ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
20 ta' Diċembru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 327/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 313, 6.12.2008

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 327/02

Kawża C-247/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 85/337/KEE — Effett ta' ċerti proġetti fuq l-ambjent — Stallazzjoni ta' tisħin — Produzzjoni ta' enerġija — Inċinerazzjoni parzjali ta' prodotti perikolużi)

2

2008/C 327/03

Kawża C-155/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Deċiżjoni 2006/1016/KE — Garanzija Komunitarja mogħtija lill-Bank Ewropew tal-Investiment f'każ ta' telf li jirriżulta minn self u minn garanziji ta' self favur proġetti barra mill-Komunità — Għażla tal-bażi legali — Artikolu 179 KE — Artikolu 181 a KE — Kompatibbiltà)

2

2008/C 327/04

Kawża C-203/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Proġett sabiex tiġi stabbilita missjoni diplomatika komuni f'Abuja (in-Niġerja) — Rimbors ta' somom dovuti mir-Repubblika Ellenika — Kumpens fuq l-ammont li għandu jitħallas mill-Kummissjoni għall-programm operazzjonali reġjonali tal-Greċja kontinentali)

3

2008/C 327/05

Kawża C-248/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen, Il-Belgju) — Trespa International B.V. vs Nova Haven- en Vervoerbedrijf N.V. (Regolament ta' implementazzjoni tal-kodiċi doganali Komunitarju — Artikoli 291 u 297 — Trattament favorevoli tat-tariffa — Użu finali — Kunċett ta' persuna li timporta l-merkanzija jew li jkollha l-merkanzija [i]mportata [tordna l-importazzjoni tagħha] għal ċirkolazzjoni libera — Kunċett ta' trasferiment ta' merkanzija fil-Komunità — Kunċett ta' destinatarju)

3

2008/C 327/06

Kawża C-291/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Regeringsrätten — Żvezja) — Kollektivavtalsstiftelsen TRR Trygghetsrådet vs Skatteverket (VAT — Post ta' operazzjonijiet taxxabbli — Rabta fiskali — Fornitur ta' servizzi stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak li jirċievi s-servizzi — Kwalità ta' persuna taxxabbli — Servizzi pprovduti lil fondazzjoni nazzjonali li teżerċita attività ekonomika u attività li mhijiex ekonomika)

4

2008/C 327/07

Kawża C-381/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État — Franza) — Association nationale pour la protection des eaux et rivières — TOS vs Ministère de l'Écologie, du Développement et de l'Aménagement durables (Tniġġiż tal-ambjent akwatiku — Direttiva 2006/11/KE — Artikolu 6 — Sustanzi perikolużi — Skariki — Awtorizzazzjoni minn qabel — L-istabbiliment ta' livelli ta' emissjoni — Sistema ta' dikjarazzjoni — Trobbija tal-ħut)

5

2008/C 327/08

Kawża C-405/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 — Ir-Renju tal-Olanda vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Artikolu 95(5) KE — Direttiva 98/69/KE — Miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis tal-arja b'emissjonijiet minn vetturi bil-mutur — Dispożizzjoni nazzjonali derogatorja li tantiċipa t-tnaqqis tal-valur limitu Komunitarju għall-emissjonijiet ta' partiċelli prodotti minn ċerti vetturi ġodda b'magna diesel — Rifjut tal-Kummissjoni — Natura speċifika tal-problema — Obbligu ta' diliġenza u obbligu ta' motivazzjoni)

5

2008/C 327/09

Kawża C-95/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/9/KE — Nuqqas ta' nomina tal-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjoni tal-laboratorji u għall-verifika tal-istudji mwettqin minn dawn tal-aħħar sabiex jevalwaw il-konformità tagħhom mal-prattiki [fid-Direttiva, prassi] tajba tal-laboratorji)

6

2008/C 327/10

Kawża C-466/06: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance ta' Nanterre — Franza) — Société Roquette Frères vs Direction générale des douanes et droits indirects, Recette principale de Gennevilliers de la Direction générale des douanes et des droits indirects (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor — Isoglukożju — Iffissar tal-kwantitajiet bażiċi sabiex jiġu attribwiti l-kwoti ta' produzzjoni — Isoglukożju prodott bħala prodott intermedjarju — Artikolu 24(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 — Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 2038/1999 — Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2073/2000 — Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 — Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2002 — Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1739/2003 — Taxxi tal-produzzjoni — Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kwoti — Teħid in kunsiderazzjoni tal-kwantitajiet ta' zokkor li jinsab fil-prodotti proċessati — Determinazzjoni tal-eċċess esportabbli — Determinazzjoni tat-telf medju)

6

2008/C 327/11

Kawża C-375/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Treviso (l-Italja) fit-18 ta' Awwissu 2008 — Proċedura kriminali kontra Luigi Pontini, Emanuele Rech, Dino Bonora, Giovanni Forato, Laura Forato, Adele Adami, Ivo Colomberotto

7

2008/C 327/12

Kawża C-376/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fit-18 ta' Awwissu 2008 — Serrantoni Srl, Consorzio stabile edili scrl vs Comune di Milano

7

2008/C 327/13

Kawża C-395/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d'appello di Roma (L-Italja) fit-12 ta' Settembru 2008 — Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Tiziana Bruno u Massimo Pettini

8

2008/C 327/14

Kawża C-396/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d'appello di Roma (l-Italja) fit-12 ta' Settembru 2008 — Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Daniela Lotti u Clara Matteucci

9

2008/C 327/15

Kawża C-401/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

9

2008/C 327/16

Kawża C-404/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Naumburg (Il-Ġermanja) fit-18 ta' Settembru 2008 — Investitionsbank Sachsen-Anhalt — Anstalt der Norddeutschen Landesbank — Girozentrale vs Bezirksrevisorin beim Landgericht Magdeburg für die Landeskasse des Landes Sachsen-Anhalt

10

2008/C 327/17

Kawża C-409/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Naumburg (il-Ġermanja) fit-18 ta' Settembru 2008 — Investitionsbank Sachsen-Anhalt — Anstalt der Norddeutschen Landesbank — Girozentrale vs Bezirksrevisorin beim Landgericht Magdeburg für die Landeskasse des Landes Sachsen-Anhalt

10

2008/C 327/18

Kawża C-411/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit-22 ta' Settembru 2008 — Swiss Caps AG vs Hauptzollamt Singen

11

2008/C 327/19

Kawża C-413/08 P: Appell ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 minn Lafarge SA mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) fil-Kawża T-54/03 fit-8 ta' Lulju 2008, Lafarge SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

11

2008/C 327/20

Kawża C-420/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Berlin (Il-Ġermanja) fit-23 ta' Settembru 2008 — Yasar Erdil vs Land Berlin

12

2008/C 327/21

Kawża C-425/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Il-Belġju) fis-26 ta' Settembru 2008 — Enviro Tech (Europe) Ltd vs L-Istat tal-Belġju

12

2008/C 327/22

Kawża C-430/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunals, Londra (ir-Renju Unit) fid-29 ta' Settembru 2008 — Terex Equipment Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

13

2008/C 327/23

Kawża C-431/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunals, Londra (Ir-Renju Unit) fid-29 ta' Settembru 2008 — FG Wilson (Engineering) Ltd, Caterpillar EPG Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

14

2008/C 327/24

Kawża C-440/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fis-6 ta' Ottubru 2008 — F. Gielen vs Staatssecretaris van Financiën (Segretarju tal-Istat għall-Finanzi)

14

2008/C 327/25

Kawża C-441/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (Repubblika tal-Polonja), fis-7 ta' Ottubru 2008 — Elektrownia Pątnów II sp. z o. o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

15

2008/C 327/26

Kawża C-444/08 P: Appell ippreżentat fit-8 ta' Ottubru 2008 minn Região autónoma dos Açores kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) mogħtija fl-1 ta' Lulju 2008 fil-Kawża T-37/04: Região Autónoma dos Açores vs Il-Kunsil tal-Unjoni Ewropea

15

2008/C 327/27

Kawża C-446/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fid-9 ta' Ottubru 2008 — Société Solgar Vitamin's France, Valorimer SARL, Christian Fenioux, L'Arbre de Vie SARL, Société Source Claire, Nord Plantes EURL, Société RCS Distribution, Société Ponroy Santé — Intervenjenti: Syndicat de la Diététique et des Compléments Alimentaires vs Ministre de l'Économie, des Finances et de l'Emploi, Ministre de la Santé, de la Jeunesse et des Sports, Ministre de l'Agriculture et de la Pêche

16

2008/C 327/28

Kawża C-447/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea hovrätt, l-Iżvezja fit-13 ta' Ottubru 2008 — Otto Sjöberg vs Åklagaren

17

2008/C 327/29

Kawża C-448/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea hovrätt, l-Iżvezja fit-13 ta' Ottubru 2008 — Otto Sjöberg vs Åklagaren

18

2008/C 327/30

Kawża C-453/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis epikrateias (il-Greċja) fis-17 ta' Ottubru 2008 — Panagiotis Ioannis Karanikolas, Valsamis Daravanis, Georgios Kouvoukliotis, Panagiotis Ntolou, Dimitrios Z. Parisis, Konstantinos Emmanouil, Ioannis Anasoglou, Pantelis A. Beis, Dimitrios Chatziandreou, Ioannis A. Zaragkoulias, Triantafyllos K. Mavrogiannis, Sotirios Th. Liotakis, Vasileios Karampasis, Dimitrios Melissidis, Ioannis V. Kleovoulos, Dimitrios I. Patsakos, Theodoros Fournarakis, Dimitrios K. Dimitrakopoulos u Synetairismos Paraktion Alieon Kavalas vs Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon u Nomarchiaki Aftodioikisi Dramas-Kavalas-Xanthis

18

2008/C 327/31

Kawża C-458/08: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

19

2008/C 327/32

Kawża C-460/08: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

19

2008/C 327/33

Kawża C-463/08: Rikors ippreżentat fis-27 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

20

2008/C 327/34

Kawża C-464/08: Rikors ippreżentat fis-27 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Estonja

20

2008/C 327/35

Kawża C-465/08: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

20

2008/C 327/36

Kawża C-466/08: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Ċipru

21

2008/C 327/37

Kawża C-472/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments (ir-Repubblika tal-Latvja) fl-4 ta' Novembru 2008 — Alstom Power Hydro vs Valsts ieņēmumu dienests

21

2008/C 327/38

Kawża C-276/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif — Il-Lussemburgu) — Miloud Rimoumi, Gabrielle Suzanne Marie Prick vs Ministre des Affaires étrangères et de l'Immigration

21

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2008/C 327/39

Kawża T-256/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Novembru 2008 — Neoperl Servisys vs UASI (HONEYCOMB) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HONEYCOMB — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

22

2008/C 327/40

Kawża T-161/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Novembru 2008 — Group Lottuss vs UASI — Ugly (COYOTE UGLY) (Trade mark Komunitarja — Proċediment ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva COYOTE UGLY — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti COYOTE UGLY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

22

2008/C 327/41

Kawża T-304/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Novembru 2008 — Calzaturificio Frau vs UASI — Camper (Forma ta' arkata stilizzata b'wiċċ solidu) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta arkata stilizzata b'wiċċ solidu — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta arkata stilizzata — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

23

2008/C 327/42

Kawża T-390/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Novembru 2008 — Speiser vs Il-Parlament (Appell — Servizz Pubbliku — Membri tal-persunal temporanji — Ammissibbiltà — Allowance ta' espatrijazzjoni — Deċiżjoni purament konfermattiva — Ilment tardiv)

23

2008/C 327/43

Kawża T-363/03: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 25 ta' Settembru 2008 — Regione Siciliana vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — FEŻR — Kanċellament ta' għajnuna finanzjarja — Irkupru tal-ammonti diġà mħallsa — Entità reġjonali jew lokali — Nuqqas ta' interess dirett — Inammissibbilta)

23

2008/C 327/44

Kawża T-139/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2008 — Stephens vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sentenza interlokutorja — M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

24

2008/C 327/45

Kawża T-166/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Settembru 2008 — Powderject Research vs UASI (POWDERMED) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali POWDERMED — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

24

2008/C 327/46

Kawża T-235/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Ottubru 2008 — Austrian Relief Programm vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Finanzjament Komunitarju ta' operazzjoni għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta' għixien fl-ex Jugoslavja bil-għan li jiġi inkoraġġit ir-ritorn tar-refuġjati u tal-persuni spostati — Programm Obnova — Klawżola ta' arbitraġġ — Nota ta' debitu — Inammissibbiltà)

25

2008/C 327/47

Kawża T-208/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Ottubru 2008 — BOT Elektrownia Bełchatów et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Rikors għal annullament — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjoni ta' gassijiet serra' — Pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjoni għall-Polonja għall-perijodu mill-2008 sal-2012 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet permezz ta' ċerti kundizzjonijiet — Kompetenza tal-Istati Membri fit-tqassim individwali tal-kwoti ta' emissjoni — Nuqqas ta' interess dirett — Inammissibbiltà)

25

2008/C 327/48

Kawża T-257/07 R II: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Ottubru 2008 — Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Proċeduri għal miżuri provviżorj — Saħħa tal-annimali — Regolament (KE) Nru 999/2001 — Eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered — Regolament (KE) Nru 746/2008 — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris — Urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi)

26

2008/C 327/49

Kawża T-411/07 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Marzu 2008 — Aer Lingus Group vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kontroll ta' konċentrazzjonijiet — Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni — Artikolu 8(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 — Talba għas-sospensjoni ta' eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji — Miżura inkompatibbli mad-distribuzzjoni tal-poteri bejn l-istituzzjonijiet — Kompetenza tal-Kummissjoni — Miżuri provviżorji indirizzati lil parti intervenjenti — Talba għas-sospensjoni ta' eżekuzzjoni — Ammissibbiltà — Nuqqas ta' fumus boni juris — Nuqqas ta' urġenza — Nuqqas ta' dannu gravi u irreparabbli — Dannu li jiddependi fuq avvenimenti inċerti fil-futur — Motivi insuffiċjenti — Ibbilanċjar tal-interessi kollha)

26

2008/C 327/50

Kawża T-487/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Ottubru 2008 — Imperial Chemical Industries vs UASI (FACTORY FINISH) (Kwistjoni proċedurali — Trade mark Komunitarja — Rappreżentanza minn avukat)

27

2008/C 327/51

Kawża T-105/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-24 ta' Settembru 2008 — Van Neyghem vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz Pubbliku — Ċaħda tal-appell fl-ewwel istanza — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta' ammissjoni għall-eżami orali — Appell manifestament infondat)

27

2008/C 327/52

Kawża T-332/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Settembru 2008 — Melli Bank vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Regolament (KE) Nru 423/2007 — Miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran — Deċiżjoni tal-Kunsill — Miżura ta' ffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta' urġenza — Nuqqas ta' dannu gravi u irreperabbli)

28

2008/C 327/53

Kawża T-390/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Bank Melli Iran vs Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Regolament (KE) Nru 423/2007 — Miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran — Deċiżjoni tal-Kunsill — Miżura ta' ffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta' urġenza — Nuqqas ta' dannu gravi u irreparabbli)

28

2008/C 327/54

Kawża T-377/08 P: Appell ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2008 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza mogħtija fit-8 ta' Lulju 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-76/07, Birkhoff vs Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej

28

2008/C 327/55

Kawża T-391/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 — Ellinika Nafpigeia vs Il-Kummissjoni

29

2008/C 327/56

Kawża T-396/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 — Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni

30

2008/C 327/57

Kawża T-407/08: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 — MIP Metro vs UASI — CBT Comunicación Multimedia (Metromeet)

31

2008/C 327/58

Kawża T-422/08: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2008 — Sacem vs Il-Kummissjoni

31

2008/C 327/59

Kawża T-425/08: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2008 — KODA vs Il-Kummissjoni

32

2008/C 327/60

Kawża T-432/08: Rikors ippreżentat fl-1 ta' Ottubru 2008 — AKM vs Il-Kummissjoni

33

2008/C 327/61

Kawża T-439/08: Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2008 — Agapiou Joséphidès vs Il-Kummissjoni u L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, Awdjoviżwal u l-Kultura

34

2008/C 327/62

Kawża T-440/08: Rikors ippreżentat fl-1 ta' Ottubru 2008 — 1-2-3.TV vs UASI — Zweites Deutsches Fernsehen u Televersal Film- und Fernseh-Produktion (1-2-3. TV)

34

2008/C 327/63

Kawża T-443/08: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni

35

2008/C 327/64

Kawża T-449/08: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Ottubru 2008 — S.L.V. Elektronik vs UASI — Jiménez Muñoz (LINE)

36

2008/C 327/65

Kawża T-455/08: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig/Halle vs Il-Kummissjoni

36

2008/C 327/66

Kawża T-459/08: Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — EuroChem MCC vs Il-Kunsill

37

2008/C 327/67

Kawża T-462/08: Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ottubru 2008 — Winzer Pharma vs UASI — Alcon (OFTAL CUSI)

38

2008/C 327/68

Kawża T-463/08: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ottubru 2008 — Imagion vs UASI (DYNAMIC HD)

39

2008/C 327/69

Kawża T-465/08: Rikors ippreżentat fil-15 ta' Ottubru 2008 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

39

2008/C 327/70

Kawża T-470/08: Rikors ippreżentat fit-23 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni vs Eurgit u Cirese

40

2008/C 327/71

Kawża T-476/08: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Novembru 2008 — Media-Saturn vs UASI (BEST BUY)

40

2008/C 327/72

Kawża T-221/00: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Ottubru 2008 — Casinò municipale di Venezia vs Il-Kummissjoni

41

2008/C 327/73

Kawża T-84/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Ottubru 2008 — Azivo Algemeen Ziekenfonds De Volharding vs Il-Kummissjoni

41

2008/C 327/74

Kawża T-126/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Settembru 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

41

2008/C 327/75

Kawża T-275/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Novembru 2008 — Omya vs Il-Kummissjoni

41

2008/C 327/76

Kawża T-364/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Novembru 2008 — Xinhui Alida Polythene vs Il-Kunsill

41

2008/C 327/77

Kawżi magħquda T-217/07, T-218/07, T-244/07 sa T-246/07, T-252/07 sa T-255/07, T-258/07 sa T-260/07, T-268/07 sa T-272/07 u T-394/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Ottubru 2008 — Las Palmeras et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

42

2008/C 327/78

Kawża T-322/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Ottubru 2008 — Kenitex-Química vs UASI — Chemicals International (Kenitex TINTAS A qualidade da cor)

42

2008/C 327/79

Kawża T-494/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Settembru 2008 — Italja vs Il-Kummissjoni

42

2008/C 327/80

Kawża T-301/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Novembru 2008 — Laura Ashley vs UASI — Tiziana Bucci (LAURA ASHLEY)

42

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2008/C 327/81

Kawża F-84/08: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ottubru 2008 — Cerafogli vs BĊE

43

2008/C 327/82

Kawża F-86/08: Rikors ippreżentat fit-22 ta' Ottubru 2008 — Voslamber vs Il-Kummissjoni

43

2008/C 327/83

Kawża F-87/08: Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ottubru 2008 — Schuerings vs Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ

43

2008/C 327/84

Kawża F-88/08: Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ottubru 2008 — Vandeuren vs Fondation européenne pour la formation

44

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Qorti tal-Ġustizzja

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/1


(2008/C 327/01)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 313, 6.12.2008

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 301, 22.11.2008

ĠU C 285, 8.11.2008

ĠU C 272, 25.10.2008

ĠU C 260, 11.10.2008

ĠU C 247, 27.9.2008

ĠU C 236, 13.9.2008

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-Ġustizzja

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-247/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Effett ta' ċerti proġetti fuq l-ambjent - Stallazzjoni ta' tisħin - Produzzjoni ta' enerġija - Inċinerazzjoni parzjali ta' prodotti perikolużi)

(2008/C 327/02)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: U. Wölker u F. Simonetti, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. [rappreżentanti: M. Lumma u C. Schulze-Bahr, aġenti]

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: T. Harris u I. Rao, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 4(1), flimkien mal-punt 9 tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill [85/337/KEE], tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40) kif emendata mid-Direttiva 97/11/KE, tat-3 ta' Marzu 1997 (ĠU L 73, p. 5) — Awtorizzazzjoni mingħajr stima tal-effetti fuq l-ambjent ta' stallazzjoni ta' tisħin għall-produzzjoni ta' enerġija permezz ta' inċinerazzjoni parzjali ta' skart perikoluż — Operazzjonijiet ta' eliminazzjoni u operazzjonijiet ta' rkupru ta' skart

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 190, 12.8.2006.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-155/07) (1)

(Rikors għal annullament - Deċiżjoni 2006/1016/KE - Garanzija Komunitarja mogħtija lill-Bank Ewropew tal-Investiment f'każ ta' telf li jirriżulta minn self u minn garanziji ta' self favur proġetti barra mill-Komunità - Għażla tal-bażi legali - Artikolu 179 KE - Artikolu 181 a KE - Kompatibbiltà)

(2008/C 327/03)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew [rappreżentanti: R. Passos, A. Baas u D. Gauci, aġenti]

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea [rappreżentanti: M. Arpio Santacruz, M. Sims u D. Canga Fano, aġenti]

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: A. Aresu u F. Dintilhac, aġenti]

Suġġett

Rikors għal annullament — Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE, tad-19 ta' Diċembru 2006, li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Kommunità (ĠU L 414, p. 95.) — Għażla tal-bażi legali — Artikolu 181a KE — Deċiżjoni li tikkonċerna essenzjalment lilll-pajjiżi li qed jiżviluppaw — Ħtieġa li tintuża bażi legali doppja — Artikoli 179 KE u 181a KE

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità hija annullata.

2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2006/1016 jinżammu fis-seħħ f'dak li jikkonċerna l-finanzjamenti tal-Bank Ewropew tal-Investiment li kienu ġew konklużi sad-dħul fis-seħħ, f'terminu ta' tnax-il-xahar mid-data ta' din is-sentenza, ta' deċiżjoni ġdida stabbilita fuq il-bażi legali adegwat, jiġifieri l-Artikoli 179 KE u 181 A KE meħuda flimkien.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta' dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

4)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-203/07 P) (1)

(Appell - Proġett sabiex tiġi stabbilita missjoni diplomatika komuni f'Abuja (in-Niġerja) - Rimbors ta' somom dovuti mir-Repubblika Ellenika - Kumpens fuq l-ammont li għandu jitħallas mill-Kummissjoni għall-programm operazzjonali reġjonali tal-Greċja kontinentali)

(2008/C 327/04)

Lingwa tal-proċedura: Il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos, S. Trekli u Z. Stavridi, aġenti)

Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: I. Zervas u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Jannar 2007, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T-231/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala mhux fondat rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipproċedi bl-irkupru permezz ta' tpaċija tas-somom dovuti mill-Greċja wara l-parteċipazzjoni tagħha fil-proġetti Abuja I u Abuja II, għall-ħolqien ta' rappreżentanza diplomatika komuni tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea f'Abuja (in-Niġerja)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen, Il-Belgju) — Trespa International B.V. vs Nova Haven- en Vervoerbedrijf N.V.

(Kawża C-248/07) (1)

(Regolament ta' implementazzjoni tal-kodiċi doganali Komunitarju - Artikoli 291 u 297 - Trattament favorevoli tat-tariffa - Użu finali - Kunċett ta' “persuna li timporta l-merkanzija jew li jkollha l-merkanzija [i]mportata [tordna l-importazzjoni tagħha] għal ċirkolazzjoni libera’ - Kunċett ta' “trasferiment ta' merkanzija fil-Komunità’ - Kunċett ta' “destinatarju’)

(2008/C 327/05)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Trespa International B.V.

Konvenuta: Nova Haven- en Vervoerbedrijf N.V.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van beroep te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1a, 291 u 297 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, p. 1) — Kunċett ta' “trasferiment ta' merkanzija fil-Komunità”, “persuna li timporta l-merkanzija jew li jkollha l-merkanzija [i]mportata [tordna l-importazzjoni tagħha] għal ċirkolazzjoni libera” u “destinatarju”.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 291(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 89/97 tal-20 ta' Jannar 1997, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta' “persuna li timporta l-merkanzija jew li jkollha l-merkanzija [i]mportata [tordna l-importazzjoni tagħha]” li jinsab fih ikopri l-persuna li għaliha hija destinata l-merkanzija u li għandha l-intenzjoni li tużaha għall-użu finali preskritt, indipendentement mill-fatt li hija stess tagħmel id-dikjarazzjoni doganali jew li hija tkun rappreżentata għal dan il-għan skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità. L-imsemmi kunċett ma jkoprix ir-rappreżentant ta' din il-persuna quddiem l-awtoritajiet doganali, ħlief fil-każijiet fejn l-imsemmija persuna tkun ikkunsidrata li qed taġixxi f'isimha jew għan-nom tagħha skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Nru 2913/92 u b'hekk għandha tkun ikkunsidrata bħala importatriċi.

2)

L-Artikolu 297(1) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 89/97, għandu jiġi interpretat fis-sens li mhemmx trasferiment ta' merkanzija fil-Komunità f'sitwazzjoni fejn il-merkanzija tiġi importata fil-Belġju u mbagħad tiġi ttrasportata lejn l-Olanda, jekk il-persuna awtorizzata taġixxi għan-nom tal-importatur finali, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju. Is-sempliċi fatt li l-merkanzija ġiet importata u żdoganata fil-Belġju u mbagħad ġiet ittrasportata lejn l-Olanda huwa irrilevanti biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' trasferiment skont din id-dispożizzjoni. F'każ ta' trasferiment, id-destinatarju għandu jkun fil-pussess ta' awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 291 ta' dan ir-regolament.

3)

L-Artikolu 297(1) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 89/97, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta' “destinatarju” li jinsab fih ma jkoprix aġent doganali li jieħu ħsieb il-formalitajiet doganali għan-nom tal-importatur.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Regeringsrätten — Żvezja) — Kollektivavtalsstiftelsen TRR Trygghetsrådet vs Skatteverket

(Kawża C-291/07) (1)

(VAT - Post ta' operazzjonijiet taxxabbli - Rabta fiskali - Fornitur ta' servizzi stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak li jirċievi s-servizzi - Kwalità ta' persuna taxxabbli - Servizzi pprovduti lil fondazzjoni nazzjonali li teżerċita attività ekonomika u attività li mhijiex ekonomika)

(2008/C 327/06)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Regeringsrätten

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kollektivavtalsstiftelsen TRR Trygghetsrådet

Konvenuta: Skatteverket

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Regeringsrätten — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9(2)(e) u l-Artikolu 21(1)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE, Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1), u tal-Artikolu 56(1)(ċ) u l-Artikolu 196 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Fondazzjoni nazzjonali, li fl-istess ħin twettaq attivitajiet ekonomiċi u attivitajiet oħra, li tuża servizzi ta' konsulenza mingħand persuna taxxabbli fi Stat Membru ieħor, fil-kuntest ta' dawk l-attivitajiet tagħha li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva

Dispożittiv

l-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, u l-Artikolu 56(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li dak li jirċievi servizzi ta' konsulent mingħand persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor, u li jeżerċita fl-istess waqt attivitajiet ekonomiċi u attivitajiet barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, għandu jitqies bħala persuna taxxabbli, anki jekk l-imsemmija provvista hija użata biss għall-bżonnijiet ta' dawn l-attivitajiet tal-aħħar.


(1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État — Franza) — Association nationale pour la protection des eaux et rivières — TOS vs Ministère de l'Écologie, du Développement et de l'Aménagement durables

(Kawża C-381/07) (1)

(Tniġġiż tal-ambjent akwatiku - Direttiva 2006/11/KE - Artikolu 6 - Sustanzi perikolużi - Skariki - Awtorizzazzjoni minn qabel - L-istabbiliment ta' livelli ta' emissjoni - Sistema ta' dikjarazzjoni - Trobbija tal-ħut)

(2008/C 327/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association nationale pour la protection des eaux et rivières — TOS

Konvenut: Ministère de l'Écologie, du Développement et de l'Aménagement durables

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d'État — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Frar 2006, dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (ĠU L 64, p. 52) — Bżonn ta' awtorizzazzjoni minn qabel, li tistabbilixxi l-livelli ta' emissjoni għal kull skariku, magħmul fl-ilmijiet, li jista' jkun fih xi sustanza perikoluża — Konformità tar-regoli nazzjonali li jissostitwixxu l-awtorizzazzjoni minn qabel b'sempliċi sistema ta' dikjarazzjoni fir-rigward tat-trobbija tal-ħut iżda madankollu, b'referenza għall-istandards ta' kwalità ambjentali applikabbli u bi dritt tal-awtorità amministrattiva kompetenti li topponi l-ftuħ tal-impjant jew li timponi limiti ta' skariku għall-installazzjoni kkonċernata.

Dispożittiv

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Frar 2006, dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità, ma jistax jiġi interpretat bħala li jippermetti lill-Istati Membri, ladarba jiġu adottati, skont dan l-artikolu, programmi għat-tnaqqis tat-tniġġiż tal-ilmijiet li jinkludu standards ta' kwalità ambjentali, li jistabbilixxu, għal ċerti installazzjonijiet meqjusa li għandhom livell baxx ta' tniġġiż, sistema ta' dikjarazzjoni b'referenza għal dawn l-istandards, u dritt, għall-awtorità amministrattiva, li topponi l-ftuħ tal-impjant jew li timponi limiti ta' skariku għall-installazzjoni kkonċernata.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 — Ir-Renju tal-Olanda vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-405/07 P) (1)

(Appell - Artikolu 95(5) KE - Direttiva 98/69/KE - Miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis tal-arja b'emissjonijiet minn vetturi bil-mutur - Dispożizzjoni nazzjonali derogatorja li tantiċipa t-tnaqqis tal-valur limitu Komunitarju għall-emissjonijiet ta' partiċelli prodotti minn ċerti vetturi ġodda b'magna diesel - Rifjut tal-Kummissjoni - Natura speċifika tal-problema - Obbligu ta' diliġenza u obbligu ta' motivazzjoni)

(2008/C 327/08)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Appellant: Ir-Renju tal-Olanda (rappreżentanti: D.J.M. de Grave u C.M. Wisels, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia, H. van Vliet u A. Alcover San Pedro, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza (Ir-Raba' Awla) tas-27 ta' Ġunju 2007, Ir-Renju tal-Olanda vs Il-Kummissjoni (T-182/06), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim Istanza ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/372/KE, tat-3 ta' Mejju 2006, dwar abbozz ta' dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikat mir-Renju tal-Olanda skont l-Artikolu 95(5) KE u li jistabbilixxi limiti fuq l-emissjoni ta' partiċelli minn vetturi b'magna diesel (ĠU 2006 L 141, p. 16 ).

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta' Ġunju 2007, Ir-Renju tal-Olanda vs Il-Kummissjoni (T-182/06), hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni 2006/372/KE tal-Kummissjoni, tat-3 ta' Mejju 2006, dwar abbozz ta' dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikat mir-Renju tal-Olanda skont l-Artikolu 95(5) KE u li jistabbilixxi limiti fuq l-emissjoni ta' partiċelli minn vetturi b'magna diesel, hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-95/08) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/9/KE - Nuqqas ta' nomina tal-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjoni tal-laboratorji u għall-verifika tal-istudji mwettqin minn dawn tal-aħħar sabiex jevalwaw il-konformità tagħhom mal-prattiki [fid-Direttiva, “prassi’] tajba tal-laboratorji)

(2008/C 327/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: G. Rozet u P. Oliver, aġenti]

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu [rappreżentant: C. Schiltz, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar tal-2004, dwar l-ispezzjoni u verifika ta' prassi tajba ta' laboratorji (GLP) (ĠU L 50, p. 28) — Nuqqas ta' nomina tal-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjoni tal-laboratorji u għall-verifika tal-istudji mwettqin minn dawn tal-aħħar sabiex jevalwaw il-konformità tagħhom mal-prattiki tajba tal-laboratorji

Dispożittiv

1)

Billi ma stabbilixxiex awtoritajiet responsabbli għall-kontroll tal-implementazzjoni tal-prinċipji ta' prattiki tajba tal-laboratorju, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar tal-2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta' prassi tajba ta' laboratorji (GLP).

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 116, 9.5.2008.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance ta' Nanterre — Franza) — Société Roquette Frères vs Direction générale des douanes et droits indirects, Recette principale de Gennevilliers de la Direction générale des douanes et des droits indirects

(Kawża C-466/06) (1)

(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor - Isoglukożju - Iffissar tal-kwantitajiet bażiċi sabiex jiġu attribwiti l-kwoti ta' produzzjoni - Isoglukożju prodott bħala prodott intermedjarju - Artikolu 24(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 - Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 2038/1999 - Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2073/2000 - Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 - Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2002 - Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1739/2003 - Taxxi tal-produzzjoni - Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kwoti - Teħid in kunsiderazzjoni tal-kwantitajiet ta' zokkor li jinsab fil-prodotti proċessati - Determinazzjoni tal-eċċess esportabbli - Determinazzjoni tat-telf medju)

(2008/C 327/10)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Nanterre

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Roquette Frères

Konvenuti: Direction générale des douanes et droits indirects, Recette principale de Gennevilliers de la Direction générale des douanes et des droits indirects

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de grande instance ta' Nanterre (Franza) — Validità tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81, tal-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 2038/1999, tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2073/2000, tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2002 u tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1739/2003 — Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor — Kwoti ta' produzzjoni ta' isoglukożju — (Non) inklużjoni tal-isoglukożju użat bħala prodott intermedjarju — Validità tar-Regolamenti (KEE) Nru 1443/82 u (KE) Nru 314/2002 — Metodu ta' kalkolu tat-taxxi dovuti fir-rigward tal-produzzjoni tal-isoglukożju

Dispożittiv

1)

L-eżami tal-ewwel domanda magħmula ma rrevela l-ebda element ta' natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81, tat-30 ta' Ġunju 1981, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, tal-Artikolu 27(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2038/1999, tat-13 ta' Settembru 1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2000, tad-29 ta' Settembru 2000, li jnaqqas, għas-sena tas-suq 2000/2001 il-kwantità garantita taħt l-iskema ta' kwoti tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor u l-provvista massima meqjusa meħtieġa għar-raffineriji taz-zokkor taħt l-iskemi ta' importazzjonijiet preferenzjali, tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1745/2002, tat-30 ta' Settembru 2002, li jnaqqas, għas-sena tas-suq 2002/2003 il-kwantità garantita taħt l-iskema ta' kwoti tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor u l-provvista massima meqjusa meħtieġa għar-raffineriji taz-zokkor taħt l-iskemi ta' importazzjonijiet preferenzjali, u tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1739/2003, tat-30 ta' Settembru 2003, li jnaqqas, għas-sena tas-suq 2003/2004 il-kwantità garantita taħt il-kwoti tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor u l-provvista massima meqjusa meħtieġa għar-raffineriji taz-zokkor taħt l-importazzjonijiet preferenzjali.

2)

L-eżami tas-subparagrafu 1 tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru1443/82, tat-8 ta' Ġunju 1982, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kwoti fis-settur taz-zokkor, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 392/94, u tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2002, tal-20 ta' Frar 2002, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kwoti fis-settur taz-zokkor, jekk ikun il-każ, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1140/2003, tas-27 ta' Ġunju, ma rrevela l-ebda element ta' natura li jaffettwa l-validità tagħhom.


(1)  ĠU C 154, 1.7.2006.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Treviso (l-Italja) fit-18 ta' Awwissu 2008 — Proċedura kriminali kontra Luigi Pontini, Emanuele Rech, Dino Bonora, Giovanni Forato, Laura Forato, Adele Adami, Ivo Colomberotto

(Kawża C-375/08)

(2008/C 327/11)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Treviso

Partijiet fil-kawża prinċipali

Luigi Pontini, Emanuele Rech, Dino Bonora, Giovanni Forato, Laura Forato, Adele Adami, Ivo Colomberotto

Domanda preliminari

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja, u, b'mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 (1), dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella, tissuġġetta l-għoti ta' għajnuna finanzjarja għall-użu ta' artijiet bħala mergħa, għall-eżistenza ta' titolu ta' prorprjetà jew titoli legali oħra li jiġġustifikaw l-użu tal-art inkwistjoni?


(1)  ĠU L 160, p. 21.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fit-18 ta' Awwissu 2008 — Serrantoni Srl, Consorzio stabile edili scrl vs Comune di Milano

(Kawża C-376/08)

(2008/C 327/12)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Serrantoni Srl e Consorzio stabile edili scrl

Konvenut: Comune di Milano

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Artikolu 36(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tat-12 ta' April 2006, kif emendat mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 113 tal-31 ta' Lulju 2007, li jipprevedu:

fil-każ ta' membru ta' konsorzju li jitfa' offerta, l-esklużjoni awtomatika mill-proċeduri ta' għoti ta' kuntratt ta' entità assoċjata, minħabba l-fatt biss li għandha forma ġuridika speċifika (dik ta' konsorzju stabbli) minflok forom ġuridiċi oħra sostanzjalment identiċi (konsorzju ta' kooperattivi u ta' xogħol jew konsorzju ta' impriżi tal-artiġjanat),

u fl-istess ħin, fil-każ ta' konsorzju stabbli li jipparteċipa, li jkun ukoll iddikjara li ser jitfa offerta f'isem impriżi diversi u li ser jagħti x-xogħlijiet lil diversi impriżi fil-każ ta' għoti ta' kuntratt, l-esklużjoni awtomatika ta' impriża minħabba l-fatt formali biss li aderixxiet għal dan il-konsorzju,

jipprekludu l-applikazzjoni korretta tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18/KE (1), tal-31 ta' Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi?

2)

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Artikolu 36(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tat-12 ta' April 2006, kif emendat bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 113 tal-31 ta' Lulju 2007, li jipprevedu:

fil-każ ta' membru ta' konsorzju li jipparteċipa, l-esklużjoni awtomatika mis-sejħa ta' offerti ta' entità assoċjata, minħabba l-fatt biss li għandha forma ġuridika speċifika (dik ta' konsorzju stabbli) minflok forom ġuridiċi oħra sostanzjalment identiċi (konsorzju ta' kooperattivi u ta' xogħol jew konsorzju ta' impriżi tal-artiġjanat),

u fl fl-istess ħin, fil-każ ta' konsorzju stabbli li jipparteċipa, li jkun ukoll iddikjara li ser jitfa offerta f'isem impriżi diversi u li ser jagħti x-xogħlijiet lil diversi impriżi fil-każ ta' għoti ta' kuntratt, l-esklużjoni awtomatika ta' impriża minħabba l-fatt formali biss li aderixxiet għal dan il-konsorzju,

jipprekludu l-applikazzjoni korretta tal-Artikoli 39 KE, 43 KE, 49 KE u 81 KE?


(1)  ĠU L 134, p. 114.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d'appello di Roma (L-Italja) fit-12 ta' Settembru 2008 — Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Tiziana Bruno u Massimo Pettini

(Kawża C-395/08)

(2008/C 327/13)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d'appello di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Konvenuti: Tiziana Bruno u Massimo Pettini

Domandi preliminari

1)

Il-regola fil-leġiżlazzjoni Taljana stabbilita fl-Artikolu 7(1) tal-Liġi 638/83, li tirriżulta f'sitwazzjoni fejn il-perijodi mhux maħduma bħala part-time vertikali ma jitqiesux bħala perijodi ta' kontribuzzjoni għall-akkwist tad-dritt għal pensjoni, hija konformi mad-Direttiva 97/81/KE (1), u b'mod partikolari, mal-Artikolu 4 dwar il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni?

2)

L-imsemmija sistema nazzjonali hija konformi mal-imsemmija Direttiva, u b'mod partikolari, mal-Klawżola 1 [tal-Ftehim Qafas], li tipprovdi li s-sistema nazzjonali għandha tiffaċilita l-iżvilupp tax-xogħol part-time, mal-Klawżola 4 u mal-Klawżola 5, li jipprovdu li l-Istati Membri għandhom jeliminaw l-ostakoli ta' natura legali li jillimitaw l-aċċess għal xogħol part-time, peress li mhemmx dubju li n-nuqqas tat-teħid inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-pensjoni, ta' ġimgħat mhux maħduma, jikkostitwixxi ostakolu sinjifikattiv fl-għażla ta' xogħol part-time tat-tip vertikali?

3)

Il-Klawżola 4 dwar il-prinċpju ta' non-diskriminazzjoni tista' testendi wkoll għal tipi differenti ta' kuntratti part-time, safejn, fil-każ ta' xogħol part-time orizzontali, għal numru identiku ta' sigħat maħduma u mħallsa fis-sena kalendarja, il-ġimgħat kollha tas-sena kalendarja jittieħdu inkunsiderazzjoni abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, għad-differenza ta' xogħol part-time vertikali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta' Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC — L-Anness: Il-ftehim qafas dwar xogħol part-time — ĠU 1998, L 14, p. 9.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d'appello di Roma (l-Italja) fit-12 ta' Settembru 2008 — Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Daniela Lotti u Clara Matteucci

(Kawża C-396/08)

(2008/C 327/14)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d'appello di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Konvenuti: Daniela Lotti u Clara Matteucci

Domandi preliminari

1)

Il-leġiżlazzjoni Taljana (jiġifieri, l-Artikolu 7(1) tal-Liġi 638/83) li twassal sabiex perijodi li fihom persuna ma tkunx ħadmet fil-qafas ta' xogħol part-time vertikali, ma jittieħdux inkunsiderazzjoni bħala perijodu ta' kontribuzzjonijiet utli għall-kisba ta' drittijiet għall-pensjoni, hija kompatibbli mad-Direttiva 97/81/KE (1), u b'mod partikolari, mal-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas anness magħha, dwar il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni?

2)

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tissemma fid-domanda ta' qabel, hija konformi mad-direttiva u b'mod partikolari, mal-Klawżola 1 tal-Ftehim Qafas anness magħha, fejn huwa stabbilit li l-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tiffaċilita l-iżvilupp tax-xogħol part-time, u mal-Klawżoli 4 u 5 tal-Ftehim Qafas imsemmi iktar 'il fuq, li jimponu obbligu fuq l-Istati Membri li jeliminaw l-ostakli ta' natura legali jew amministrattiva li jistgħu jillimitaw l-opportunitajiet ta' xogħol part-time, peress li m'hemmx dubju li n-nuqqas ta' teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-pensjoni, tal-ġimgħat li fihom persuna ma tkunx ħadmet, jikkostitwixxi ostaklu sinjifikanti għall-għażla ta' xogħol part-time vertikali?

3)

Il-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas imsemmi iktar 'il fuq dwar il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni tista' tiġi estiża wkoll għad-diversi tipi ta' kuntratti part-time peress li, fil-każ ta' xogħol part-time orizzontali, għal numru ekwivalenti ta' sigħat ta' xogħol li għalihom titħallas remunerazzjoni fis-sena kalendarja, il-ġimgħat kollha tas-sena kalendarja jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, filwaqt li dan mhuwiex il-każ għax-xogħol part-time vertikali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta' Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC — Anness: Il-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time (ĠU 1998, L 14, p. 9).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/9


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-401/08)

(2008/C 327/15)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima, A. Sipos, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li peress li l-awtoritajiet Awstrijaċi kompetenti naqsu milli jfasslu pjani ta' emerġenza esterni għall-istabbilimenti kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (1), tad-9 ta' Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 11(1)(ċ) ta' din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 11(1)(ċ) tad-Direttiva 96/82/KE jeżiġi li l-Istati Membri jipprovdu, għall-istabbilimenti kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 9 ta' din id-direttiva, sabiex l-awtoritajiet innominati għal dan il-għan ifasslu pjan ta' emerġenza estern għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbiliment. Tali pjani ta' emerġenza esterni m'għandhomx jinkludu biss informazjoni rigward il-miżuri ta' intervent fi ħdan u barra mis-sit, iżda għandhom ukoll jipprovdu lill-pubbliku informazzjoni specifica fuq l-inċident u fuq l-aġir li għandu jiġu adottat. Barra minn hekk, fil-pjani ta' emerġenza esterni għandhom jiġu inklużi, pereżempju, f'każ ta' inċident rilevanti bil-possibbiltà ta' konsegwenzi transkonfinali, ukoll informazzjoni intima għas-servizzi ta' emerġenza u tal-ewwel għajnuna fl-Istati Membri l-oħrajn.

Dan ir-rikors huwa intiż sabiex jiġi stabbilit jekk, peress li ma fasslitx pjani ta' emerġenza esterni għall-istabbilimenti kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/82/KE, ir-Repubblika tal-Awstrija kisritx l-Artikolu 11(1)(ċ) ta' din id-direttiva.


(1)  ĠU L 10, p. 13.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Naumburg (Il-Ġermanja) fit-18 ta' Settembru 2008 — Investitionsbank Sachsen-Anhalt — Anstalt der Norddeutschen Landesbank — Girozentrale vs Bezirksrevisorin beim Landgericht Magdeburg für die Landeskasse des Landes Sachsen-Anhalt

(Kawża C-404/08)

(2008/C 327/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Naumburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Investitionsbank Sachsen-Anhalt — Anstalt der Norddeutschen Landesbank — Girozentrale

Konvenuta: Bezirksrevisorin beim Landgericht Magdeburg für die Landeskasse des Landes Sachsen-Anhalt

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 86(1) KE, moqri flimkien mal-Artikolu 81(1)(a) u (d) u l-Artikolu 81(2) KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mill-ispejjeż legali u mid-drittijiet professjonali mogħtija mill-Land ta' Sachsen-Anhalt lill-Bank ta' Investiment stabbilit skont l-Artikolu 6(1) tal-Investitionsbank-Begleitgesetz (Liġi Sussidjarja tal-Bank ta' Investiment) tat-18 ta' Diċembru 2003 (ippubblikata fil-Gesetz- und Verordnungsblatt Land Sachsen-Anhalt Nru 47/2003 p. 371) hija invalida?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 86(2) KE, ir-regoli Komunitarji dwar il-kompetizzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li, l-istess bħal-Land ta' Sachsen-Anhalt, il-Bank ta' Investiment jibbenefika mill-eżenzjoni tal-ispejjeż legali u tad-drittijiet professjonali fil-każijiet biss fejn iwettaq kompiti uffiċjali fil-kuntest tal-Artikolu 6 tar-Regolament tat-30 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi l-Bank ta' Investiment ta' Sachsen-Anhalt (ippubblikat fil-Gesetz- und Verordnungsblatt Land Sachsen-Anhalt p. 534) kif emendat mir-Regolament rettifikattiv tat-2 ta' Diċembru 2006?


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Naumburg (il-Ġermanja) fit-18 ta' Settembru 2008 — Investitionsbank Sachsen-Anhalt — Anstalt der Norddeutschen Landesbank — Girozentrale vs Bezirksrevisorin beim Landgericht Magdeburg für die Landeskasse des Landes Sachsen-Anhalt

(Kawża C-409/08)

(2008/C 327/17)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Naumburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Investitionsbank Sachsen-Anhalt — Anstalt der Norddeutschen Landesbank — Girozentrale

Konvenuta: Bezirksrevisorin beim Landgericht Magdeburg für die Landeskasse des Landes Sachsen-Anhalt

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 86(1) KE, moqri fid-dawl tal-Artikolu 81(1)(a) u (d), u (2) KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti (taxxi u spejjeż) mogħtija taħt l-Artikolu 6(1) tal-Investitionsbank-Begleitgesetz (Liġi anċillari dwar l-Investitionsbank) tat-18 ta' Diċembru 2003 (Gesetz- und Verordnungsblatt tal-Land ta' Sachsen-Anhalt Nru 47/2003, p. 371) mil-Land ta' Sachsen-Anhalt lill-Investitionsbank, stabbilit fuq inizjativa tal-Land stess, hija nulla minħabba ksur tal-projbizzjoni ta' prattiki antikompetittivi?

2)

Fil-każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda: Ir-regoli tal-kompetizzjoni tad-dritt Komunitarju fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 86(2) KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Investitionsbank jibbenefika, bħal-Land ta' Sachsen-Anhalt, minn eżenzjoni mill-ispejjeż u t-taxxi tal-qorti biss fil-qadi tad-dmirijiet pubbliċi tiegħu fis-sens tal-Artikolu 6 tal-Verordnung über die Errichtung der Investitionsbank Sachsen-Anhalt (Regolament li jistabbilixxi l-Investitionsbank ta' Sachsen-Anhalt), tat-30 ta' Diċembru 2003 (GVBl. LSA 2004, p. 20), kif emendat bir-Regolament li jemenda tat-2 ta' Diċembru 2006 (GVB1. LSA p. 534)?


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit-22 ta' Settembru 2008 — Swiss Caps AG vs Hauptzollamt Singen

(Kawża C-411/08)

(2008/C 327/18)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Swiss Caps AG

Konvenuta: Hauptzollamt Singen

Domandi preliminari

1)

Il-punt 5 tar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kapsuli tal-pilloli magħmula minn trab tal-lamtu u li fihom sustanzi li huma ta' supplement għad-dieta għandhom jiġu kkunsidrati bħala imballaġġ?

2)

Fil-każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda:

L-intestatura 1515 tan-nomenklatura magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li kapsuli tal-pilloli magħmula minn trab tal-lamtu u li fihom 580 mg ta' konċentrat ta' żejt tan-nebbieta tal-qamħ jaffettwaw in-natura tal-prodott b'tali mod li dan huwa eskluż mill-intestatura 1515 tan-nomenklatura magħquda?


(1)  ĠU L 256, p. 1.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/11


Appell ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 minn Lafarge SA mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) fil-Kawża T-54/03 fit-8 ta' Lulju 2008, Lafarge SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-413/08 P)

(2008/C 327/19)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanta: Lafarge SA (rappreżentanti: A. Winckler, F. Brunet, E. Paroche, H. Kanellopoulos, avukati)

Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' Lulju 2008, fil-Kawża T-54/03 u, billi tilqa' t-talbiet magħmula fl-ewwel istanza, tannulla konsegwentement, skont l-Artikolu 229 tat-Trattat KE, l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill 17/62 (1), li sar l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003 (2), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru 2005/471/KE tas-27 ta' Novembru 2002 (3), sa fejn hija timponi multa fuq l-appellanta;

sussidjarjament, tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza, tat-8 ta' Lulju 2008, fil-Kawża T-54/03 u, billi tilqa' t-talbiet magħmula fl-ewwel istanza, tnaqqas konsegwentement l-ammont tal-multa imposta mill-Kummissjoni fuq l-appellanta fid-Deċiżjoni Nru 2005/471/KE tas-27 ta' Novembru 2002;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanta tinvoka sitt aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, il-kumpannija appellanta ssostni, b'mod prinċipali, li l-Qorti tal-Prim'Istanza żnaturat l-evalwazzjoni tagħha sa fejn hija ddeċidiet li l-Kummissjoni setgħet validament tibbaża l-eżistenza nfisha tal-ksur b'riferiment għal allegat kuntest ta' ksur globali ta' skambju ta' informazzjoni li wassal għal restrizzjoni tal-kompetizzjoni u għal stabbiliment tas-suq tal-folji tal-ġibs.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanta tallega l-ksur tar-regoli dwar l-oneru tal-prova, tal-prinċipju tal-preżunzjoni ta' innoċenza u tal-korollarju tiegħu, il-prinċipju “in dubio pro reo”, sa fejn il-Qorti tal-Prim'Istanza qieset li l-Kummissjoni stabbiliet il-parteċipazzjoni tal-appellanta fi ksur uniku, kumpless u kontinwu fin-nuqqas saħansitra tal-provi li jistgħu jistabbilixxu l-eżistenza u t-tul ta' żmien tal-ksur.

Permezz tat-tielet aggravju tagħha, l-appellanta tinvoka l-ksur, mill-Qorti tal-Prim'Istanza, tal-obbligu ta' motivazzjoni kif ukoll tal-prinċipju ta' trattament ugwali sa fejn hija kkonfermat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni li qieset bħala suffiċjenti serje ta' provi sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza tal-ksur mill-appellanta, meta dawn l-istess provi tqiesu bħala mhux suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza tal-istess ksur minn kumpannija kompetitriċi.

Permezz tar-raba' aggravju tagħha, l-appellanta ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza kisret il-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' trattament ugwali sa fejn hija ma kkritikatx l-ammont tat-tluq tal-multa imposta, li ġiet stabbilita mill-Kummissjoni mingħajr ma ttieħdu inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ ta' Lafrage u l-partijiet tagħha mis-suq meta mqabblin ma' dawk tal-kompetituri tagħha.

Permezz tal-ħames aggravju tagħha, l-appellanta tallega li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet diversi żbalji ta' liġi u kisret l-obbligu tagħha ta' motivazzjoni sa fejn hija ddeċidiet li l-Kummissjoni ġustament żiedet il-multa imposta fuq l-appellanta minħabba reċidività meta ma kinitx teżisti bażi ġuridika, u lanqas kundanna definittiva li tista' tiġġustifika tali żieda. B'dan il-mod, il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret kemm il-prinċipju ġenerali tal-legalità tal-pieni kif ukoll dak taċ-ċertezza legali u dak tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.

Permezz tas-sitt u s-seba' aggravji tagħha, l-appellanta tallega fl-aħħar nett li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ġustament żiedet l-ammont tat-tluq tal-multa għal effett dissważiv, meta hija kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-ammont finali ta' din tal-aħħar sabiex tevalwa jekk kienx xieraq li tiġi miżjuda l-multa għal dan l-effett.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 17/62, tas-7 ta' Frar 1962, L-Ewwel Regolament fuq l-implementazzjoni tal-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat (ĠU 13, p. 204).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU 2003, L 1, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2002 fil-Kawża COMP/E-1/37. 152, Folji tal-ġibs, ĠU 2005, L 166, p. 8).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Berlin (Il-Ġermanja) fit-23 ta' Settembru 2008 — Yasar Erdil vs Land Berlin

(Kawża C-420/08)

(2008/C 327/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet

Rikorrent: Yasar Erdil

Konvenut: Land Berlin

Domanda preliminari

Ċittadin Tork li l-istatus legali tiegħu jirriżulta mit-tieni subinċiż tal-ewwel frażi tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni Nru 1/80 u li ilu jgħix fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja minn meta twieled fl-1989, jista' jibbaża ruħu fuq il-protezzjoni speċjali kontra tkeċċija, stabbilita skont l-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) tad-29 ta' April 2004 (ĠU L 158 tat-30 ta' April 2004, p. 77; verżjoni rrettifikata ppubblikata fil-ĠU L 229 tat-28 ta' Ġunju 2004)?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE); (ĠU L 158, p. 77). (Rettifika tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 229, p. 35)


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Il-Belġju) fis-26 ta' Settembru 2008 — Enviro Tech (Europe) Ltd vs L-Istat tal-Belġju

(Kawża C-425/08)

(2008/C 327/21)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Enviro Tech (Europe) Ltd

Konvenut: L-Istat tal-Belġju

Domandi preliminari

L-ewwel domanda:

Id-Direttiva 2004/73/KE (1) hija konformi mad-Direttiva Qafas 67/548/KEE (2), b'mod iktar partikolari, mal-punt A.9 tal-Anness V, li jistabbilixxi l-metodi tad-determinazzjoni tat-temperatura l-iktar baxxa li fiha l-nPB tista' taqbad (flash points), sa fejn tikklassifika l-nPB bħala sustanza faċilment fjammabbli (R 11) fuq il-bażi ta' test wieħed imwettaq f'temperatura ta' -10oC?

Id-Direttiva 2004/73/KE hija konformi mad-Direttiva Qafas 67/548/KEE, b'mod iktar partikolari, mal-punt 4.2.3 tal-Anness VI tagħha, sa fejn tikklassifika l-nPB bħala sustanza tal-kategorija 2 li hija tossika għar-riproduzzjoni (R 60), minn naħa, mingħajr riżultati ċari, fi studji xierqa fuq annimal, tal-effetti tossiċi osservati sabiex tiġġustifika preżunzjoni qawwija li l-espożizzjoni tal-bniedem għal sustanza bħal din tista' twassal għal effetti tossiċi fuq l-iżvilupp u, min-naħa l-oħra, fuq il-bażi tat-testijiet li fihom ġew osservati effetti tossiċi biss fl-annimali li jiġu ssuġġettati għal konċentrazzjoni ta' 250 PPM, jiġifieri ħdax-il darba iktar mill-massimu u erbgħin darba l-medja tal-konċentrazzjoni ta' nBP li għaliha l-bniedem huwa espost meta juża l-prodott?

Id-Direttiva 2004/73/KE hija konformi mad-Direttiva Qafas 67/548/KEE, b'mod iktar partikolari, mal-Annessi V u VI tagħha, sa fejn tikklassifika l-nPB bħala sustanza faċilment fjammabbli (R 11) u bħala sustanza tal-kategorija 2 li hija tossika għar-riproduzzjoni (R 60) fuq il-bażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni mingħajr ma jiġu osservati l-metodi u l-kriterji stabbiliti fl-Annessi V u VI tad-Direttiva 67/548/KEE?

Id-Direttiva 2004/73/KE hija konformi mad-Direttiva Qafas 67/548/KEE, sa fejn tikklassifika l-nPB bħala sustanza faċilment fjammabbli (R 11) u bħala sustanza tal-kategorija 2 li hija tossika għar-riproduzzjoni (R 60) fuq il-bażi ta' testijiet li huma differenti minn dawk magħmula fuq prodotti kompetituri, b'mod partikolari, il-kloru tal-aloġenu, u bi ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità?

It-tieni domanda:

F'każ ta' non-konformità tad-Direttiva 2004/73/KE mad-Direttiva 67/548/KEE, ir-Renju tal-Belġju kellu jastjeni milli jittrasponi fid-dritt nazzjonali l-klassifikazzjoni tal-nPB kif tirriżulta mid-Direttiva 2004/73/KE, jew anki jirrifjuta li jaċċetta din il-klassifikazzjoni, minkejja li skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/73/KE, “L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Ottubru 2005, l-aktar tard”?


(1)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE, tad-29 ta' April 2004, li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardjaw il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 152, p. 1).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1967, rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, p. 1).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunals, Londra (ir-Renju Unit) fid-29 ta' Settembru 2008 — Terex Equipment Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

(Kawża C-430/08)

(2008/C 327/22)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

VAT and Duties Tribunals, Londra (fuq talba tal-Edinburgh Tribunal Centre).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Terex Equipment Ltd.

Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs.

Domandi preliminari

1)

Il-Kodiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 78 tiegħu, jippermetti r-reviżjoni tad-dikjarazzjoni sabiex issir korrezzjoni fil-kodiċi ta' proċedura doganali (KPD) u, jekk dan huwa l-każ, il-Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs (HMRC) huma meħtieġa jemendaw id-dikjarazzjoni u jirregolarizzaw is-sitwazzjoni?

2)

F'dan il-każ, il-merkanzija tneħħiet mis-sorveljanza doganali b'mod illegali fis-sens tal-Artikolu 203(1) tal-Kodiċi minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 865 tar-Regolament ta' implementazzjoni (2)?

3)

Jekk dan huwa l-każ, kien, minħabba f'hekk, inkors dejn doganali fuq l-importazzjoni taħt l-Artikolu 203 tal-Kodiċi?

4)

Anki jekk ma kienx hemm dejn doganali taħt l-Artikolu 203 tal-Kodiċi, kien inkors dejn doganali taħt l-Artikolu 204 fid-dawl

i)

tal-konstatazzjonijiet dwar “traskuraġni ovvja” u

ii)

tal-kwistjoni jekk l-HMRC naqsux milli jikkonformaw ruħhom mal-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi minħabba li ma kkomunikawx id-debitu doganali taħt l-Artikolu 204 fit-terminu previst?

5)

Peress li:

i)

ma jista' jkun hemm ebda regolarizzazzjoni taħt l-Artikolu 78 tal-Kodiċi, u

ii)

kien hemm dejn doganali, u

iii)

kien hemm sitwazzjoni speċjali kif ikkontempata fl-Artikolu 899 tar-Regolament ta' implementazzjoni,

seta' t-Tribunal jikkonkludi li ma kienx hemm traskuraġni ovvja b'tali mod li għandu jkun hemm remissjoni tad-dejn doganali taħt l-Artikolu 239 tal-Kodiċi?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta' Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, p. 1).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunals, Londra (Ir-Renju Unit) fid-29 ta' Settembru 2008 — FG Wilson (Engineering) Ltd, Caterpillar EPG Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

(Kawża C-431/08)

(2008/C 327/23)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

VAT and Duties Tribunals, Londra (fuq talba minn Northern Ireland Tribunal Centre)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FG Wilson (Engineering) Ltd, Caterpillar EPG Ltd.

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

Domandi preliminari

1)

Il-merkanzija f'din il-kawża ġiet imneħħija kontra l-liġi mis-sorveljanza doganali skont it-tifsira tal-Artikolu 203(1) tal-Kodiċi (1), permezz tal-Artikolu 865 RI (2)?

2)

F'dan il-każ, kien b'hekk ġie inkors dejn doganali fuq l-importazzjoni taħt l-Artikolu 203 tal-Kodiċi?

3)

Jekk ir-risposti għad-domandi 1 u 2 huma fl-affermattiv, il-Kodiċi, u b'mod partikolari l-Artikolu 78(3), jippermetti reviżjoni tad-dikjarazzjoni sabiex ikun korrett il-Kodiċi tal-Proċedura Doganali (KPD) u jekk iva, HMRC huma meħtieġa jemendaw id-dikjarazzjoni u jirregolarizzaw is-sitwazzjoni?

4)

Jekk ma jistax ikun hemm regolarizzazzjoni taħt l-Artikolu 78 tal-Kodiċi u fid-dawl tal-fatt li kien hemm dejn doganali taħt l-Artikolu 203 tal-Kodiċi u tal-fatt li mhuwiex ikkontestat li kien hemm sitwazzjoni speċjali kif prevista mill-Artikolu 899 RI, fiċ-ċirkostanzi u fid-dawl tal-konstatazzjonijiet li jsegwu kien possibbli għat-Tribunal jikkonkludi li ma kien hemm l-ebda negliġenza ovvja preżenti, b'tali mod li d-dejn doganali jkollu jitħallas lura taħt l-Artikolu 239 tal-Kodiċi u t-talba għad-dejn doganali tiġi rtirata? B'mod partikolari, meta jikkunsidraw jekk kienx hemm negliġenza ovvja min-naħa tal-kummerċjant ikkonċernat, l-awtoritajiet kompetenti huma intitolati jieħdu kont tal-fatt li n-nuqqas tal-awtorità fiskali mid-dover tagħha ta' premura u ġestjoni kkontribwixxa għall-iżbalji li wasslu għad-dejn doganali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità ĠU L 302, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju ĠU L 253, p. 1.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fis-6 ta' Ottubru 2008 — F. Gielen vs Staatssecretaris van Financiën (Segretarju tal-Istat għall-Finanzi)

(Kawża C-440/08)

(2008/C 327/24)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: F. Gielen

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën (Segretarju tal-Istat għall-Finanzi)

Domandi preliminari

L-Artikolu 43 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni fiskali ta' Stat Membru fuq il-profitt li ċittadin ta' Stat Membru ieħor (persuna taxxabbli barranija) għamel minn parti tal-impriża tiegħu stabbilita fl-ewwel Stat Membru jekk, meta tiġi interpretata b'ċertu mod, din id-dispożizzjoni toħloq effettivament diskriminazzjoni kuntrarja fiha nfisha għall-Artikolu 43 KE bejn il-persuni taxxabbli nazzjonali u l-persuni taxxabbli barranin, iżda l-persuna taxxabbli barranija kellha l-possibbiltà tagħżel bejn li tiġi ttrattata bħala persuna taxxabbli nazzjonali u, minħabba raġunjiet personali, ma għamlitx użu minn din il-possibbiltà?


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (Repubblika tal-Polonja), fis-7 ta' Ottubru 2008 — Elektrownia Pątnów II sp. z o. o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

(Kawża C-441/08)

(2008/C 327/25)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elektrownia Pątnów II sp. z o. o.

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

Domandi preliminari

Id-dritt Komunitarju (b'mod partikolari d-Direttiva 69/335/KEE) (1) jobbliga lill-amministrazzjoni fiskali, meta tissuġġetta żieda fil-kapital għad-dazju kapitali, li tieħu inkunsiderazzjoni l-operazzjonijiet li jirrigwardaw l-istess kontribuzzjoni u li kienu s-suġġett ta' dazju kapitali qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja fl-Unjoni Ewropea?

B'mod partikolari, il-mekkaniżmu previst fit-tieni inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/335/KEE japplika fil-każ fejn il-konverżjoni f'ishma ta' self mogħti lill-kumpannija b'kapital azzjonarju, kif ipprovdut fl-Artikolu 4(2)(ċ) tad-Direttiva, isseħħ wara l-adeżjoni, iżda fejn dan is-self kien diġà suġġett qabel, fuq il-bażi tal-leġizzlazzjoni nazzjonali fis-seħħ sad-data tal-adeżjoni, għal taxxa skont il-prinċipji ddefiniti fil-liġi Pollakka dwar it-taxxi fuq l-atti ta' dritt ċivili?


(1)  ĠU 1969, L 249, p. 25.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/15


Appell ippreżentat fit-8 ta' Ottubru 2008 minn Região autónoma dos Açores kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) mogħtija fl-1 ta' Lulju 2008 fil-Kawża T-37/04: Região Autónoma dos Açores vs Il-Kunsil tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-444/08 P)

(2008/C 327/26)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellant: Região autónoma dos Açores (rappreżentanti: M. Renouf, Solicitor, C. Bryant, Solicitor, H. Mercer QC)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju ta' Spanja, Seas at Risk VZW, WWF — World Wide Fund for Nature, Stichting Greenpeace Council

Talbiet

L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:

Tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-1 ta' Lulju 2008 fil-Kawża T-37/04;

Tilqa' bħala ammissibbli r-rikors fil-Kawża T-37/04;

Tannulla l-Artikoli 3 u 11 u l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill 1954/2003 (1) safejn dawn: a) jipprovdu għall-isforz għas-sajd taħt ir-Regolament sabiex jiġi ddeterminat b'referenza biss għall-ispeċji kkonċernati u ż-żoni ICES/CECAF iżda mhux ukoll b'referenza għat-tip ta' tagħmir użat, kemm jekk fiss jew irmonkat; u b) jeskludu speċji f'baħar fond (jiġifieri dawk l-ispeċji tal-qiegħ koperti mir-Regolament Nru 2347/2002 (2)) mill-iskop tal-Artikoli 3 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill 1954/2003.

Tannulla l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill 1954/2003 safejn it-tħassir tar-Regolamenti 685/95 (3) u 2027/95 (4): a) Ineħħi (i) il-poter tal-Komunità sabiex tiddetermina l-isforz għas-sajd b'referenza mhux biss ta' speċji partikolari u ż-żoni ICES/CECAF iżda wkoll b'referenza għat-tip ta' tagħmir użat, u (ii) id-determinazzjoni tal-isforz għas-sajd, kif effettwat mir-Regolament 2027/95; b) Ineħħi (i) il-poter ta' determinazzjoni tal-isforz massimu annwali għas-sajd skond iż-żona fir-rigward ta' speċji f'baħar fond (jiġifieri dawk l-ispeċji tal-qiegħ koperti bir-Regolament Nru 2347/2002) u (ii) id-determinazzjoni tal-isforz massimu annwali għas-sajd, kif effettwat mir-Regolament 2027/95; ċ) Ineħħi l-esklużjoni ta' aċċess għal bastimenti Spantoli fl-ibħra tal-Azores għas-sajd ta' tonn jew ta' speċji li jixbhu lit-tonn;

Tannulla l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill 1954/2003 safejn dan ma jeskludix l-aċċess għal bastimenti Spantoli fl-ibħra tal-Azores għas-sajd ta' tonn jew ta' speċji li jixbhu lit-tonn;

Tirreferi l-kawża lura lill-Qorti tal-Prim'Istanza jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma tikkunsidrax li hija fi stat li tiddeċiedi definittivament il-kawża; u

Tordna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas l-ispejjeż tar-Reġjun Awtonomu tal-Azores (Região Autónoma dos Açores) kemm għal proċeduri fil-prim'istanza u f'dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant iressaq seba' aggravji in sostenn tal-appell tiegħu kontra s-sentenza fuq imsemmija tal-Qorti tal-Prim'Istanza.

L-ewwel nett, il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta sabet li l-protezzjoni mogħtija lill-appellant skont l-Artikolu 299(2) KE ma kinitx biżżejjed sabiex tistabbilixxi li l-appellant huwa individwalment ikkonċernat bid-dispożizzjonijiet ikkontestati.

It-tieni nett, il-Qorti tal-Prim'Istanza kkonkludiet b'mod żbaljat li Stati Membri biss, u mhux anki awtoritajiet reġjonali, għandhom id-dritt li jiddefendu l-interessi ġenerali tat-territorju tagħhom.

It-tielet nett, il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta sabet naqset milli tiddistingwi bejn kunsiderazzjonijiet ta' natura ambjentali minn dawk ekonomiċi.

Ir-raba' nett, il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta sabet li d-dispożizzjonijiet ikkontestati ma kienx ikollhom effetti ta' ħsara għall-stokkijiet ta' ħut u għall-ambjent tal-baħar tal-Azores u, għaldaqstant, għas-sopravivenza tas-settur tas-sajd fir-reġjun.

Il-ħames nett, il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta sabet li l-effett tad-dispożizzjonijiet ikkontestati fuq il-poteri leġiżlattivi u eżekuttivi tal-appellant ma għamilx lill-appellant individwalment ikkonċernat bid-dispożizzjonijiet.

Is-sitt nett, il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta kkonstatat li l-applikazzjoni tal-appellant ma kinitx ammissibbli minħabba li ma kienx hemm rimedju effettiv ieħor għall-appellant.

Is-seba' nett, il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta naqset milli tikkunsidra b'mod kumulattiv u b'mod separat il-fatturi li bbaża fuqhom l-appellant.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003, tal-4 ta' Novembru 2003, dwar l-immaniġġjar tal-isforz għas-sajd li jirrigwarda ċerti żoni u riżorsi tas-sajd tal-Komunità u li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 685/95 u (KE) Nru 2027/95 (ĠU L 289, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002, tas-16 ta' Diċembru 2002, li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' ħażniet tal-baħar fond (ĠU L 351, p. 6).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 685/95, tas-27 ta' Marzu 1995, dwar l-amministrazzjoni tax-xogħol tas-sajd li għandu x'jaqsam ma' ċerti arji u riżorsi tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 71, p. 5).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/95, tal-15 ta' Ġunju tal-1995, li jistabilixxi sistema għall-amministrazzjoni tal-isforzi li jsiru fis-sajd dwar ċerti arji u riżorsi tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 199, p. 1).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fid-9 ta' Ottubru 2008 — Société Solgar Vitamin's France, Valorimer SARL, Christian Fenioux, L'Arbre de Vie SARL, Société Source Claire, Nord Plantes EURL, Société RCS Distribution, Société Ponroy Santé — Intervenjenti: Syndicat de la Diététique et des Compléments Alimentaires vs Ministre de l'Économie, des Finances et de l'Emploi, Ministre de la Santé, de la Jeunesse et des Sports, Ministre de l'Agriculture et de la Pêche

(Kawża C-446/08)

(2008/C 327/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Solgar Vitamin's France, Valorimer SARL, Christian Fenioux, L'Arbre de Vie SARL, Société Source Claire, Nord Plantes EURL, Société RCS Distribution, Société Ponroy Santé

Konvenuti: Ministre de l'Économie, des Finances et de l'Emploi, Ministre de la Santé, de la Jeunesse et des Sports, Ministre de l'Agriculture et de la Pêche

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2002/46/KE tal-10 ta' Ġunju 2002 (1), b'mod partikolari l-Artikoli 5(4) u 11(2) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li jekk fil-prinċipju huwa għall-Kummissjoni li tiddefinixxi l-livelli massimi ta' vitamini u ta' minerali preżenti fis-supplimenti tal-ikel, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti sabiex jadottaw liġi fil-qasam sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat l-att Komunitarju mitlub?

2)

Fil-każ ta' risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

a)

L-Istati Membri, huma obbligati, fl-iffissar ta' dawn il-livelli massimi, jirrispettaw il-kundizzjonijiet imposti mill-Artikoli 28 u 30 tat-Trattat KE, li jibbażaw ruħhom fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva, inkluż ir-rekwiżit ta' kalkolu ta' riskju ibbażat fuq informazzjoni xjentifika ġeneralment aċċettata f'settur li għadhu kkaratterizzat minn inċertezza relattiva?

b)

Jista' Stat Membru jiffissa livelli massimi meta huwa impossibbli, bħal fil-każ tal-floridu, li jikkalkula bi preċiżjoni l-ammont ta' vitamini u minerali li ġejjin minn sorsi oħra tal-ikel, b'mod partikolari l-ilma tal-vit, għal kull grupp ta' konsumaturi u fuq bażi ta' territorju b'territorju? Jista', f'dan il-każ, jiffissa livell żero fejn huwa magħruf li hemm riskji, mingħajr il-bżonn li jirrikorru għall-proċedura ta' sigurtà prevista fl-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-10 ta' Ġunju 2002?

c)

Fl-iffissar ta' livelli massimi, jekk huwa possibbli li jittieħdu in kunsiderazzjoni gradi differenti ta' sensittività ta' gruppi differenti ta' konsumaturi skont l-Artikolu 5(1)(a) tad-direttiva, Stat Membru jista' wkoll jibbaża ruħu fuq il-fatt li miżura ntiża biss għall-pubbliku partikolarment espost għar-riskju, pereżempju ittikkettjar xieraq, tista' jiddiswadi dan il-grupp milli jirrikorri għal nutrijent li jkun ta' benefiċċju għalih f'doża żgħira? It-teħid inkunsiderazzjoni ta' din id-differenza ta' sensittività tista' tirriżulta fl-applikazzjoni lill-poplu kollu tal-livell massimu xieraq għal pubbliku sensittiv, b'mod partikolari t-tfal?

d)

Safejn jistgħu jiġu ffissati livelli massimi fin-nuqqas ta' livelli ta' sigurtà fil-każ fejn mhemm l-ebda perikolu għas-saħħa? B'mod iktar ġenerali, safejn u f'liema kundizzjonijiet l-ikkunsidrar ta' kriterji li għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni jista' jwassal sabiex jiġu ffissati livelli massimi li huma inqas b'mod sinjifikattiv mil-livelli ta' sigurtà aċċettati għal dawn in-nutrijenti?


(1)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta' Ġunju 2002, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, p. 51).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea hovrätt, l-Iżvezja fit-13 ta' Ottubru 2008 — Otto Sjöberg vs Åklagaren

(Kawża C-447/08)

(2008/C 327/28)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Svea hovrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Otto Sjöberg

Appellata: Åklagaren

Domandi preliminari

1)

F'ċertu ċirkustanzi, diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità fi swieq nazzjonali ta' logħob tal-ażżard u lotteriji tista' tkun iġġustifikata minħabba raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali?

2)

Jekk jeżistu numru ta' għanijiet segwiti mill-politika restrittiva adottata f'suq nazzjonali ta' logħob tal-ażżard u lotteriji u wieħed minnhom huwa l-iffinanzjar ta' attivitajiet soċjali, dan jista' jitqies bħala aspett pożittiv inċidentali, konsegwenza ta' din il-politika restrittiva? Fil-każ ta' risposta negattiva għal din id-domanda, il-politika restrittiva li qed tiġi segwita tista' tkun aċċettabbli jekk l-għan tal-iffinanzjar ta' attivitajiet soċjali ma jistax jitqies bħala l-għan prinċipali tal-politika restrittiva?

3)

L-Istat jista' jinvoka raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali bħala ġustifikazzjoni għal politika restrittiva tal-logħob tal-ażżard jekk kumpanniji kkontrollati mill-Istat jikkummerċjalizzaw l-logħob tal-ażżard u l-lotteriji, li l-qliegħ tagħhom imur f'idejn l-Istat, u wieħed mill-għanijiet ta' din il-kummerċjalizzazzjoni huwa l-iffinanzjar ta' attivitajiet soċjali? Fil-każ ta' risposta negattiva għal din id-domanda, il-politika restrittiva li qed tiġi segwita tista' tkun, madankollu, aċċettabbli jekk jiġi deċiż li l-iffinanzjar ta' attivitajiet soċjali mhuwiex l-għan prinċipali tal-kummerċjalizzazzjoni?

4)

Projbizzjoni totali fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta' logħob tal-ażżard u lotteriji organizzati fi Stat Membru ieħor minn kumpannija tal-logħob tal-ażżard stabbilita hemmhekk u ssorveljata mill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru tista' tkun proporzjonali mal-għan ta' sorveljanza u ta' monitoraġġ tal-attività tal-logħob tal-ażżard, meta fl-istess ħin m'hemmx restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta' logħob tal-ażżard u lotteriji organizzati minn kumpanniji tal-logħob tal-ażżard stabbiliti fi Stat Membru li jadotta l-politika restrittiva? X'inhi r-risposta għad-domanda jekk l-għan tat-tali arranġament huwa dak li jiġi limitat il-logħob tal-ażżard?

5)

Operatur tal-logħob tal-ażżard li ngħata liċenzja sabiex jopera ċertu attività ta' logħob tal-ażżard fi Stat u li huwa sorveljat mill-awtorità kompetenti f'dak il-pajjiż huwa intitolat li jikkummerċjalizza l-prodotti tiegħu tal-logħob tal-ażżard fi Stati Membri oħra, per eżempju, permezz ta' reklami f'gazzetti, mingħajr ma japplika minn qabel għal liċenzja mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati? Jekk tingħata risposta affermattiva għal din id-domanda, ir-regoli ta' Stat Membru li jkunu bbażati fuq l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kriminali fuq il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fil-lotteriji organizzati barra mill-pajjiż għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu ostakolu għal-libertà ta' stabbiliment u għall-libertà li jiġu pprovduti servizzi li ma jista' qatt ikun iġġustifikat minn raġunijiet imperattiva ta' interess ġenerali? Il-kwistjoni ta' jekk l-Istat Membru li fih huwa stabbilit l-operatur jinvokax jew le l-istess raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali bħal dawk tal-pajjiż li fih l-operatur jixtieq jikkummerċjalizza l-attività tiegħu ta' logħob tal-ażżard, hija rilevanti għar-risposta għall-ewwel domanda?


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea hovrätt, l-Iżvezja fit-13 ta' Ottubru 2008 — Otto Sjöberg vs Åklagaren

(Kawża C-448/08)

(2008/C 327/29)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Svea hovrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Otto Sjöberg

Appellata: Åklagaren

Domandi preliminari

1)

F'ċertu ċirkustanzi, diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità fi swieq nazzjonali ta' logħob tal-ażżard u lotteriji tista' tkun iġġustifikata minħabba raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali?

2)

Jekk jeżistu numru ta' għanijiet segwiti mill-politika restrittiva adottata f'suq nazzjonali ta' logħob tal-ażżard u lotteriji u wieħed minnhom huwa l-iffinanzjar ta' attivitajiet soċjali, dan jista' jitqies bħala aspett pożittiv inċidentali, konsegwenza ta' din il-politika restrittiva? Fil-każ ta' risposta negattiva għal din id-domanda, il-politika restrittiva li qed tiġi segwita tista' tkun aċċettabbli jekk l-għan tal-iffinanzjar ta' attivitajiet soċjali ma jistax jitqies bħala l-għan prinċipali tal-politika restrittiva?

3)

L-Istat jista' jinvoka raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali bħala ġustifikazzjoni għal politika restrittiva tal-logħob tal-ażżard jekk kumpanniji kkontrollati mill-Istat jikkummerċjalizzaw l-logħob tal-ażżard u l-lotteriji, li l-qliegħ tagħhom imur f'idejn l-Istat, u wieħed mill-għanijiet ta' din il-kummerċjalizzazzjoni huwa l-iffinanzjar ta' attivitajiet soċjali? Fil-każ ta' risposta negattiva għal din id-domanda, il-politika restrittiva li qed tiġi segwita tista' tkun, madankollu, aċċettabbli jekk jiġi deċiż li l-iffinanzjar ta' attivitajiet soċjali mhuwiex l-għan prinċipali tal-kummerċjalizzazzjoni?

4)

Projbizzjoni totali fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta' logħob tal-ażżard u lotteriji organizzati fi Stat Membru ieħor minn kumpannija tal-logħob tal-ażżard stabbilita hemmhekk u ssorveljata mill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru tista' tkun proporzjonali mal-għan ta' sorveljanza u ta' monitoraġġ tal-attività tal-logħob tal-ażżard, meta fl-istess ħin m'hemmx restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta' logħob tal-ażżard u lotteriji organizzati minn kumpanniji tal-logħob tal-ażżard stabbiliti fi Stat Membru li jadotta l-politika restrittiva? X'inhi r-risposta għad-domanda jekk l-għan tat-tali arranġament huwa dak li jiġi limitat il-logħob tal-ażżard?

5)

Operatur tal-logħob tal-ażżard li ngħata liċenzja sabiex jopera ċertu attività ta' logħob tal-ażżard fi Stat u li huwa sorveljat mill-awtorità kompetenti f'dak il-pajjiż huwa intitolat li jikkummerċjalizza l-prodotti tiegħu tal-logħob tal-ażżard fi Stati Membri oħra, per eżempju, permezz ta' reklami f'gazzetti, mingħajr ma japplika minn qabel għal liċenzja mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati? Jekk tingħata risposta affermattiva għal din id-domanda, ir-regoli ta' Stat Membru li jkunu bbażati fuq l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kriminali fuq il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fil-lotteriji organizzati barra mill-pajjiż għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu ostakolu għal-libertà ta' stabbiliment u għall-libertà li jiġu pprovduti servizzi li ma jista' qatt ikun iġġustifikat minn raġunijiet imperattiva ta' interess ġenerali? Il-kwistjoni ta' jekk l-Istat Membru li fih huwa stabbilit l-operatur jinvokax jew le l-istess raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali bħal dawk tal-pajjiż li fih l-operatur jixtieq jikkummerċjalizza l-attività tiegħu ta' logħob tal-ażżard, hija rilevanti għar-risposta għall-ewwel domanda?


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis epikrateias (il-Greċja) fis-17 ta' Ottubru 2008 — Panagiotis Ioannis Karanikolas, Valsamis Daravanis, Georgios Kouvoukliotis, Panagiotis Ntolou, Dimitrios Z. Parisis, Konstantinos Emmanouil, Ioannis Anasoglou, Pantelis A. Beis, Dimitrios Chatziandreou, Ioannis A. Zaragkoulias, Triantafyllos K. Mavrogiannis, Sotirios Th. Liotakis, Vasileios Karampasis, Dimitrios Melissidis, Ioannis V. Kleovoulos, Dimitrios I. Patsakos, Theodoros Fournarakis, Dimitrios K. Dimitrakopoulos u Synetairismos Paraktion Alieon Kavalas vs Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon u Nomarchiaki Aftodioikisi Dramas-Kavalas-Xanthis

(Kawża C-453/08)

(2008/C 327/30)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis epikrateias (il-Greċja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Panagiotis I. Karanikolas, Valsamis Daravanis, Georgios Kouvoukliootis, Panagiotis Ntolou, Dimitrios Z. Parisis, Konstantinos Emmanouil, Ioannis Anasoglou, Pantelis A. Beis, Dimitrios Chatziandreou, Ioannis A. Zaragkoulias, Triantafyllos K. Mavrogiannis, Sotirios Th. Liotakis, Vasileios Karampasis, Dimitrios Melissidis, Ioannis V. Kleovoulos, Dimitrios I. Patsakos, Theodoros Fournarakis, Dimitrios K. Dimitrakopoulos u Synetairismos Paraktion Alieon Kavalas.

Konvenuti: Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon u Nomarchiaki Aftodioikisi Dramas-Kavalas-Xanthis.

Intervenjenti: Alieftikos Agrotikos Sinetairismos gri-gri nomou Kavalas “Makedonia” u Panellinia Enosi Plioktiton Mesis Aliias (P.E.P.M.A.)

Domandi preliminari

1)

Skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1626/94, Stat Membru, jista' jadotta miżuri supplementari li jikkonsistu fil-projbizzjoni assoluta ta' attrezzar tas-sajd, li l-użu tiegħu, fil-prinċipju, huwa awtorizzat skont id-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament?

2)

Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1626/1994, fiż-żona marittima ta' Stat Membru b'kosta fil-mediterran, jista' jintuża attrezzar tas-sajd mhux inkluż fost dak li hu indikat bħala, fil-prinċipju, ipprojbit fl-Artikoli 2(3) u 3(1) u (1a ) ta' dan ir-regolament u li l-użu tiegħu kien ġie pprojbit qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament minn dispożizzjoni nazzjonali?


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/19


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-458/08)

(2008/C 327/31)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u P. Guerra u Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li billi imponiet, fir-rigward tal-provvista ta' servizzi ta' kostruzzjoni fil-Portugall, l-istess rekwiżiti li timponi fir-rigward tal-istabbiliment, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-liġi Portugiża għall-aċċess u l-kontinwazzjoni fl-attività tal-kostruzzjoni (Digriet-Liġi Nru 12/2004) titlob il-ħtieġa ta' liċenzja għall-eżerċizzju tal-attività ta' kostruzzjoni fil-Portugall.

L-ebda impriża, mingħajr eċċezzjoni, tista' twettaq, fil-Portugall, xogħol ta' kostruzzjoni, rikostruzzjoni, estensjoni, alterazzjoni, riparazzjoni, konservazzjoni, rijabilitazzjoni, tindif, restawr, demolizzjoni u, b'mod ġenerali, kwalunkwe xogħol relatat mal-kostruzzjoni mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-Amministrazzjoni Portugiża.

Il-liġi tal-kompetizzjoni Portugiża li tipprojbixxi lill-impriżi, fosthom l-impriżi Komunitarji, milli jipprovdu servizzi ta' kostruzzjoni fil-Portugall mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel għall-aċċess fl-industrija tal-kostruzzjoni mogħtija mill-AmministrazzjoniPortugiża, tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 49 KE.

Ir-rekwiżiti għall-aċċess fl-attività tal-kostruzzjoni, hekk kif ipprovduti fil-liġi Portugiża, huma rekwiżiti ta' stabbiliment. Il-liġi Portugiża ma tagħmilx distinzjoni bejn stabbiliment u provvista ta' servizzi ta' natura temporanja.

Sabiex tipprovdi servizzi fil-Portugall, impriża ta' kostruzzjoni stabbilita fi Stat Membru ieħor hija obbligata tissodisfa r-rekwiżiti kollha neċessarji għall-istabbiliment, li prattikament ifisser li l-istess impriża ta' kostruzzjoni ma jkollhiex soluzzjoni oħra ħlief li tistabbilixxi ruħha fil-Portugall. Din il-ħtieġa tipprekludi serjament il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

Ir-rekwiżiti tal-kontinwazzjoni fl-attività jikkostitwixxu wkoll min-naħa tagħhom restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi billi l-provvista ta' servizzi ta' kostruzzjoni ta' natura temporanja ma tkunx possibbli.

Il-motivi invokati mill-Istat Portugiż sabiex jiġġustifika r-restrizzjonijiet inkwistjoni mhumiex sostnuti minn elementi ta' prova u mhumiex fondati.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/19


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-460/08)

(2008/C 327/32)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u D. Triantafyllou)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi żammet fis-seħħ fil-leġiżlazzjoni tagħha r-rekwiżit taċ-ċittadinanza Griega għall-aċċess għall-impjiegi ta' kaptan u ta' assistent uffiċjal sekond fuq il-bastimenti kollha li jtajjru bandiera Griega, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 39 KE;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Nuqqas ta' kompetenza skont l-Artikolu 39(4) fid-dawl tal-fatt li tali prerogattivi tas-setgħa pubblika ma kinux effettivament eżerċitati abitwalment mill-kaptani u mill-assitenti uffiċjali sekondi.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/20


Rikors ippreżentat fis-27 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-463/08)

(2008/C 327/33)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u M.A. Rabanal Suárez, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali, jew, f'kull każ, li ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni ta' din id-direttiva fis-sistema legali interna skada fl-20 ta' Ottubru 2007.


(1)  ĠU L 225, p. 22.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/20


Rikors ippreżentat fis-27 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-464/08)

(2008/C 327/34)

Lingwa tal-kawża: L-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson u K. Saaremäel-Stoilov)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata illi, billi m'adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/65/KE (1) (dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet) u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet hekk adottati, ir-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-15 ta' Ġunju 2007.


(1)  ĠU L 310, p. 28.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/20


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-465/08)

(2008/C 327/35)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Karanasu-Apostolopulu u H. Stølbæk)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/36/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali, jew, f'kull każ, li ma kkomunikatx dawn d-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni ta' din id-direttiva fis-sistema legali interna skada fl-20 ta' Ottubru 2007.


(1)  ĠU L 255, 30.9.2005.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/21


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Ċipru

(Kawża C-466/08)

(2008/C 327/36)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Karanasu-Apostolopulu u H. Stølbæk)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' Ċipru

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/36/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali, jew, f'kull każ, li ma kkomunikatx dawn d-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika ta' Ċipru naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika ta' Ċipru għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni ta' din id-direttiva fis-sistema legali interna skada fl-20 ta' Ottubru 2007.


(1)  ĠU L 255, 30.9.2005.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments (ir-Repubblika tal-Latvja) fl-4 ta' Novembru 2008 — Alstom Power Hydro vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-472/08)

(2008/C 327/37)

Lingwa tal-kawża: Il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alstom Power Hydro

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

L-Artikolu 18(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi li Stat jipprovdi fil-leġiżlazzjoni tiegħu terminu ta' tliet snin għall-preskrizzjoni tad-dritt li jinkiseb ir-rimbors ta' ħlas żejjed tat-taxxa fuq il-valur miżjur (id-differenza bejn it-taxxa kkalkulata u l-akkont ta' taxxa mħallsa)?


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif — Il-Lussemburgu) — Miloud Rimoumi, Gabrielle Suzanne Marie Prick vs Ministre des Affaires étrangères et de l'Immigration

(Kawża C-276/08) (1)

(2008/C 327/38)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 236, 13.9.2008.


Qorti tal-Prim' Istanza

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Novembru 2008 — Neoperl Servisys vs UASI (HONEYCOMB)

(Kawża T-256/06) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HONEYCOMB - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

(2008/C 327/39)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Neoperl Servissys AG (Reinach, l-Iżvizzera) (rappreżentant: H. Börjes-Pestalozza, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta' Lulju 2006 (Każ R 1388/2005-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali HONEYCOMB bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Neoperl Servisys AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Novembru 2008 — Group Lottuss vs UASI — Ugly (COYOTE UGLY)

(Kawża T-161/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċediment ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva COYOTE UGLY - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti COYOTE UGLY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 327/40)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Group Lottuss Corp., SL (Barċellona, Spanja) (rappreżentanti: J. Grau Mora, A. Angulo Lafora, M. Ferrándiz Avendaño u J. Arribas García, avocats)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Laporta Insa, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Ugly, Inc. (Cornwall, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, M. Blair u C. Balme, solicitors)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta' Marzu 2007 (Każijiet magħquda R 165/2006-2 u R 194/2006-2) dwar proċediment ta' oppożizzjoni bejn Ugly, Inc. u Group Lotuss Corp., SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Group Lotuss Corp., SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha kollha, 80 % tal-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI) u 80 % tal-ispejjeż ta' Ugly, Inc.

3)

Ugly għandha tbati 20 % tal-ispejjeż tagħha u 20 % tal-ispejjeż tal-UASI.


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Novembru 2008 — Calzaturificio Frau vs UASI — Camper (Forma ta' arkata stilizzata b'wiċċ solidu)

(Kawża T-304/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta arkata stilizzata b'wiċċ solidu - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta arkata stilizzata - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 327/41)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Calzaturificio SpA (San Giovanni Ilarione, l-Italja) (rappreżentant: A. Rizzoli, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u L. Rampini, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Camper, SL (Inca, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' Ġunju 2007 (Każ R 768/2006-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Camper, SL u Calzaturificio Frau SpA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Calzaturificio Frau SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Novembru 2008 — Speiser vs Il-Parlament

(Kawża T-390/07 P) (1)

(“Appell - Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Ammissibbiltà - Allowance ta' espatrijazzjoni - Deċiżjoni purament konfermattiva - Ilment tardiv’)

(2008/C 327/42)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Michael Alexander Speiser (Neu-Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Theumer, avukat)

Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment A. Lukošiūtė u N. Lorenz, u wara A. Lukošiūtė u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-10 ta' Settembru 2007, Speiser vs Il-Parlament (F-146/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż li sostniet fil-kuntest ta' din l-istanza.


(1)  ĠU C 297, 8.12.2007.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/23


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 25 ta' Settembru 2008 — Regione Siciliana vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-363/03) (1)

(“Rikors għal annullament - FEŻR - Kanċellament ta' għajnuna finanzjarja - Irkupru tal-ammonti diġà mħallsa - Entità reġjonali jew lokali - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbilta’)

(2008/C 327/43)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Regione Siciliana (l-Italja) (rappreżentant: A. Cingolo, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. de March u L. Flynn, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2003) 2890 finali, tat-13 ta' Awwissu 2003, li tikkanċella l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija lir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (90) 2363 025, tal-14 ta' Diċembru 1990, għal proġett ta' infrastruttura fi Sqallija, kif ukoll l-irkupru tal-ammonti diġà mħallsa mill-Kummissjoni fir-rigward ta' din il-kontribuzzjoni, fit-tieni lok, talba għall-annullament tan-nota ta' debitu Nru 3240504102 tal-Kummissjoni, tas-26 ta' Settembru 2003, u fit-tielet u l-aħħar lok, l-annullament ta' kull att ieħor konness jew preċedenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-Regione Siciliana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 304, 13.12.2003.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/24


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2008 — Stephens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-139/04) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sentenza interlokutorja - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2008/C 327/44)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kevin William Stephens (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' April 2003 li tibdel il-klassifikazzjoni fil-grad tar-rikorrent, sa fejn din tiffissa l-klassifikazzjoni tiegħu fl-iskala, fid-data tal-ħatra tiegħu, għall-ewwel skala tal-grad A6, sa fejn tiffissa l-5 ta' Ottubru 1995 bħala d-data li fiha d-deċiżjoni tibda tipproduċi l-effetti pekunjarji tagħha u sa fejn ma terġax tistabbilixxi l-karriera fil-grad tar-rikorrent, u talba għall-annullament tad-deċiżjonij li tiċħad l-ilment tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni allegatament ikkawżati b'din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 168, 26.6.2004.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/24


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Settembru 2008 — Powderject Research vs UASI (POWDERMED)

(Kawża T-166/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali POWDERMED - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 327/45)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Powderject Research Ltd (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Bryson, barrister, u P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta' April 2006 (Każ R 1189/2005-2) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali POWDERMED bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Powderject Research Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 190, 12.8.2006.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/25


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Ottubru 2008 — Austrian Relief Programm vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-235/06) (1)

(“Rikors għal annullament - Finanzjament Komunitarju ta' operazzjoni għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta' għixien fl-ex Jugoslavja bil-għan li jiġi inkoraġġit ir-ritorn tar-refuġjati u tal-persuni spostati - Programm Obnova - Klawżola ta' arbitraġġ - Nota ta' debitu - Inammissibbiltà’)

(2008/C 327/46)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Austrian Relief Programm — Verein für Not- und Katastrophenhilfe (Innsbruck, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Leyroutz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Šimerdová, aġent, assistit minn R. Bierwagen, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tan-nota ta' debitu tal-4 ta' Mejju 2006 li permezz tagħha l-Kummissjoni ordnat lir-rikorrent jirrifondi l-ammonti mħallsa b'eżekuzzjoni tal-kuntratt dwar il-finanzjament Komunitarju tal-proġett “Republika Srpska 1998: Titjib tal-kundizzjonijiet ta' għixien bil-għan li jiġi inkoraġġit ir-ritorn tar-refuġjati u tal-persuni spostati” (Kuntratt Nru RE/YOU/03/04/98), konkluż fil-kuntest tal-programm Obnova.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Austrian Relief Programm — Verein für Not- und Katastrophenhilfe huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/25


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Ottubru 2008 — BOT Elektrownia Bełchatów et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-208/07) (1)

(“Rikors għal annullament - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjoni ta' gassijiet serra' - Pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjoni għall-Polonja għall-perijodu mill-2008 sal-2012 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet permezz ta' ċerti kundizzjonijiet - Kompetenza tal-Istati Membri fit-tqassim individwali tal-kwoti ta' emissjoni - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà’)

(2008/C 327/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BOT Elektrownia Bełchatów S.A. (Rogowiec, il-Polonja); BOT Elektrownia Turów S.A. (Bogatynia, il-Polonja); BOT Elektrownia Opole S.A. (Brzezie, il-Polonja); Elektrownia “Kozienice” S.A (Świerże Górne, il-Polonja); Elektrownia Połaniec S.A. — Grupa Electrabel Polska (Połaniec, il-Polonja); Elektrownia “Rybnik” S.A. (Rybnik, il-Polonja); Elektrownia Skawina S.A. (Skawina, il-Polonja); Elektrownia “Stalowa Wola” S.A. (Stalowa Wola, il-Polonja); Południowy Koncern Energetyczny S.A. (Katowice, il-Polonja); Zespół Elektrowni Dolna Odra S.A. (Nowe Czarnowo, il-Polonja); Zespół Elektrowni Ostrołęka S.A. (Ostrołęka, il-Polonja); u Zespół Elektrowni Pątnów-Adamów-Konin S.A. (Konin, il-Polonja) (rappreżentanti: B. Krużewski, M. Ciemiński, J. Młot-Schönthaler, N. Dodoo u S. Boullart, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u D. Lawunmi, aġenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Elektrociepłownia “Będzin” S.A. (Będzin, il-Polonja); Zespół Elektrociepłowni Bydgoszcz S.A. (Bydgoszcz, il-Polonja); Zespół Elektrociepłowni Bytom S.A. (Bytom, il-Polonja); Elektrociepłownia Białystok S.A. (Białystok, il-Polonja); Elektrociepłownia “Gorzów S.A.” (Gorzów, il-Polonja); Elektrociepłownia Kalisz-Piwonice S.A. (Kalisz, il-Polonja); Elektrociepłownia “Kraków” S.A. (Cracovie, il-Polonja); Dalkia Łódź S.A. (Łódź, il-Polonja); Dalkia Poznań Zespół Elektrociepłowni S.A. (Poznań, il-Polonja); Elektrociepłownia Tychy S.A. (Tychy, il-Polonja); Zespół Elektrociepłowni Wrocławskich Kogeneracja S.A. (Wrocław, il-Polonja); Elektrociepłownie Wybrzeże S.A. (Gdańsk, il-Polonja); Elektrociepłownia Zabrze S.A. (Zabrze, il-Polonja); u Elektrociepłownia “Zielona Góra” S.A. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: B. Krużewski, M. Ciemiński, J. Młot-Schönthaler, N. Dodoo u S. Boullart, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1295, tas-26 ta' Marzu 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjoni ta' gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika tal-Polonja għall-perijodu mill-2008 sal-2012 skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE, tat-12 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

ABOT Elektrownia Bełchatów S.A., BOT Elektrownia Turów S.A., BOT Elektrownia Opole S.A., Elektrownia “Kozienice” S.A., Elektrownia Połaniec S.A. — Grupa Electrabel Polska; Elektrownia “Rybnik” S.A.; Elektrownia Skawina S.A.; Elektrownia “Stalowa Wola” S.A.; Południowy Koncern Energetyczny S.A.; Zespół Elektrowni Dolna Odra S.A.; Zespół Elektrowni Ostrołęka S.A.; u Zespół Elektrowni Pątnów-Adamów-Konin S.A. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

3)

Elektrociepłownia “Będzin” S.A., Zespół Elektrociepłowni Bydgoszcz S.A., Zespół Elektrociepłowni Bytom S.A.,; Elektrociepłownia Białystok S.A., Elektrociepłownia “Gorzów S.A.”, Elektrociepłownia Kalisz-Piwonice S.A., Elektrociepłownia “Kraków” S.A., Dalkia Łódź S.A., Dalkia Poznań Zespół Elektrociepłowni S.A., Elektrociepłownia Tychy S.A., Zespół Elektrociepłowni Wrocławskich Kogeneracja S.A., Elektrociepłownie Wybrzeże S.A., Elektrociepłownia Zabrze S.A. u Elektrociepłownia “Zielona Góra” S.A. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/26


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Ottubru 2008 — Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-257/07 R II)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorj - Saħħa tal-annimali - Regolament (KE) Nru 999/2001 - Eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered - Regolament (KE) Nru 746/2008 - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi’)

(2008/C 327/48)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, R. Loosli-Surrans, A.-L. During u G. de Bergues, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Nolin u A. Bordes, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2008 tas-17 ta' Ġunju 2008, li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 202, p. 11), safejn dan jintroduċi, fil-Kapitolu A ta' dan l-anness VII, il-punt 2.3(b)(iii), il-punt 2.3(d) u l-punt 4.

Dispożittiv

1)

L-applikazzjoni tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2008 tas-17 ta' Ġunju 2008, li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered, hija sospiża sakemm tingħata deċiżjoni fil-proċedura prinċipali, u dan safejn jintroduċi, fil-Kapitolu A tal-anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001, il-punt 2.3(b)(iii), il-punt 2.3(d) u l-punt 4

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/26


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Marzu 2008 — Aer Lingus Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/07 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kontroll ta' konċentrazzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni - Artikolu 8(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Talba għas-sospensjoni ta' eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Miżura inkompatibbli mad-distribuzzjoni tal-poteri bejn l-istituzzjonijiet - Kompetenza tal-Kummissjoni - Miżuri provviżorji indirizzati lil parti intervenjenti - Talba għas-sospensjoni ta' eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Nuqqas ta' fumus boni juris - Nuqqas ta' urġenza - Nuqqas ta' dannu gravi u irreparabbli - Dannu li jiddependi fuq avvenimenti inċerti fil-futur - Motivi insuffiċjenti - Ibbilanċjar tal-interessi kollha’)

(2008/C 327/49)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aer Lingus Group plc (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Burnside, solicitor, u B. van de Walle de Ghelcke u T. Snels, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis, É. Gippini Fournier u S. Noë, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ryanair Holdings plc (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: J. Swift, QC, V. Power, A. McCarthy u D. Hull, solicitors, G. Berrisch, avukat)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex jinkisbu, fl-ewwel lok, ordni li tobbliga lill-Kummissjoni tadotta ċerti miżuri li jirrigwardaw is-sehem ta' Ryanair Holdings plc fil-kapital tar-rikorrenti, fit-tieni lok, u sussidjarjament, ordni b'effett simili kontra l-Kummissjoni jew Ryanair Holdings plc, u fit-tielet lok, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)4600 finali, tal-11 ta' Ottubru 2007, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għall-ftuħ ta' proċeduri skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta' Jannar 2004, dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, p. 1) u li jiġu adottati miżuri interim taħt l-Artikolu 8(5) ta' dan ir-regolament.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/27


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Ottubru 2008 — Imperial Chemical Industries vs UASI (FACTORY FINISH)

(Kawża T-487/07) (1)

(“Kwistjoni proċedurali - Trade mark Komunitarja - Rappreżentanza minn avukat’)

(2008/C 327/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Imperial Chemical Industries plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Talba, skont l-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, sabiex W. Johnston jiġi rikonoxxut bħala rappreżentant tar-rikorrenti f'din il-kawża.

Dispożittiv

1)

It-talba magħmula sabiex il-Qorti tal-Prim'Istanza tirrikonoxxi lil W. Johnston bħala rappreżentant tal-Imperial Chemical Industries plc hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 51, 23.2.2008.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/27


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-24 ta' Settembru 2008 — Van Neyghem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-105/08 P) (1)

(“Appell - Servizz Pubbliku - Ċaħda tal-appell fl-ewwel istanza - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta' ammissjoni għall-eżami orali - Appell manifestament infondat’)

(2008/C 327/51)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Kris Van Neyghem (Vissenaken, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal tas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Settembru 2007, Van Neyghem vs Il-Kummissjoni (F-73/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Kris Van Neygem għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni f'din l-istanza.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/28


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Settembru 2008 — Melli Bank vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-332/08 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Regolament (KE) Nru 423/2007 - Miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Deċiżjoni tal-Kunsill - Miżura ta' ffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza - Nuqqas ta' dannu gravi u irreperabbli)

(2008/C 327/52)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Melli Bank plc (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Gordon, QC, M. Hoskins, barrister, T. Din, S. Gadhia u D. Murray, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Bishop, u E. Finnegan, aġent)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-paragrafu 4 tat-taqsima B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE tat-23 ta' Ġunju 2008 li timplementa l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 29), safejn Melli Bank plc huwa inkluż fil-lista tal-persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/28


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Bank Melli Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-390/08 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Regolament (KE) Nru 423/2007 - Miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Deċiżjoni tal-Kunsill - Miżura ta' ffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza - Nuqqas ta' dannu gravi u irreparabbli’)

(2008/C 327/53)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bank Melli Iran (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: L. Defalque, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop, E. Finnegan u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-paragrafu 4 tat-taqsima B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE tat-23 ta' Ġunju 2008 li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 29), safejn il-Bank Melli Iran huwa inkluż fil-lista tal-persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/28


Appell ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2008 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza mogħtija fit-8 ta' Lulju 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-76/07, Birkhoff vs Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej

(Kawża T-377/08 P)

(2008/C 327/54)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Parti oħra fil-kawża: Gerhard Birkhoff (Weitnau, il-Ġermanja)

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta' Lulju 2008, fil-Kawża F-76/07, Birkhoff vs Il-Kummissjoni;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll għall-ispejjeż tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa intiż kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta' Lulju 2008, fil-Kawża F-76/07, li permezz tagħha ġiet annullata d-deċiżjoni tal-kamra tal-ikklerjar rigward ilment, li ma jiġix irrimborsat siġġu bir-roti sentejn wara l-aħħar akkwist minħabba n-nuqqas ta' neċessità.

L-appellanti tibbaża l-appell tagħha, fl-ewwel lok, fuq il-fatt li s-sentenza, bi ksur tad-dritt Komunitarju fis-seħħ, tiddefinixxi għall-ewwel darba l-marġni ta' diskrezzjoni tat-tabib tal-familja u tal-kumitat mediku, b'tali mod li huma biss korpi ta' tobba li huma indipendenti li għandhom tali marġni ta' diskrezzjoni.

Fit-tieni lok, is-sentenza tiċħad minn kwalunkwe rilevanza l-opinjonijiet importanti tal-kumitat mediku fl-evalwazzjoni tan-neċessità tal-ispejjeż, safejn hija ssostni li l-imsemmi kumitat huwa sempliċement konsultattiv u li l-opinjonijiet tiegħu ma jiġux ippubblikati. Dan imur kontra l-ġurisprudenza stabbilita fuq ir-regolamenti kollha dwar is-sigurtà tal-assigurazzjoni għall-marda għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fil-verżjoni tagħhom tat-22 ta' Marzu 2004. Dawn il-pariri jikkostitwixxu, barra minn hekk, preżunzjoni relattiva fir-rigward tan-neċessità tal-ispejjeż.

Barra minn hekk l-appellanti tallega l-iżnaturament tal-fatti, u jekk ikun il-każ, żball fil-klassifikazzjoni legali tal-fatti u tal-kawża inkwistjoni kif ukoll ksur tad-dmir ta' motivazzjoni tas-sentenza, peress li parti fundamentali tad-deċiżjoni rigward l-ilment ġiet iddikjarata bħala ineżistenti.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/29


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 — Ellinika Nafpigeia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-391/08)

(2008/C 327/55)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ellinika Nafpigeia (Skaramagkas, il-Greċja) (rappreżentanti: I. Drosos, K. Loukopoulos, A. Chiotellis, Ch. Panagoulea, P. Tzioumas, A. Balla, B. Voutsakis u X. Gkousta, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 1(2), 2, 3, 5, 6, 8(2), 9, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 18 u 19 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008“dwar l-għajnuna Nru C 6 16/2001 (li qabel kienet NN 29/2004, CP 71/2002 u CP 133/2005) mogħtija mill-Greċja lill-impriża Ellinika Nafpigeia A.E”.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti (iktar 'il quddiem “ENAE”) tikkontesta tnax mis-sittax-il miżuri imposti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3118 finali, tat-2 ta' Lulju 2008, rigward l-għajnuna C 16/2004 (li qabel kienet NN 29/2004, C 71/2002 u C 133/2005), billi invokat disa' motivi ta' annullament insostenn tar-rikors tagħha.

Skont l-ewwel motiv ta' annullament, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma applikatx l-Artikolu 298 KE, billi fid-deċiżjoni kkontestata ssostni li ENAE hija tarzna militari.

Fil-kuntest tat-tieni motiv ta' annullament, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma applikatx, jew applikat b'mod żbaljat, l-Artikolu 296 KE.

Fit-tielet motiv ta' annullament, ir-rikorrenti tallega żball manifest ta' evalwazzjoni kif ukoll motivazzjoni insuffiċjenti fid-deċiżjoni kkontestata, billi tipprovdi li s-solvenza ta' ENAE naqset minn 1997 sa Ġunju 1999 u kienet ineżistenti sa minn dik is-sena. B'mod konkret, il-Kummissjoni (a) ma qisietx is-solvenza ta' ENAE fid-dawl tan-natura speċifika tagħha bħala entità industrijali militari; b) tefgħet dubji b'mod inġustifikat fuq l-informazzjoni ekonomika pprovduta minn ENAE kif ukoll il-garanziji ammissibbli kollha li kienet fil-kundizzjoni li toffri sabiex tirċievi finanzjament minn kwalunkwe bank privat; c) injorat b'mod inġustifikat u evalwat b'mod żbaljat l-interess ta' Elliniki Trapeza Biomichanikis Anaptixis (Bank Grieg ta' Żvilupp Industrijali) (iktar 'il quddiem “ETBA”) bħala azzjonist prinċipali ta' ENAE, fil-valur u d-dħul minn dan is-sehem azzjonarju.

Fil-kuntest tar-raba' motiv ta' annullament, fir-rigward tal-applikazzjoni abbużiva tal-għajnuna fil-forma ta' stralċ ta' djun għal ammont ta' EUR 160 miljun, ir-rikorrenti ssostni li d-Deċiżjoni ta' approvazzjoni C-10/1999 ma imponietx kundizzjonijiet u lanqas ma ġiet applikata b'mod abbużiv u, sussidjarjament, li ENAE ma kinitx igħatat totalment il-kwantità msemmija iktar 'il fuq u, b'konsegwenza, ma jistgħux jiġu rkuprati l-kwantitajiet li ma ngħatawx. Għalhekk, ir-rikorrenti tikkunsidra li l-Artikolu 296 KE għandu jiġi applikat kemm fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-eżistenza eventwali ta' għajnuna kif ukoll fir-rigward tal-kalkolu ta' kwalunkwe benefiċċju rkuprabbli. Fl-aħħar nett, skont ir-rkorrenti, l-irkupru tal-għajnuna jikser il-prinċipji ta' proporzjonalità, ta' ċertezza legali u tal-aspettativi leġittimi ta' min jirċievi l-għajnuna.

Bħala ħames motiv ta' annullament, fir-rigward tal-applikazzjoni abbużiva tal-għajnuna bl-għeluq tal-installazzjonijiet għal valur ta' EUR 29,5 miljun, approvata fl-2002, minħabba l-allegat nuqqas ta' twettiq tar-rekwiżit kumpensatorju dwar il-limitazzjoni tal-kapaċità ta' tiswija tar-rikorrenti, hija tallega li d-Deċiżjoni ta' approvazzjoni N 513/2001 ġiet applikata b'mod żbaljat.

Permezz tas-sitt u tas-seba' motivi ta' annullament, fir-rigward tal-applikazzjoni abbużiva tal-għajuna għall-investiment għal valur ta' EUR 22,9 miljun, u s-sehem illegali preżuppost ta' ETBA fiż-żieda tal-kapital permezz tal-konkretizzazzjoni ta' dan l-investiment, ir-rikorrenti ssostni li d-Deċiżjoni ta' approvazzjoni N 401/1997 ġiet applikata b'mod żbaljat, li l-Artikolu 87(1) KE ġie miksur, li l-Kummissjoni sostniet b'mod żbaljat li l-miżura E 10 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali, li l-prinċipju tal-aspettativi leġittimi ġie miksur u li ma ġiex applikat l-Artikolu 296 KE.

Permezz tat-tmien motiv ta' annullament, relatat mas-self u mal-garanziji li r-rikorrenti rċeviet matul il-perijodu rilevanti, jiġifieri 1997-2001, hekk kif intqal ukoll f'dan ir-rigward fit-tielet motiv ta' annullament invokat fir-rigward tal-evalwazzjoni żbaljata tal-solvenza tar-rikorrenti, qed jiġi allegat li ġej: a) applikazzjoni żbaljata tal-kriterju ta' investitur privat f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq; b) applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 87(2) KE, tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1540/1998 (1), u tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/684/KEE (2); c) ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità u ta' żball manifest ta' evalwazzjoni fir-rigward tas-solvenza ta' ENAE wara l-privatizzazzjoni sħiħa tagħha f'Ġunju 2002, fir-rigward tal-kalkolu tal-kwantitajiet li għandhom jiġu rkuprati permezz tal-miżuri eżaminati, kif ukoll li d-deċiżjoni kkontestata ma naqqsitx l-interess ta' referenza applikabbli; (d) żball ta' fatt fir-rigward tas-self u tal-garanziji li ETBA ta lir-rikorrenti, fejn peress li d-deċiżjoni kkontestata ħadet inkunsiderazzjoni wara biss il-privatizzazzjoni ta' ETBA, il-miżuri eżaminati ma fihomx elementi ta' għajnuna.

Skont id-disa' motiv ta' annullament, relatat mal-finanzjament illegali ta' attività mhux militari permezz tal-attività militari ta' ENAE, ir-rikorrenti tinvoka: a) ksur tal-Artikoli 296 KE, 298 KE u 88 KE(1); b) applikazzjoni żbaljata tal-kriterju tal-investitur privat fir-rigward ta' kuntratti militari u c) nuqqas ta' motivazzjoni u evalwazzjoni żbaljata tad-determinazzjoni tal-kwantitajiet li għandhom jiġu rkuprati.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1540/98 tad-29 ta' Ġunju 1998, dwar l-għajnuna għall-kostruzzjoni ta' basitmenti (ĠU L 202, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill 90/684/KEE tal-21 ta' Diċembru 1990, dwar l-għajnuna għall-kostruzzjoni ta' bastimenti (ĠU L 380, p. 27).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/30


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 — Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-396/08)

(2008/C 327/56)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt (rappreżentanti: T. Müller-Ibold u T. Graf, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 (C(2008) 3178 finali) fil-każ dwar għajnuna mill-Istat C 18/2007; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors għal annullament huwa ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej C (2008) 3178 finali, tat-2 ta' Lulju 2008, fil-każ dwar għajnuna mill-Istat C 18/2007, sa fejn il-parti l-kbira tal-għajnuna għat-taħriġ innotifikata, li l-Freistaat Sachsen u l-Land Sachsen-Anhalt kellhom l-intenzjoni jagħtu lill-kumpannija DHL, li tipprovdi servizzi ta' kunsinni espressi permezz ta' courrier, hija ddikjarata inkompatibbli mas-suq Komunitarju.

B'mod partikolari, il-Freistaat Sachsen u l-Land Sachsen-Anhalt jibbażaw ruħhom fuq il-motivi segwenti:

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jikkritikaw lill-Kummissjoni talli rrifjutat l-awtorizzazzjoni għall-parti l-kbira tal-għajnuna nnotifikata għar-raġuni li l-għajnuna għat-taħriġ mhijiex “neċessarja” għall-eżekuzzjoni tal-miżuri ta' taħriġ inkwistjoni. Bl-adozzjoni ta' evalwazzjoni ġenerali tan-neċessità fil-każ individwali bħala kundizzjoni meħtieġa għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna nnotifikata, il-Kummissjoni ma tirrispettax l-effett vinkolanti tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 (1) u tikser il-prinċipju tat-trattament ugwali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Il-kriterji ta' evalwazzjoni stabbiliti fir-Regolament japplikaw anki għall-għajnuna li taqbeż il-limitu għal eżenzjoni.

Fit-tieni lok, l-approċċ tal-Kummissjoni, li jissuġġetta l-awtorizzazzjoni tal-għajnuna għat-taħriġ innotifikata għall-kundizzjoni tan-neċessità tagħha, huwa wkoll, għalhekk, żbaljat fil-liġi peress li inġustament jinjora l-effetti pożittivi fuq is-suq tal-miżuri ta' taħriġ issussiddjati permezz tal-għajnuna għat-taħriġ innotifikata. Tali effetti fuq is-suq huma biżżejjed, fihom infushom, sabiex jiġġustifikaw il-kompatibbiltà tal-għajnuna għat-taħriġ innotifikata mas-suq Komunitarju.

Fit-tielet lok, il-Kummissjoni waslet inġustament għall-konklużjoni li ma jeżistix l-effett meħtieġ ta' inċentiv tal-għajnuna fir-rigward tal-għażla tal-post. Fil-fatt, l-għajnuna għat-taħriġ hija neċessarja peress li kellha impatt fuq l-għażla minn DHL ta' Leipzig/Halle u peress li inkella DHL ma kinitx twettaq l-attività ta' taħriġ tagħha hemmhekk. Barra minn hekk, l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li f'postijiet oħra kienu wkoll jiġu involuti spejjeż komparabbli għat-taħriġ mhijiex korretta.

Fir-raba' lok, fl-eżami tan-neċessità, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq kriterji inadegwati. B'mod partikolari, il-Kummissjoni adottat kriterji suġġettivi li jmorru lil hinn minn neċessità oġġettiva. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, fl-eżami tagħha, tagħmel riferiment għal dispożizzjonijiet leġiżlattivi dwar miżuri ta' taħriġ, ħaġa din li tqiegħed fi żvantaġġ kbir lil Stati Membri li għandhom sistema ta' pjanijiet ta' taħriġ rregolata bil-liġi.

Fil-ħames lok, id-deċiżjoni kkontestata mhijiex immotivata b'mod suffiċjenti.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001, tat-12 ta' Jannar 2001, dwar it-tħaddim tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat ta' l-UE dwar l-għajnuna għat-taħriġ (ĠU 2001 L 10, p. 20), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 363/2004 (ĠU 2004 L 63, p. 20) u bir-Regolament (KE) Nru 1976/2006 (ĠU 2006 L 368, p. 85).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/31


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 — MIP Metro vs UASI — CBT Comunicación Multimedia (Metromeet)

(Kawża T-407/08)

(2008/C 327/57)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CBT Comunicación Multimedia, SL (Getxo, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta' Ġunju 2008, fil-Każ R 387/2007-1, peress li hija tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja Nru 40/94 u tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 740 529 “metromeet”;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti għall-oppożizzjoni u l-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: CBT Comunicación Multimedia, SL

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “metromeet” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 u 41 — Applikazzjoni Nru 3 740 529

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva nazzjonali “METRO” u t-trade mark verbali “meeting metro” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, billi hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks kunfliġġenti.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/31


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2008 — Sacem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/08)

(2008/C 327/58)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société des auteurs, compositeurs et éditeurs de musique (Sacem) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentant: H. Calvet, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni fis-16 ta' Lulju 2008 fil-Każ KOMP/C2/38.698 — CISAC sa fejn hija (i) tikkundanna lir-rikorrenti, fl-Artikolu 1 tagħha, skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, minħabba li użat fil-ftehim tagħha ta' rappreżentazzjoni reċiproka r-restrizzjonijiet ta' sħubija inklużi fl-Artikolu 11(II) tal-kuntratt mudell tas-CISAC jew minħabba li applikat de facto dawn ir-restrizzjonijiet ta' sħubija u (ii) tordnaha, konsegwentement, fl-Artikolu 4.1 tagħha, li ttemm immedjatament dan il-ksur, jekk hija mhux diġà għamlet dan, u li tinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri kollha li jittieħdu għal dan il-għan;

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni fis-16 ta' Lulju 2008 fil-Każ KOMP/C2/38.698 — CISAC sa fejn hija (i) tikkundanna lir-rikorrenti, fl-Artikolu 3 tagħha, skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, minħabba li kkoordinat limitazzjonijiet territorjali b'tali mod li rrestrinġiet il-portata ta' liċenzja għat-territorju nazzjonbli ta' kull soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva u (ii) tordnaha, konsegwentement, fl-Artikolu 4.2. tagħha, li ttemm fi żmien mija u għoxrin ġurnata li jibdew jgħoddu mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-ksur u li tinforma lill-Kummissjoni, fl-istess żmien, bil-miżuri kollha li jittieħdu għal dan il-għan;

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni fis-16 ta' Lulju 2008 fil-Każ KOMP/C2/38.698 — CISAC sa fejn hija tordna lir-rikorrenti, minn dik id-data 'il quddiem, sabiex tibqa' lura minn kull att jew aġir deskritt fl-Artikoli 1 u 3 tad-deċiżjoni kif ukoll minn kull att jew aġir li għandu għan jew effett simili;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F'din il-kawża, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ KOMP/C2/38.698 — CISAC) intiża għal prattiċi miftiehma dwar il-kundizzjonijiet ta' amministrazzjoni tad-drittijiet ta' eżekuzzjoni pubblika ta' xogħlijiet mużikali, kif ukoll tal-kundizzjonijiet ta' għoti tal-liċenzji korrispondenti mis-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva, u li jieħdu l-forma ta' restrizzjonijiet ta' sħubija fil-ftehim ta' rappreżentazzjoni reċiproka, kif previsti permezz tal-kuntratt mudell tal-Confédération internationale des sociétés d'auteurs et compositeurs (kuntratt mudell CISAC) jew kif huma applikati fil-prattika.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti l-ewwel nett issostni li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tagħha ta' difiża u l-forom sostanzjali:

meta ddeċidiet, fid-deċiżjoni kkontestata, li r-rikorrenti ħadet sehem f'allegata prattika miftiehma meta d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet mibgħuta lir-rikorrenti kienet ibbażata fuq it-teorija tal-effet ta' netwerk; ir-rikorrenti għalhekk ma tqiegħditx fil-kapaċità li tippreżenta d-difiża tagħha fuq is-sehem tagħha fl-allegata prattika miftiehma;

mata ma tatx motivi għalfejn laqgħet l-ilment kontra r-rikorrenti dwar ir-restrizzjonijiet ta' sħubija li kienu jinsabu fil-kuntratti ta' rappreżentazzjoni reċiproka konklużi bejn soċjetajiet ta' awturi Ewropej jew applikati de facto minnhom meta r-rikorrenti ppruvat li hija kienet neħħiet dawn il-klawżoli u li hija ma kinitx għadha tapplikahom;

meta ma tatx definizzjoni tal-attività li jsir riferiment għaliha fid-deċiżjoni kkontestata, rigward il-ksur marbut ma' allegata prattika miftiehma u għalhekk tal-portata tal-ordni tagħha.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE:

meta ddeċidiet li r-rikorrenti wettqet ksur permezz tal-klawżola ta' sħubija filwaqt li r-rikorrenti ġabet il-prova li hija neħħiet dawk il-klawżoli u li ma kinitx tapplikahom;

meta wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni rigward ix-xandir bis-satellita, peress li s-soċjetajiet tal-awturi taw mandati lil xulxin, rispettivament, sabiex jagħtu lill-operaturi ta' xandir bis-satellita awtorizzazzjoni multiterritorjali li tkopri iż-żona kollha ta' trażmissjoni tas-satellita użata għax-xandir tal-programmi tagħhom;

meta adottat definizzjoni tas-suq li mhijiex eżatta;

meta ddeċidiet li r-rikorrenti ħadet sehem fi prattika miftiehma mingħajr ma ġabet il-prova ta' dan;

meta kkonkludiet li teżisti prattika miftiehma filwaqt li l-allegat ftehim bejn soċjetajiet ta' awturi ma setax jirrestrinġi l-kompetizzjoni;

meta pprojbiet lis-soċjetajiet ta' awturi “kull att jew aġir li għandu għan jew effett identiku jew simili” għall-allegati prattiki miftiehma li wasslu għal-limitazzjonijiet territorjali li jinsabu fil-kuntratti ta' rappreżentazzjoni reċiproka filwaqt li ddikjarat li kull soċjetà hija ħielsa li tistabbilixxi f'kuntest bilaterali l-portata ta' ftehim ta' rappreżentazzjoni reċiproka li hija tikkonkludi, peress li dawn il-kontradizzjonijiet jippreġudikaw iċ-ċertezza legali.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/32


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2008 — KODA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-425/08)

(2008/C 327/59)

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: KODA (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentanti: K. Dyekjær u J. Borum, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008, każ COMP/C2/38.698 CISAC, kollha kemm hi, jew

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008, każ COMP/C2/38.698 CISAC, kollha kemm hi safejn tikkonċerna KODA; jew

tannulla l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008, każ COMP/C2/38.698 CISAC; jew

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008, każ COMP/C2/38.698 CISAC, safejn tikkonċerna KODA; jew

ulterjorment, tannulla l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008, każ COMP/C2/38.698 CISAC, safejn tikkonċerna t-trażmissjoni bil-kejbil u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008, C(2008) 3435 finali, każ COMP/C2/38.698 — CISAC, li biha l-Kummissjoni kkonstatat li r-rikorrenti kisret l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE billi inkludiet fil-ftehim tagħha ta' rappreżentanza reċiproka jew billi inkludiet fl-operat tagħha limitazzjonijiet relatati mas-sħubija (Artikolu 1) u klawżoli ta' esklużività (Artikolu 2) u billi ftehmet dwar limitazzjonijiet territorjali b'mod li llimitat liċenzja konnessa mat-territorju nazzjonali tal-awtorità ta' amministrazzjoni inkwistjoni fil-każ tal-attribuzzjoni ta' liċenzji għal drittijiet għax-xandir pubbliku ta' xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bil-kejbil (Artikolu 3).

In sostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni li:

id-deċiżjoni kkontestata għandha difett ta' forma, inkwantu, f'parti ċentrali tagħha, id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet hija differenti mid-deċiżjoni finali;

id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żball ta' liġi, inkwantu i) ma ġiex ipprovat li l-inklużjoni min-naħa tar-rikorrenti ta' limitazzjonijiet territorjali fil-kuntratti tagħha ta' rappreżentanza reċiproka permezz tax-xandir bl-internet, bis-satellita u bil-kejbil huwa dovut għal prattika miftiehma ma' awtoritajiet oħra ta' amministrazzjoni li joperaw fiż-ŻEE, u inkwantu ii) il-limitazzjonijiet territorjali ma jikkostitiwixxux restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni.

Sussidjarjament ir-rikorrenti ssostni li fid-deċiżjoni kkontestata ma ġiex ipprovat li hemm ksur fir-rigward tal-għoti ta' liċenzji ta' drittijiet ta' xandir bil-kejbil.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/33


Rikors ippreżentat fl-1 ta' Ottubru 2008 — AKM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-432/08)

(2008/C 327/60)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Staatlich genehmigte Gesellschaft der Autoren, Komponisten und Musikverleger reg. Gen. mbH (AKM) (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. Wollmann u F. Urlesberger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni f'dak li jirrigwarda lil AKM skont l-Artikolu 231(1) KE;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors jirrigwarda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, adottata fil-Kawża COMP/C2/38.698 — CISAC, fejn il-Kummissjoni ddikjarat li l-prattika miftiehma dwar l-għoti reċiproku tad-drittijiet tal-awtur għal xogħolijiet mużikali bejn soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur li huma membri tal-Confédération Internationale des Sociétés d'Auteur et Compositeurs (Konfederazzjoni internazzjonali tas-soċjetajiet ta' awturi u kompożituri — “CISAC”), tikser l-Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE.

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni sa fejn il-Kummissjoni kkonstatat li AKM, bl-applikazzjoni fil-ftehim ta' rappreżentazzjoni reċiproka tar-restrizzjonijiet ta' sħubija li jinsabu fl-Artikolu 11(2), tal-kuntratt mudell CISAC, jew bl-applikazzjoni de facto tar-restrizzjonijiet ta' sħubija, kif ukoll bil-koordinazzjoni tal-limiti territorjali tal-liċenzji, kisret l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, u sa fejn il-Kummissjoni ordnat lil AKM sabiex ittemm dan il-ksur.

Ir-rikorrenti tibbaża r-rikors tagħha fuq il-motivi li ġejjin:

L-ewwel nett, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni stabbiliet l-fatti b'mod żbaljat f'dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet ta' sħubija minn AKM. Il-Kummissjoni ma ppreżentat l-ebda prova li tikkonferma l-applikazzjoni effettiva ta' restrizzjoni bħal din minn AKM. Bil-kontra, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-provi li jistabbilixxu li AKM għandha “politika ta' sħubija miftuħa”. Barra minn dan, il-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra l-fatt li tneħħew b'mod impliċitu, r-restrizzjonijiet ta' sħubija li qabel kienu jinsabu fil-ftehim ta' rappreżentazzjoni reċiproka ta' AKM, u li issa m'għadhomx iktar parti tal-ftehim ta' rappreżentazzjoni reċiproka konklużi minn AKM.

Barra minn hekk, l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li fih din tal-aħħar tallega li AKM “kisret l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi kkoordinat ir-restrizzjonijiet territorjali li permezz tagħhom il-kamp ta' applikazzjoni ta' liċenzja huwa limitat għat-territorju nazzjonali ta' kull soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva”, jikkontradixxi l-motivi tad-deċiżjoni. B'mod partikolari, it-test tad-deċiżjoni ma fih l-ebda limitu għall-forom ta' xandir (satellita, internet u kejbil) li qieset il-Kummissjoni fil-kunsiderazzjonijiet tagħha.

Barra minn dan, il-limiti territorjali eżistenti ta' liċenzji li jinsabu fil-ftehim ta' rappreżentazzjoni reċiproka ta' AKM mhumiex ir-riżultat ta' prattiċi miftiehma. Sabiex tiġi pprovata l-eżistenza ta' koordinazzjoni ta' azzjoni intenzjonali, il-Kummissjoni tibbaża ruħha biss fuq il-fatt li l-ftehim ta' rappreżentazzjoni reċiproka ta' soċjetajiet Ewropej għall-amministrazzjoni kollettiva prattikament isegwu sistema uniformi. Madankollu, din l-imġieba parallela tista' tiġi spjegata sempliċement permezz tal-istruttura tas-suq storikament tradizzjonali u mill-kundizzjonijiet ġenerali legali għall-attivitajiet tas-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur.

Barra minn hekk, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikser il-prinċipju ta' preċiżjoni billi ma jirriżultax b'mod ċar mill-Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni x'jinftiehem permezz tar-rekwiżit li “jiġu kkontrollati” ċerti dispożizzjonijiet kuntrattwali.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/34


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2008 — Agapiou Joséphidès vs Il-Kummissjoni u L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, Awdjoviżwal u l-Kultura

(Kawża T-439/08)

(2008/C 327/61)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Kalliope Agapiou Joséphidès (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: C. Joséphidès, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (“l-Aġenzija”), tal-1 ta' Awwissu 2008, li biha l-Aġenzija, li taġixxi taħt il-kontroll tal-Kummissjoni, caħdet li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess, mitlub bl-ittra tagħha tat-3 ta' Marzu 2008, għal ċerti dokumenti tal-fajl Nru 07/0122 dwar l-għoti ta' Ċentru ta' Eċċellenza Jean Monnet lill-Università ta' Ċipru;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3749, tat-8 ta' Awwissu 2008, dwar id-deċiżjoni individwali ta' għoti ta' sussidji fil-kuntest tal-Programm għall-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja, sub-programm Jean Monnet;

tikkundanna lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni jbatu l-ispejjeż tar-rikorrenti f'din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, tal-1 ta' Awwissu 2008, li caħditilha l-aċċess għal dokumenti dwar l-għoti ta' Ċentru ta' Eċċellenza Jean Monnet lill-Università ta' Ċipru u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3749, tat-8 ta' Awwissu 2008, dwar deċiżjoni individwali ta' għoti ta' sussidji fil-kuntest tal-Programm għall-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja, sub-programm Jean Monnet, sa fejn tirrikkomanda lill-Università ta' Ċipru għall-għoti ta' sussidju għall-ħolqien ta' Ċentru ta' Eċċellenza Jean Monnet.

Insostenn tat-talba tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-1 ta' Awwissu 2008, hija ssostni li l-Aġenzija kisret id-dritt personali tagħha, kif jirriżulta, b'mod partikolari, mill-prinċipju ta' trasparenza li hemm fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 TUE u fl-Artikolu 6 TUE, mill-Artikolu 255 KE u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, li jkollha aċċess għal ċerti dokumenti sa fejn isimha ntuża minn terza persuna (l-Università ta' Ċipru) ġo fajl amministrattiv ta' kandidatura, bil-għan li jittieħed vantaġġ minnu, mingħajr il-kunsens tagħha. Hija tallega li f'dawn iċ-ċirkustanzi, hija għandha d-dritt li tivverifika l-kontenut eżatt u/jew l-eżatezza tad-data personali kif ukoll l-għan u l-kuntest tal-użu ta' din id-data.

Barra minn hekk, hija tirrileva li d-Direttur tal-Aġenzija mhuwiex kompetenti sabiex jiddeċiedi fuq it-talba konfermattiva tagħha għal aċċess għad-dokumenti u li d-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-1 ta' Awwissu 2008 ittieħdet bi ksur tar-Regolament Nru 1049/2001 (1) kif ukoll tar-Regoli tal-Proċedura tal-Kummissjoni.

Madankollu, jekk il-Qorti tal-Prim'Istanza tikkunsidra li d-Direttur tal-Aġenzija kellu l-kompetenza sabiex jadotta d-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti ssostni li din id-deċiżjoni ttieħdet bi ksur ta' diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1049/2001, b'mod partikolari tal-Artikoli 7(1), 8(1) u 15(1). Skont ir-rikorrenti, l-Aġenzija għamlet ukoll interpretazzjoni żbaljata ta' diversi dispożizzjonijiet oħra tal-istess regolament, b'mod partikolari tal-Artikoli 4(4), 4(5) 4(1)(b) u 4(2) tagħha u applikat b'mod ineżatt il-prinċipju tat-trasparenza u l-kunċett ta' interess pubbliku akbar. Ir-rikorrenti tinvoka wkoll motiv ibbażat fuq nuqqas ta' motivazzjoni meħtieġa għad-deċiżjoni kkontestata.

Insostenn tat-talba tagħha għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 3749, tat-8 ta' Awwissu 2008, ir-rikorenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball meta naqset milli tivverifika l-eżistenza tal-kunsens tar-rikorrenti sabiex id-data personali tagħha tiġi inkluża fil-formula ta' kandidatura ppreżentata lill-Kummissjoni mill-Università ta' Ċipru. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kellha tikkonstata irregolarità sostanzjali fil-proġett ippreżentat u tirrevoka d-deċiżjoni tagħha jew tieħu miżuri oħra meħtieġa.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni wettqet żball fl-analiżi tal-kriterji ta' eliġibbilità għall-kandidatura ppreżentata mill-Università ta' Ċipru.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/34


Rikors ippreżentat fl-1 ta' Ottubru 2008 — 1-2-3.TV vs UASI — Zweites Deutsches Fernsehen u Televersal Film- und Fernseh-Produktion (1-2-3. TV)

(Kawża T-440/08)

(2008/C 327/62)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: 1-2-3.TV GmbH (Unterföhring, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, T. Dolde u E. Nicolás Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zweites Deutsches Fernsehen (Mainz, il-Ġermanja) u Televersal Film- und Fernseh-Produktion GmbH (Hamburg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ġunju 2008 (Każ R 1076/2007-1), u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: 1-2-3.TV GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “1-2-3.TV” għas-servizzi fil-klassijiet 35, 38 u 41 — Applikazzjoni Nru 3.763.133

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokati in sostenn tal-oppożizzjoni: Zweites Deutsches Fernsehen und Televersal Film- und Fernseh-Produktion GmbH

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark nazzjonali “1, 2 ODER 3 ZDF-ORF-SFDRS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 9, 12, 14, 16, 18, 21, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 32, 35, 38, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 peress li, minħabba l-impressjoni differenti mogħtija mit-trade marks kunfliġġenti mhemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejniethom.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/35


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-443/08)

(2008/C 327/63)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt (rappreżentant: U. Soltész, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, taħt l-Artikolu 231(1) KE, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2008, sa fejn f'dan l-artikolu l-Kummissjoni tiddikjara li:

a)

il-miżura ta' kontribuzzjoni ta' kapital mogħtija mill-Ġermanja għall-kostruzzjoni ta' runway ġdida fin-nofsinhar u tal-istabbilimenti relatati fl-ajruport ta' Leipzig/Halle hija għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, u

b)

din l-“għajnuna mill-Istat” tammonta għal EUR 350 miljun;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jikkontestaw id-dikjarazzjonijiet, magħmula fl-ewwel parti tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3512 finali, tat-23 ta' Lulju 2008 (C 48/2006, ex N 227/2006) dwar il-miżuri meħuda mill-Ġermanja favur DHL u l-ajruport ta' Leipzig/Halle, li l-kontribuzzjoni ta' kapital mogħtija mill-Ġermanja lill-ajruport ta' Leipzig/Halle tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur dan l-ajruport u li din l-għajnuna tammonta għas-somma ta' EUR 350 miljun.

Ir-rikorrenti jibbażaw ir-rikors tagħhom fuq seba' motivi:

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li d-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mhumiex applikabbli peress li l-ajruport, sa fejn hija kkonċernata l-estensjoni ta' infrastruttura ta' ajruport reġjonali, mhuwiex impriża fis-sens ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Fit-tieni lok, l-ajruport Leipzig/Halle GmbH huwa kumpannija tal-Istat bi skop wieħed (“single purpose vehicle”) li għandha forma organizzattiva taħt id-dritt privat u li, għalhekk, sa fejn l-Istat jipprovdilu r-riżorsi meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, ma jistax fil-verità jiġi kkunsidrat bħala benefiċjarju ta' għajnuna mill-Istat.

Fit-tielet lok, id-deċiżjoni kkontestata hija kontradittorja fiha nfisha sa fejn f'din l-istess deċiżjoni l-ajruport Leipzig/Halle GmbH huwa kkunsidrat kemm bħala benefiċjarju ta' għajnuna u kemm bħala l-entità li tagħti l-għajnuna.

Fir-raba' lok, l-applikazzjoni tal-linji gwida (1) ppubblikati fl-2005 għal fatti preċedenti għall-pubblikazzjoni tagħhom tmur kontra l-projbizzjoni tal-applikazzjoni retroattiva, il-prinċipju taċ-ċertezza legali, il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u l-prinċipju tat-trattament ugwali. Skont ir-rikorrenti, kienu biss il-linji gwida tal-Kummissjoni tal-1994 (2) li kellhom jiġu applikati.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jispjegaw li l-linji gwida l-ġodda jmorru kontra d-dritt Komunitarju primarju minħabba li, fid-dawl tal-fatt li l-operaturi ta' ajruport reġjonali m'għandhomx in-natura ta' impriża, dawn il-linji gwida huma infondati fuq il-fatti u huma, minnhom infushom, kontradittorji. Skont il-linji gwida tal-2005, anki l-kostruzzjoni ta' ajruporti taqa' taħt id-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat filwaqt li din l-attività, taħt il-linji gwida preċedenti tal-1994, kienet speċifikament eskluża mill-applikabbiltà tad-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat. Fid-dawl tal-kontenut kompletament oppost tal-linji gwida l-qodma u l-ġodda, u fid-dawl tan-nuqqas tat-tħassir tad-dispożizzjonijiet tal-1994, mhuwiex ċar liema evalwazzjoni ġuridika għandha tiġi applikata fir-rigward tal-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport.

Fis-sitt lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet ksur proċedurali peress li, fir-rigward tal-kontribuzzjoni ta' kapital li hija kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat, hija ma applikatx id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (3) fir-rigward ta' għajnuna eżistenti.

Fis-seba' lok, il-linji gwida tal-2005 ma jirrispettawx id-diviżjoni ta' kompetenzi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni peress li l-Kummissjoni estendiet il-kompetenzi tagħha lil hinn mil-limiti previsti mit-Trattat KE billi interpretat b'mod usa' l-elementi karatteristiċi ta' “impriża” fl-Artikolu 87(1) KE u billi, permezz ta' din l-interpretazzjoni li hija usa', għaddiet taħt il-kontroll tal-istituzzjonijiet Komunitarji anki attivitajiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali.


(1)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida Komunitarji dwar il-finanzjament ta' ajruporti u l-għajnuna għall-bidu mill-Istat mogħtija lil linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (ĠU C 312, 9.12.2005, p. 1)

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE għal għajnuna mill-Istat għat-trasport bl-ajru (ĠU 1994, C 350, p. 7).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/36


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Ottubru 2008 — S.L.V. Elektronik vs UASI — Jiménez Muñoz (LINE)

(Kawża T-449/08)

(2008/C 327/64)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: S.L.V. Elektronik GmbH (Übach-Palenberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. König, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Angel Jiménez Muñoz (Gelida, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-18 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 759/2007-4, sa fejn din tirrigwarda r-reġistrazzjoni tat-trade mark 003316908 għal “lampi li jaħdmu bil-kurrent elettriku, tagħmir u installazzjoniet elettriċi, tagħmir elettriku ta' effetti teatrali, lampi tal-elettriku u partijiet tal-prodotti msemmija” u li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għandu jbati l-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: l-appellant

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “LINE” għal prodotti fil-klassi 11 — applikazzjoni Nru 3 316 908

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Angel Jiménez Muñoz

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: trade marks verbali u figurattivi nazzjonali “Line” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 37 u 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni parzjalment annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 tal-Kunsill, billi m'hemm l-ebda probbabiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks kunfliġġenti. Barra minn dan, il-Bord tal-Appell ma bbażax ruħu fuq it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni, iżda fuq disinn mhux identiku.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/36


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig/Halle vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-455/08)

(2008/C 327/65)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mitteldeutsche Flughafen AG (Leipzig, il-Ġermanja), Flughafen Leipzig/Halle GmbH (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Núñez-Müller, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, taħt l-Artikolu 231(1) KE, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2008, sa fejn f'dan l-artikolu l-Kummissjoni tiddikjara li:

a)

il-miżura ta' kontribuzzjoni ta' kapital mogħtija mill-Ġermanja għall-kostruzzjoni ta' runway ġdida fin-nofsinhar u tal-istabbilimenti relatati fl-ajruport ta' Leipzig/Halle hija għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, u

b)

din l-“għajnuna mill-Istat” tammonta għal EUR 350 miljun;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jikkontestaw id-dikjarazzjonijiet, magħmula fl-ewwel parti tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3512 finali, tat-23 ta' Lulju 2008 (C 48/2006, ex N 227/2006) dwar il-miżuri meħuda mill-Ġermanja favur DHL u l-ajruport ta' Leipzig/Halle, li l-kontribuzzjoni ta' kapital mogħtija mill-Ġermanja lill-ajruport ta' Leipzig/Halle tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur dan l-ajruport u li din l-għajnuna tammonta għas-somma ta' EUR 350 miljun.

Ir-rikorrenti jibbażaw ir-rikors tagħhom fuq tmien motivi:

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li d-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mhumiex applikabbli peress li l-ajruport, sa fejn hija kkonċernata l-estensjoni ta' infrastruttura ta' ajruport reġjonali, mhuwiex impriża fis-sens ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Fit-tieni lok, l-ajruport Leipzig/Halle GmbH huwa kumpannija tal-Istat bi skop wieħed (“single purpose vehicle”) li għandha forma organizzattiva taħt id-dritt privat u li, għalhekk, sa fejn l-Istat jipprovdilu r-riżorsi meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, ma jistax fil-verità jiġi kkunsidrat bħala benefiċjarju ta' għajnuna mill-Istat.

Fit-tielet lok, id-deċiżjoni kkontestata hija kontradittorja fiha nfisha sa fejn f'din l-istess deċiżjoni l-ajruport Leipzig/Halle GmbH huwa kkunsidrat kemm bħala benefiċjarju ta' għajnuna u kemm bħala l-entità li tagħti l-għajnuna.

Fir-raba' lok, l-applikazzjoni tal-linji gwida ppubblikati fl-2005 (1) għal fatti preċedenti għall-pubblikazzjoni tagħhom tmur kontra l-projbizzjoni tal-applikazzjoni retroattiva, il-prinċipju taċ-ċertezza legali, il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u l-prinċipju tat-trattament ugwali. Skont ir-rikorrenti, kienu biss il-linji gwida tal-Kummissjoni tal-1994 (2) li kellhom jiġu applikati.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jispjegaw li l-linji gwida l-ġodda jmorru kontra d-dritt Komunitarju primarju minħabba li, fid-dawl tal-fatt li l-operaturi ta' ajruport reġjonali m'għandhomx in-natura ta' impriża, dawn il-linji gwida huma infondati fuq il-fatti u huma, minnhom infushom, kontradittorji. Skont il-linji gwida tal-2005, anki l-kostruzzjoni ta' ajruporti taqa' taħt id-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat filwaqt li din l-attività, taħt il-linji gwida preċedenti tal-1994, kienet speċifikament eskluża mill-applikabbiltà tad-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat. Fid-dawl tal-kontenut kompletament oppost tal-linji gwida l-qodma u l-ġodda, u fid-dawl tan-nuqqas tat-tħassir tad-dispożizzjonijiet tal-1994, mhuwiex ċar liema evalwazzjoni ġuridika għandha tiġi applikata fir-rigward tal-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport.

Fis-sitt lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet ksur proċedurali peress li, fir-rigward tal-kontribuzzjoni ta' kapital li hija kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat, hija ma applikatx id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (3) fir-rigward ta' għajnuna eżistenti.

Fis-seba' lok, il-linji gwida tal-2005 ma jirrispettawx id-diviżjoni ta' kompetenzi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni peress li l-Kummissjoni estendiet il-kompetenzi tagħha lil hinn mil-limiti previsti mit-Trattat KE billi interpretat b'mod usa' l-elementi karatteristiċi ta' “impriża” fl-Artikolu 87(1) KE u billi, permezz ta' din l-interpretazzjoni li hija usa', għaddiet taħt il-kontroll tal-istituzzjonijiet Komunitarji anki attivitajiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali.

Fl-aħħar nett id-deċiżjoni kkontestata hija, minnha nfisha inkonsistenti u tikser ukoll l-obbligu ta' motivazzjoni skont l-Artikolu 253 KE.


(1)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida Komunitarji dwar il-finanzjament ta' ajruporti u l-għajnuna għall-bidu mill-Istat mogħtija lil linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU 2005, C 312, p. 1).

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KE kif ukoll tal-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE għal għajnuna mill-Istat għat-trasport bl-ajru [Traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU 1994, C 350, p. 7).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta' Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/37


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — EuroChem MCC vs Il-Kunsill

(Kawża T-459/08)

(2008/C 327/66)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EuroChem Mineral u Chemical Company OAO (EuroChem MCC) (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: P. Vander Schueren u B. Evtimov, lawyers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 tat-8 ta' Lulju 2008 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara verifika ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (1) safejn jimponi dazju antidumping fuq ir-rikorrenti, fuq is-sussidjarji tagħha ta' manifattura u kumpanniji relatati, indikati fil-premessa 23(a) u (ċ) u l-Artikoli 1(2)(a) u 2(2)(a) tar-regolament ikkontestat;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn tat-talba tagħhom ir-rikorrenti jressqu żewġ motivi għal annullament. It-tieni motiv huwa maqsum fi tliet partijiet.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kunsill u l-Kummissjoni kisru l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku (2) u/jew kisru rekwiżit proċedurali essenzjali billi rrifjutaw li, ex officio, jwettqu reviżjoni interim tal-ħsara u l-konstatazzjonijiet tal-marġini tal-ħsara flimkien mar-reviżjoni tal-iskadenza, u għaldaqstant wettqet żball manifest billi kkonstatat il-probabbiltà li terġa' tirriżulta l-ħsara fil-kuntest tar-reviżjoni tal-iskadenza.

It-tieni nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kunsill u l-Kummissjoni ikkonstataw b'mod żbaljat il-valur normali għar-rikorrenti fir-reviżjoni interim parzjali, li rriżultat fiż-żieda artifiċjali tagħha, u wettqet paragun żbaljat mal-prezz tal-esportazzjoni u għaldaqstant waslet għal konstatazzjoni żbaljata ta' dumping, u b'hekk kisret l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament bażiku, filwaqt li wettqet għadd ta' żbalji manifesti ta' evalwazzjoni u kisret prinċipji fundamentali tad-dritt Komunitarju.

B'mod iktar partikolari, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kunsill u l-Kummissjoni wettqu żball ta' liġi u kisru l-Artikolu 2(3) u (5) tar-Regolament bażiku kif ukoll il-kuntest legali tagħhom ipprovdud mill-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament bażiku, billi ma ħadux inkunsiderazzjoni parti kbira mill-ispejjeż ta' produzzjoni tar-rikorrenti għaliex qisuha inaffidabbli u/jew billi de facto applikaw metodoloġija li ma tgħoddx għal ekonomija tas-suq għall-konstatazzjoni tal-parti l-kbira tal-valur normali tar-rikorrenti.

Ladarba ddeċidiet li tipproċedi bl-aġġustament tal-gass, il-Kummissjoni kisret it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(5), u/jew wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni u wriet nuqqas ta' motivazzjoni billi implementat l-aġġustament tal-gass abbażi tal-prezz intra-Komunitarju tal-gass f'Waidhaus, il-Ġermanja u naqset milli tagħmel tnaqqis ulterjuri.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kunsill u l-Kummissjoni kisru l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku u wettqu żball manifest ta' evalwazzjoni tal-fatti billi naqqsu mill-prezz għall-esportazzjoni tar-rikorrenti l-ewwel bejgħ lil konsumatur indipendenti, spejjeż ġenerali u amministrattivi u kummissjoni fir-rigward tal-kumpanniji relatati, li huma parti integrali ta' entità ekonomika waħda u tad-dipartiment tal-bejgħ integrat tar-rikorrenti.


(1)  ĠU L 185, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 1996 L 56, p. 1).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/38


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ottubru 2008 — Winzer Pharma vs UASI — Alcon (OFTAL CUSI)

(Kawża T-462/08)

(2008/C 327/67)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. Robert Winzer Pharma GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Schneller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alcon, Inc. (Hünenberg, l-Iżvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta' Lulju 2008 (R 1471/2007-1) u d-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tas-16 ta' Lulju 2007 (B 809 899);

tiċħad l-Applikazzjoni Nru 003679181 għat-trade mark Komunitarja “Ophtal Cusi”;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

L-applikant għat-trade mark Komunitarja: Alcon Cusì, S.A (sussegwentement Alcon, Inc.)

It-trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “OFTAL CUSI” għal prodotti fil-klassi 5

Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

It-trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni:“Ophtal” (Nru 489 948) għal prodotti fil-klassi 5

Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) peress li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni minħabba x-xebh bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p.1).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/39


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ottubru 2008 — Imagion vs UASI (DYNAMIC HD)

(Kawża T-463/08)

(2008/C 327/68)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Imagion AG (Trierweiler, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Blatzheim, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta' Awwissu 2008 (Każ R 488/2008-4) u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “DYNAMIC HD” għal servizzi fil-klassijiet 35, 38, 41, 42, 45 (Nru 6 092 241)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) peress li t-trade mark verbali “DYNAMIC HD” la kienet deskrittiva u lanqas ma kienet nieqsa mill-karattru distintiv meħtieġ;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kisbet karattru distintiv permezz tal-użu li sar minnha;

Ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni;

Ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/39


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Ottubru 2008 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-465/08)

(2008/C 327/69)

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tas-7 ta' Awwissu 2008, li tawtorizza t-tpaċija tal-kreditu mad-debitu tal-Kummissjoni, bir-referenza BUDG/C3 D(2008)10.5-3956;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-Repubblika Ċeka l-ammont paċut ta' EUR 9 354 130,93 u l-interessi għal dewmien rispettivi

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Permezz tar-rikors preżenti, ippreżentat skont l-Artikolu 230 KE, ir-Repubblika Ċeka titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tas-7 ta' Awwissu 2008, dwar it-tpaċija tal-kreditu mad-debitu tal-Kummissjoni, bir-referenza BUDG/C3 D(2008)10.5-3956. Meta adottat id-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni aġixxiet skont l-Artikolu 73(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tal-25 ta' Ġunju 2002, dwar ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), kif emendat. Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni paċiet il-kreditu li kien dovut lilha mir-Repubblika Ċeka abbażi tal-irkupru tal-fondi li jistgħu jiġġeddu tal-programm PHARE T9106, CS9203 u CZ9302 għall-ammont totali ta' EUR 9 354 130,93. Il-kreditu tal-Kummissjoni kien paċut mal-kreditu li kellha r-Repubblika Ċeka fir-rigward ta' żewġ ħlasijiet intermedjarji skont żewġ programmi operazzjonali ffinanzjati mill-fondi strutturali għall-ammont totali ta' EUR 10 814 475,41. Ir-Repubblika Ċeka titlob ir-rimbors tal-ħlas li kien is-suġġett ta' din it-tpaċija.

2.

Id-deċiżjoni kkontestata hija nulla fid-dawl tal-fatt li, meta ġiet adottata mill-Kummissjoni, din tal-aħħar abbużat mill-poter tagħha peress li adottat id-deċiżjoni kkontestata fuq bażi ġuridika żbaljata.

3.

Anke jekk jiġi kkunsidrat li r-Regolament Nru 1605/2002 jista' jiġi applikat għal każ inkwistjoni, id-deċiżjoni kkontestata hija nulla peress li ġiet adottata bi ksur tal-kundizzjonijiet stabbiliti għat-tpaċija pprovduti fl-imsemmi regolament, jew fir-Regolament Nru 2342/2002 (2), li jimplementa r-Regolament Nru 1605/2002 u li jiddefinixxi l-proċedura ta' kumpens.

4.

Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni kkontestata hija nulla peress li ma tinkludi ebda motivazzjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1; edizzjoni speċjali biċ-Ċek, Kapitolu 1, Taqsima 4, p. 74.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/40


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni vs Eurgit u Cirese

(Kawża T-470/08)

(2008/C 327/70)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Moretto, avukat, A. M. Rouchaud-Joët, aġent, N. Bambara, aġent)

Konvenuti: Associazione dei giuristi italiani per le Comunità europee — Eurgit (Ruma, l-Italja), Vania Cirese (Ruma, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tikkundanna lil EURGIT kif ukoll lil V. Cirese personalment u in solidum, għall-rimbors tas-somma ta' EUR 7,412, dovuta prinċipalment, flimkien mal-imgħax għal dewmien bir-rata ta' imgħax legali Belġjan mill-11 ta' Novembru 2002 sad-data tal-ħlas kollu tad-dejn;

tikkundanna lil EURGIT kif ukoll lil V. Cirese personalment u in solidum, għall-ħlas tal-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat mill-Kummissjoni Ewropea, abbażi tal-Artikolu 238 tat-Trattat KE, bil-għan li tinkiseb il-kundanna ta' EURGIT u ta' V. Cirese, in solidum, għar-rimbors ta' somma li tammonta għal EUR 7,412 flimkien mal-imgħax għal dewmien, liema somma tirrappreżenta l-ħlas bil-quddiem min-naħa tar-rikorrenti lil EURGIT għat-twettiq tal-proġett Nru 97/GR/098, iffinanzjat fil-kuntest tal-programm GROTIUS ta' inċentivi u ta' skambji intiżi għall-prattikanti legali.

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li, bis-saħħa tal-punt 7 tad-“dikjarazzjoni tal-benefiċċjarju ta' għajnuna finanzjarja”, il-benefiċjarju jintrabat, kemm-il darba r-rendikont tal-ispejjeż ma jkunx jista' jiġġustifika l-użu tal-għajnuna finanzjarja rċevuta, li jħallas lura, fuq talba tagħha, is-somom mhux iġġustifikati li diġà tħallsu.

Peress li fit-terminu mogħti, EURGIT ma ġġustifikatx l-użu tal-ammont imħallas mill-Kummissjoni, m'hemm l-ebda dubju dwar il-fatt li fuq il-konvenuta u fuq min aġixxa f'isimha u għaliha, hemm l-obbligu li jitħallas lura l-ammont mogħti.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/40


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Novembru 2008 — Media-Saturn vs UASI (BEST BUY)

(Kawża T-476/08)

(2008/C 327/71)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Media-Saturn-Holding GmbH (Ingolstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Lewinsky, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Awwissu 2008 fil-Każ R 0591/2008-4 kif ukoll

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura u r-rimbors tal-ispejjeż tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “Best Buy” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 15, 16, 17, 20, 21, 22, 27, 28, 35, 37, 38, 40, 41, 42 (Nru 5 189 550)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu mitlub.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 1994, L 11, p. 1).


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/41


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Ottubru 2008 — Casinò municipale di Venezia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-221/00) (1)

(2008/C 327/72)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tas-Sitt Awla Estiża ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 316, 4.11.2000.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/41


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Ottubru 2008 — Azivo Algemeen Ziekenfonds De Volharding vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-84/06) (1)

(2008/C 327/73)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 108, 6.5.2006.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/41


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Settembru 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-126/06) (1)

(2008/C 327/74)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 143, 17.6.2006.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/41


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Novembru 2008 — Omya vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-275/06) (1)

(2008/C 327/75)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/41


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Novembru 2008 — Xinhui Alida Polythene vs Il-Kunsill

(Kawża T-364/06) (1)

(2008/C 327/76)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU 20 27.1.2007.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/42


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Ottubru 2008 — Las Palmeras et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-217/07, T-218/07, T-244/07 sa T-246/07, T-252/07 sa T-255/07, T-258/07 sa T-260/07, T-268/07 sa T-272/07 u T-394/07) (1)

(2008/C 327/77)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawżi maqgħuda T-217/07, T-218/07, T-244/07, T-245/07, T-246/07, T-253/07, T-254/07, T-255/07, T-258/07, T-259/07, T-260/07, T-268/07, T-269/07, T-270/07 u T-394/07.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/42


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Ottubru 2008 — Kenitex-Química vs UASI — Chemicals International (Kenitex TINTAS A qualidade da cor)

(Kawża T-322/07) (1)

(2008/C 327/78)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/42


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Settembru 2008 — Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-494/07) (1)

(2008/C 327/79)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/42


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Novembru 2008 — Laura Ashley vs UASI — Tiziana Bucci (LAURA ASHLEY)

(Kawża T-301/08) (1)

(2008/C 327/80)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 247, 27.9.2008.


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/43


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ottubru 2008 — Cerafogli vs BĊE

(Kawża F-84/08)

(2008/C 327/81)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Il-kundanna tal-BĊE għall-ħlas tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba diskriminazzjoni marbuta mal-attività sindakali tagħha.

Talbiet tar-rikorrenti

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta' kumpens għad-danni materjali, korrispondenti għal, minn naħa waħda, id-differenza bejn is-salarju li rċeviet ir-rikorrenti u salarju tal-grad (“band”) H, skala 54, mill-2004 sal-2007, jiġifieri 23 skala addizzjonali, u min-naħa l-oħra, għall-għoti ta' bonus ta' EUR 3 500 kull sena għas-snin 2001, 2002 u 2003;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tas-somma ta' EUR 157 000, jew sussidjarjament, għas-somma ta' EUR 45 000, bħala kumpens għad-danni morali;

jekk ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 li tiċħad it-talba għal stħarriġ amministrattiv u d-deċiżjoni tas-7 ta' Awwissu 2008 li tiċħad l-ilment, sa fejn dawn id-deċiżjonijiet jirrigwardaw dan ir-rikors;

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/43


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Ottubru 2008 — Voslamber vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-86/08)

(2008/C 327/82)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dietrich Voslamber (Freiburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Thielen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Lulju 2008 li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal kopertura primarja tal-konjuġi tiegħu taħt l-assigurazzjoni kontra l-mard.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali ADMIN.B tal-Kummissjoni Ewropea tad-9 ta' Lulju 2008 fil-konfront tar-rikorrent;

jikkonstata li r-rikorrent għandu raġun meta jsostni li l-konjuġi tiegħu hija intitolata għal assigurazzjoni primarja taħt l-iSKAM;

jirriżerva d-drittijiet kollha tar-rikorrent li jressaq iktar motivi insostenn tar-rikors tiegħu;

jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/43


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ottubru 2008 — Schuerings vs Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ

(Kawża F-87/08)

(2008/C 327/83)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gisela Schuerings (Nizza, Franza) (rappreżentant: N. Lhoëst, avocat)

Konvenuta: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tkeċċi lir-rikorrenti, kif ukoll li l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ tiġi kkundannata tħallas kumpens għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-tkeċċija tat-23 ta' Ottubru 2007, li kellha bħala suġġett lir-rikorrenti, adottata mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ;

safejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjoni espliċita tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ tal-10 ta' Lulju 2008, li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti skont l-Artikolu 46 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ tħallas is-somma ta' EUR 125 000 bħala kumpens għal dannu materjali;

tikkundanna lill-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ tħallas is-somma ta' EUR 50 000 bħala kumpens għal dannu morali;

tikkundanna lill-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-ispejjeż.


20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/44


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ottubru 2008 — Vandeuren vs Fondation européenne pour la formation

(Kawża F-88/08)

(2008/C 327/84)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Monique Vandeuren (Pino Torinese, l-Italja) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Fondation européenne pour la formation

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tkeċċi lir-rikorrenti, kif ukoll li l-Fondation européenne tiġi kkundannata tħallas kumpens għad-dannu materjali u morali subit mir-rkorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' tkeċċija tat-23 ta' Ottubru 2007, li r-rikorrenti kienet is-suġġett tagħha, adottata mill-Formation européenne pour la formation;

safejn hemm il-ħtieġa, tannulla d-deċiżjoni speċifika tal-Fondation européenne pour la formation tal-10 ta' Lulju 2008, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti skont l-Artikolu 46 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet u l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-Fondation européenne pour la formation sabiex tħallas is-somma ta' EUR 125 000 bħala kumpens għad-dannu materjali;

tikkundanna lill-Fondation européenne pour la formation sabiex tħallas is-somma ta' EUR 50 000 bħala kumpens għad-dannu morali;

tikkundanna lill-Fondation européenne pour la formation għall-ispejjeż.