008 (ĠU C 25 A, p. 21).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huwa dirett kontra l-Kummissjoni.

2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha għal dan ir-rikos safejn huwa dirett kontra l-Kummissjoni, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 116, 9.5.2008.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/27


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Diċembru 2008 — AES-Tisza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-468/08 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mir-Repubblika tal-Ungerija lil ċerti produtturi tal-enerġija elettrika fil-forma ta' arranġamenti għax-xiri tal-elettriku - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ibbilanċjar tal-interessi’)

(2009/C 55/51)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AES-Tisza Erőmű kft (AES-Tisza kft) (Tiszaújváros, l-Ungerija) (rappreżentanti: T. Ottervanger u E. Henny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn, N. Khan u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2223 finali tal-4 ta' Ġunju 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika tal-Ungerija fil-forma ta' arranġamenti għax-xiri tal-elettriku.

Dispożittiv

1)

It-talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/28


Rikors ippreżentat fit-8 ta' Diċembru 2008 — Tuzzi fashion GmbH vs UASI — El Corte Inglés (Emidio Tucci)

(Kawża T-535/08)

(2009/C 55/52)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tuzzi fashion GmbH (Fulda, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta' Settembru 2008 fil-Każ R-1561/2007-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Emidio Tucci” għal prodotti fil-klassi 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali “TUZZI” irreġistrata fil-Ġermanja bin-Nru 1 078 843 għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark verbali “TUZZI” irreġistrata fl-Awstrija, fi Franza, fil-Benelux u fil-Polonja bin-Nru 496 835 għal prodotti fil-klassi 25; l-isem kummerċjali “TUZZI FASHION GMBH” użat fil-Ġermanja għal negozju fil-qasam tal-ħwejjeġ.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda fit-totalità tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 sa fejn il-Bord tal-Appell għamel evalwazzjoni żbaljata tal-probbabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 sa fejn il-Bord tal-Appell ma rrispondiex it-talbiet tar-rikorrenti b'mod eżawrjenti u sa fejn ma esponiex b'mod oġġettiv il-motivi li fuqhom kienet ibbażata d-deċiżjoni tiegħu; ksur tal-Artikolu 74 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 sa fejn il-Bord tal-Appell ma llimitax l-evalwazzjoni tiegħu għall-motivi invokati mill-partijiet; ksur tal-Artikolu 79 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 sa fejn, fl-evalwazzjoni tiegħu tal-motiv ibbażat fuq abbuż tal-liġi, il-Bord tal-Appell injora l-prinċipji ġenerali fil-qasam tal-liġi proċedurali rikonoxxuti mill-Istati Membri.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/28


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2008 — Huvis vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-536/08)

(2009/C 55/53)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Huvis Corporation (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, F. Di Gianni, R. Antonini, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 893/2008, tal-10 ta' Settembru 2008, li jżomm fis-seħħ dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' staple fibres tal-poliesteri li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mill-Arabja Sawdija u mill-Korea wara reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (1), sa fejn ma jħassarx id-dazju antidumping impost fuq ir-rikorrenti sa mid-29 ta' Marzu 2006, il-ġurnata li fiha l-importazzjonijiet ta' staple fibres tal-poliesteri mit-Tajwan u mill-Malasja ġew suġġetti għal dażji antidumping provviżorji li l-Kummissjoni ddeċidiet li ma tiġborx fid-Deċiżjoni tagħha Nru 2007/430/KE tad-19 ta' Ġunju 2007 (2);

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, kumpannija li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fil-Korea, ressqet ir-rikors preżenti sabiex tikseb l-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill Nru 893/2008 sa fejn ma jħassarx id-dazju antidumping impost fuq ir-rikorrenti sa mid-29 ta' Marzu 2006 fuq l-istaple fibres tal-poliesteri (PSF) li hija tipproduċi u li joriġinaw mill-Korea. Ir-rikorrenti ssostni li l-PSF li joriġinaw mill-Korea għandhom jibbenifikaw mill-istess trattament applikat lill-PSF li joriġinaw mit-Tajwan u mill-Malasja skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2007/430/KE. Konsegwentement, skont ir-rikorrenti, id-dazji antidumping għandhom jitħassru fir-rigward tal-PSF li joriġinaw mill-Korea sa minn din id-data.

Ir-rikorrenti tqajjem żewġ motivi insostenn tat-talbiet tagħha.

Hija ssostni li billi żammew fis-seħħ il-miżuri antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Korea filwaqt li dawk mill-Malasja u mit-Tajwan ma kinux suġġetti għal miżuri antidumping, l-istituzzjonijiet Komunitarji kisru l-prinċipju fundamentali ta' non-diskriminazzjoni. Ir-rikorrenti tikkontesta t-tliet motivi mressqa mill-Kunsill sabiex jiġġustifika din id-differenza fit-trattament. Il-fatt li, fir-rigward tal-PSF li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan, l-ilment ġie irtirat u li l-Kunsill ma fforma ebda konklużjoni definittiva, ma jistax, skont ir-rikorrenti, jiġġustifika trattament diskriminatorju fir-rigward tal-PSF li joriġina mill-Korea. Ir-rikorrenti tikkontesta wkoll li d-differenza bejn il-kriterju tal-interess Komunitarju applikat fuq il-PSF li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan u dak applikat fuq il-PSF li joriġinaw mill-Korea tista' tiġġustifika t-trattament diskrimatorju fir-rigward ta' dawn tal-aħħar. Barra minn hekk, hija ssostni li, b'mod kuntrarju għall-konklużjonijiet tal-Kunsill, il-fatt li l-investigazzjonijiet li jirrigwardaw il-PSF tal-Malasja u tat-Tajwan, minn naħa, u dawk tal-Korea, min-naħa l-oħra, wasslu għal konklużjonijiet differenti lanqas ma jista' jiġġustifika trattament diskriminatorju.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni li tħassir tal-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-PSF li hija tipproduċi u tesporta mhuwiex iġġustifikat fid-dawl tal-interess Komunitarju hija vvizzjata minn kontradizzjonijiet fundamentali u nuqqas ta' koerenza.


(1)  ĠU L 247, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2007 li jtemm il-proċediment ta' kontra d-dumping rigward l-importazzjonijiet ta' fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat (il-PSF) li joriġinaw mill-Malasja u t-Tajwan u li jirrilaxxa l-ammonti assigurati permezz tad-dazji proviżorji imposti (ĠU L 160, p. 30).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/29


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2008 — Cixi Jiangnan Chemical Fiber et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-537/08)

(2009/C 55/54)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cixi Jiangnan Chemical Fiber Co. Ltd, Cixi Santai Chemical Fiber Co. Ltd, Cixi Sansheng Chemical Fiber Co. Ltd, Jiangyin Changlong Chemical Fibre Co. Ltd, Ningbo Dafa Chemical Fiber Co. Ltd, Xiake Color Spinning Co. Ltd, Zhejiang Waysun Chemical Fiber Co. Ltd, Zhejiang Anshun Pettechs Fibre Co. Ltd (Ċina) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, avukat, G. Vallera, Barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 893/2008, tal-10 ta' Settembru 2008, li jżomm fis-seħħ dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' staple fibres tal-poliesteri li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mill-Arabja Sawdija u mill-Korea wara reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (1), b'effett retroattiv mid-29 ta' Diċembru 2006, jiġifieri l-ġurnata li fiha importazzjonijiet ta' staple fibres tal-poliesteri mit-Tajwan u mill-Malasja ġew suġġetti għal dażji antidumping provviżorji li l-Kummissjoni ddeċidiet li ma tiġborx fid-Deċiżjoni tagħha Nru 2007/430/KE tad-19 ta' Ġunju 2007 (2);

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti, kumpanniji bbażati fiċ-Ċina, jitolbu l-annullament tar-Regolament tal-Kunsill Nru 893/2008 li jżomm fis-seħħ id-dazji antidumping fir-rigward, fost oħrajn, tal-importazzjonijiet ta' staple fibres tal-poliesteri (PSF) prodotti mir-rikorrenti u li joriġinaw miċ-Ċina. Ir-rikorrenti jallegaw li fuq il-PSF li joriġinaw miċ-Ċina għandu jiġi applikat l-istess trattament bħal dak applikat fuq il-PSF li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2007/430/KE. Konsegwentement, id-dazju antidumping għandu jitħassar mill-istess data, jiġifieri mid-29 ta' Diċembru 2006, fir-rigward tal-PSF li joriġinaw miċ-Ċina.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali mressqa mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-536/08, Huvis vs Il-Kunsill.


(1)  ĠU L 247, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2007 li jtemm il-proċediment ta' kontra d-dumping rigward l-importazzjonijiet ta' fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat (il-PSF) li joriġinaw mill-Malasja u t-Tajwan u li jirrilaxxa l-ammonti assigurati permezz tad-dazji proviżorji imposti (ĠU L 160, p. 30).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/29


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2008 — Rewe-Zentral vs UASI — Kodi Diskontläden (inéa)

(Kawża T-538/08)

(2009/C 55/55)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: REWE-Zentral AG (Kolonja, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kodi Diskontläden GmbH (Oberhausen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Ottubru 2008 — Appell Numru R 744/2008-4 u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “inéa” bil-kulur blu, roża u abjad għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16 (Applikazzjoni Nru 4 462 826)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Kodi Diskontläden GmbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:“MINEA” (Trade mark Nru 303 61 428.5) għal prodotti fil-klassijiet 8, 9 u 16, li hija f'kunflitt mar-reġistrazzjoni għal prodotti fil-klassi 16

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tal-Bord tal-Appelll annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks kunfliġġenti


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/30


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Diċembru 2008 — RWE u RWE Dea vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-543/08)

(2009/C 55/56)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: RWE (Essen, il-Ġermanja) u RWE Dea (Amburgu, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Stadler u M. Röhrig, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni sa fejn tiddikjara li r-rikorrenti kisru l-Artikolu 81(1) KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE;

tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni sa fejn ġiet imposta multa ta' EUR 37 440 000 fuq ir-rikorrenti bħala debituri in solidum;

sussidjarjament, tnaqqas b'mod xieraq il-multa imposta fuq ir-rikorrenti bħala debituri in solidum fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta' Ottubru 2008, fil-Każ COMP/39.181 — Xemgħa bajda, li fiha l-konvenuta kkonstatat li ċerti impriżi, fosthom ir-rikorrenti, minħabba parteċipazzjoni fi ftehim kontinwu u/jew prattika miftiehma kontinwa fis-settur tax-xemgħa bajda (paraffin wax), kisru l-Artikolu 81(1) KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

Fl-ewwel motiv tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenuta kisret l-Artikolu 81(1) KE u l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) peress li hija applikat, b'mod żbaljat fil-liġi, il-kunċett ta' impriża għad-detriment tar-rikorrenti. Il-konvenuta qieset li r-rikorrenti kienu responsabbli għal ksur tal-impriża preċedenti DEA Mineraloel AG jew — wara l-bidla ta' din l-impriża f'impriża konġunta ma' Shell — ta' Shell & Dea Oil u konsegwentement imponiet multa fuqhom, mingħajr ma pprovat l-eżistenza ta' entità ekonomika.

Sussidjarjament, fit-tieni motiv tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenuta applikat b'mod żbaljat l-avviż dwar it-tnaqqis tal-multi tal-2002 u b'hekk kisret il-prinċipju ta' trattament ugwali sa fejn ma estendietx għar-rikorrenti l-benefiċċji tal-applikazzjoni għal klemenza mressqa minn Shell fir-rigward tan-negozju ta' xemgħa bajda (paraffin wax) mill-impriża preċedenti DEA Mineraloel AG u minn Shell & Dea Oil GmbH. Għalhekk, il-konvenuta tmur kontra l-opinjoni tagħha stess fis-sens li dan in-negozju tax-xemgħa bajda (paraffin wax) fil-perijodu bejn it-3 ta' Settembru 1992 u t-30 ta' Lulju 2002 kien sar mill-istess entità ekonomika komposta mir-rikorrenti. Li kieku applikat b'mod korrett l-avviż dwar it-tnaqqis tal-multi, il-konvenuta kienet teżenta kompletament lir-rikorrenti minn eventwali multa.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti jsostnu, permezz tat-tielet motiv, li l-konvenuta kisret principji fundamentali għall-kalkolu tal-multa, b'mod partikolari l-prinċipji ta' trattament ugwali u ta' proporzjonalità, u b'hekk kisret l-Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003. Il-konvenuta applikat b'mod żbaljat il-Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi tal-2006, peress li hija kkalkolat id-dħul mill-bejgħ rilevanti b'riferiment għal perijodu ta' referenza li mhuwiex rappreżentattiv biżżejjed u, għaldaqstant, stabbiliet ammont bażiku li mhuwiex proporzjonat mal-gravità tal-allegat ksur tar-rikorrenti u ttrattat b'mod inugwali lir-rikorrenti meta mqabbla mal-parteċipanti l-oħrajn, inkluża Shell, mingħajr raġunjiet oġġettivi għal dan it-trattament inugwali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, p. 1).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/31


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Diċembru 2008 — Hansen & Rosenthal u H & R Wax Company Vertrieb vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-544/08)

(2009/C 55/57)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hansen & Rosenthal KG (Amburgu, il-Ġermanja), H & R Wax Company Vertrieb GmbH (Amburgu, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Schulte u A. Lober, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476 finali, tal-1 ta' Ottubru 2008, fil-każ COMP/39181 — Xemgħa bajda, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

sussidjarjament, tannulla l-multa imposta fuq ir-rikorrenti jew — b'mod iktar sussidjarju — tnaqqas l-ammont tagħha;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476 finali, tal-1 ta' Ottubru 2008, fil-Każ COMP/39.181 — Xemgħa bajda, li fiha l-konvenuta ddeċidiet li ċerti impriżi, fosthom ir-rikorrenti, kisru l-Artikolu 81 (1) KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fi ftehim kontinwu u/jew fi prattika miftiehma kontinwa fis-settur tax-xemgħa bajda (paraffin wax).

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn nuqqas serju ta' motivazzjoni. Għaldaqstant hija għandha tiġi annullata minħabba ksur tal-Artikolu 81 KE u minħabba ksur relatat tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.

Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrenti jsostnu li ma jeżistux ir-rekwiżiti għal ksur tal-Artikolu 81 KE. Diġà jonqos għan komuni bejn ir-rikorrenti u l-produtturi l-oħra tax-xemgħa bajda. Ir-rikorrenti ma ħadux sehem fi ftehim antikompetittiv jew fi prattiċi miftiehma. It-trażmissjoni ta' avviż dwar żieda fil-prezz għaldaqstant ma kellhiex bħala għan l-applikazzjoni ta' ftehim antikompetittiv iżda seħħet fil-kuntest ta' relazzjonijiet ta' kunsinna. Mill-bqija, ma kienx hemm restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-iskambju ta' informazzjoni.

Fit-tielet sas-sitt motiv, ir-rikorrenti sussidjarjament jikkontestaw l-ammont tal-multi stabbiliti:

il-Kummissjoni applikat b'mod żbaljat il-Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi, li ġew ippubblikati biss fl-2006, minkejja li l-allegat ksur kien intemm fil-bidu tas-sena 2005. B'dan il-mod il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' projbizzjoni ta' venire contra factum proprio, il-prinċipju ta' projbizzjoni ta' retroattività u l-prinċipju ta' ċertezza legali.

fir-raba' motiv, ir-rikorrenti jikkontestaw l-evalwazzjoni żbaljata mwettqa mill-Kummissjoni tad-dħul mill-bejgħ rilevanti għall-multa. Fis-snin rilevanti, jiġifieri mill-2002 sal-2004, ir-rikorrenti kisbu dħul mill-bejgħ ta' EUR 18.97 miljuni mill-prodotti tax-xemgħa bajda. Madankollu, il-Kummissjoni bbażat il-kalkolu tal-multa fuq dħul mill-bejgħ ta' EUR 26 miljun.

fil-ħames motiv, ir-rikorrenti jsostnu li, barra minn hekk, il-Kummissjoni evalwat b'mod żbaljat il-gravità tal-ksur. L-iffissar tad-dħul mill-bejgħ rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur u tal-miżata tad-dħul bħala 17 % jikser il-prinċipju ta' proporzjonalità. Barra minn hekk, id-daqs u l-importanza tal-impriżi ma ġewx meqjusa suffiċjentement.

permezz tas-sitt motiv ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kkalkolat b'mod żbaljat it-tul ta' żmien li fih ir-rikorrenti allegatament kienu fi ksur. Hija ma pprovatx il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-allegata restrizzjoni tal-kompetizzjoni għall-perijodu kollu li għalih huma ġew akkużati.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/31


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Diċembru 2008 — X-Technology Swiss vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' kalzetta)

(Kawża T-547/08)

(2009/C 55/58)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: X-Technology Swiss GmbH (rappreżentanti: A. Herbertz u R. Jung, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tas-6 ta' Ottubru 2008 — R 846/2008-4,

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż tagħha u tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “trade mark oħra –trade mark ta' pożizzjoni” bil-kulur “oranġjo (Pantone 16-1359 TPX)”, għal prodotti fil-klassi 25 (Applikazzjoni Nru 5 658 117)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu mitlub


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 1, p. 1).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/32


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Diċembru 2008 — Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-550/08)

(2009/C 55/59)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG (Amburgu, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Itzen u J. Ziebarth, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

sussidjarjament, tnaqqas b'mod xieraq l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fid-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476 finali, tal-1 ta' Ottubru 2008, fil-Każ COMP/39.181 — Xemgħa bajda, li fiha l-konvenuta ddeċidiet li ċerti impriżi, fosthom ir-rikorrenti, kisru l-Artikolu 81(1) KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea minħabba li pparteċipaw fi ftehim kontinwu u/jew fi prattika miftiehma kontinwa fis-settur tax-xemgħa bajda (paraffin wax).

Ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi insostenn tar-rikors tagħha.

Fl-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti tilmenta bi ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni skont l-Artikolu 253 KE u bi ksur tad-drittijiet tad-difiża, peress li mill-evalwazzjoni tal-provi li l-Kummissjoni wettqet fid-deċiżjoni kkontestata ma jidhirx ċar liema atti preċiżi għandhom jiġu attribwiti lir-rikorrenti. L-evalwazzjoni ġenerali mwettqa mill-Kummissjoni tkopri, minbarra lir-rikorrenti, impriżi oħra li għall-atti tagħhom ir-rikorrenti ma tistax tinżamm responsabbli. Fid-dawl tal-ambigwità tal-evalwazzjoni tal-provi, jeżisti ksur tad-drittijiet tad-difiża, peress li l-Kummissjoni għandha turi b'mod ċar u mhux ambigwu liema atti għandhom jiġu attribwiti lil liema impriżi u liema konsegwenzi joħorġu minn dawn.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li ma ħadet sehem fl-ebda att li jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 81 KE. Il-Kummissjoni mhux biss ma wettqitx evalwazzjoni korretta fuq il-livell formali, iżda wkoll ġabet prova sussidjarja materjali li ma ġietx issostanzjata fil-konfront tar-rikorrenti. Il-laqgħat imsemmija speċifikament u għaldaqstant il-provi kkunsidrati fil-kuntest tal-evalwazzjoni ma jindikawx li r-rikorrenti ħadet sehem f'kartell illegali. Dan jgħodd b'mod partikolari fid-dawl tal-fatt li inizjalment ir-rikorrenti ġiet akkużata biss bi ksur ristrett. Madankollu, dan il-fatt ma tteħidx inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni; min-naħa l-oħra, provi li jistgħu juru l-eventwali ksur minn terzi, u li r-rikorrenti ma ħaditx sehem fih, ittieħdu inkunsiderazzjoni, anki bi preġudizzju għar-rikorrenti.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-preskrizzjoni. Hija ttrasferiet lil kumpannija oħra l-parti tan-negozju kkonċernata sa mill-bidu tas-sena 2000, b'tali mod li l-ewwel miżuri li jinterrompu l-preskrizzjoni adottati fil-bidu tas-sena 2005 fil-konfront tar-rikorrenti ma jistgħux iwasslu għat-tressiq quddiem il-qorti ta' ksur anterjuri.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/32


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Diċembru 2008 — H & R ChemPharm vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-551/08)

(2009/C 55/60)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: H & R ChemPharm GmbH (Salzbergen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Klusmann u S. Thomas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

sussidjarjament, tnaqqas b'mod xieraq l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fid-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476 finali, tal-1 ta' Ottubru 2008, fil-Każ COMP/39.181 — Xemgħa bajda, li fiha l-konvenuta ddeċidiet li ċerti impriżi, fosthom ir-rikorrenti, permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fi ftehim kontinwu u/jew prattika miftiehma kontinwa fis-settur tax-xemgħa bajda (paraffin wax), kisru l-Artikolu 81(1) KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba' motivi.

Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni ksur tad-drittijiet tad-difiża, peress li fid-deċiżjoni kkontestata ma ssirx distinzjoni bejnha u bejn impriżi distinti oħra li ġiet imposta multa fuqhom, iżda jsir riferiment għalihom b'mod konġunt bħala “H & R/Tudapetrol”. Ir-rikorrenti ssostni li ma tistax tifhem liema parteċipazzjoni preċiża għandha tiġi attribwita lilha. Għaldaqstant, inkisru d-drittijiet tad-difiża tagħha sa fejn, mid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u mid-deċiżjoni, għandu jirriżulta b'mod ċar liema atti preċiżi jwasslu għall-allegazzjoni ta' ksur ta' dritt u għall-multa konsegwenti.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti tilmenta, fit-tieni motiv tagħha, bin-nuqqas ta' prova ta' ksur min-naħa tagħha. Minħabba l-prova ta' natura ġenerali li hija ġabret fil-konfront tad-destinatarji kollha tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni ma kkunsidratx li ma kienet teżisti ebda prova fir-rigward tal-ksur tar-rikorrenti. Ir-rikorrenti tilmenta li l-Kummissjoni ma evalwatx il-provi b'mod suffiċjentement separat u individwali li seta' u kellu juri l-ineffettività tal-provi mressqa fir-rigward tal-ksur li bih hija akkużata r-rikorrenti.

B'mod iktar sussidjarju, fit-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti tallega żball fil-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa, li huwa ogħli wisq.

Permezz tar-raba' motiv tagħha, b'mod dejjem iktar sussidjarju, ir-rikorrenti tallega ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità u ksur tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni minħabba żball ta' evalwazzjoni fil-kalkolu tal-multa. B'mod partikolari hija tallega żball ta' evalwazzjoni fl-iffissar tad-dħul mill-bejgħ għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur u tal-miżata tad-dħul bħala 17 % u nuqqas ta' proporzjonalità fl-ammont tal-multa minħabba evalwazzjoni spoporzjonata tad-daqs tal-impriża. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tallega applikazzjoni retroattiva inammissibbli tal-Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi tal-2006 għal dan il-każ.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/33


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Domótica

(Kawża T-552/08)

(2009/C 55/61)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A.M. Rochaud-Joët u S. Petrova, aġenti, assistiti minn G. Anastácio u A. R. Andrade, avukati)

Konvenuta: Domótica, Estudo e Projecto de Edificios Inteligents, Lda (Liżbona, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrent

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti s-somma ta' EUR 124 319,22 bħala rimbors ta' ħlas bil-quddiem li sar mir-rikorrenti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt Nru BU/466/94 PO/ES, konkluż fil-kuntest tal-programm Thermie u li ġie xolt minħabba nuqqas ta' eżekuzzjoni kuntrattwali min-naħa tal-konvenuta u ta' partijiet kontraenti oħra, flimkien mal-ammont ta' EUR 48 180,00 f'interessi moratorji dovuti sat-30 ta' Settembru 2008 u interessi li għad ikunu dovuti sakemm isir ħlas komplet u effettiv.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fis-17 ta' Jannar 1995, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ikkonkludiet il-kuntratt Thermie Nru BU/466/94 PO/ES mal-konvenuta, ma' Hospitais da Universidade de Coimbra (l-isptarijiet universitarji ta' Coimbra) u mal-kumpannija Técnicas Reunidas, S.A., skont ir-Regolament (KEE) Nru 2008/90 (1).

Il-konvenuta ntagħżlet bħala l-koordinatriċi tal-proġett u inkarigat ruħha li tibgħat lill-Kummissjoni d-dokumenti neċessarji, u li tkun il-konnessjoni bejn il-partijiet kontraenti u l-Kummissjoni. Il-partijiet kontraenti kienu responsabbli in solidum.

Fl-10 ta' Frar 1995, il-Kummissjoni, skont kif kien stabbilit, ħallset l-ammont ta' 30 % bil-quddiem, jiġifieri EUR 176 693.

Fl-24 ta' Mejju 2000, il-Kummissjoni temmet il-kuntratt, għal ġusta kawża (wara intimazzjoni), billi invokat is-segwenti nuqqasijiet:

dewmien fl-eżekuzzjoni li ma ġiex innotifikat lill-Kummissjoni fi żmien xieraq;

nuqqas ta' kapaċità ta' Domótica li tagħti bidu għall-eżekuzzjoni tal-proġett (li ġie rrikonoxxut minn din tal-aħħar);

il-fatt li r-rapporti finanzjarji u tekniċi ma ntbagħtux lill-Kummissjoni fi żmien xieraq u skont il-modalitajiet korretti;

il-fatt li x-xogħlijiet ta' eżekuzzjoni ma ntemmux fit-terminu stabbilit oriġinarjament, u lanqas sal-iskadenza tal-proroga mogħtija sussegwentement (31 ta' Awwissu 2000).

Fid-dawl ta' dan l-aġir illegali tal-partijiet kontraenti, l-obbligi kuntrattwali li kellhom ma ġewx osservati.

Il-kuntratt kien jipprovdi l-possibbiltà, għall-Kummissjoni, li titlob ir-rimbors totali jew parzjali tal-għajnuna finanzjarja, flimkien mal-interessi fil-każ ta' nuqqas ta' eżekuzzjoni min-naħa tal-partijiet kontraenti.

Il-Kummissjoni għandha dritt għal rimbors ta' EUR 172 499,22, ekwivalenti għall-ammont imħallas bil-quddiem, flimkien mal-interessi dovuti, b'effett mill-10 ta' Frar 1995, wara t-tnaqqis tal-ispejjeż ta' eżekuzzjoni parzjali sostnuti mill-konvenuta, kif mitlub mill-Kummissjoni, ammont li għad jiżdied bl-interessi li għad ikunu dovuti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2008/90, tad-29 ta' Ġunju 1990, dwar il-promozzjoni tat-teknoloġija tal-enerġija fl-Ewropa (programm Thermie) (ĠU L 185, p. 1).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/34


Rikors ippreżentat fit-8 ta' Diċembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-554/08)

(2009/C 55/62)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, P. Katsimani u M. Dermitzakis, avukati

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tad-DĠ TAXUD li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti, ippreżentata fir-rigward tas-Sejħa għal Offerti miftħuħa TAXUD/2007/AO-005 (TIMEA) għall-“Provvista ta' servizzi għall-applikazzjonijiet tal-kompjuter tal-Komunità fl-oqsma tad-dwana, tad-dazju u tat-tassazzjoni” (ĠU 2008/S 203-268728) ikkomunikata lir-rikorrenti b'ittra tas-26 ta' Settembru 2008 kif ukoll id-deċiżjonijiet kollha ulterjuri tal-Kummissjoni inkluża dik li l-kuntratt jingħata lill-offerent magħżul;

tikkundanna lid-DĠ TAXUD iħallas lir-rikorrenti l-ammont ta' EUR 7 638 125 għad-danni sostnuti b'riżultat tal-proċedura ta' sejħa għal offerti inkwistjoni;

tikkundanna lid-DĠ TAXUD iħallas l-ispejjeż legali tar-rikorrenti u spejjeż oħra sostnuti inkonnessjoni ma' dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha r-rikorrenti trid tikseb, skont l-Artikolu 230 KE, l-annullament tad-deċiżjoni tad-DĠ TAXUD, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti ppreżentata fir-rigward tas-Sejħa għal Offerti miftħuħa TAXUD/2007/AO-005 (TIMEA) għall-“Provvista ta' servizzi għall-applikazzjonijiet tal-kompjuter tal-Komunità fl-oqsma tad-dwana, tad-dazju u tat-tassazzjoni” (ĠU 2008/S 203-268728) ikkomunikata lir-rikorrenti b'ittra tas-26 ta' Settembru 2008, kif ukoll il-kumpens għad-danni skont l-Artikolu 235 KE.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kumitat ta' Evalwazzjoni wettaq diversi żbalji ta' evalwazzjoni manifesti fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-offerta. Skont ir-rikorrenti, il-Kumitat ta' Evalwazzjoni tbiegħed mill-politika normali tal-Kummissjoni u injora d-dispożizzjonijiet inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta TIMEA, li jissuġġerixxu li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkuntattjaw lill-offerent fil-kuntest tal-fażi ta' selezzjoni ta' Sejħa għal Offerti, u jitolbu informazzjoni supplementari jew kjarifiki. Hija ssostni wkoll li l-awtorità kontraenti kisret l-Artikolu 100 tar-Regolament Finanzjarju u l-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba u tal-aspettativi leġittimi. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-awtorità kontraenti abbużat mill-poteri tagħha u kisret il-prinċipji ta' trasparenza u ta' trattament ugwali previsti fl-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta naqset milli tipprovdi lir-rikorrenti analiżi xierqa tal-eżitu tal-verifiki mwettqa wara l-kummenti tar-rikorrenti fuq ir-rapport ta' evalwazzjoni.

Ir-rikorrenti tisħaq li l-konvenuta użat b'mod abbużiv il-kriterju ta' selezzjoni sabiex ma tagħżilx l-offerta tar-rikorrenti. B'dan il-mod, kisret l-Artikoli 134(2) u 148(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 (1), kif ukoll l-Artikolu 32(2) tad-Direttiva 92/50 (2).


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti [Regolament] Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 2002 L 357, p. 1).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi].


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/35


Rikors ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2008 — iPublish Ganske interactive Publishing vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' apparat ta' navigazzjoni)

(Kawża T-555/08)

(2009/C 55/63)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: iPublish Ganske interactive Publishing GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Knies, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Ottubru 2008, fil-Każ R 709/2008-4, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta apparat ta' navigazzjoni bil-kuluri iswed u blu, ikkaratterizzata b'mod partikolari permezz ta' faxxa laterali blu, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39 u 42 (Applikazzjoni Nru 6 092 639).

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) sa fejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv mitlub.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L p. 1).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/35


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 — Slovenská pošta vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-556/08)

(2009/C 55/64)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Slovenská pošta a.s. (Banská Bystrica, Ir-Repubblika Slovakka) (rappreżentanti: O. Brouwer, C. Schillemans, M. Knapen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors ir-rikorrenti titlob, permezz tal-Artikolu 230 KE, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5912 finali tas-7 ta' Ottubru 2008 (Każ COMP/39.562 — Liġi Slovakka dwar il-Posta) li permezz tagħha l-Kummissjoni sabet il-leġiżlazzjoni Slovakka dwar il-posta li tirrigwarda servizzi tal-posta ibrida tikser l-Artikolu 86(1) moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE sa fejn din tirriżerva lir-rikorrenti it-tqassim ta' posta ibrida.

Ir-rikorrenti tressaq erba' motivi insostenn tat-talbiet tagħha.

L-ewwel nett, hija ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju tal-liġi Komunitarja ta' amministrazzjoni tajba billi naqset milli tinvestiga kif huwa xieraq il-fatti u l-interessi involuti, billi fl-opinjoni tar-rikorrenti d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq numru ta' suppożizzjonijiet. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li tagħti raġunijiet adegwati kif stabbilit fl-Artikolu 253 KE.

It-tieni nett, ir-rikorrenti tistqarr li l-Kummissjoni kisret id-dritt għal smigħ xieraq tar-rikorrenti.

It-tielet nett, hija ssostni li l-Kummissjoni wettqet zbalji manifesti ta' fatt u ta' liġi, fl-evalwazzjoni u fl-interpretazzjoni tal-legalità tal-għoti ta' drittijiet esklużivi fis-settur tal-posta li b'riżultat ta' dan tat applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 86 KE u 82 KE.

Ir-raba' nett, ir-rikorrenti tistqarr li billi l-Kummissjoni adottat approċċ li huwa fundamentalment differenti u mingħajr preċedent tad-definizzjoni tas-suq rilevanti, hija kisret il-prinċipju taċ-ċertezza legali u tal-aspettativi leġittimi.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/35


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Diċembru 2008 — mPAY24 GmbH vs UASI

(Kawża T-557/08)

(2009/C 55/65)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: mPAY24 GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Z. Zeiner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ultra d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav (Zagorje ob Savi, is-Slovenja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta' Settembru 2008, fil-Każ R 221/2007-1, safejn l-oppożizzjoni ppreżentata mir-rikorrenti ġiet miċħuda; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “MPAY”, għal prodotti fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 38 u 42 — applikazzjoni Nru 3 587 869

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark Komunitarja “MPAY24” irreġistrata bin-Nru 2 061 656 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36 u 38; it-trade mark verbali Awstrijaka “MPAY24” irreġistrata bin-Nru 200 373 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36 u 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell evalwa b'mod żbaljat il-probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kkonċernati


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/36


Appell ippreżentat fid-19 ta' Diċembru 2009 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza mogħtija fl-14 ta' Ottubru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-74/07, Meierhofer vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-560/08 P)

(2009/C 55/66)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers)

Parti l-oħra fil-kawża: S. Meierhofer (Munich, il-Ġermanja)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-14 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża F-74/07, Meierhofer vs Il-Kummissjoni;

tikkundanna lill-partijiet għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa intiż kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża F-74/07, Meierhofer vs Il-Kummissjoni, li permezz tiegħu t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku annulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05 tad-19 ta' Ġunju 2007 minħabba ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni.

Permezz tad-deċiżjoni kkontestata kienet ċaħdet it-talba għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla dwar il-fatt li l-kandidat ma kienx għadda mill-eżami orali tal-kompetizzjoni. Il-kandidat ma laħaqx in-numru minimu ta' punti meħtieġa għall-eżami orali għal nofs punt. Skont l-avviż tal-kompetizzjoni, l-eżami orali kellu marka waħda globali.

L-appell jikkonċerna r-rekwiżiti dwar l-obbligu ta' motivazzjoni ta' Bord tal-Għażla ta' kompetizzjoni u l-kriterji tal-istħarriġ tal-qorti Komunitarja. L-appellanti tikkontesta b'mod partikolari l-argument tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li permezz tiegħu, f'każ ta' “ċirkustanzi partikolari”, pereżempju f'każ ta' attribuzzjoni ta' marka ġusta li hija kważi n-numru ta' punti minimi meħtieġa, is-sempliċi komunikazzjoni tal-attribuzzjoni ta' marka eliminatorja lill-kandidat li ġie eliminat fil-fażi tal-eżami orali ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-obbligu ta' motivazzjoni.

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti ssostni li din il-pożizzjoni timplika nuqqas ta' ċertezza legali:

L-ewwel nett, skont ġurisprudenza stabbilita, l-obbligu ta' motivazzjoni għandu jkun konformi mal-osservanza tal-kunfidenzjalità applikabbli għax-xogħol tal-Bord tal-Għażla, skont l-Artikolu 6 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej, u li tipprekludi li jiġu kkomunikati l-fehmiet tal-membri diversi tal-Bord tal-Għażla u li jiġu żvelati d-dettalji tal-evalwazzjoni tal-kandidat kemm personalment kif ukoll b'paragun ma' kandidati oħra.

It-tieni nett, huwa possibbli li l-paragun ma' każijiet relatati mal-aċċess għal dokumenti, li wettaq it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, ikun żbaljat peress li l-Artikolu 6 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal ma jipprovdi ebda regola derogatorja jew ibbilanċjar tal-interessi.

It-tielet nett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku injora l-ġurisprudenza li tipprovdi li l-obbligu ta' motivazzjoni għandu jkun proporzjonat mal-miżura inkwistjoni u li tipprovdi li huwa biss it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li għandu jistħarreġ il-legalità tad-deċiżjoni. Peress li l-istħarriġ sussegwenti ta' eżami orali mill-qorti Komunitarja huwa impossibbli min-natura tiegħu, dan essenzjalment illimita l-istħarriġ tagħha għall-osservanza tad-dispożizzjonijiet proċedurali u tal-avviż tal-kompetizzjoni.

Barra minn hekk, is-sentenza toħloq nuqqas ta' ċertezza legali fir-rigward tad-distinzjoni bejn il-forom diversi tal-miżuri proċedurali relatati mar-rekwiżit li għandu korp li jippreżenta dokumenti kunfidenzjali jew maċ-ċirkustanzi li fihom ir-rifjut tal-komunikazzjoni tagħhom jista' jiġi użat kontra l-persuna kkonċernata (miżuri ta' organizzazzjoni tal-proċedura u miżuri istruttorji). Fil-kawża inkwistjoni, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku interpreta b'mod żbaljat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni peress li hija qatt ma rrifjutat tali komunikazzjoni. Il-Kummissjoni spjegat lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li hija ma setgħetx tippreżenta dokumenti rilevanti abbażi tal-miżuri ta' organizzazzjoni tal-proċedura ordnati mit-Tribunal, iżda hija kienet tistenna miżura ta' istruzzjoni tal-kulleġġ ġudikanti.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/37


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Diċembru 2008 — Bactria u Gutknecht vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-561/08)

(2009/C 55/67)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bactria Industriehygiene-Service Verwaltungs GmbH (Kirchheimbolanden, il-Ġermanja), Jürgen Gutknecht (Kirchheimbolanden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors bħala ammissibbli u fondat;

tordna lill-Komunità Ewropea tħallas lir-rikorrenti d-danni subiti minħabba (i) l-adozzjoni illegali tal-Artikolu 6(2) tal-Ewwel Regolament ta' Reviżjoni flimkien mat-Tieni Regolament ta' Reviżjoni u r-Regolament tal-Kummissjoni 1451/2007; jew, sussidjarjament (ii) in-nuqqas tal-Kummissjoni milli tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura li d-drittijiet għall-protezzjoni tad-data tar-rikorrenti taħt il-BPD jiġu protetti u jiġi evitat il-parassitiżmu waqt il-programm ta' reviżjoni, valutat għall-ammont ta' EUR 3 912 569, jew ammont ieħor stabbilit 'il quddiem tul il-proċedimenti mir-rikorrenti jew mill-Qorti ex aequo et bono;

sussidjarjament, tiddeċiedi permezz ta' s-sentenza interlokutorja li l-Komunità Ewropea hija obbligata tikkumpensa d-dannu subit u tordna lill-partijiet jipproduċu lill-Qorti fi żmien raġonevoli mid-data tas-sentenza figuri dwar l-ammont ta' kumpens miftiehem bejn il-partijiet jew, fin-nuqqas ta' ftehim, tordna lill-partijiet jipproduċu lill-Qorti fl-istess terminu s-sottomissjonijiet tagħhom sostnuti b'figuri dettaljati;

tordna lill-Komunità Ewropea tħallas lir-rikorrenti interessi kumpensatorji bir-rata għal ħlas tardiv mid-data tat-telf subit;

tordna lill-Komunità Ewropea tħallas interessi għad-dewmien ta' 8 % jew kull rata oħra xierqa ddeterminata mill-Qorti, ikkalkulata fuq l-ammont li jrid jitħallas mid-data tas-sentenza tal-Qorti sal-ħlas eventwali; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti qedgħin jitolbu kumpens, skont l-Artikolu 235 KE, għad-danni allegatament subiti minħabba l-adozzjoni tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni 1896/2000 tas-7 ta' Settembru 2000 (1) fuq l-ewwel fażi tal-programm imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2) flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni 2032/2003 (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni 1451/2007 (4).

Sussidjarjament, ir-rikorrenti jitolbu kumpens għad-danni allegatament subiti minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni li tiżgura l-protezzjoni tad-dritt għall-protezzjoni tad-data mogħti lin-notifikant skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 98/8. Huma jsostnu barra minn hekk li l-aġir illegali tal-Kummissjoni wassal biex ir-rikorrenti sofrew dannu li jikkonsisti fi tnaqqis konsiderevoli fil-valur tan-negozju tal-ewwel rikkorenti u fi telf ta' qligħ (lucrum cessans) li l-ewwel rikorrenti kienet tagħmel bil-bejgħ tal-imsemmija prodotti bijoċidali u mis-sustanzi attivi li jinsabu f'dawn il-prodotti bijoċidali li kieku mhux għall-aġir tal-Komunità.

Flimkien mad-dannu allegatament subit mit-tieni rikorrenti bħala azzjonista u għalhekk sid tan-negozju tal-ewwel rikorrenti, ġie sostnut li t-tieni rikorrenti sofriet ukoll it-telf tal-għixien tagħha. Finalment, ir-rikorrenti jitolbu interessi kumpensatorji bir-rata għal ħlas tardiv mid-data meta t-telf allegat seħħ.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni 1896/2000 tas-7 ta' Settembru 2000 fuq l-ewwel fażi tal-programm rigward prodotti bijoċidali msemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2000 L 228, p. 6).

(2)  Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1988 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU 1998 L 123, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 tal-4 ta' Novembru 2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid ta' prodotti bijoċidiċi fis-suq, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (ĠU 2003 L 307, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU 2007 L 325, p. 3).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/38


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 — Corsica Ferries France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-565/08)

(2009/C 55/68)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Corsica Ferries France SAS (Bastia, Franza) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Lulju 2008 dwar l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni li Franza għandha l-intenzjoni timplementa favur is-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (SNCM);

tikkundanna l-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3182 finali, tat-8 ta' Lulju 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni affermat li:

il-kumpens imħallas mir-Repubblika Franċiża lis-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (iktar 'il quddiem “SNCM”) ta' ammont ta' EUR 53.48 miljun bħala obbligi ta' servizz pubbliku jikkostitwixxi għajnuna illegali mill-Istat, iżda kompatibbli mas-suq komuni;

il-prezz ta' bejgħ negattiv tal-SNCM ta' EUR 158 miljun, l-implementazzjoni mill-Compagnie Générale Maritime et Financière (iktar 'il quddiem “CGMF”), ta' miżuri soċjali fir-rigward tal-pagi għal ammont ta' EUR 38.5 miljun u r-rikapitalizzazzjoni konġunta u fl-istess ħin tal-SNCM mis-CGMF għal ammont ta' EUR 8.75 miljun ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat; u

l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta' ammont ta' EUR 15.81 miljun li r-Repubblika Franċiża implementat favur l-SNCM tikkostitwixxi għajnuna illegali mill-Istat, iżda kompatibbli mas-suq komuni;

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq żewġ motivi bbażati fuq:

nuqqas ta' motivazzjoni u ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv, inkwantu numru kbir wisq ta' data u informazzjoni ġie mgħotti mid-Deċiżjoni kkontestata fatt li ma jippermettix lir-rikorrenti tifhem il-kontenut, il-motivazzjoni u l-portata tagħha;

ksur tal-Artikoli 87 u 88 KE u tar-regoli għall-applikazzjoni tagħhom, b'mod partikolari l-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta' impriżi f'diffikultà, li jirriżulta minn evalwazzjoni żbaljata u/jew mhux kompluta f'dak li jirrigwarda l-kontribuzzjoni ta' kapital ta' EUR 53.48 miljun bħala kumpens ta' servizz pubbliku, it-trasferiment tal-SNCM għal prezz ta' bejgħ negattiv ta' EUR 158 miljun, il-kontribuzzjoni ta' kapital mis-CGMF għal ammont ta' EUR 8.75 miljun, miżuri soċjali li jlaħħqu għal EUR 38.5 miljun u l-bilanċ ta' EUR 22.5 miljun innotifikat bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/38


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 — Total Raffinage Marketing vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-566/08)

(2009/C 55/69)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Total Raffinage Marketing SA (Puteaux, Franza) (rappreżentanti: A. Vandencasteele, C. Falmagne, C. Lemaire u S. Naudin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment l-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476 finali, tal-1 ta' Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 — Xama' tax-xemgħa);

tnaqqas b'mod sostanzjali ħafna l-ammont tal-multa imposta fuq Total R.M. mill-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

B'dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476 finali, tal-1 ta' Ottubru 2008, fil-Każ COMP/39.181 — Xama' tax-xemgħa, li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet ikkonstatat li ċerti impriżi, inkluża r-rikorrenti, kisru l-Artikolu 81(1) KE u l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea billi ffissat il-prezzijiet u qasmet is-swieq tax-xama' tal-paraffin fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u tas-slack wax fil-Ġermanja.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni ħdax-il motiv ibbażati rispettivament fuq ksur tal-Artikolu 81 KE, fuq ir-rekwiżit ta' motivazzjoni, fuq il-linji gwida ta' 2006 għall-kalkolu tal-multi (1) u fuq il-prinċipji ta' proporzjonalità, preżunzjoni tal-innoċenza, ċertezza legali, trattament ugwali u individwalizzazzjoni tal-pieni, inkwantu l-Kummissjoni:

ikkunsidrat li l-prattiki marbuta max-xama' u mal-paraffin, minn naħa, u mas-slack wax, min-naħa l-oħra, kienu jikkostitwixxu ksur wieħed u kontinwu u kkwalifikat l-prattiki marbuta mas-slack wax bħala akkordju;

żbaljat meta kkonstatat ksur wieħed u kontinwu li jikkonsisti fi ftehim ta' ffissar tal-prezzijiet, qsim tas-swieq u/jew tal-klijentela minkejja li biss skambju ta' informazzjoni dwar l-istat tas-suq tal-paraffin, il-prezzijiet u strateġiji futuri tat-tariffi, il-klijenti u l-volumi seta' jiġi kkonstatat fil-konfront tar-rikorrenti;

minn naħa, interpretat ħażin il-ġurisprudenza Komunitarja fuq it-tbegħid pubbliku billi kkonstatat ir-responsabbiltà tar-rikorrenti għall-perijodu kollu tal-aspett tax-xemgħa u tal-paraffin, meta r-rikorrenti kienet waqfet milli tipparteċipa fil-“laqgħat tekniċi” wara l-laqgħa tal-11 u tat-12 ta' Mejju 2004, jiġifieri kważi sena qabel it-tmiem tal-ksur u, min-naħa l-oħra, irrikonoxxiet l-irtirar antiċipat ta' Repsol mill-akkordju qabel ma ntemm il-ksur u mhux dak tar-rikorrenti, meta r-rikorrenti kienet f'sitwazzjoni ekwivalenti;

talbet lir-rikorrenti ġġib il-prova li hija tbegħdet pubblikament mill-ftehim;

ma ħaditx inkunsiderazzjoni n-nuqqas ta' implementazzjoni tal-akkordju;

użat il-valur tal-bejgħ tal-aħħar tliet snin ta' parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur minflok il-valur tal-bejgħ tal-aħħar sena ta' parteċipazzjoni;

ikkonstatat perċentwali għolja wisq tal-valur tal-bejgħ għall-aspett tal-ksur li jirrigwarda s-slack wax;

applikat il-metodu ta' kalkolu tal-multa stabbilit bil-punt 24 tal-linji gwida li jmur kontra l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003 u l-prinċipji ta' proporzjonalità, trattament ugwali u preżunzjoni tal-innoċenza;

applikat ammont addizzjonali għall-finijiet ta' dissważjoni mingħajr madankollu ma ġġustifikatu b'mod suffiċjenti;

imponiet multa li tirrappreżenta 410 % tal-fatturat magħmul f'sena waħda mir-rikorrenti fis-suq ikkonċernat;

imputat l-aġir tar-rikorrenti lill-kumpannija parent, Total SA.


(1)  Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/39


Appell ippreżentat fid-19 ta' Diċembru 2008 minn Bart Nijs kontra s-sentenza mogħtija fid-9 ta' Ottubru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-49/06, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-567/08 P)

(2009/C 55/70)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Il-parti l-oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

tiddikjara l-appell bħala ammissibbli;

tiddikjara l-appell bħala fondat;

b'hekk, tannulla d-Digriet tad-9 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża F-5/07, Bart Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri Ewropea.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan l-appell, ir-rikorrent jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tad-9 ta' Ottubru 2008, mogħtija fil-Kawża Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri, F-49/06, li tiċħad bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat ir-rikors li permezz tiegħu ir-rikorrent kien talab, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix promoss għall-grad A*11 fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2005 u, min-naħa l-oħra, il-ħlas tad-danni.

Insostenn tal-appell tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba' aggravji li jirrigwardaw:

żnaturament tar-rikors u tar-replika, sa fejn is-sentenza kkontestata bidlet motiv ibbażat fuq l-ineżistenza ta' att deċiżjonali tal-Awtorità tal-Ħatra, li jimplika n-nuqqas totali ta' motivazzjoni, b'motiv totalment differenti;

injorar u/jew żnaturament tal-provi, peress li t-TSP ma ħadhomx inkunsiderazzjoni;

attribuzzjoni żbaljata tal-oneru tal-prova, sa fejn it-TSP kellu jeżiġi provi tal-allegazzjonijiet tal-appellata;

ksur tal-preżunzjoni ta' innoċenza fir-rigward tal-kundanna tal-appelant għall-ispejjeż fl-ewwel istanza.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/40


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 — M6 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-568/08)

(2009/C 55/71)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Métropole Télévision SA (M6) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: O. Freget u N. Chahid-Nouraï, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea fis-16 ta' Lulju 2008, fil-Każ N 279/2008-Franza (Għoti ta' kapital lil France Télévisions);

tobbliga lill-Kummissjoni tibda proċedura formali ta' eżami tal-għajnuna, prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3506 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat l-għajnuna taħt il-forma ta' għoti ta' kapital ta' EUR 150 miljun lil France Télévisions kumpatibbli mas-suq komuni. F'dan il-kuntest, ir-rikorrenti titlob il-ftuħ ta' proċedura formali ta' eżami skont l-Artikolu 88(2) KE.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li jirrigwardaw il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata bbażati fuq:

ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti, inkwantu l-evalwazzjonijiet li fuqhom ibbażat ruħha l-Kummissjoni, u b'mod partikolari, dik dwar ir-rabta kawżali diretta bejn id-dikjarazzjoni tal-President tar-Repubblika Franċiża tat-8 ta' Jannar 2008 dwar it-tneħħija tar-reklamar kummerċjali fuq l-istazzjonijiet tal-grupp France Télévisions u t-telf ta' dħul subit minnhom, joħolqu diffikultajiet ta' tali natura li jiġġustifikaw il-ftuħ ta' proċedura formali ta' eżami skont l-Artikolu 88(2) KE sabiex il-kompetituri tal-grupp France Télévisions ikunu jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom;

il-fatt li l-Kummissjoni ma kellhiex biżżejjed tagħrif dwar l-oriġini tat-tnaqqis tad-dħul pubbliċitarju u dwar l-użu tal-kapital mogħti lil France Télévisions, inkwantu l-Kummissjoni ma aċċertatx ruħha bin-newtralità, l-imparzjalità u l-ħtieġa ta' analiżi profonda mitluba mir-realtà u l-affidabbiltà tal-informazzjoni li ġiet ikkomunikata lilha dwar il-kawżi reali tat-telf pubbliċitarju ta' France Télévisions u l-għoti finali tal-ammonti mħallsa mir-Repubblika Franċiża lil France Télévisions;

nuqqas ta' motivazzjoni, inkwantu l-Kummissjoni i) ma mmotivatx biżżejjed l-importanza mogħtija fid-deċiżjoni kkontestata lill-effett tad-dikjarazzjoni Presidenzjali tat-8 ta' Jannar 2008 li rreferiet għat-tneħħija tal-pubbliċità mill-istazzjonijiet pubbliċi, ii) ma kkunsidratx l-influwenza, fuq il-ġestjoni pubbliċitarja, tal-“iffokkar” tal-attivitajiet ta' France Télévisions fuq attivitajiet tas-servizz pubbliku u iii) ma kkunsidratx ir-reazzjonijiet tal-operaturi privati, fosthom ir-rikorrenti.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/40


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Visonic vs UASI — Sedea Electronique (VISIONIC)

(Kawża T-569/08)

(2009/C 55/72)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Visonic Ltd. (Tel Aviv, Iżrael) (rappreżentanti: A. Beschorner u C. Thomas, avukati)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sedea Electronique SA (Seclin, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) tal-14 ta' Ottubru 2008 fil-Każijiet magħquda R 946/2007-2 u R 1151/2007-2;

tiddikjara t-trade mark Komunitarja Nru 1 562 982 “VISIONIC” bħala invalida fir-rigward tal-prodotti kollha kkonċernati;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti fil-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI tbati l-ispejjeż tal-proċeduri amministrattivi quddiem il-Bord tal-Appell;

tiffissa ġurnata għas-smigħ ta' din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark verbali “VISIONIC” għal prodotti fil-klassi 9

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità parzjalment milqugħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell fil-Każ 946/2007-2 milqugħ; id-deċiżjoni kkonċernata annullata biċ-ċaħdet tat-talba għall-annullament; Appell tal-Każ R 1151/2007-2 miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 52(3), 8(1)(b) u tar-Regolament tal-Kunsill 40/94, kif ukoll tal-prinċipji ġenerali tal-liġi tat-trade mark għax il-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li r-rikorrenti ta' l-kunsens tiegħu għar-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja li hija s-suġġett tar-rikors għal dikjarazzjoni ta' invalidità, u, bħala riżultat, naqas milli jeżamina jekk kienx hemm il-probabbiltà ta' konfużjoni bejn l-imsemmija trade marks eżistenti.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/41


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-570/08)

(2009/C 55/73)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-30 ta' Ottubru 2008 dwar l-ordni li tipprovdi informazzjoni fil-proċediment “Għajnuna mill-Istat C-36/2007 — Għajnuna mill-Istat lil Deutsche Post AG”;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa intiż kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej C (20008) 6468, tat-30 ta' Ottubru 2008, li fiha l-Kummissjoni, fil-kuntest tal-proċediment rigward l-għajnuna mill-Istat C 36/2007 (ex NN 25/2007) stiednet lill-Ġermanja, skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1), sabiex tgħaddilha d-dokumenti, l-informazzjoni u d-data kollha li huma meħtieġa għall-evalwazzjoni tad-dħul u tal-infiq ta' Deutsche Post mill-1989 sal-2007.

Ir-rikorrenti tinvoka erba' motivi.

Bl-ewwel tliet motivi, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni f'kull każ għandha tiġi annullata minħabba ksur tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali, għaliex

il-kundizzjonijiet għal stabbiliment ta' terminu xieraq kif ukoll “ittra ta' tfakkir bi stabbiliment ta' terminu supplimentari” fis-sens tal-Artikolu 5(2) u 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999 ma ġewx sodisfatti;

l-ordni għall-forniment ta' informazzjoni juri nuqqas serju fil-motivazzjoni u għaldaqstant jikser l-Artikolu 253 KE;

il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi lill-Gvern Ġermaniż u lir-rikorrenti l-possibbiltà li jesprimu ruħhom rigward il-protezzjoni tas-sigrieti professjonali tal-impriża, bi ksur tal-Artikolu 287 u tal-Artikolu 10 KE.

Fir-raba' motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li, barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata minħabba ksur tad-dritt Komunitarju sostanzjali, għaliex l-użu mid-data mitluba dwar l-infiq u d-dħul mill-1 ta' Jannar 1995 sal-31 ta' Diċembru 2007, fir-rigward tal-eżami tal-kumpens finanzjarju huwa f'kontradizzjoni mal-linji gwida Komunitarji tal-2005 u mat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni kif ukoll minħabba ksur tal-Artikolu 86(2) u l-Artikolu 87(1) KE flimkien mal-prinċipju ta' proporzjonalità, ta' ċertezza legali u ta' projbizzjoni ta' diskriminazzjoni fid-dritt Komuntiarju u, fl-aħħar nett, peress li l-użu ta' tali data huwa manifestament mhux xieraq għall-evalwazzjoni, skont id-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat, tal-iskema ta' pensjoni u ta' responsabbiltà.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, p. 1).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/41


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-571/08)

(2009/C 55/74)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u B. Klein)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2008 fil-proċediment “Għajnuna mill-Istat C 36/07 — Għajnuna mill-Istat lil Deutsche Post AG” dwar l-ordni li tiġi pprovduta informazzjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej C(2008) 6468, tat-30 ta' Ottubru 2008, li tirrigwarda għajnuna mill-Istat tal-Ġermanja C 36/07 (ex NN 25/07) u fejn il-Kummissjoni stiednet lill-Ġermanja, skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, sabiex tgħaddilha d-dokumenti, l-informazzjoni u d-data kollha neċessarja għall-evalwazzjoni tad-dħul u tal-infiq ta' Deutsche Post mill-1989 sal-2007.

Ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

Fl-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-ordni għal provvista ta' informazzjoni hija vvizzjata bi ksur ta' forom proċedurali sostanzjali.

Il-kundizzjonijiet sabiex jiġi stabbilit terminu b'mod effikaċji kif ukoll “ittra ta' tfakkir li tistabbilixxi terminu supplimentari” fis-sens tal-Artikolu 5(2) u tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999 ma ġewx sodisfatti. Sussidjarjament, ir-rikorrenti tirreferi għall-fatt li t-terminu stabbilit fl-ordni għal provvista ta' informazzjoni huwa, minnu nnfisu, sproporzjonat.

Barra minn hekk, l-ordni għal provvista ta' informazzjoni ma tirrispettax il-protezzjoni tas-sigrieti professjonali ta' Deutsche Post AG, li hija stabbilita fl-Artikolu 287 KE, għaliex id-data ntbagħatet probabbilment għal evalwazzjoni lil impriża esterna, impriża li tista' taħdem ukoll għal kompetituri ta' Deutsche Post AG, u l-Kummissjoni tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni supplimentari f'dan ir-rigward.

Fit-tieni motiv, ir-rikorrenti tikkonstata li l-ordni għal provvista ta' informazzjoni tikser ukoll l-Artikoli 87(1) u 86(2) KE, flimkien mal-prinċipji ta' proporzjonalità u taċ-ċertezza legali, għaliex id-data mitluba ma hija neċessarja għall-evalwazzjoni ta' ebda waħda mit-tliet miżuri Statali inkwistjoni abbażi tad-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/42


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 — TF1 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-573/08)

(2009/C 55/75)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Télévision française 1 SA (TF1) (rappreżentanti: J.-P. Hordies u C. Smits, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ngħatat fis-16 ta' Lulju 2008, fil-Każ N 279/2008-France (Għoti ta' kapital lil France Télévisions);

tikkundanna lill-Kummissjoni tibda l-proċedura formali ta' investigazzjoni tal-għajnuna, prevista fl-Artikolu 88(2) KE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3506 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni kkunsidrat għajnuna taħt forma ta' għoti ta' kapital ta' EUR 150 miljun favur France Télévisions bħala kompatibbli mas-suq komuni. F'dan il-kuntest, ir-rikorrenti titlob li tinbeda l-proċedura formali ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 88(2) KE.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni, fir-rigward tal-mertu, żewġ motivi:

fuq il-bażi tal-konstatazzjoni li kien hemm diffikultajiet serji li minħabba fihom il-Kummissjoni kienet obbligata tibda l-proċedura formali ta' investigazzjoni prevista fl-Artikolu 88(2) KE, billi dawn id-diffikultajiet serji intwerew i) bil-fatt li d-Deċiżjoni hija vvizzjata b'ineżattezzi materjali, ii) bil-fatt li l-Kummissjoni ma kellhiex biżżejjed informazzjoni u iii) bit-tul b'mod anormali qasir, kif ukoll biċ-ċirkustanzi tal-fażi preliminari tal-investigazzjoni;

fuq il-bażi ta' nuqqas ta' motivazzjoni, peress li l-Kummissjoni ma ġabritx l-informazzjoni neċessarja kollha u/jew ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni li kellha għad-dispożizzjoni tagħha u peress li r-raġonament tal-Kummissjoni fil-punt 23 tad-Deċiżjoni kkontestata seta' tbiegħed mill-pożizzjonijiet li preċedentement hija ħadet mingħajr madankollu ma tat ir-raġunijiet li għalihom hija ddeċidiet li titbiegħed mill-istess pożizzjonijiet.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/43


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — 4care vs UASI — Laboratorios Diafarm (Acumed)

(Kawża T-575/08)

(2009/C 55/76)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: 4care AG (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Redeker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratorios Diafarm, SA (Barbera del Valles, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Ottubru 2008, fil-Każ R 16636/2007-2 u tiċħad l-oppożizzjoni ta' Laboratorios Diafarm;

tikkundanna lill-konvenut u lil Laboratorios Diafarm għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: 4care AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Acumed” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 9 (Applikazzjoni Nru 4493136)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Laboratorios Diafarm, SA.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Spanjola “AQUAMED ACTIVE” (Trade mark Nru 2506452) għal prodotti fil-klassi 5 u t-trade mark Komunitarja “AQUAMED ACTIVE” (Nru 2882272) għal prodotti fil-klassi 5.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) peress li m'hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/43


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Diċembru 2008 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-576/08)

(2009/C 55/77)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u B. Klein)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 983/2008 tat-3 ta' Ottubru 2008 li jadotta l-pjan għall-allokazzjoni lill-Istati Membri ta' riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2009 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità;

iżżomm fis-seħħ l-effetti tar-regolament annullat;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 983/2008, tat-3 ta' Ottubru 2008 (1), li jinkludi l-pjan annwali għas-sena 2009 fir-rigward tat-tqassim tal-ikel lill-persuni l-iktar bil-bżonn fil-Komunità.

Skont ir-rikorrenti, ir-Regolament m'għandux bażi legali fid-dritt Komunitarju. Filwaqt li ġie adottat fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (2), li għandu l-politika agrikola komuni tal-Komunità (Artikoli 36 u 37 KE, flimkien mal-Artikolu 33 KE) bħala bażi legali, huwa ma jissodisfax, madankollu, ir-rekwiżiti li jinsabu fl-imsemmi regolament.

Il-pjan kien inizjalment imfassal bħala kompetenza anċillari għall-politika agrikola komuni peress li stokk ta' intervent essenzjalment disponibbli ġie użat għal skop soċjali. Għal diversi snin, min-naħa l-oħra, il-pjan ġie operat esklużivament permezz tax-xiri ta' ikel fis-suq ladarba, minħabba emendi fil-politika barranija komuni, bilkemm jifdal stokk ta' intervent. Ir-rikorrenti tqis il-pjan illum bħala strument Komunitarju purament ta' politika soċjali li m'għandu ebda bażi legali (prinċipju ta' setgħat mogħtija).

Ir-regolament ikkontestat mhuwiex, għaldaqstant, kompatibbli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 1234/2007 li jippermetti x-xiri ta' ikel għall-pjan biss jekk l-istokk ta' intervent ikun laħaq temporanjament il-kapaċità tiegħu. Sadattant, madankollu, il-fatt li x-xiri ta' ikel huwa predominanti sar stat permanenti.

Ir-regolament ikkontestat lanqas ma jsegwi l-għanijiet ta' politika agrikola komuni li huma stabbiliti fl-Artikolu 33(1) KE.

Sabiex jiġu evitati diffikultajiet fl-eżekuzzjoni tal-pjan annwali, ir-rikorrenti titlob lill-qorti sabiex tillimita l-effetti tal-annullament għall-provvista ta' xiri fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 983/2008 flimkien mal-Anness II tal-imsemmi regolament.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 983/2008 tat-3 ta' Ottubru 2008 li jadotta l-pjan għall-allokazzjoni lill-Istati Membri ta' riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2009 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (ĠU L 268, p. 3).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, p. 1).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/44


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Diċembru 2008 — DVB Project vs UASI — Eurotel (DVB)

(Kawża T-578/08)

(2009/C 55/78)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DVB Project (Le Grand Saconnex, l-Iżvizzera) (rappreżentant: W. Pors, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eurotel SpA (Milan, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tal-14 ta' Ottubru 2008 fil-Każ R 1387/2007-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark “DVB” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u deċiżjoni kkontestata annullata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbaljatament ikkonstata li monopolju fuq it-trade mark Komunitarja rreġistrata li kienet is-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità kellu jippreġudika serjament l-attività ta' negozju ta' kummerċjanti fil-qasam tat-telekomunikazzjoni; Ksur tal-Artikoli 7(3) u 51(2) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jeżamina l-merti tal-kwistjoni tal-kisba tal-karattru distintiv imqajma mir-rikorrenti.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/44


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Diċembru 2008 — Cantiere Navale De Poli vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-584/08)

(2009/C 55/79)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cantiere Navale De Poli SpA (rappreżentanti: A. Abate, avvocato, T. Longanesi Cattani, avvocato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar għajnuna mill-Istat tal-Italja C 20/2008 (ex n. 62/2008).

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, ħlasijiet u onorarji.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2002, tas-27 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 172, 2.7.2002, p. 1), huwa bbażat fuq l-Artikolu 87(3)(e) KE u fassal mekkaniżmu difensiv temporanju għal bini ta' bastimenti maħsub biex jirrimedja għall-kundizzjonijiet tas-suq mibdula minħabba prattika antikompetittiva tat-tarzni Koreani. L-iskadenza tar-regolament, inizjalment iffissata għall-31 ta' Marzu 2004, ġiet suċċessivament imtawla b'sena, u b'hekk ippermettiet lit-tarzni Komunitarji li jikkonkludu sal-31 ta' Marzu 2005 (it-terminu ġdid tal-iskadenza tar-regolament) kuntratti oħra għall-kostruzzjoni ta' tipi partikolari ta' bastimenti li jittrasportaw il-merkanzija. Ir-Regolament jipprevedi, għal dawn il-kuntratti, għajnuna ta' 6 % tal-valur tal-kuntratt. Ir-rikorrenti għandha 5 kuntratti għall-bini ta' bastimenti li jittrasportaw prodotti kimiċi.

L-Italja, sabiex jiġu ffinanzjati l-kuntratti kollha għall-perijodu 2002-2005, innotifikat żewġ finanzjamenti ta' EUR 10 miljun il-wieħed. Il-Kummissjoni awtorizzat l-ewwel wieħed bid-deċiżjoni tad-19 ta' Mejju 2004, imma rrifjutat it-tieni finanzjament bid-deċiżjoni kkontestata. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li l-finanzjament komplimentari jikkostitwixxi “għajnuna ġdida” fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1) għaliex huwa superjuri għal 20 % tal-għotja oriġinali tal-iskema tal-għajnuna. Issostni wkoll li l-finanzjament komplimentari huwa inkompatibbli mas-suq komuni għaliex in-notifika ntbagħtet wara l-31 ta' Marzu 2005, it-terminu tal-iskadenza tar-Regolament 1177/2002.

Ir-rikorrenti tqis illi l-Gvern Taljan ma setax materjalment jiddisponi minn qabel, sal-31 ta' Marzu 2005, għall-finanzjament ta' kuntratti li ma setax ikun jaf bihom, għaliex il-kumpanniji kellhom id-dritt li jikkonkludu kuntratti sal-aħħar ġurnata tal-applikazzjoni tar-regolament (31 ta' Marzu 2005)

Għaldaqstant ir-rikorrenti, sabiex tikkontestata d-deċiżjoni, issostni, b'mod partikolari, il-motivi segwenti:

ksur tar-Regolament 1177/2002 mill-aspett tal-għanijiet speċifiċi segwiti mil-leġislatur fil-kuntest tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 87(3)(e);

ksur tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni 794/2004 minħabba d-deskrizzjoni tal-finanzjament komplimentari ta' EUR 10 miljun bħala “għajnuna ġdida”;

irrilevanza tar-Rakkomandazzjoni tal-20 ta' Ġunju 2005 tal-entità ta' konċiljazzjoni tal-WTO fir-rigward ta' kuntratti għall-bini ta' bastimenti konklużi legalment taħt ir-Regolament 1177/2002;

nuqqas ta' motivazzjoni fir-rigward tal-allegat nuqqas ta' bażi legali għall-awtorizzazzjoni tal-finanzjament komplimentari;

ksur tal-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba, tal-kontradittorju, tad-dritt ta' difiża, ta' trattament ugwali, ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/45


Rikors ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2008 — Kerma vs UASI (BIOPIETRA)

(Kawża T-586/08)

(2009/C 55/80)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Kerma SpA (Puegnago sul Garda, l-Italja) (rappreżentant: A. Manzoni, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li t-trade mark BIOPIETRA hija konformi mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 u li għandu karattru distintiv skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż f'każ li huwa jitlef.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “BIOPIETRA” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5.658.893) għall-prodotti fil-klassi 19.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/45


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-3/09)

(2009/C 55/81)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Italja (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talba tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008)6015 finali tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat C 20/2008 (ex 62/2008) li l-Italja biħsiebha tagħti taħt il-forma ta' emenda tal-iskema ta' għajnuna N 59/2004 dwar mekkaniżmu difensiv temporanju għall-bini ta' bastimenti, innotifikata lir-Repubblika tal-Italja fit-22.10.2008 bin-nota tat-22.10.2008 Nru SG-Greffe (2008) D/206436.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f'din il-kawża hija l-istess bħall-Kawża T-584/08 Cantiere Navale De Poli vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati f'dik il-kawża.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/46


Rikors ippreżentat fil- 5 ta' Jannar 2009 — UniCredit vs UASI — Union Investment Privatfonds (UniCredit)

(Kawża T-4/09)

(2009/C 55/82)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: UniCredit SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia, avvocato, R. Floridia, avvocato)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Union Investment Privatfonds GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta' Novembru 2008, fil-Każ R 1449/2006-2, dwar il-proċedimenti ta' oppożizzjoni Nru B699.746.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: UniCredit SpA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva bil-kulur “1 (li djagonalment jaqsam ċirku) UniCredit” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2.911.105), sa biex issir distinzjoni bejn prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38, 39, 41 u 42).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-proċedimenti ta' oppożizzjoni: Union Investment Privatfonds GmbH.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks verbali Ġermaniżi “UniSECTOR”, “UniDynamicFonds” u “UniGarant” għal servizzi fil-klassijiet 35 u 36.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa sa fejn tikkonċerna s-servizzi fil-klassi 36.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja. Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma ħaditx inkunsiderazzjoni la l-kapaċità ta' perċezzjoni tal-pubbliku li għalih huma intiżi s-servizzi inkwistjoni u lanqas il-karattru distintiv ineżistenti jew skars tal-prefiss “Uni”.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/46


Appell ippreżentat fil-15 ta' Jannar 2009 minn Luigi Marcuccio kontra d-digriet mogħti fl-4 ta' Novembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-133/06, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-9/09 P)

(2009/C 55/83)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)

Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

Fi kwalunkwe każ:

(A.1)

tannulla fl-intier tiegħu u mingħajr eċċezzjoni d-digriet appellat.

(A.2)

tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza kien manifestament ammissibbli.

Prinċipalment:

(B.1)

tilqa' fl-intier tagħhom u mingħajr eċċezzjoni t-talbiet tal-appellant li jinsabu fir-rikors fl-ewwel istanza;

(B.2)

tikkundanna l-appellata tħallas lura l-ispejjeż kollha tal-kawża, inkluż kemm dawk tal-ewwel istanza kif ukoll dawk tal-appell;

sussidjarjament:

(B.3)

tibgħat mill-ġdid il-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, b'kompożizzjoni ġdida, sabiex tiddeċiedi mill-ġdid fuq l-istess talbiet.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell preżenti huwa intiż kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta' Novembru 2008, fil-Kawża F-133/06, L. Marcuccio vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant jinvoka s-segwenti aggravji:

a)

Nuqqas manifest ta' investigazzjoni u nuqqas li tittieħed deċiżjoni fuq punt fundamentali tal-kawża, safejn id-digriet appellat ma jiddeċidiex dwar id-dikjarazzjoni tal-ineżistenza ex lege tad-deċiżjoni kkontestata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

b)

Nuqqas manifest ta' motivazzjoni tad-deċiżjonijiet li jinsabu fid-digriet appellat fir-rigward kemm tal-inammissibbiltà tat-talbiet “sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata trodd lura lir-rikorrent il-beni personali tiegħu”, tal-“annullament tad-deċiżjoni kkontestata” u tat-“talba għad-danni” kif ukoll fir-rigward tal-fatt li r-rikorrent ġie kkundannat għall-ispejjeż, anke minħabba applikazzjoni żbaljata u żnaturament tal-fatti, nuqqas manifest ta' investigazzjoni, inkonsistenza u nuqqas ta' raġonevolezza, kif ukoll interpretazzjoni falza u żbaljata tar-regoli u tal-ġurisprudenza Komunitarja.

c)

Difetti proċedurali, minħabba nuqqas ta' osservanza tal-obbligu li ma jiġix meħud inkunsiderazzjoni l-kontenut tar-risposta peress li ġiet ippreżentata tard mill-appellata, b'mod li tista' tkun ta' preġudizzjoni fil-konfront tal-appellant.

d)

Ksur tar-regoli dwar is-smigħ xieraq.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/47


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2009 — Formula One Licensing vs UASI — Racing — Live (F1 — Live)

(Kawża T-10/09)

(2009/C 55/84)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Formula One Licensing BV (Amsterdam, l-Olanda) (rappreżentant: B. Klingberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Racing — Live SA (Montpellier, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonu tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta' Ottubru 2008 fil-Każ R 7/2008-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri; u

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-konvenut.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “F1 — Live”, għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 38 u 41

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 732 134 tat-trade mark verbali “F1” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 38 u 41; Reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 30 007 412 tat-trade mark verbali “F1” għal servizzi fil-klassi 41; Reġistrazzjoni tat-trade mark tar-Renju Unit Nru 2 277 746 D tat-trade mark verbali “F1” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16 u 38; Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 631 531 tat-trade mark figurattiva “F1 Formula 1” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 38 u 41; trade marks oħra bħal “F1 Racing Simulation”, “F1 Pole Position” u “F1 Pit Stop Café”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni kkontestata, ċaħda tal-oppożizzjoni u tħalli l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tkompli

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell evalwa ħażin li ma kienx hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkonstata li l-użu tat-trade mark Komunitarja kkonċernata jista' jieħu vantaġġ inġust mit-trade marks preċedenti tar-rikorrenti, u jkun ta' dannu għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni tagħhom.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/47


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2009 — Özdemir vs UASI — Aktieselskabet af 21. november 2001 (James Jones)

(Kawża T-11/09)

(2009/C 55/85)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rahmi Özdemir (Dreieich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Heinrich, I. Hoes, C. Schröder, K. von Werder u J. Wittenberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aktieselskabet af 21. november 2001 (Brande, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta' Novembru 2008 fil-Każ R 858/2007-2;

tiċħad l-oppożizzjoni tal-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-25 ta' Jannar 2005 kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja — Applikazzjoni Nru 3 493 137; u

tordna li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti, inkluż l-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti ta' oppożizzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “James Jones” għal prodotti fil-klassi 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali “Jack & Jones” irreġistrata fil-Komunità bin-Nru 1 107 747 għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25; it-trade mark verbali “Jack Jones” irreġistrata fir-Renju Unit bin-Nru 2 063 437 għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark verbali “Jack Jones” irreġistrata fil-Benelux bin-Nru 474 622 għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark verbali “Jack & Jones” irreġistrata fid-Danimarka bin-Nru VR 1990 06569 għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni għal prodotti kollha kkontestati milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell qies b'mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 43(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li ebda prova ta' użu ma ġiet ippreżentata quddiem il-Bord tal-Appell fir-rigward tat-trade mark irreġistrata fir-Renju Unit bin-Nru 2 063 437.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/48


Appell ippreżentat minn Luigi Marcuccio fid-19 ta' Jannar 2009 kontra d-digriet tal-4 ta' Novembru 2008 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-87/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-16/09 P)

(2009/C 55/86)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)

Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

Fi kwalunkwe każ:

(A.1)

tannulla fl-intier tiegħu u mingħajr eċċezzjoni d-digriet appellat.

(A.2)

tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza kien għal kollox ammissibbli.

Prinċipalment:

(B.1)

tilqa' fl-intier tagħhom u mingħajr eċċezzjoni t-talbiet tal-appellant li jinsabu fir-rikors fl-ewwel istanza;

(B.2)

tikkundanna l-appellata għall-ħlas lura lill-appellant tal-ispejjeż kollha, inkluż kemm dawk tal-ewwel istanza kif ukoll dawk tal-appell;

sussidjarjament:

(B.3)

tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, b'kompożizzjoni ġdida, sabiex tiddeċiedi mill-ġdid fuq l-istess talbiet.

Aggravji u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni appellata f'din il-kawża hija d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-4 ta' Novembru 2008, adottata fil-Kawża T-87/07 L. Marcuccio vs Il-Kummissjoni.

L-aggravji u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk li ġew invokati fil-Kawża T-9/09 L. Marcuccio vs Il-Kummissjoni.

L-appellant issostni, b'mod partikolari, li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma ddeċidiex fuq punt fundamentali tal-kawża, jiġifieri dwar l-awtorizzazzjoni li tiġi ppreżentata nota ffirmata minn tabib. Qed jiġi invokat ukoll in-nuqqas assolut ta' motivazzjoni u n-nuqqas ta' loġika tad-deċiżjonijiet dwar l-allegata inammissibbiltà tat-talba għad-danni, tat-talba li t-Tribunal jiddikjara “l-eżistenza tal-atti, fatti u aġir inkwistjoni kif ukoll, tal-anqas b'mod inċidentali, l-illegalità tagħhom”, u tar-rikors fl-ewwel istanza fl-intier tiegħu.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/49


Appell ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2009 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza mogħtija fl-4 ta' Novembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-41/06, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-20/09 P)

(2009/C 55/87)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellanta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Dal Ferro, avukat, C. Berardis-Kayser, aġent, J. Currall, aġent)

Appellat: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja)

Talbiet tal-appellanta

tannulla s-sentenza appellata.

tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex tiddeċiedi fuq il-motivi l-oħra tal-appellanta.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell preżenti huwa indirizzat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tal-4 ta' Novembru 2008, li annullat id-deċiżjoni tal-appellanta tat-30 ta' Marzu 2005, li obbligat lir-rikorrent fl-ewwel istanza jissospendi s-servizz tiegħu minħabba l-invalidità tiegħu, ikkonstatata mill-Kumitat ta' Invalidità. It-TSP stabbilixxa wkoll is-somma ta' EUR 3 000 għad-danni morali subiti.

L-annullament huwa bbażat esklużivament fuq li jintlaqa' l-ewwel aggravju bbażat fuq in-nuqqas ta' motivazzjoni.

F'dan ir-rigward, l-appellanta ssostni li, biex waslet għal dan l-eżitu, il-qorti fl-ewwel istanza wettqet żbalji ta' liġi meta essenzjalment ikkonkludiet li t-tobba li intervejnew fil-proċedura ta' invalidità bbażata fuq l-Artikoli 53, 59 u 78 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom jagħtu, insostenn tal-konklużjonijiet tagħhom, motivazzjoni simili għal dik meħtieġa fil-proċedura għal mard ikkaġunat mix-xogħol jew inċident skont l-Artikolu 73. Billi għamlet dan, dejjem skont il-Kummissjoni, it-TSP ħawdet iż-żewġ proċeduri bil-konsegwenza li għamlet il-proċedura ta' invalidità aktar difficili b'mod inġustifikat.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/49


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — CNOP u CCG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-23/09)

(2009/C 55/88)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Conseil National de l'Ordre des Pharmaciens (CNOP) (Pariġi, Franza), Conseil Central de la Section G de l'Ordre National des Pharmaciens (CCG) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: Y.-R. Guillou, H. Speyart u T. Verstraeten, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kontestata; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6494, tad-29 ta' Ottubru 2008, li permezz tagħha, il-Kummissjoni ordnat, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 (1), lir-rikorrenti sabiex jissottomettu ruħhom għal spezzjoni fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħhom fi u/jew l-eventwali implementazzjoni ta' akkordji jew prattiċi miftiehma li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81 KE u/jew 82 KE.

Dan l-aġir immanifesta ruħu taħt il-forma ta' deċiżjonijiet li għandhom bħala għan li ma jħallux lill-ispiżjara u/jew persuni ġuridiċi jaċċedu għas-suq tas-servizzi ta' analiżi tal-bijoloġija medika, li jillimitaw l-attività tagħhom f'dan is-suq jew li jeskluduhom minnu, b'mod partikolari billi spiżjara u/jew persuni ġuridiċi li jixtiequ jipprovdu s-servizzi ta' analiżi tal-bijoloġija medika ma jiġux inklużi fit-tabella tat-Taqsima G u billi l-inklużjoni tagħhom fit-tabella ma tiġix aġġornata.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi:

ksur tal-prinċipju li d-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet Komunitarji għandhom ikunu indirizzati lil entitajiet li għandhom personalità ġuridika, peress li l-Ordre National des Pharmaciens hija wkoll destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma għandha tali personalità;

ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni, peress li l-Kummissjoni ma identifikatx b'mod ċar l-entità li tista' tikkostitwixxi impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi fis-sens tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 u ma indikatx ir-raġunijiet li jiġġustifikaw klassifikazzjoni bħala din;

ksur tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003, sa fejn la r-rikorrenti u lanqas l-Ordre National des Pharmaciens i) m'huma impriżi, peress li huma ma jeżerċitaw l-ebda attività ekonomika, jew ii) ma jistgħu jkunu kklassifikati bħala assoċjazzjonijiet ta' impriżi peress li huma jiġbru flimkien grupp ta' membri li mhux kollha jeżerċitaw attività ekonomika u li ma jissodisawx l-indikazzjonijiet għall-identifikazzjoni ta' assoċjazzjoni ta' impriżi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ ta' assoċjazzjonijiet professjonali responsabbli minn missjonijiet pubbliċi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU 2003, L 1, p. 1).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/50


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — Biocaps vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-24/09)

(2009/C 55/89)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Biocaps (Orsay, Franza) (rappreżentanti: Y.-R. Guillou, H. Speyart u T. Verstraeten, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, entità legali responsabbli għall-operat ta' Laboratoire Champagnat Desmoulins Philippakis, titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6524, tad-29 ta' Ottubru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni ordnat, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 (1), lill-imsemmi laboratorju, kif ukoll lill-entitajiet kollha kkontrollati direttament jew indirettament minnha, sabiex jissottomettu ruħhom għal spezzjoni fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħhom fi u/jew l-eventwali implementazzjoni ta' akkordji jew prattiċi miftiehma li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81 KE u/jew 82 KE.

Dan l-aġir immanifesta ruħu partikolarment taħt il-forma ta' deċiżjonijiet li għandhom bħala għan li ma jħallux lill-ispiżjara u/jew persuni ġuridiċi jaċċedu għas-suq tas-servizzi ta' analiżi tal-bijoloġija medika, li jillimitaw l-attività tagħhom f'dan is-suq jew li jeskluduhom minnu.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni motiv wieħed ibbażat fuq ksur tal-prinċipju li d-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet Komunitarji għandhom ikunu indirizzati lil entitajiet li għandhom personalità ġuridika, peress li d-destinatarju tad-deċiżjoni kkontestata ma kienx għadu jeżisti fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU 2003, L 1, p. 1).


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/50


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — Groupe Perry u Isibiris vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-132/98) (1)

(2009/C 55/90)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 312, 10.10.1998.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/50


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 — Fédération nationale du Crédit agricole vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-98/06) (1)

(2009/C 55/91)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tar-Raba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 131, 3.6.2006.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/51


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 — Klug vs EMEA

(Kawża F-35/07) (1)

(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt għal żmien fiss - Rapport ta' evalwazzjoni negattiv - Fastidju morali)

(2009/C 55/92)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bettina Klug (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment W. Grupp, avukat, sussegwentement S. Zickgraf, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA) (rappreżentanti: V. Salvatore, S. Vanlievendael, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann u N. Rößler, avukati)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Mediċini li tiċħad il-kontestazzjoni tar-rikorrenti li jiġġedded il-kuntratt tax-xogħol — Talba għad-danni

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007, p. 45.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/51


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta' Jannar 2009 — Klein vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-32/08) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Pensjoni ta' invalidità - Mewt - Kunċett ta' tfal dipendenti - Artikolu 2 tal-Anness VII tal-Istatut - Allowance f'każ ta' mewt - Għotja f'każ ta' mewt - Pensjoni tal-orfni)

(2009/C 55/93)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Marie-Claude Klein (Grasse, Franza) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti]

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-4 ta' Mejju 2007 li tiċħad lir-rikorrenti l-benefiċċju ta' għotja f'każ ta' mewt, ta' allowance f'każ ta' mewt u ta' pensjoni tal-orfni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

M. Klein hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 116, 9.5.2008, p. 36.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/52


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 — Petrilli vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-100/08)

(2009/C 55/94)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Petrilli (Grottammare, l-Italja) (rappreżentanti: J.-L. Lodomez, J. Lodomez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrigwarda l-iffissar tal-post ta' residenza prinċipali tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta' Settembru 2008 li fiha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-iffissar tar-residenza prinċipali tar-rikorrent fl-Italja;

sa fejn huwa neċessarju, tannulla l-eventwali deċiżjoni li l-Kummissjoni tista' tkun meħtieġa tieħu dwar proċedimenti fuq l-ilment, ifformulat mir-rikorrent wara l-komunikazzjoni ta' provi ġodda;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, fuq l-ammonti dovuti skont l-applikazzjoni retroattiva tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni Taljan fuq il-pensjoni, mill-1 ta' Lulju 2007, interessi fuq il-bażi ta' rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b'żewġ punti perċentwali;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/52


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Diċembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-102/08)

(2009/C 55/95)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li għandha bħala suġġett, minn naħa waħda, il-kumpens għad-danni subiti meta sar il-ġarr tal-beni personali li kienu jinsabu fir-residenza pprovduta lilu minn min kien jimpjegah f'Luanda u min-naħa l-oħra, il-qerda tad-dokumentazzjoni kollha relattiva għal dawn il-beni li nġarrew li jinsabu fil-pussess tal-konvenuta u r-reintegrazzjoni tar-rikorrent fil-pussess ta' dawn il-beni.

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara l-ineżistenza ex lege ta' jew, sussidjarjament, tannulla, id-deċiżjoni li tiċħad it-talba tal-1 ta' Settembru 2007 u, sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tal-20 ta' Marzu 2008;

sa fejn neċessarju, tiddikjara l-ineżistenza ex lege ta' jew, sussidjarjament, tannula n-nota tat-18 ta' Lulju 2008;

tikkonstata li membri tal-persunal, jew fil-fatt, delegati tal-konvenuta, fit-30 ta' April 2003 u fit-2 ta' Mejju 2003 daħlu kontra l-volontà tar-rikorrent, fir-residenza pprovduta lilu minn min kien jimpjegah, ħadu xi ritratti, fasslu lista ta' beni personali preżunti tar-rikorrent, imbagħad ipproċedew sabiex jagħtu valur lil kull oġġett fil-lista tal-beni personali, daħlu fil-vettura tar-rikorrent, ħadu pussess tal-beni personali u tal-vettura tar-rikorrent u żgumbraw lir-rikorrent mir-residenza u minn kulma jagħmel magħha;

tikkonstata u tiddikjara l-illegalità ta' dawn il-fatti;

tordna lill-konvenuta tfassal lista li tidentifika bi preċiżjoni, kull element tad-dokumentazzjoni relattiv għall-fatti msemmija iktar 'il fuq u, tinnotifika bil-miktub, lir-rikkorrenti b'din il-lista;

tordna lill-konvenuta sabiex tassigura li kull wieħed mill-elementi tad-dokumentazzjoni jinqered u tipprovdi notifika ta' dan;

tordna lill-konvenuta tirreintegra lir-rikorrent fil-pussess tal-oġġetti personali tiegħu;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lir-rikorrent tas-somma ta' EUR 722 000, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis bħala ekwa u ġusta, bħala kumpens għad-danni subiti mill-fatti msemmija iktar 'il fuq;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lir-rikorrent tal-interessi fuq l-imsemmija sooma li jibdew jiddekorru mid-data tat-talba tal-1 ta' Settembru 2007 sa meta s-somma ta' EUR 722 000 titħallas;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lir-rikorrent, bħala kumpens għad-danni subiti min-nuqqas ta' tfassil u notifika tal-lista tad-dokumentazzjoni, minn għada sa dik il-ġurnata meta l-lista ta' dokumentazzjoni tkun innotifikata lir-rikorrent, tas-somma ta' EUR 100 kuljum, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis bħala ekwa u ġusta;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lir-rikorrent, bħala kumpens għad-danni subiti min-nuqqas ta' qerda materjali, minn għada sa dik il-ġurnata li jsir dan, tas-somma ta' EUR 100 kuljum, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis bħala ekwa u ġusta;

tikkundanna lill-konventuta għall-ħlas lir-rikorrent, bħala kumpens għad-danni li jirriżultaw min-nuqqas ta' reintegrazzjoni fil-pussess, minn għada sa dik il-ġurnata li jsir dan, tas-somma ta' EUR 100 kuljum, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis bħala ekwa u ġusta;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/53


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Putterie-de-Beukelaer vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-1/09)

(2009/C 55/96)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Françoise Putterie-de-Beukelaer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li ma tippermettix il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-proċedura ta' ċertifikazzjoni 2007.

Talbiet tar-rkorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-30 ta' Settembru 2008 li tiċħad il-kontestazzjoni tar-rikorrenti dwar id-deċiżjoni li ma taċċettax l-applikazzjoni tagħha għaċ-ċertifikazzjoni 2007;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma taċċettax l-applikazzjoni tar-rikorrenti għaċ-ċertifikazzjoni 2007;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/53


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Jannar 2009 — Menghi vs ENISA

(Kawża F-2/09)

(2009/C 55/97)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Achille Menghi (Cagliari, l-Italja) (rappreżentant: L. Defalque, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li ma tikkonfermax il-kuntratt tar-rikorrent wara l-perijodu ta' prova, kif ukoll talba għal kumpens għad-dannu finanzjarju u morali mġarrab.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-deċiżjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata tikkonkludi l-kuntratti ta' impjieg tal-14 ta' Marzu 2008 li ma tikkonfermax il-kuntratt tiegħu;

konsegwentement, jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata tikkonkludi l-kuntratti ta' impjieg tal-14 ta' Marzu 2008 li ma tikkonfermax il-kuntratt tar-rikorrent;

jikkundanna lill-Awtorità awtorizzata tikkonkludi l-kuntratti tal-impjieg sabiex tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu finanzjarju mġarrab minħabba li l-kuntratt ta' impjieg tiegħu għal perijodu ta' tliet snin ma ġiex ikkonfermat, għad-dannu finanzjarju mġarrab minħabba l-ispejjeż mediċi li kellu jagħmel, għad-dannu morali mġarrab minħabba l-fastidju psikoloġiku;

jikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għall-ispejjeż.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/53


Rikors ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2009 — Ridolfi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-3/09)

(2009/C 55/98)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Roberto Ridolfi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewoprej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrifjuta lir-rikorrent il-benefiċċju tat-taħriġ mill-ġdid u ż-żamma tal-allowances għall-edukazzjoni biż-żieda għaż-żewġt itfal il-kbar tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-5 ta' Marzu 2008 li tirrifjuta lir-rikorrent il-benefiċċju tat-taħriġ mill-ġdid u ż-żamma tal-allowances għall-edukazzjoni biż-żieda għaż-żewġt itfal il-kbar tiegħu;

tannulla kull deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda f'eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-5 ta' Marzu 2008 iċċitata iktar 'il fuq, b'mod partikolari n-nota tal-Kap tas-Sezzjoni “Drittijiet u obbligi tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal bil-kuntratt” tad-Direttorat Servizzi Esterni tad-DĠ RELEX tat-12 ta' Diċembru 2008, għall-irkupru tas-somma ta' EUR 1 295,38;

safejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni espliċita tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2008 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent, skont l-Artikolu 90(2), fil-5 ta' Ġunju 2008;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/54


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta' Diċembru 2008 — Gippini Fournier vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-21/08) (1)

(2009/C 55/99)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 116, 9.5.2008, p. 33.