ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 325

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
19 ta' Diċembru 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

III   Atti preparatorji

 

KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

76 sessjoni plenarja tal-KTR it-8 u l-9 ta' Ottubru 2008

2008/C 325/01

Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-intensifikar tal-ġlieda kontra t-terroriżmu: l-involviment tal-awtoritajiet reġjonali u lokali

1

2008/C 325/02

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar pakkett għat-trasport tal-merkanzija

6

2008/C 325/03

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

12

2008/C 325/04

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet

19

2008/C 325/05

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni b'riżultat tal-Komunikazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-istat tas-saħħa tal-politika agrikola komuni

28

2008/C 325/06

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-akkwist pubbliku prekummerċjali: inrawmu l-innovazzjoni biex niżguraw servizzi pubbliċi sostenibbli u ta' kwalità għolja fl-Ewropa

44

2008/C 325/07

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-twaqqif ta' qafas Ewropew ta' referenza ta' assigurazzjoni tal-kwalità għal edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u dwar il-ħolqien ta' sistema Ewropea ta' kredits għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ECVET)

48

2008/C 325/08

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, xi jsarraf għall-awtoritajiet lokali u reġjonali?

52

2008/C 325/09

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar gvernanza u sħubija fuq bażi nazzjonali, reġjonali u ta' proġett fil-qasam tal-politika reġjonali

56

2008/C 325/10

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-emissjonijiet industrijali

60

2008/C 325/11

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tal-Impjiegi (2007-2010)

66

2008/C 325/12

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-litteriżmu medjatiku u l-kontenut kreattiv onlajn

70

2008/C 325/13

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini: il-promozzjoni tad-Drittijiet Fundamentali u tad-drittijiet li ġejjin miċ-ċittadinanza Ewropea

76

2008/C 325/14

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar programm għal aktar sikurezza fl-internet (2009-2013)

81

2008/C 325/15

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat b'Saħħitha

87

 

2008/C 325/16

Nota lill-qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

 


III Atti preparatorji

KUMITAT TAR-REĠJUNI

76 sessjoni plenarja tal-KTR it-8 u l-9 ta' Ottubru 2008

19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 325/1


Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-intensifikar tal-ġlieda kontra t-terroriżmu: l-involviment tal-awtoritajiet reġjonali u lokali

(2008/C 325/01)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI:

jaqbel bis-sħiħ li t-theddida globali tat-terroriżmu li qed niffaċċjaw hija theddida serja għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali fil-komunità internazzjonali kollha kemm hi;

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ser ikunu ċentrali għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE kontra t-terroriżmu. B'mod partikulari, dawn l-awtoritajiet ser imexxu l-element tal-Prevenzjoni u l-inizjattivi tal-ġejjieni kontra t-terroriżmu u d-deradikalizzazzjoni fl-Istati Membri;

jagħraf l-importanza tal-istrateġija tal-UE kontra r-radikalizzazzjoni li hija implimentata flimkien mal-istrateġija tal-UE kontra t-terroriżmu, iżda jenfasizza li dawn l-istrateġiji għandhom iqisu l-implimentazzjoni lokalizzata, jużaw l-esperjenza u l-fehim lokali, jiżviluppaw qafas ċar għall-informazzjoni komunitarja u jipprovdu l-appoġġ u r-riżorsi għall-awtoritajiet lokali sabiex, fejn hemm bżonn, iwettqu proġetti kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti; jenfasizza li l-iżvilupp ta' rwol ta' amministrazzjoni pubblika reġjonali u lokali fil-prevenzjoni tat-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni vjolenti għandu jitwettaq fi sħubija mal-UE u l-gvernijiet tal-Istati Membri;

jirrakkomanda li fl-Istati Membri ssir konsultazzjoni fil-livell lokali sabiex jiġi stabbilit fehim tad-diversi aspetti tal-esperjenzi u l-kunċetti tat-terroriżmu lokali u l-motivazzjonijiet għall-estremiżmu. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-konsultazzjoni u l-impenn jiftħu l-parteċipazzjoni għal dawk li s-soltu ma jkollhomx interazzjoni mad-demokrazija lokali;

jilqa' t-tieni evalwazzjoni bejn il-pari (peer review) tal-pjanijiet ta' ġestjoni tal-kriżi li qiegħda ssir bħalissa mill-Kummissjoni; madankollu, isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tassigura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol sħiħ u attiv fir-reviżjoni;

isejjaħ lill-Unjoni sabiex tassigura li kull politika kontra t-terroriżmu jkollha konsiderazzjoni diretta għad-drittijiet tal-ugwaljanza u tal-bniedem u tassigura li l-interventi ma jirriżultawx f'esperjenza negattiva għal ċerti komunitajiet, li twassal għall-aljenazzjoni jew tħeġġeġ l-estremiżmu

Rapporteur

:

Lord Graham TOPE (UK/ALDE), Membru tal-muniċipju ta' Sutton, Londra, u tal-Awtorità tal-Pulizija Metropolitana (Metropolitan Police Authority)

Dokumenti ta' referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: L-intensifikar tal-ġlieda kontra t-terroriżmu

COM(2007) 649 finali

Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas 2002/475/JHA tat-13.6.2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu

COM(2007) 650 finali

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

It-tisħiħ tal-element ta' “Prevenzjoni”

1.

jaqbel bis-sħiħ li t-theddida globali tat-terroriżmu li qed niffaċċjaw hija theddida serja għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali fil-komunità internazzjonali kollha kemm hi;

2.

jagħraf li, inevitabbilment, l-attenzjoni ser tiffoka fuq it-terroriżmu ispirat mill-Al Qaeda u r-radikalizzazzjoni fil-komunitajiet tagħna lejn l-estremiżmu vjolenti; madankollu, ifakkar li ħafna atti ta' terroriżmu reċenti saru minn persuni li twieldu u trabbew fil-pajjiż fejn twettaq l-att jew f'xi pajjiż ieħor tal-UE, ħafna drabi bħala reazzjoni għas-sitwazzjoni interna tal-pajjiż fejn twettaq l-att, u jista' jkun li l-motivazzjoni prinċipali tagħhom ma kenitx ir-reliġjon. Madankollu, il-KtR jagħraf li t-theddida tat-terroriżmu ispirat mill-Al Qaeda llum hija kwistjoni ewlenija li qiegħda tiffaċċja l-UE fl-ambitu tas-sigurtà;

3.

huwa tal-fehma li l-ħidma tal-UE kontra t-terroriżmu għandha tiffoka fuq żewġ aspetti: (i) attakk dirett fuq l-attivitajiet terroristiċi; u (ii) azzjoni ta' prevenzjoni. Aktar ma l-ħoloq fil-katina tal-kawżi li jwasslu għall-attività terroristika jinħallu malajr, aktar aħjar. F'dan ir-rigward, ir-riċerka dwar il-kawżi u l-motivazzjoni li jwasslu lin-nies biex jappoġġjaw, jiffinanzjaw jew jieħdu sehem f' attivitajiet terroristiċi tista' tkun utli ħafna;

4.

huwa tal-fehma li l-fatturi reliġjużi marbuta mat-terrorizmu m'għandhomx jiġu injorati. Jeħtieġ li l-messaġġ li l-attività terroristika ma tista' tiġi ġġustifikata bl-ebda mod jixxerred aktar;

5.

għalhekk jemmen li l-UE għandha tieħu l-inizjattiva u tappoġġja miżuri maħsuba għat-tnaqqis tat-terroriżmu permezz tad-djalogu reliġjuż u kulturali;

6.

huwa tal-fehma li l-kooperazzjoni tal-UE mal-pajjiżi li mhumiex imsieħba fl-UE hija strument importanti ħafna għall-prevenzjoni tat-terroriżmu. Għandhom jittieħdu passi biex tingħata spinta lill-istrateġiji għall-kooperazzjoni esterna ta' dan it-tip bl-għan kemm li jiġi promoss l-iskambju ta' informazzjoni kif ukoll li titħeġġeġ aktar il-kooperazzjoni prattika fi ħdan il-korpi tal-pulizija u fl-amministrazzjonijiet tad-dwana;

7.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ser ikunu ċentrali għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE kontra t-terroriżmu. B'mod partikulari, dawn l-awtoritajiet, flimkien mal-imsieħba nazzjonali u reġjonali tal-infurzar tal-liġi li għandhom is-setgħa biex jipproteġu l-persuni u l-proprjetà, ser ikunu l-istrument li jimplimenta l-element tal-Prevenzjoni u l-inizjattivi tal-ġejjieni kontra t-terroriżmu u d-deradikalizzazzjoni fl-Istati Membri;

8.

jiġbed l-attenzjoni lejn il-progress konsiderevoli li sar fit-twettiq tat-tliet elementi l-oħra: il-Ħarsien, il-Prosekuzzjoni u r-Reazzjoni fl-Istati Membri minn meta twaqqfet il-leġiżlazzjoni qafas tal-2002. Barra minn hekk, jilqa' l-proposti fi ħdan l-inizjattiva attwali għall-intensifikar tal-ġlieda kontra t-terroriżmu; għat-twaqqif ta' bażi legali għal xi aspetti tal-istrateġija kontra t-terroriżmu, inklużi l-kriminalizzazzjoni tat-taħriġ, ir-reklutaġġ terroristiku u l-provokazzjoni pubblika li twassal għal reati terroristiċi, il-prevenzjoni tal-użu tal-isplużivi minn terroristi u l-użu tal-informazzjoni dwar il-passiġġieri tal-ajruplani fl-investigazzjonijiet tal-infurzar tal-liġi, il-prevenzjoni u l-penalizzazzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll ir-rikonoxximent tal-ħtieġa għar-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġija sabiex din tikkontribwixxi għas-sorveljanza fl-Unjoni għall-protezzjoni taċ-ċittadini minn attakki terroristiċi;

9.

madankollu jistqarr li, għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, l-UE għandha tintensifika l-investiment fl-iżvilupp tal-element tal-Prevenzjoni fi sħubija mal-Istati Membri, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, flimkien mal-korpi ta' infurzar tal-liġi li jiddependu minnhom. Il-prevenzjoni tat-terroriżmu u tal-estremiżmu vjolenti ma tistax tinkiseb bil-mezzi leġiżlattivi u l-infurzar waħedhom. Barra minn hekk, il-miżuri punittivi waħedhom mhux ser ikunu effettivi u l-isforzi għandhom jiffukaw fuq l-għoti ta' prospetti pożittivi u post fis-soċjetà lill-persuni li huma partikularment suxxettibbli għar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ tat-terroriżmu;

10.

jemmen li approċċ essenzjali sabiex jiġi indirizzat it-terroriżmu jikkonsisti mill-prevenzjoni bbażata fuq il-ġlieda kontra l-fatturi li huma marbutin mill-qrib ma' u li jħeġġu r-radikalizzazzjoni u li jistgħu jwasslu għat-terroriżmu;

11.

jirrikonoxxi li t-terroriżmu huwa ħafna drabi ta' natura u ispirazzjoni globali. Madankollu, jistqarr li l-impatt tat-terroriżmu huwa esperjenzat direttament miċ-ċittadini u l-komunitajiet b'mod reali u individwali. Dawk li qegħdin jippjanaw u jappoġġjaw reati ta' estremiżmu vjolenti jgħixu u jaġixxu b'mod ħieles fil-komunitajiet tagħna, jagħmlu użu u jinteraġixxu mal-provvedituri ta' servizzi lokali, id-demokrazija lokali u n-nies lokali bħala ċittadini ħielsa. Għaldaqstant, b'riżultat tal-esperjenzi miksuba madwar l-UE, l-Istati Membri jagħrfu l-bżonn li janalizzaw bis-sħiħ, jiċċaraw u jindirizzaw ir-raġunijiet u l-proċessi li jwasslu liċ-ċittadini Ewropej biex jaqbdu t-triq tal-estremiżmu vjolenti u jissieħbu fil-moviment tal-Al Qaeda;

12.

jemmen li l-indirizzar tar-radikalizzazzjoni jeħtieġ azzjoni mmirata fil-livell lokali. Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma eqreb tal-gruppi suxxettibbli, huwa importanti, b'mod partikulari biex jassigura li l-persuni residenti fl-UE jkunu integrati soċjalment bl-aqwa mod possibbli, mingħajr diskriminazzjoni u f'kundizzjonijiet ta' paċi u demokrazija;

13.

ifakkar li fl-2003 il-Kungress tal-Kunsill tal-Ewropa adotta rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;

Pjan ta' Azzjoni: ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali

14.

jilqa' l-isforzi li saru mill-Kummissjoni Ewropea sabiex tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq l-element tal-Prevenzjoni tal-istrateġija kontra t-terroriżmu u jilqa' l-pjanijiet għall-pubblikazzjoni ta' Komunikazzjoni dwar il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti fl-2008. Madankollu, jinnota li l-Prevenzjoni hija bidla kulturali sinifikanti għall-aġenziji kontra t-terroriżmu u teħtieġ l-għarfien, l-esperjenza u l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

15.

jilqa' l-inizjattiva tal-UE li tiddikjara l-2008 bħala s-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali, billi dan huwa mod eċċellenti sabiex jitħeġġeġ id-djalogu effettiv, it-tolleranza u l-fehim bejn kulturi u twemmin differenti;

16.

jenfasizza li l-iżvilupp ta' rwol ta' amministrazzjoni pubblika reġjonali u lokali fil-prevenzjoni tat-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni vjolenti għandu jitwettaq fi sħubija mal-UE u l-gvernijiet tal-Istati Membri. Għalhekk jirrakkomanda li titwaqqaf sistema ta' netwerks ta' awtoritajiet lokali u reġjonali f'kull Stat Membru fi sħubija mal-gvernijiet nazzjonali, il-pulizija (bil-parteċipazzjoni tal-korpi reġjonali b'poteri esklużivi fil-qasam tal-ħarsien tal-persuni u l-proprjetà) u l-komunitajiet lokali sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-prattika t-tajba fir-rigward tal-integrazzjoni soċjali, it-tagħlim professjonali u l-fehim tal-estremiżmu vjolenti li jinbet fid-distretti u nħawi lokali;

17.

jirrakkomanda li l-konsultazzjoni fil-livell lokali titwettaq fl-Istati Membri sabiex jiġi stabbilit fehim tad-diversi aspetti tal-esperjenzi u l-kunċetti tat-terroriżmu lokali u l-motivazzjonijiet għall-estremiżmu. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-konsultazzjoni u l-impenn jiftħu l-parteċipazzjoni għal dawk li normalment ma jkollhomx interazzjoni mad-demokrazija lokali;

18.

għandu l-intenzjoni li jżid ma' din l-opinjoni billi jappoġġja lill-Kummissjoni u lill-Koordinatur għall-azzjoni kontra t-terroriżmu fit-tfassil ta' gwida prattika li tinkorpora l-aħjar prattika miż-żoni li jwettqu l-proġetti ta' impenn u sħubija kontra r-radikalizzazzjoni;

19.

jirrakkomanda li l-KtR jorganizza avveniment annwali għall-iffaċilitar tat-tagħlim strateġiku permezz tal-iskambju tal-esperjenzi bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fuq livell pan-Ewropew u li jipprovdi appoġġ għall-iżvilupp addizzjonali ta' interventi lokali għall-prevenzjoni tat-terroriżmu u t-toroq li jwasslu għall-estremiżmu vjolenti;

Implimentazzjoni

Nitgħallmu mill-impenn u l-ħidma fi sħubija

20.

jagħraf l-importanza tal-istrateġija tal-UE kontra r-radikalizzazzjoni li hija implimentata flimkien mal-istrateġija tal-UE kontra t-terroriżmu, iżda jenfasizza li dawn l-istrateġiji għandhom iqisu l-implimentazzjoni lokalizzata, jużaw l-esperjenza u l-fehim lokali, jiżviluppaw qafas ċar għall-informazzjoni komunitarja u jipprovdu l-appoġġ u r-riżorsi għall-awtoritajiet lokali sabiex, fejn hemm bżonn, iwettqu proġetti kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti;

21.

jirrakkomanda l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Prüm dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali sabiex jiġi miġġieled it-terroriżmu;

Informazzjoni komunitarja

22.

isejjaħ lill-Istati Membri u lill-pulizija sabiex jiżviluppaw sistemi ċari u sikuri għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-imsieħba lokali u reġjonali (li jinkludu unitajiet tal-pulizija lokali u reġjonali) mal-unitajiet kontra t-terroristi u kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti;

23.

jenfasizza li s-sistemi għall-ġbir tal-informazzjoni komunitarja għandhom iqisu b'mod ċar l-implikazzjonijiet għas-sigurtà, il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini fl-iskambju ta' kull informazzjoni bejn l-imsieħba lokali u l-pulizija. Iċ-ċittadini għandhom jingħataw il-possibbiltà li jinfurmaw lill-awtoritajiet muniċipali u lill-pulizija b'mod anonimu b'attakki terroristiċi potenzjali;

24.

barra minn hekk, jikkunsidra li huwa essenzjali li r-rwol preċiż tal-pulizija, l-aġenziji tal-pulizija u l-awtoritajiet lokali fl-ambitu tal-informazzjoni komunitarja jkun definit b'mod ċar; li jiġu stabbiliti sistemi għall-provvista ta' msieħba lokali u reġjonali bl-assigurazzjoni li l-parteċipazzjoni ma tkunx ta' ħsara għar-relazzjonijiet komunitarji; li s-sorsi ta' informazzjoni jkunu mħarsa u li l-imsieħba li mhumiex pulizija jkollhom rwol volontarju supplimentari;

25.

jipproponi li l-linji gwida jitfasslu mill-Unjoni Ewropea sabiex ikun hemm appoġġ għall-iżvilupp tal-iskambju tal-informazzjoni u jiġi assigurat li s-sistemi jkunu sodi, ġusti u sikuri;

Il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni

26.

isejjaħ lill-Istati Membri sabiex jappoġġjaw lill-awtoritajiet lokali biex jistabbilixxu relazzjonijiet ta' ħidma iktar sodi mal-pulizija (inklużi l-korpi nazzjonali kif ukoll dawk reġjonali) u l-awtoritajiet tal-ġustizzja kriminali bil-għan li jwettqu proġetti kontra r-radikalizzazzjoni; u li jitwaqqfu u jiġu identifikati proġetti bbażati fuq informazzjoni ċara mħejjija permezz tal-informazzjoni tal-pulizija u l-għarfien u l-esperjenzi lokali u reġjonali;

27.

jissuġġerixxi li jingħata appoġġ lid-djalogu interkulturali u lit-twaqqif ta' pjanijiet ta' integrazzjoni soċjali fil-livell lokali, sabiex jiġu evitati r-radikalizzazzjoni u l-użu tal-forza;

28.

jagħraf li r-riżorsi użati mill-Istati Membri ser ivarjaw skont ix-xena tal-informazzjoni. Madankollu, jenfasizza li r-rabtiet mal-komunitajiet għadhom meħtieġa sabiex tiġi analizzata l-effikaċja tal-proġetti attwali, tinbena relazzjoni fit-tul bejn iċ-ċittadini, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-gvernijiet fl-ambitu tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u sabiex jiġu kkunsidrati l-bidliet fil-fehmiet u d-demografija. Għaldaqstant, l-enfasi tar-riżorsi u l-proġetti għandha tiġi adattata skont dawn il-kunsiderazzjonijiet;

29.

jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiżviluppaw proġetti mal-komunitajiet sabiex ixekklu l-ideoloġija tal-estremiżmu vjolenti u jappoġġjaw l-ideoloġija tradizzjonali. Proġetti bħal dawn għandhom jiġu appoġġjati minn parir professjonali sod u għandhom jiġu evalwati b'mod indipendenti sabiex tiġi analizzata l-effikaċja tagħhom. Għaldaqstant, il-KtR jipproponi li l-Istati Membri u l-korpi lokali u reġjonali flimkien jidentifikaw mexxejja aċċettati fil-komunità sabiex titnaqqas il-kredibilità tal-elementi vjolenti radikali u jiġu appoġġjati messaġġi kredibbli bħala alternattiva għal dawk ta' dawn l-estremisti;

30.

jinnota l-fenomenu magħruf li t-terroriżmu jsib art għammiela fejn in-nies ikunu diżappuntati bis-soċjetà u jħossu li huma esklużi u li m'għandhom l-ebda poter. F'soċjetà demokratika li taħdem tajjeb, hemm inqas riskju li l-ideat terroristiċi u n-netwerks terroristiċi jrabbu l-għeruq u jikbru. Għalhekk, il-KtR jemmen li huwa importanti ħafna li l-promozzjoni tad-demokrazija u tar-rispett tad-drittijiet ċivili u politiċi tkun element prinċipali ta' kwalunkwe azzjoni kontra t-terroriżmu;

31.

jagħraf li t-terminoloġija hija kwistjoni kumplessa u sensittiva, li teħtieġ għarfien u riċerka konsiderevoli min-naħa ta' dawk inkarigati mill-ġestjoni tal-inizjattivi kontra r-radikalizzazzjoni;

32.

jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali jappoġġjaw lill-istituzzjonijiet lokali vulnerabbli bħall-iskejjel, iċ-ċentri tal-edukazzjoni kontinwa, l-universitajiet, il-moskej u l-istituzzjonijiet reliġjużi, sabiex jiġu identifikati l-attivitajiet tar-radikalizzazzjoni vjolenti fil-post tat-tagħlim, bil-għan li r-“radikalizzaturi” jitwaqqfu u li dawk li huma vulnerabbli għar-radikalizzazzjoni vjolenti jiġu megħjuna biex ma jagħtux widen lill-messaġġi estremisti billi jiġu pprovduti b'alternattivi pożittivi u konvinċenti;

33.

jirrakkomanda li l-Istati Membri jaħdmu mill-qrib mas-servizzi tal-ħabs u tal- probazzjoni/riabilitazzjoni sabiex jidentifikaw, ifixklu u jiskoraġġixxu r-“radikalizzaturi” vjolenti li qegħdin jinżammu fid-detenzjoni;

34.

jemmen li t-twettiq ta' proġetti bħal dawn għandu jiġi kkoordinat fil-livell reġjonali mal-pulizija u l-aġenziji tal-pulizija u għandu jiġi ssorveljat mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jew l-ekwivalenti tagħhom, li imbagħad iħejju rapport għall-awtorità ċentrali sabiex jiġi evalwat l-iżvilupp;

35.

jikkunsidra li sabiex jiġu appoġġjati proġetti bħal dawn, huwa essenzjali li l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-pulizija jiżviluppaw in-netwerks tal-UE — li jinkludu l-unitajiet tal-pulizija dipendenti mir-reġjuni b'kompetenzi fil-ħarsien tal-persuni u tal-proprjetà jew unitajiet ta' azzjoni kontra l-attività terroristika — bil-għan li jiġu stabbiliti l-aħjar prattiki, il-linji gwida, l-appoġġ u t-taħriġ għal dawk inkarigati mit-twettiq fil-livell lokali;

L-impenn u t-tmexxija ċivika

36.

jagħraf li r-rwol tat-tmexxija tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa essenzjali għat-twettiq tal-prevenzjoni tal-istrateġiji tat-terroriżmu fl-Istati Membri;

37.

jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jsaħħu r-reżistenza tal-komunità kontra l-estremisti vjolenti permezz ta' tmexxija qawwija. Għaldaqstant, jirrakkomanda li l-awtoritajiet għandhom ifittxu li:

juru l-valuri komuni fil-komunitajiet lokali, jaħdmu mal-gruppi, is-sħubijiet u l-mexxejja komunitarji sabiex jibnu l-koeżjoni komunitarja;

jiffaċilitaw mezzi li jwieġbu, jew jagħrfu u jindirizzaw, l-ilmenti li jistgħu jwasslu għall-aljenazzjoni u l-motivazzjonijiet għall-estremiżmu vjolenti;

jindirizzaw b'mod effettiv il-kriminalità tal-mibegħda billi jaħdmu mill-qrib mal-pulizija u mal-proġetti ta' appoġġ komunitarju;

jipprovdu rwol ta' medjazzjoni komunitarja waqt azzjonijiet ta' sigurtà;

jipprovdu l-appoġġ u l-parir lill-gruppi u l-organizzazzjonijiet komunitarji li jaħdmu sabiex jisfidaw l-ideoloġija tal-vjolenza estremista;

38.

jemmen li servizz tal-pulizija trasparenti u responsabbli huwa fundamentali għall-iżvilupp tal-kunfidenza u l-fiduċja fil-pulizija tal-antiterroriżmu u l-appoġġ pubbliku għall-operazzjonijiet kontra t-terroristi u interventi nazzjonali u lokali kontra l-estremiżmu vjolenti. Għaldaqstant, il-KtR jipproponi li kemm l-Istati Membri kif ukoll l-awtoritajiet reġjonali b'kompetenza fis-sigurtà u l-ħarsien tal-persuni u l-proprjetà li għandhom unitajiet speċjalizzati fil-ġlieda kontra t-terroriżmu jikkunsidraw mezzi li bihom tista' tissaħħaħ ir-responsabbiltà lokali tal-pulizija, billi jfittxu l-appoġġ u t-tagħlim mill-imsieħba Ewropej u internazzjonali fejn dan ikun xieraq;

39.

isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tipproponi mezzi li bihom tista' tappoġġja lill-Istati Membri sabiex janalizzaw kif il-pulizija tal-antiterroriżmu jistgħu jiġu integrati fis-servizz tal-pulizija u b'hekk jiġi ffaċilitat it-tagħlim bejn l-Istati Membri u l-forzi fejn dan ikun xieraq;

40.

jagħraf l-importanza ta' servizz tal-pulizija li jirrifletti d-diversità tal-popolazzjoni għall-iżvilupp tal-fiduċja u l-kunfidenza u għall-ftuħ ta' mezzi ta' komunikazzjoni pożittivi bejn il-pulizija u l-pubbliku. Għaldaqstant, il-KtR jemmen li d-diskussjonijiet pożittivi għall-promozzjoni tad-diversità u l-ugwaljanza tal-opportunitajiet fil-pulizija għandhom jiġu ffaċilitati fil-livell lokali fl-Istati Membri kollha;

Il-livell ta' tħejjija u l-kontinġenzi ċivili

41.

jilqa' t-tieni evalwazzjoni bejn il-pari (peer review) tal-pjanijiet ta' ġestjoni tal-kriżi li qegħdin jitwettqu bħalissa mill-Kummissjoni;

42.

madankollu, isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tassigura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol sħiħ u attiv fir-reviżjoni. Fid-dawl tar-riżultat tal-analiżi tal-bombi ta' Londra ta' Lulju 2005, il-Kummissjoni għandha tassigura li tiġi stabbilita, b'mod urġenti, diviżjoni ċara tar-responsabbiltà u l-ġerarkija tal-kmand bejn id-diversi aġenziji u korpi inkarigati mit-tħejjija tal-pjanijiet ta' kontinġenza u li jipprovdu s-servizzi ta' emerġenza;

43.

jappoġġja bis-sħiħ it-twaqqif ta' netwerks ta' assoċjazzjonijiet li jipprovdu l-appoġġ għall-vittmi tal-attakki terroristiċi u jagħraf ir-rwol tal-KtR fl-iffaċilitar tal-iskambju ta' għarfien bejn l-Istati Membri.

44.

jilqa' l-pjanijiet għall-provvista ta' appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi li jgħinu lill-pulizija madwar l-Unjoni biex iħarsu liċ-ċittadini minn attakki terroristiċi; isejjaħ lill-Unjoni sabiex tappoġġja s-soluzzjonijiet teknoloġiċi fl-erba' elementi. F'dan il-kuntest l-Internet għandu jsir post ostili għall-estremisti; dan huwa eżempju ta' kif l-iżviluppi jistgħu jmorru lil hinn mill-qasam tal-infurzar tal-liġi. Għaldaqstant, il-KtR isejjaħ lill-Istati Membri sabiex jipprovdu r-riżorsi adattati għal proġetti ta' żvilupp bħal dawn;

45.

isejjaħ lill-Istati Membri sabiex iwaqqfu mekkaniżmi ta' koordinazzjoni b'konformità mal-poteri ta' infurzar tal-liġi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, sabiex, fil-limiti tal-kompetenza tagħhom, ikunu jistgħu jassiguraw is-sigurtà pubblika f'postijiet iffullati, partikularment fir-rigward tal-użu tal-ippjanar urban fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;

46.

isejjaħ lill-Unjoni sabiex tassigura li kull politika kontra t-terroriżmu jkollha konsiderazzjoni diretta għad-drittijiet tal-ugwaljanza u tal-bniedem u tassigura li l-interventi ma jirriżultawx f'esperjenza negattiva għal ċerti komunitajiet, li twassal għall-aljenazzjoni jew tħeġġeġ l-estremiżmu.

Brussell, it-8 ta' Ottubru 2008.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 325/6


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar pakkett għat-trasport tal-merkanzija

(2008/C 325/02)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jara l-ħtieġa li t-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jsir permezz tal-innovazzjoni teknoloġika u tal-iżvilupp ta' alternattivi tat-trasport li jirrispettaw iktar l-ambjent. Jeżistu diversi modi kif dan jista' jsir. It-trasport għandu jiffoka fuq l-iktar mezz ta' trasport li jirrispetta l-ambjent u li hu effiċjenti fl-użu tal-enerġija billi jiġu internalizzati l-ispejjeż esterni;

huwa tal-fehma li għandha tiġi stabbilita lingwa komuni għall-ġestjoni tat-trasport bil-ferrovija;

iqis li t-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija jaqsam partijiet kbar mil-linji tal-ferrovija mat-trasport tal-passiġġieri. Dan jista' jillimita il-kapaċitajiet u l-kredibilità taż-żewġ sistemi kemm fil-konurbazzjonijiet metropolitani kif ukoll fiż-żoni interreġjonali. Bil-kooperazzjoni tal-Istati Membri, l-UE għandha tanalizza dawn il-kunflitti u tirrifletti dwar kif jistgħu jingħelbu, billi dejjem tfittex li tagħmel l-aħjar użu mill-infrastruttura ferrovjarja attwali u futura. Aktar 'il quddiem l-UE u l-Istati Membri għandhom jaħdmu biex jinħolqu netwerks tat-trasport separati għall-merkanzija u għall-passiġġieri — dejjem sakemm in-nuqqas ta' art mhuwiex ostakolu — billi jibdew bin-netwerks tal-ferroviji bl-ikbar volum ta' traffiku;

iqis li l-ippjanar tat-trasport urban, partikolarment għas-sistemi ta' ġarr ta' merkanzija, għandu bżonn l-attenzjoni speċjali tal-awtoritajiet lokali, biex l-organizzazzjoni tad-distribuzzjoni urbana ssir aktar effiċjenti kemm f'termini ambjentali kif ukoll ekonomiċi.

iqis li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu joffru kontribut importanti għat-twettiq ta' politika għat-trasport tal-merkanzija sostenibbli biex isaħħu l-portijiet tal-passaġġi tal-ilma interni u jagħmluhom aċċessibbli

iqis li huwa xieraq li tittejjeb l-interazzjoni bejn is-sistemi ferrovjarji u dawk marittimi li f'xi żoni għadhom mhumiex effettivi, iqis li jkun utli li l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jinsabu fiż-żoni interni jiżviluppaw soluzzjonijiet loġistiċi mmirati li joħolqu pjattaformi loġistiċi u interportijiet, li huma strumenti fundamentali għat-titjib tas-sistema tad-distribuzzjoni globali tal-merkanzija u li jippromovu l-iżvilupp u l-koeżjoni tat-territorji interni;

Rapporteur

:

José CORREIA (PPE/PT), Sindku ta' Tavira

Dokumenti ta' referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: L-aġenda tal-UE fil-qasam tat-trasport: Intejbu l-effiċjenza, l-integrazzjoni u s-sostenibbiltà tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa

COM(2007) 606 finali

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Pjan ta' Azzjoni għal-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija

COM(2007) 607 finali

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: Lejn netwerk ferrovjarju bi prijorità għall-merkanzija

COM(2007) 608 finali

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.

Il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-trasport tal-merkanzija ħarġu fid-dawl tal-preokkupazzjonijiet politiċi li ħarġu fil-White Paper tal-2001 dwar it-trasport u r-reviżjoni ta' nofs it-term ippubblikata fl-2006. Bħala parti minn din il-ħidma, ġew organizzati 13-il seminar u konferenza u aktar minn 30 avveniment estern. Tressqu 160 kontribuzzjoni bil-miktub. Il-Kummissjoni rċeviet 500 rapport ieħor dwar punti ta' konġestjoni fil-loġistika.

2.

Ir-reviżjoni tal-White Paper tirrifletti l-iżviluppi fis-sitwazzjoni mill-2001, ikkaratterizzati mill-aċċelerazzjoni tal-globalizzazzjoni tal-produzzjoni, in-nuqqas ta' sigurtà tal-provvisti tal-enerġija, l-iggravar tat-tibdil fil-klima u l-espansjoni tal-UE wara d-dħul tal-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, huwa rakkomandat li titwessa' l-firxa u l-istrumenti tal-politika tat-trasport biex ilaħħqu mal-isfidi l-ġodda. B'mod partikolari hemm il-ħtieġa li tissaħħaħ l-effiċjenza tal-mezzi varji tat-trasport, jintużawx waħedhom jew f'kombinazzjoni ma' oħrajn (komodalità)

Rakkomandazzjonijiet ta' Politika

3.

fid-dawl tal-linji gwida li joħorġu mill-istudji msemmija hawn fuq, sensiela ta' miżuri politiċi joħorġu biċ-ċar għal aktar żvilupp. Dawn jinkludu:

It-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, li jikkontribwixxi lejn il-konformità mal-Protokoll ta' Kyoto;

It-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-karburanti fossili, bl-introduzzjoni gradwali tal-karburanti minn sorsi rinnovabbli;

It-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija permezz tal-innovazzjoni teknoloġika u tal-iżvilupp ta' alternattivi tat-trasport li jirrispettaw iktar l-ambjent. Jeżistu diversi modi kif dan jista' jsir. It-trasport għandu jiffoka fuq l-iktar mezz ta' trasport li jirrispetta l-ambjent u li hu effiċjenti fl-użu tal-enerġija billi jiġu internalizzati l-ispejjeż esterni;

L-UE għandha tagħti attenzjoni partikolari fuq it-trasport ta' oġġetti perikolużi. Il-proċeduri amministrattivi fis-settur tat-trasport fit-toroq iridu jiġu armonizzati biex jevitaw żbalji min-naħa tat-trasportaturi minħabba li ma jifhmux il-lingwa jew is-sistemi leġiżlattivi kumplessi f'pajjiżi oħra. Fir-rigward tat-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-baħar, l-UE trid tirrevedi r-regoli dwar iċ-ċirkostanzi li fihom it-trasport tal-passiġġieri jista' jsir flimkien mat-trasport tal-merkanzija;

It-titjib fit-teknoloġiji tas-sistemi ferrovjarji sabiex il-ferroviji ma' jitilfux il-kompetittività fil-konfront ta' modalitajiet oħra tat-trasport;

L-operaturi tat-trasport bil-ferrovija internazzjonali jħabbtu wiċċhom ma' bosta problemi u diffikultajiet fil-ġestjoni razzjonali u effiċjenti tat-trasport. Waħda mill-problemi hija li t-trasport bil-ferrovija jitmexxa bil-lingwa tal-Istat Membru kkonċernat, u dan ixekkel lill-operaturi tat-trasport bil-ferrovija fil-ġestjoni tat-trasport lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tagħhom. Għaldaqstant il-KtR huwa tal-fehma li, bħal fil-każ tal-lingwa internazzjonali komuni għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru, għandha tiġi stabbilita lingwa komuni għall-ġestjoni tat-trasport bil-ferrovija;

Ir-rekwiżiti ta' taħriġ għax-xuffiera tal-ferroviji jvarjaw madwar l-UE, bħalma jvarjaw il-livelli ta' sikurezza u ta' tagħbija. Dawn id-differenzi joħolqu problema għall-operaturi tal-ferroviji b'servizz transkonfinali. Għalhekk dawn ir-regoli għandhom jiġu armonizzati fil-livell tal-UE;

L-iżvilupp tal-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) billi jiġi avvanzat l-hekk imsejjaħ internet għall-kargo u billi jsir użu aħjar mis-sistemi satellitari u tal-frekwenza tar-radjo;

Billi bosta atturi huma involuti fil-ktajjen tat-trasport intermodali, jista' jagħti l-każ li ma jkunx ċar min hu responsabbli għall-konsumatur. U dan ta' spiss iwassal għal nuqqas ta' kredibilità, sigurtà u kwalità tat-trasport. L-UE taqdi rwol importanti fl-iżvilupp ta' struttura distinta u diviżjoni ċara tar-responsabbiltajiet fis-sistema tat-trasport;

4.

kif ukoll:

It-tnaqqis tad-diffikultajiet iffaċċjati fit-traffiku internazzjonali fuq il-linji b'rabta ma' qsim tal-fruntieri, kemm minħabba problemi tekniċi (qisien differenti, differenzi fis-sistemi ta' vultaġġ, diskrepanzi fil-kriterji ta' omologazzjoni tar-rolling stock, eċċ.) jew intoppi amministrattivi;

Il-ħolqien ta' netwerk purament għall-merkanzija, fuq żmien twil, li jqis l-ispejjeż kbar għall-implimentazzjoni tiegħu, u b'analiżi tajba tal-bilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji;

L-iżvilupp ta' kurituri ħodor li l-iskop ewlieni tagħhom ikun li jnaqqsu l-ħin tat-trasportazzjoni u jtejbu il-kwalità tas-servizz;

It-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija jaqsam partijiet kbar mil-linji tal-ferrovija mat-trasport tal-passiġġieri. Dan jista' jillimita' l-kapaċitajiet u l-kredibilità taż-żewġ sistemi kemm fil-konurbazzjonijiet metropolitani kif ukoll fiż-żoni interreġjonali. Dawn iż-żewġ sistemi ta' spiss isibu ruħhom f'kunflitt, u dan ixekkel l-iżvilupp ta' sistemi tat-trasport li jirrispettaw l-ambjent u li jkollhom livell ogħla ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Bil-kooperazzjoni tal-Istati Membri, l-UE għandha tanalizza dawn il-kunflitti u tirrifletti dwar kif jistgħu jingħelbu, billi dejjem tfittex li tagħmel l-aħjar użu mill-infrastruttura ferrovjarja attwali u futura. Aktar 'il quddiem l-UE u l-Istati Membri għandhom jaħdmu biex jinħolqu netwerks tat-trasport separati għall-merkanzija u għall-passiġġieri — dejjem sakemm in-nuqqas ta' art mhuwiex ostakolu — billi jibdew l-ewwel bin-netwerks tal-ferroviji bl-ikbar volum ta' traffiku;

It-titjib fl-intermodalità li tiżgura li jsiru avvanzi ġenwini fl-effiċjenza tas-sistema;

L-istudju dwar id-daqs u t-tul tal-ferroviji u tal-vetturi tat-triq bl-iskop li tiżdied il-kapaċità tat-trasport filwaqt li jkun rispettat l-ambjent;

5.

u:

Titwarrab il-komplessità tal-aspett doganali tat-trasport marittimu, speċjalment bejn portijiet tal-UE;

Tiddaħħal il-karta Ewropea tax-xufiera tal-ferroviji, sabiex ħaddiema kkwalifikati jkunu jistgħu jaħdmu fi kwalunkwe pajjiż tal-UE iktar faċilment, bil-varjetà ta' sistemi u tagħmir li hemm fl-użu;

L-ugwaljanza quddiem il-liġi hija importanti biex ikun hemm kompetizzjoni b'kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd. Ir-Regolament dwar il-ħinijiet ta' sewqan u mistrieħ armonizza r-regoli madwar l-UE ikun fejn ikun ibbażat it-trasportatur. Madankollu, il-possibbiltajiet li tittieħed azzjoni kontra dawk li ma jobdux it-termini ta' dan ir-Regolament huma differenti u jiddependu minn jekk ir-reat seħħx fl-istess pajjiż fejn huma bbażati l-vettura u x-xufier jew f'pajjiż ieħor. Il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva bil-għan li tiffaċilita l-prosekuzzjoni transkonfinali tar-reati marbuta mat-traffiku tkopri reati li jinkludu l-veloċità, is-sewqan fis-sakra, is-sewqan mingħajr ċinturin tas-sigurtà u n-nuqqas ta' waqfien meta d-dwal ikunu ħomor. Il-ksur tar-regoli dwar il-ħinijiet ta' sewqan u mistrieħ għandhom jiġu inklużi wkoll fil-kooperazzjoni transkonfinali fil-prosekuzzjoni ta' reati marbuta mat-traffiku;

Il-konformità mar-regoli tal-puntwalità, speċjalment skont ir-regoli tal-UIRR (Unjoni Internazzjonali tal-Kumpaniji tat-Trasport Ikkombinat ferrovija/triq);

Ir-regoli dwar ix-xuffiera tal-ferroviji li jqattgħu l-iljieli f'pajjiżi oħra huma żvantaġġjużi għall-operaturi f'pajjiżi periferiċi meta jkunu impenjati fit-trasport internazzjonali fuq distanzi twal. Għaldaqstant il-liġijiet tax-xogħol għandhom jiġu riveduti sabiex fit-trasport tal-ferroviji internazzjonali l-operaturi periferiċi jingħataw l-istess possibbiltajiet bħall-operaturi fil-pajjiżi tal-Ewropa ċentrali;

L-UE għandha toqgħod attenta b'mod partikolari għaż-żieda fil-kriminalità u l-attakki terroristiċi li qed jheddu t-trasport tal-merkanzija bit-triq u bil-ferrovija. Għandha tiġi żviluppata kooperazzjoni organizzata bejn l-Istati Membri u f'dan il-kuntest l-UE għandha rwol importanti. Il-bini ta' żoni ta' mistrieħ li huma aktar sikuri, speċjalment tul in-netwerk TEN-T, huwa fattur importanti biex tittejjeb is-sikurezza;

Il-ġlieda kontra l-konġestjoni tat-traffiku, billi jitwaqqfu mogħdijiet tal-ferrovija aktar favorevoli; u

It-titjib ġenerali tal-kwalità tas-servizz u introduzzjoni ta' kodiċi ta' kondotta tajba fis-settur, immirata li tiġġenera aktar fiduċja fost l-utenti;

Huwa importanti li l-UE żżomm għajnejha fuq il-kriminalità b'rabta mat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Huwa fatt magħruf li l-kuntrabandu u l-bejgħ illegali tat-tabakk u l-akoħol b'mod partikolari fiż-żoni ta' mistrieħ mhumiex każijiet rari. Sabiex tkun tista' tiġi kkontrollata din il-problema tinħtieġ kooperazzjoni internazzjonali li tkun żviluppata u kkoordinata mill-UE;

It-tisħiħ tal-kompetittività tal-passaġġi tal-ilma interni;

Il-ħolqien, flimkien mal-awtoritajiet deċentralizzati, ta' netwerk b'saħħitha ta' rotot ta' navigazzjoni u ta' portijiet ibbażata fuq l-idea ta' approċċ ta' netwerks u l-katina tat-trasport;

Il-promozzjoni tal-innovazzjoni fil-passaġġi tal-ilma interni;

L-impenn favur is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-passaġġi tal-ilma interni.

Relazzjonijiet mal-awtoritajiet lokali u reġjonali

6.

Jikkonsidra li fit-tul, hemm bżonn li tinħoloq infrastruttura għat-trasport bil-ferrovija li jkollha kapaċità suffiċjenti, li tkun affidabbli u li ma toħloqx kunflitti bejn it-trasport tal-merkanzija u objettivi oħra fil-qasam jew interessi soċjali oħra, kif ukoll li toffri t-tip ta' kundizzjonijiet li jiggarantixxu l-prestazzjoni ta' servizz tat-trasport effiċjenti fil-konsum tal-enerġija u kompatibbli mal-ħtiġijiet ambjentali;

7.

Huwa tal-opinjoni li fi żmien qasir hemm bżonn li qabel xejn jiġu identifikati u jitneħħew il-kawżi tal-konġestjoni u n-nuqqas ta' kapaċità fis-sistema;

8.

Iqis li minkejja l-fatt li t-trasport tal-merkanzija jitqies f'termini ta' kurituri nazzjonali u internazzjonali ewlenin, dan ma jaħdimx mingħajr il-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fejn il-linji tat-trasport jaqsmu ż-żoni tagħhom.

9.

Iqis li l-ippjanar urban u reġjonali fil-qasam tad-distribuzzjoni tal-merkanzija għandu importanza kbira biex jinħoloq fluss tat-trasport tal-merkanzija li huwa kapaċi li jiffranka l-enerġija u li hu kompatibbli mal-ħtiġijiet tal-ambjent. Għalhekk, kull politika ta' trasport ġdida trid isserraħ fuq l-appoġġ attiv tas-suġġetti kollha li jistgħu jagħtu kontribut siewi lejn l-effettività tagħha, speċjalment dawk li, peress li joperaw fil-livell lokali, huma f'pożizzjoni li jsolvu l-problemi lokalment;

10.

Jista' jinħoloq settur tat-trasport tal-merkanzija ekonomiku u li jirrispetta l-ambjent, l-iktar bl-użu, fejn hu possibbli, tal-passaġġi tal-ilma interni. B'dan il-mod tista' titnaqqas ukoll il-konġestjoni tat-traffiku bejn il-portijiet u ż-żoni interni.

11.

Jikkunsidra li ċ-ċentri tat-trasbord u l-portijiet huma elementi importanti mill-infrastruttura fit-terminali tas-sistemi tat-trasport intermodali. L-ippjanar u l-lokalità tagħhom huma f'idejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Huwa importanti li l-bliet jikkunsidraw impjanti bħal dawn fi stadju bikri tal-ippjanar tal-belt, u għal dan jeħtieġ li l-UE u l-awtoritajiet nazzjonali joħolqu kundizzjonijiet stabbli u fit-tul għall-ippjanar tal-bliet;

12.

Peress li madwar 40 % tal-vetturi fl-UE jintużawgħad-distribuzzjoni jew il-konsenja tal-prodotti u s-servizzi, u peress li ħafna mill-konsumaturi huma fil-bliet, il-flussi qawwija tat-traffiku li jinħolqu fil-bliet iridu jiġu ġestiti. Għandna naħsbu biex jinxterdu l-aħjar prattiki ta' politiki dwar it-trasport tal-merkanzija urbana.

13.

Jinnota li l-ħolqien ta' awtoritajiet tat-trasport reġjonali jew tal-bliet f'diversi Stati Membri joffri sostenn imprezzabbli sabiex jinġiebu flimkien xewqat, ħtiġijiet u riżultati differenti. Il-KtR jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan irid isir b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

14.

Jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom il-kapaċità ulterjuri ta' djalogu mal-produtturi u l-klijenti tal-merkanzija;

15.

Hemm bżonn li tingħata attenzjoni speċjali lid-distribuzzjoni ta' servizzi u merkanzija fil-bliet, peress li ppjanar għaqli tal-loġistika urbana huwa fattur ewlieni fil-mobbiltà urbana;

16.

Iqis li fil-futur, deċiżjonijiet dwar il-post tat-terminali, iċ-ċentri tal-loġistika tad-distribuzzjoni u l-ħwienet infushom ser jirrikjedu dejjem iktar il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali;

17.

Barra min hekk jenfasizza li l-loġistika fil-livell reġjonali ser tkun politika ġdida li ser tiżviluppa malajr fil-futur. Iqis li ser issir ħaġa essenzjali li l-ġestjoni tal-inter-konnessjonijiet tiġi deċentralizzata f'idejn l-awtoritajiet reġjonali, filwaqt li d-definizzjoni ta' kurituri internazzjonali ewlenin tibqa' r-responsabbiltà tal-Istati Membri;

18.

Iqis li l-awtoritajiet lokali li għandhom politiki urbani tajbin, jistgħu jgħinu ħafna fil-passi sabiex it-trasport bil-ferrovija jsir aktar mgħaġġel; kontribut ta' dan it-tip huwa ta' valur imprezzabbli;

19.

Jikkunsidra li servizzi ferrovjarji anċillari, partikolarment terminals u stazzjonijiet tat-tqassim tal-merkanzija jistħoqqilhom attenzjoni speċjali mill-fondi strutturali;

20.

Iqis li l-ippjanar tat-trasport urban, partikolarment għas-sistemi ta' ġarr ta' merkanzija, għandu bżonn l-attenzjoni speċjali tal-awtoritajiet lokali, biex l-organizzazzjoni tad-distribuzzjoni urbana ssir aktar effiċjenti kemm f'termini ambjentali kif ukoll ekonomiċi. Għal dan il-għan, għandna naħdmu biex intejbu l-kwalità ekoloġika tal-vetturi u nżidu l-fatturi tat-tagħbija sabiex in-numru ta' vjaġġi jkun pari mat-tunnellati ta' merkanzija trasportata;

21.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu joffru kontribut importanti għat-twettiq ta' politika għat-trasport tal-merkanzija sostenibbli biex isaħħu l-portijiet tal-passaġġi tal-ilma interni u jagħmluhom aċċessibbli;

22.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jħeġġu n-navigazzjoni għat-trasport permezz tal-politika għat-territorju, u b'mod partikolari bl-għażla tal-allokazzjoni tal-artijiet tal-intrapriżi. L-artijiet għall-intrapriżi b'attivitajiet marbuta mal-ilma, ir-rotot tan-navigazzjoni u l-portijiet tal-passaġġi tal-ilma interni jistħoqqilhom attenzjoni partikolari mill-fondi strutturali.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

23.

Jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol dejjem aktar importanti fit-tfassil ta' strateġiji loġistiċi għal pjanifikazzjoni, infrastrutturi u koordinazzjoni li jkunu effiċjenti u adattati;

24.

Jinnota li parti kbira mit-trasport tal-merkanzija jgħaddi min-netwerks tat-trasport tal-Ewropa ċentrali anke meta d-destinazzjoni finali ma tkunx hemm. Għalhekk, fid-dawl tal-problemi bil-kapaċità tan-netwerks tat-trasport tal-Ewropa ċentrali huwa importanti ħafna li l-UE tappoġġja l-bini ta' konnessjonijiet u kurituri li ma jkunux ta' piż fuq dawn in-netwerks jew li jtaffulhom xi ftit mill-piż. Il-kurituri tat-trasport bejn il-Lvant u l-Punent huma eżempju ta' konnessjonijiet ta' din ix-xorta u fl-istess ħin jgħinu fl-iżvilupp ta' dawn ir-reġjuni. L-istrateġija futura għall-Baħar Baltiku, li qiegħda titħejja bħalissa, fost ħwejjeġ oħra ser tenfasizza l-importanza ta' netwerks tat-trasport effiċjenti u s-soluzzjonijiet multimodali għall-ħolqien ta' reġjuni sostenibbli u kompetittivi. Huwa importanti ħafna li l-UE tkompli tipprovdi r-riżorsi għal dan it-tip ta' inizjattivi, pereżempju permezz tal-Fondi Strutturali jew programmi speċifiċi għas-settur;

25.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-trasport tal-merkanzija bil-baħar huwa importanti ferm għar-reġjuni li jipproduċu l-materja prima. L-industrija tal-manifattura tiddependi mill-forniment sigur tal-materja prima matul is-sena kollha. Sabiex it-trasport bil-baħar jaħdem anke fix-xitwa għandha tingħata prijorità lit-tagħmir għat-tkissir tas-silġ u dan għandu jiġi inkluż fit-TEN-T;

26.

Huwa tal-fehma li l-UE għandu jkollha approċċ integrat wieħed fl-ippjanar tal-infrastruttura fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll bejn l-UE u l-pajjiżi u r-reġjuni ġirien. Għaldaqstant, il-pakkett għat-trasport tal-merkanzija tal-UE għandu jitfassal b'tali mod li jkun konformi mal-pjanijiet ta' trasport u infrastruttura li diġà tħejjew u ġew adottati mill-UE bħat-TEN-T u l-mappa tal-kurituri tat-trasport transkonfinali;

27.

Ifakkar li f'dawn l-aħħar snin, numru sostanzjali ta' reġjuni fasslu stateġiji ta' dan it-tip biex jikkalkulaw il-volum fit-trasport fi żmien qasir u, fuq il-bażi ta' dawn il-previżjonijiet, jaslu għall-konklużjonijiet adattati. Dan ifisser dejjem iktar koordinazzjoni transkonfinali u transnazzjonali fil-proġetti loġistiċi Ewropej. Eżempju ta' din it-tendenza hija l-inizjattiva “Il-loġistika tal-prodotti kimiċi fl-Ewropa ċentrali” li nbdiet min-netwerk Ewropew tar-reġjuni li jipproduċu l-kimika biex itejbu il-kundizzjonijiet globali fit-tul taċ-ċentri tal-produzzjoni tal-industrija tal-kimika li għandhom il-bażi tagħhom fl-Ewropa ċentrali u tal-lvant permezz ta' strateġija koordinata. Eżempju ieħor huwa l-proġett ta' kostruzzjoni ta' kuritur ferrovjarju (EU4SeaRail) bejn il-baħar Baltiku, il-Baħar tat-Tramuntana, il-Mediterran u l-Baħar l-Iswed. Xi eżempji importanti oħra ta' kurituri tat-trasport fl-Ewropa ta' Fuq huma l-Kuritur ta' Bothnia u l-Konnessjoni tat-Tramuntana. Ir-reġjuni kellhom rwol importanti biex joħolqu spazji loġistiċi li jippermettu l-komplimentarjetà u l-iskambju dinji, b'mod partikolari tal-merkanzija, biex b'hekk isir l-aħjar użu minn kull modalità tat-trasport, bħal fil-każ tal-pjattaforma loġistika PLAZA, fir-reġjun Spanjol tal-Aragona, u l-konnessjonijiet tiegħu mal-pjattaformi l-oħrajn, bħall-Eurocentre f'Tolosa u ċ-ċentri differenti preżenti fil-penisola Iberika;

28.

Huwa tal-opinjoni li trasport effiċjenti bejn il-pajjiżi tal-Ewropa jista' jtejjeb it-tkabbir ekonomiku b'mod sinifikanti. Għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex dan tikkunsidrah fit-tħejjija tar-reviżjoni futura tad-direttivi dwar in-netwerks trans-Ewropej fl-2009-2010, billi, l-ewwel u qabel kollox, tippromovi l-implimentazzjoni ta' proġetti li diġà ġew approvati u li ddaħħlu fin-netwerk bħala prijorità. B'mod partikolari dawk marbuta mal-partijiet fejn it-trasport effiċjenti tal-merkanzija huwa diffiċli, pereżempju, dawk transkonfinali u dawk li jaqsmu ż-żoni muntanjużi;

Barra minn hekk għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-Kumitat tar-Reġjuni

29.

Jilqa' l-isforzi li saru s'issa, speċjalment mill-Presidenza Finlandiża u dik Ġermaniża sabiex jassiguraw il-progress f'dan il-qasam;

30.

B'mod wiesa' jaqbel mal-analiżi u l-miżuri rakkomandati fil-komunikazzjonijiet li flimkien jagħmlu dan il-pakkett tat-trasport bil-ferroviji;

31.

Madankollu, jirrakkomanda li tingħata kas lill-ħtieġa għal rabtiet tajbin mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif indikat fil-punt t'hawn fuq;

32.

Huwa konxju li kwalunkwe politika ġdida tat-trasport tal-merkanzija li tkun effettiva ma tistax taħdem mingħajr il-kooperazzjoni sħiħa tal-awtoritajiet lokali u l-gvernijiet reġjonali ikkonċernati; b'mod urġenti tappella sabiex dawn ir-rabtiet b'saħħithom jiġu stabbiliti u lest li jagħmel kull ma jista' biex jikkontribwixxi lejn dan;

33.

Jirrakkomanda li jsiru sforzi ulterjuri sabiex l-awtoritajiet politiċi kollha jsiru konxji minn din il-kwistjoni, filwaqt li titqies l-importanza kbira ta' dan is-settur tal-PGD u l-impatt dirett u indirett tiegħu fuq l-ekonomija u s-soċjetà b'mod ġenerali;

34.

Jidhirlu li mhux xieraq li ssir ir-reviżjoni tad-direttiva 96/53/KE. Hemm bżonn li jinżamm l-approċċ li jiffavorixxi soluzzjonijiet li huma aktar kompatibbli mal-ambjent, jiġifieri żieda fin-numru tal-ferroviji iżda mhux bil-fors fin-numru tat-trakkijiet;

35.

Jirrimarka li l-konurbazzjonijiet metropolitani huma d-destinazzjoni ta' parti sostanzjali tat-trasport kollu tal-merkanzija. Għalhekk, l-ippjanar tat-tqassim tal-merkanzija fil-bliet huwa importanti ħafna sabiex jinħolqu flussi tat-trasport li jiffrankaw l-enerġija u li jirrispettaw l-ambjent. Il-post ta' fejn isiru t-trasferimenti b'rabta man-netwerk tat-trasport tal-merkanzija b'mod ġenerali huwa importanti immens hawnhekk. Għal din ir-raġuni għandu jkun hemm kooperazzjoni tajba bejn il-livell lokali u reġjonali u l-politika ġenerali tal-UE għal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija. Il-Kumitat iqis li l-politika tat-trasport tal-merkanzija għandha tkun konformi mal-pjan ta' azzjoni dwar it-trasport urban;

36.

Fid-dawl tal-prezz tal-enerġija, l-innovazzjoni fis-settur tal-bijokarburanti hija importanti ħafna, iżda trid iseħħ b'rispett lejn l-ekwilibriji importanti tad-dinja tal-agrikoltura. Għalhekk jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex issaħħaħ ir-riċerka f'dan il-qasam;

37.

Jirrakkomanda l-liberalizzazzjoni tas-settur kollu tal-ferroviji sakemm ikun hemm regoli ta' koordinazzjoni li jirrispettaw l-interess pubbliku;

38.

Iqis li jkun xieraq li safejn hu possibbli jsir progress f'dak li jikkonċerna l-linji prijoritarji għall-merkanzija;

39.

Jikkunsidra li n-netwerks tat-trasport għandhom jiġu integrati dejjem aktar fil-politiki ta' loġistika bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, filwaqt li jiġi żviluppat il-kunċett ta' portijiet xotti (dry ports) u tingħata risposta lill-preokkupazzjonijiet evidenti ta' natura ambjenali;

40.

Fl-opinjoni tiegħu huwa xieraq li tittejjeb l-interazzjoni bejn is-sistemi ferrovjarji u dawk marittimi li f'xi żoni għadhom mhumiex effettivi, iqis li jkun utli li l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jinsabu fiż-żoni interni jiżviluppaw soluzzjonijiet loġistiċi mmirati li joħolqu pjattaformi loġistiċi u interportijiet, li huma strumenti fundamentali għat-titjib tas-sistema tad-distribuzzjoni globali tal-merkanzija u li jippromovu l-iżvilupp u l-koeżjoni tat-territorji interni;

41.

Jenfasizza l-bżonn li fil-futur jiġu armonizzati l-mezzi u standards teknoloġiċi sabiex il-ferroviji jkunu jistgħu jegħlbu malajr l-ostakli attwali dovuti għad-differenzi fis-sistemi ta' provvista elettrika u fid-diversità tal-gauges;

42.

Huwa konvint li l-Protokoll ta' Kyoto u l-effetti tiegħu fuq il-politiki tat-trasporti se jkollhom riperkussjonijiet evidenti ħafna fuq il-loġistika tal-merkanzija;

43.

Iqis li għall-futur ikun objettiv ideali li tkun possibbli li wieħed jaqsam l-Ewropa kollha b'ferroviji b'veloċità għolja minn Liżbona għall-Mediterran kollu, sal-Baltiku u l-fruntieri l-ġodda mal-pajjiżi terzi;

44.

Jipproponi li jiġu approfonditi l-istudji li għandhom l-iskop li jidentifikaw u jadottaw miżuri biex jiġu eliminati r-restrizzjonijiet fil-livell tal-infrastruttura u tar-regolamenti eżistenti; iqis li biex isir progress aktar mgħaġġel fl-identifikazzjoni ta' dawn il-problemi u biex jinstabu s-soluzzjonijiet hemm bżonn li jinħolqu netwerks ta' skambju tal-għarfien u ta' prattiki tajbin fost iċ-ċentri speċjalizzati fil-loġistika u l-intermodalità, fuq il-livell lokali u reġjonali;

45.

Iqis li huwa meħtieġ li jiġu definiti l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' azzjoni fit-tul sabiex jitwessgħu il-kurituri Ewropej;

46.

Japprova il-miżuri li jiggarantixxu kundizzjonijiet ekwi ta' konkorrenza bejn l-Istati Membri;

47.

Huwa favur l-armonizzazzjoni u s-semplifikazzjoni tan-normi u r-regolamenti, b'mod partikolari dawk dwar id-dimensjonijiet u l-piż, in-normi tas-sikurezza marbuta mal-irbit tat-tagħbija u mar-responsabbiltajiet tal-partijiet, ir-regoli dwar l-ugwaljanza tat-trasportaturi kollha quddiem il-liġi, indipendentement mill-post tar-residenza tagħhom, lingwa komuni għall-kontroll tat-traffiku u fl-aħħar l-importazzjonijiet mill-pajjiżi barra mill-UE;

48.

Iqis li hemm bżonn li jingħelbu l-ostakli amministrattivi, billi kemm jista' jkun id-dokumenti jintbagħtu b'mod elettroniku;

49.

Jirrakkomanda li jkun hemm iktar effiċjenza fit-trasport, fejn jidħol l-iżvilupp u l-użu tal-kapaċità ta' kull modalità, kif ukoll l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-intermodalità;

50.

Jirrakkomanda sistemi tat-trasport aktar effiċjenti, u jipproponi li għal dan il-għan tinħoloq politika loġistika aktar avvanzata għall-portijiet u t-terminali;

51.

Fl-aħħar iqis li huwa xieraq li l-internet jintuża biex titwassal informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet lokali u l-karatteristiċi tal-portijiet.

Brussell, it-8 ta' Ottubru 2008.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 325/12


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

(2008/C 325/03)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jixtieq jiżgura li l-iskemi ta' appoġġ ikunu aċċessibbli għall-produtturi tal-enerġija rinnovabbli fil-livelli kollha, inklużi l-istabbilimenti ż-żgħar, u jemmen li għall-konsistenza l-appoġġ għall-enerġija rinnovabbli għandu jkun akkumpanjat mit-tneħħija gradwali tas-sussidji għall-produzzjoni u l-użu tal-karburanti fossili (bl-eċċezzjoni tal-possibbiltà li jingħata appoġġ lill-impjanti tal-koġenerazzjoni li jipprovdu tisħin distrettwali) u l-produzzjoni u l-użu tal-enerġija nukleari. Ser issir eċċezzjoni wkoll għall-każijiet fejn il-qbid u l-ħżin tal-karbonju jintuża biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta' dijossidu tal-karbonju emessi mill-użu tal-karburanti fossili;

jirrakkomanda li jkun hemm koordinazzjoni kbira bejn l-atti leġiżlattivi Ewropej ewlenin f'dawn l-oqsma, jiġifieri d-Direttiva dwar il-prestazzjoni enerġetika tal-bini, id-Direttiva dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u s-servizzi tal-enerġija, it-tielet pakkett tal-liberalizzazzjoni tal-enerġija u d-diversi elementi tal-pakkett tal-enerġija rinnovabbli u t-tibdil fil-klima, fosthom id-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli;

iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex temenda l-Artikolu 4 u titlob l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali u tikkunsidra dan il-fattur sewwa hija u tevalwa l-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali;

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-istabbiliment ta' mira ta' 10 % għall-użu tal-bijokarburanti fit-trasport jista' biss ikollu l-konsegwenzi pożittivi mistennija jekk il-bijokarburanti jkunu prodotti minn sorsi li jinkisbu b'mod li ma jfixkilx il-bilanċ naturali tal-ambjent u l-bilanċ ekonomiku fis-suq.

Rapporteur

:

Paula BAKER (UK/ALDE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta' Basingstoke u Deane

Dokument ta' referenza

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

COM(2008) 19 finali

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa' d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli għax jemmen li l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli tista' tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, ittejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, tippromovi l-iżvilupp teknoloġiku, tkattar l-opportunitajiet ta' impjieg u tikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali;

2.

jenfasizza li sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva, huwa ferm importanti li tinħoloq alleanza strateġika tal-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex jiġi assigurat l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli mill-aktar livell baxx;

3.

iħeġġeġ it-tfassil ta' qafas legali li jipprovdi stabbiltà fuq perijodu twil għad-deċiżjonijiet ta' investiment sabiex proġetti innovattivi ta' enerġija rinnovabbli, li jużaw il-firxa wiesgħa ta' teknoloġiji li huma disponibbli llum-il-ġurnata, ikunu jistgħu jsiru kompetittivi fir-rigward tat-teknoloġiji tradizzjonali;

4.

jilqa' l-adozzjoni ta' objettivi vinkolanti fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Madankollu, jinsisti fuq il-fatt li sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni rapida tal-objettivi finali, jeħtieġ li l-objettivi intermedji ddefiniti fil-parti B tal-Anness tal-proposta għal Direttiva jkunu vinkolanti wkoll. Jappella għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-taħditiet mal-Istati Membri dwar it-tħejjija tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali bil-għan li l-objettivi intermedji jiġu kkunsidrati kif inhu xieraq u li l-miżuri ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati jiġu ddefiniti fil-livell lokali;

5.

jilqa' bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni biex l-Istati Membri jiżviluppaw infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-elettriku biex jakkomodaw il-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli u jagħtu lil din l-enerġija aċċess prijoritarju għad-distribuzzjoni, iżda jenfasizza l-fatt li l-aċċess għandu jkollu prezz ġust u kompetittiv, jinkisibx permezz ta' feed-in-tariff jew mod ieħor;

6.

bl-istess mod, jenfasizza l-importanza li jkun hemm infrastruttura tad-distribuzzjoni għall-gass u t-tisħin minn sorsi rinnovabbli u s-sħana residwa u li dan it-tip ta' enerġija jingħata aċċess prijoritarju għas-sistemi ta' distribuzzjoni.

7.

jemmen li l-fornituri tad-distribuzzjoni għandhom jagħmlu, u jerfgħu l-ispejjeż ta', aġġustamenti raġjonevoli sabiex jagħtu aċċess għas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli. Dawn l-ispejjeż m'għandhomx jinqasmu fost il-konsumaturi kollha tal-enerġija;

8.

jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali japplikaw politiki li jippromovu l-bini b'konsum baxx tal-enerġija u l-bini passiv. Minkejja l-fatt li dawn il-politiki jridu jiġu indirizzati separatament, huma kollha importanti ħafna u rilevanti biex jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli. Jirrakkomanda li d-dispożizzjonijiet dwar dan fil-proposta għal Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva dwar il-prestazzjoni enerġetika tal-bini. B'mod ġenerali, jirrakkomanda li jkun hemm koordinazzjoni kbira bejn l-atti leġiżlattivi Ewropej ewlenin f'dawn l-oqsma, jiġifieri d-Direttiva dwar il-prestazzjoni enerġetika tal-bini, id-Direttiva dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u s-servizzi tal-enerġija, it-tielet pakkett tal-liberalizzazzjoni tal-enerġija u d-diversi elementi tal-pakkett tal-enerġija rinnovabbli u t-tibdil fil-klima, fosthom id-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli. Għandha tingħata attenzjoni lill-implimentazzjoni nazzjonali tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli bil-għan partikolari li jinkisbu miri nazzjonali vinkolanti.

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

9.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom l-esperjenza u kisbu l-kompetenza neċessarja biex jinfluwenzaw l-infrastruttura u l-politiki tal-enerġija fir-reġjuni tagħhom. Ħafna reġjuni Ewropej diġà qegħdin juru impenn politiku favur il-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli fi ħdan ir-reġjuni tagħhom; stabbilixxew objettivi konkreti f'dan il-qasam u qegħdin jimplimentawhom b'mod attiv. Diġà qegħdin jinfluwenzaw l-infrastruttura u l-politiki tal-enerġija bl-azzjonijiet tagħhom fl-ippjanar tal-użu tal-art u l-iżvilupp reġjonali, fejn għandhom impatt fuq l-imġiba taċ-ċittadini. F'ħafna okkażjonijiet huma ppromovew l-applikazzjonijiet innovattivi tal-enerġija rinnovabbli (ix-xemx, is-sorsi ġeotermali, il-bijomassa, l-enerġija idroelettrika u r-riħ) fl-oqsma tal-bini u tat-trasport kif ukoll f'oqsma oħra;

10.

jinnota li l-bidla minn sorsi ta' enerġija mhux rinnovabbli għal sorsi rinnovabbli timplika żieda fil-produzzjoni enerġetika lokali fuq skala relattivament baxxa, li ser tikkontribwixxi sabiex tiġi evitata l-ħela involuta fit-trasport tal-elettriku fuq distanzi kbar u ser tinvolvi u teffettwa l-attivitajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha;

11.

jirrikonoxxi l-fatt li l-attivitajiet imwettqa mill-awtoritajiet lokali u reġjonali li permezz tagħhom dawn tal-aħħar jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva jinkludu:

l-ippjanar tal-użu tal-art (permezz ta' speċifikazzjonijiet ċari ta' ppjanar u żvilupp kemm bħala regolatur kif ukoll bħala faċilitatur);

is-sjieda u l-ġestjoni tal-art u l-proprjetà pubblika (inklużi d-dwal fit-toroq, id-djar u t-trasport kif ukoll il-bini u l-uffiċċji pubbliċi u l-“captive fleets”);

il-provvista ta' servizzi tat-trasport sostenibbli u l-istabbiliment ta' mezzi alternattivi ta' trasport (bħar-roti jew il-karozzi tal-elettriku għall-kiri);

il-provvista ta' netwerks ta' tisħin u tkessiħ għad-djar privati u għall-bini pubbliku mdaqqas (pixxini, skejjel, muniċipji lokali jew reġjonali, eċċ.);

l-iżvilupp reġjonali;

miżuri li jgħinu lill-kumpaniji tal-enerġija rinnovabbli, inklużi l-għotjiet u l-aċċess għall-finanzjament;

il-provvista ta' għotjiet li jiffaċilitaw l-aċċess għall-fondi biex l-enerġija rinnovabbli tkun aċċessibbli għad-djar individwali, l-organizzazzjonijiet pubbliċi u kumpaniji oħra;

il-komunikazzjoni maċ-ċittadini;

il-provvista ta' informazzjoni u taħriġ (liċ-ċittadini, lill-bennejja, lil dawk li jinstallaw u jsewwu t-tagħmir, lill-SMEs li jibbenefikaw minn skemi ta' appoġġ);

il-promozzjoni tar-riċerka, tal-iżvilupp u tal-innovazzjoni teknoloġika fil-qasam tal-enerġija, b'mod speċjali fil-qasam tal-iffrankar u l-effiċjenza tal-enerġija u tal-enerġiji rinnovabbli;

12.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tirreżisti l-pressjoni li titlob lill-Istati Membri jwaqqfu korpi amministrattivi uniċi u ċentralizzati li jitrattaw l-applikazzjonijiet u l-assistenza għal installazzjonijiet rinnovabbli ġodda;

13.

iwissi kontra l-livelli ta' “enerġija żejda” li qed jiġu applikati b'mod retroattiv għall-bini pubbliku;

14.

dejjem fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija, jistieden lill-Kummissjoni talloka r-riżorsi neċessarji kollha (inkluż f'termini ta' riżorsi umani) u tieħu l-miżuri kollha li hemm bżonn (inklużi l-azzjoni legali u r-rikors għas-sanzjonijiet finanzjarji) sabiex tiggarantixxi li l-Istati Membri jressqu, sad-data stabbilita, Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli ta' kwalità li jippermettu li jintlaħqu l-objettivi tad-direttiva;

15.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li barra minn hekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkontrollaw baġits kbar għall-akkwist u l-ksib pubbliku ta' prodotti u servizzi li jikkunsmaw l-enerġija; jenfasizza l-fatt li fil-fażijiet bikrin tal-bidla lejn Ewropa b'settur tal-enerġija ddominat — ferm iktar milli huwa bħalissa — mill-enerġija rinnovabbli, ir-rwol sinifikanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ispeċifikazzjoni, l-innovazzjoni u n-negozjar tas-setturi tal-enerġija rinnovabli għandu jiġi promoss;

16.

jirrikonoxxi l-fatt li l-attivitajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għat-tnaqqis tad-domanda totali għall-enerġija, permezz ta' miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika, jirrappreżentaw kontribut importanti biex jinkisbu l-objettivi tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli.

Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali

17.

jemmen li ħafna mill-miżuri (ara, pereżempju, l-Artikolu 12) li ser jiġu inklużi fil-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali ser ikollhom jiġu implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali. Dawn tal-aħħar diġà wettqu ħidma konsiderevoli f'dan ir-rigward u din l-esperjenza għandha tintuża bis-sħiħ fil-produzzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali;

18.

għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex temenda l-Artikolu 4 u titlob l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali u tikkunsidra dan il-fattur sewwa hija u tevalwa l-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali;

19.

filwaqt li jfakkar fl-esperjenza tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija, jistieden lill-Kummissjoni tippubblika, f'waqthom, il-linji gwida għat-tħejjija tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali, inkluż mudell ta' pjan. L-involviment tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tħejjija tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali b'hekk tiġi ppreżentata bħala punt ewlieni tal-proċess ta' tħejjija tal-Programmi ta' Azzjoni Nazzjonali f'kull mudell, pjan ta' direzzjoni u kull tip ta' rakkomandazzjoni ppubblikata mill-Kummissjoni dwar il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali.

Miżuri ta' appoġġ

20.

jappella lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-passi meħtieġa biex tħeġġeġ l-użu tal-iskemi ta' appoġġ għall-enerġija rinnovabbli bħall-Fondi Strutturali, l-aċċess għas-self mill-BEI, l-iskema tal-enerġija intelliġenti għall-Ewropa fil-kuntest tal-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, id-diversi programmi u inizjattivi fi ħdan is-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka, u l-pjanijiet tal-Kummissjoni msemmija fil-Komunikazzjoni dwar “Il-Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija” COM(2007) 723 finali;

21.

jixtieq jiżgura li l-iskemi ta' appoġġ ikunu aċċessibbli għall-produtturi tal-enerġija rinnovabbli fil-livelli kollha, inklużi l-istabbilimenti ż-żgħar, u jemmen li għall-konsistenza l-appoġġ għall-enerġija rinnovabbli għandu jkun akkumpanjat mit-tneħħija gradwali tas-sussidji għall-produzzjoni u l-użu tal-karburanti fossili (bl-eċċezzjoni tal-possibbiltà li jingħata appoġġ lill-impjanti tal-koġenerazzjoni li jipprovdu tisħin distrettwali) u l-produzzjoni u l-użu tal-enerġija nukleari. Ser issir eċċezzjoni wkoll għall-każijiet fejn il-qbid u l-ħżin tal-karbonju jintuża biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta' dijossidu tal-karbonju emessi mill-użu tal-karburanti fossili;

22.

jixtieq li l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-kontribut tar-riċerka u l-iżvilupp u tiggarantixxi li jkun hemm biżżejjed riżorsi sabiex dan is-settur jitħeġġeġ jisfrutta s-sorsi ta' enerġija marittimi nodfa u rinnovabbli, pereżempju l-enerġija mir-riħ, mill-mewġ, mill-marea u mill-kurrenti tal-oċean. Ifakkar li l-programmi ta' għajnuna nazzjonali u reġjonali, li jipprovdu soluzzjonijiet adattati għal sitwazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, urew li huma kapaċi jippromovu l-enerġija rinnovabbli b'suċċess. F'dan il-kuntest, u anke jekk appoġġ addizzjonali mil-livell Ewropew jibqa' bżonjuż, il-programmi ta' għajnuna nazzjonali u reġjonali għandhom jibqgħu l-istrumenti ta' promozzjoni ewlenin. Kwalunkwe standardizzazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-programmi ta' għajnuna fil-livell Ewropew għandha tiġi evitata.

Garanziji tal-oriġini

23.

jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni għall-istabbiliment ta' garanziji tal-oriġini fl-UE kollha li jiggarantixxu li l-elettriku u l-enerġija għat-tisħin u t-tkessiħ jiġu minn sorsi rinnovabbli taqbel mal-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-limitazzjoni tal-bidla klimatika globali” (1) li sejħet għall-introduzzjoni ta' ċertifikat tal-enerġija ekoloġika;

24.

jemmen li l-użu tal-garanziji tal-oriġini fl-oqsma tal-kummerċ u l-accounting huwa kkumplikat wisq u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni terġa' teżaminah u tiċċarah, sabiex tiggarantixxi s-sigurtà legali u t-trasparenza tas-sistema. Jissuġġerixxi wkoll li fl-istess ħin il-Kummissjoni tiggarantixxi li s-sistema ta' skambju u kummerċ tal-garanziji tal-oriġini ma tirrappreżentax riskju għall-implimentazzjoni u l-effikaċja tal-programmi ta' għajnuna nazzjonali u reġjonali, u tikkunsidra ċertifikat separat għall-kummerċ volontarju;

25.

iqis li l-kontribut tal-mikroġenerazzjoni jrid jiġi kkunsidrat sabiex dan l-element tal-pakkett tal-enerġija ta' kull Stat Membru jkun rikonoxxut u appoġġjat.

Informazzjoni u taħriġ

26.

jinnota li l-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-użu tal-enerġija qegħdin jinbidlu malajr u jemmen li r-rata ta' bidla ser tiżdied fis-snin li ġejjin; għalhekk l-informazzjoni u t-taħriġ għandhom jiġu pprovduti fuq firxa wiesgħa sabiex il-produtturi, l-installaturi u l-konsumaturi tal-enerġija jkollhom fehim adegwat tat-teknoloġiji l-ġodda bil-għan li dan it-tibdil jidħol fis-seħħ b'mod effiċjenti u ġust;

27.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li l-Istati Membri jieħdu ħsieb li jitħejjew informazzjoni, linji gwida u skemi ta' akkreditazzjoni adegwati;

28.

jenfasizza l-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti x'jaqdu fl-edukazzjoni u t-taħriġ u ċ-ċittadini qegħdin jappellaw dejjem iktar sabiex dawn itejbu l-kwalità tal-informazzjoni disponibbli; ser ikunu wkoll direttament involuti fl-implimentazzjoni ta' linji gwida dwar il-kontrolli tal-ippjanar u l-istandards tal-bini l-ġdid. Għalhekk jappella biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti bis-sħiħ fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' skemi ta' informazzjoni, sensibilizzazzjoni, parir, edukazzjoni u taħriġ.

Il-bijokarburanti

29.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ppromovew l-użu tal-bijokarburanti billi, pereżempju, ġabru ż-żejt tat-tisjir użat biex jipproduċu l-bijodiesel għall-vetturi tal-kunsilli lokali jew ippromovew il-produzzjoni tal-bijogass mid-dranaġġ u skart organiku ieħor bil-għan li dan il-gass jintuża mill-karozzi tal-muniċipju, u l-produzzjoni ta' wood pellets, li jintużaw prinċipalment għat-tisħin iżda wkoll flimkien ma' skemi ta' koġenerazzjoni, minn foresti b'ġestjoni lokali u minn injam skartat. L-inizjattivi li tnedew f'diversi reġjuni Ewropej favur il-ħolqien ta' “netwerks tal-bijokarburanti” għandhom jissaħħu wkoll. Dawn in-netwerks jikkoordinaw il-produzzjoni u l-konsum tal-bijokarburanti fil-livell reġjonali. Sakemm il-bijokarburanti huma prodotti b'mod sostenibbli li jqis l-aspetti ekonomiċi, ambjentali u soċjali kollha, dawn in-netwerks jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-ekonomiji reġjonali;

30.

jemmen li l-mira ta' 10 % għall-enerġija rinnovabbli fit-trasport tista' tintlaħaq l-aħjar billi jiżdied l-użu tal-vetturi elettriċi mħaddma b'elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli;

31.

isostni li l-bijokarburanti prodotti mill-iskart, prodotti kollaterali u residwi jġibu magħhom żewġ vantaġġi għall-bidla fil-klima, minn naħa billi jnaqqsu l-emissjonijiet mill-mezzi tat-trasport u jneħħu ċerti materjali mill-flussi tal-iskart, ħaġa li tippermetti li jkun hemm ġestjoni kawta tar-riżorsa tal-bijomassa, u min-naħa l-oħra billi jevitaw kull kompetizzjoni mal-produzzjoni tal-ikel;

32.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li użu akbar tal-bijokarburanti fit-trasport jista' biss ikollu l-konsegwenzi pożittivi mistennija jekk il-bijokarburanti jkunu prodotti minn sorsi li jinkisbu b'mod li ma jfixkilx il-bilanċ naturali tal-ambjent, il-provvista tal-ikel, il-bilanċ ekonomiku fis-suq, jew il-bilanċ soċjali;

33.

jinnota li l-emmissjonijiet mill-bijokarburanti użati fit-trasport ta' sostanzi li jniġġsu l-arja u li huma ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem ivarjaw skont is-sors. Għalhekk il-bijokarburanti għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għal titjib jew deterjorament tal-kwalità tal-arja, qasam li fih il-gvernijiet lokali għandhom rwol ewlieni x'jaqdu;

34.

għalhekk, isejjaħ għal riċerka komprensiva dwar l-emissjonjiet mit-tubi tal-exhaust għal diversi bijokarburanti u jitlob li l-effetti fuq il-kwalità tal-arja jitqiesu flimkien mal-valutazzjoni tas-sostenibbiltà, b'mod olistiku;

35.

jirrakkomanda li l-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali, li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ser ikunu involuti fit-tħejjija tagħhom, jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mar-riżorsi li ser jintużaw għall-produzzjoni tal-bijokarburanti. Il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali għandhom jikkunsidraw in-natura speċifika tar-riżorsi naturali tal-Istati Membri;

36.

jappella sabiex jiġu appoġġjati l-bijokarburanti li joffru ffrankar sinifikanti u kkwantifikat tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra;

37.

jinnota li l-bijomassa miċ-ċellulosa (2) u l-alka tista' tiġi prodotta b'inqas interferenza fis-settur tal-ikel u b'piż iżgħar fuq ir-riżorsi tal-art; dejjem sakemm din tkun kompatibbli ma' attivitajiet marittimi oħra; għalkemm il-metodi ta' produzzjoni għadhom qed jiġu żviluppati, hemm il-possibbiltà li jiġu ffrankati 90 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra (3). Barra minn hekk, il-karburanti għall-vetturi jistgħu jiġu prodotti wkoll mill-iskart billi jiġi prodott bijogass permezz ta' proċessi ta' bijodegradazzjoni fl-assenza tal-ossiġnu (anaerobic digestion), bi tnaqqis korrispondenti fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra;

38.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa iktar il-kriterji ta' sostenibbiltà ambjentali għall-bijokarburanti msemmija fl-Artikolu 15 tal-abbozz ta' Direttiva. Dawn il-kriterji għandhom jgħinu biex tinstab soluzzjoni għall-kwistjonijiet li ġejjin:

il-kwistjoni tal-prattiki intensivi li jużaw il-fertilizzanti u l-pestiċidi sintetiċi;

il-kwistjoni tal-iffrankar tal-ilma fil-prattiki tat-tkabbir;

l-użu ta' art li tista' tintuża għall-produzzjoni tal-ikel.

Barra minn hekk, fuq l-eżempju tan-netwerks reġjonali msemmija hawn fuq, jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra kif jixraq lill-potenzjal tal-katini reġjonali ta' produzzjoni/konsum;

39.

jitlob evalwazzjoni rigoruża tas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti li ssegwi l-bidla teknoloġika u tibdil fl-iffrankar minimu tal-gassijiet b'effett ta' serra hekk kif it-teknoloġija tiżviluppa;

40.

jemmen li l-kriterji ta' sostenibbiltà għandhom jiġu applikati lill-bijokarburanti prodotti fl-UE u dawk mhux prodotti fl-UE sabiex il-pubbliku jkun jista' jieħu d-deċiżjonijiet ta' xiri tiegħu mingħajr tħassib u jafda fl-iskemi tal-awtorità lokali tiegħu;

41.

iqis li l-bijokarburanti għandhom jiġu prodotti b'mod sostenibbli u li jillimita kemm jista' jkun l-impatt fuq il-klima. Fl-ebda ċirkustanza m'għandna neqirdu l-foresti biex l-art tintuża għall-uċuh tar-raba' li jintużaw għall-produzzjoni tal-enerġija u li jassorbu inqas dijossidu tal-karbonju.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦALL-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 3(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport fl-2020 huwa mill-inqas 10 % tal-konsum finali ta' enerġija fit-trasport f'dak l-Istat Membru.

Fil-kalkolu tal-enerġija totali kkunsmata fit-trasport għall-għanijiet tal-ewwel subparagrafu, prodotti taż-żejt minbarra petrol u diżil m'għandhomx jiġu kkunsidrati.

3.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport fl-2020 huwa mill-inqas 10 % tal-konsum finali ta' enerġija fit-trasport f'dak l-Istat Membru. Din l-enerġija tista' tiġ i prodotta biss minn riżorsi li jinkisbu b 'mod li ma jfixkilx il-bilanċ naturali tal-ambjent u l-bilanċ ekonomiku fis-suq fid-diversi Stati Membri.

Fil-kalkolu tal-enerġija totali kkunsmata mit-trasport għall-għanijiet tal-ewwel subparagrafu, prodotti oħra magħmula miż-żejt mhux raffinat minbarra l-petrol u d-diesel m'għandhomx jiġu kkunsidrati.

Raġuni

Il-metodi ta' produzzjoni tal-bijokarburanti li joffru ffrankar kbir tal-gassijiet b'effett ta' serra għadhom qed jiġu żviluppati u l-istabbiliment ta' mira f'dan il-punt iġib miegħu r-riskju ta' distorsjoni fis-suq global tal-prodotti tal-ikel.

Emenda 2

Artikolu 4(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1   Kull Stat Membru għandu jadotta pjan ta' azzjoni nazzjonali.

Il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali għandhom jistabbilixxu l-miri tal-Istati Membri għall-ishma ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport, l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ fl-2020, u miżuri adegwati li għandhom jittieħdu biex jinkisbu dawn il-miri, inklużi politiki nazzjonali biex ikunu żviluppati riżorsi eżistenti ta' bijomassa u jkunu mmobilizzati riżorsi ġodda ta' bijomassa għal użi differenti, u l-miżuri li għandhom jittieħdu biex ikunu mwettqa r-rekwiżiti tal-Artikoli 12 sa 17.

1.   Kull Stat Membru għandu jadotta Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali bbażat fuq pjanijiet ta' azzjoni għall-enerġija mfasslin fil-livell lokali u reġjonali u kkoordinati mal-politiki reġ jonali u dwar l-użu tal-art. L-Istati Membri g ħandhom jikkonsultaw u jinvolvu b'mod attiv lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, fi stadju bikri, fit-tħejjija tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali.

Il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali għandhom jistabbilixxu l-miri tal-Istati Membri għall-ishma ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport, l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ fl-2020, u miżuri adegwati li għandhom jittieħdu biex jinkisbu dawn il-miri, inkluż l-użu tal-Akkwist Pubbliku Ekolo ġiku (Green Public Procurement), permezz tal-introduzzjoni tal-kriterji ekoloġiċ i li jippromovu l-użu tal-ener ġija minn sorsi rinnovabbli fl-akkwist tas-servizzi tal-enerġija mill-awtoritajiet pubbliċi, u l-iżvilupp tar-riżorsi attwali tal-bijomassa u ta' riżorsi ġodda għal użi differenti, kif ukoll il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikoli 12 sa 17.

Raġuni

Billi l-implimentazzjoni ta' ħafna mill-azzjonijiet inklużi fil-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali ser tkun f'idejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, huwa kruċjali li dawn jiġu involuti fit-tfassil tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali.

Fi ħdan l-istrateġija ETAP għat-tixrid tat-teknoloġiji ambjentali, il-25 Stat Membru adottaw Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku (l-Italja approvat il-pjan tagħha permezz ta' digriet interministerjali tal-11 ta' April 2008). L-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku għandu jintuża sabiex jiġu introdotti kriterji ekoloġiċi (relatati mal-użu ta' sorsi rinnovabbli tal-enerġija) fl-akkwist pubbliku tas-servizzi għall-enerġija.

L-abbozz ta' Direttiva kif inhu bħalissa jagħmel biss referenzi limitati għar-rwol pożittiv li jistgħu jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali (Artikoli 12.1.a, 12.3 u 12.7). Filwaqt li l-Kumitat jirrikonoxxi li l-intenzjoni tal-Kummissjoni hija li tagħti prijorità lill-ksib tal-objettiv mingħajr ma jiġu ppreġudikati l-metodi li jistgħu jagħżlu l-Istati Membri għal dan il-għan, l-emenda t'hawn fuq tista' tgħin sabiex jiżdied il-profil u r-rispett għall-kompetenzi tal-gvern lokali sottonazzjonali, u b'mod kruċjali, tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali biex jimpenjaw ruħhom b'mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali tagħhom.

Emenda 3

Artikolu 12(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li korpi amministrattivi lokali u reġjonali jikkunsidraw l-istallazzjoni ta' tagħmir u sistemi għall-użu ta' tisħin, tkessiħ u elettriku minn sorsi rinnovabbli u għal tisħin u tkessiħ distrettwali matul l-ippjanar, id-diżinjar, il-bini u r-renovazzjoni ta' żoni industrijali jew residenzjali.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li korpi amministrattivi lokali u reġjonali jikkunsidraw l-istallazzjoni ta' tagħmir u sistemi għall-użu ta' tisħin, tkessiħ u elettriku minn sorsi rinnovabbli u għal tisħin u tkessiħ distrettwali matul l-ippjanar, id-diżinjar, il-bini u r-renovazzjoni ta' żoni industrijali, kummerċjali, uffiċċji jew żoni residenzjali.

Emenda 4

Artikolu 13(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni dwar miżuri ta' sostenn hija disponibbli għall-konsumaturi, il-bennejja, l-istallaturi, il-periti u l-fornituri ta' tagħmir u sistemi tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-elettriku u għal vetturi kompatibbli mal-użu ta' taħlitiet bi grad għoli ta' bijokarburanti jew bijokarburanti puri.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni dwar miżuri ta' sostenn, permezz tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, hija disponibbli għall-konsumaturi, il-bennejja, l-istallaturi, il-periti u l-fornituri ta' tagħmir u sistemi tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-elettriku u għal vetturi kompatibbli mal-użu ta' taħlitiet bi grad għoli ta' bijokarburanti jew bijokarburanti puri.

Raġuni

Fl-attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni għat-tixrid tas-sorsi rinnovabbli tal-enerġija, l-awtoritajiet lokali jridu jaqdu rwol importanti sabiex jassiguraw li l-miri tal-programm 20-20-20 jintlaħqu.

Emenda 5

Artiklu 13(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw gwida għal pjanifikaturi u periti sabiex dawn ikunu tassew kapaċi jikkunsidraw l-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli u ta' tisħin u tkessiħ distrettwali matul l-ippjanar, l-iddiżinjar, il-bini u r-ridekorazzjoni ta' żoni industrijali jew residenzjali.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw gwida, permezz tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għal pjanifikaturi u periti sabiex dawn ikunu tassew kapaċi jikkunsidraw l-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli u ta' tisħin u tkessiħ distrettwali matul l-ippjanar, l-iddiżinjar, il-bini u r-ridekorazzjoni ta' żoni industrijali jew residenzjali.

Raġuni

Fl-attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni għat-tixrid tas-sorsi rinnovabbli tal-enerġija, l-awtoritajiet lokali jridu jaqdu rwol importanti sabiex jassiguraw li l-miri tal-programm 20-20-20 jintlaħqu.

Emenda 6

Artikolu 14(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Mingħajr preġudizzju għ aż-żamma tal-affidabbilt à u s-sigurtà tas-sistema tad-distribuzzjoni, l-Istati Membri għ andhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta ' trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta ' distribuzzjoni jiggarantixxu li l-gass prodott minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u s-sħana residwa jingħataw aċċess prioritarju għas-sistema ta' distribuzzjoni xierqa tagħhom b'kundizzjonijiet raġonevoli.

Raġuni

Il-gass (bijogass) u t-tisħin minn sorsi rinnovabbli fl-aħħar mill-aħħar għandhom jingħataw aċċess għas-sistemi ta' distribuzzjoni rilevanti, l-użu tas-sħana residwa mill-proċessi industrijali, il-ħruq tal-iskart eċċ huma mezz effettiv ħafna biex tiġi ffrankata l-enerġija primarja.

Brussell, it-8 ta' Ottubru 2008.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


(1)  CdR 110/2007 fin.

(2)  Injam (bħal per eżempju ż-żafżafa, is-siġra tal-luq ibrida, l-ewkaliptu), il-ħaxix perenni twil (eż. switchgrass u miscanthus, residwi tal-prodotti tar-raba' u skart muniċipali organiku.

(3)  National Geographic, Ottubru 2007, u Engineering & Technology, Mejju 2008.


19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 325/19


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet

(2008/C 325/04)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma ddumx biex tapprova l-leġiżlazzjoni għall-inklużjoni tat-trasport bl-ajru fl-ETS u biex tinkorpora s-settur tat-trasport marittimu fl-ETS mingħajr dewmien;

huwa mħasseb li d-direttiva ma tħeġġiġx it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fis-settur tal-ġestjoni tal-iskart, Settur partikolarment kritiku kemm għall-emissjonijiet u kemm għall-ippjanar tal-użu tal-art;

jirrakkomanda li għall-inqas 30 % tad-dħul mill-irkant tal-kwoti jitwarrab mill-Istati Membri għall-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiġi mħeġġeġ l-użu ta' enerġiji rinovabbli u l-effiċjenza enerġetika fl-użu finali, biex sal-2020 jintlaħaq l-impenn Komunitarju għall-użu ta' 20 % ta' enerġiji rinovabbli u għaż-żieda tal-effiċjenza fl-enerġija b'20 %; sabiex jiġu mħeġġa miżuri għat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra fis-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS, b'mod partikulari s-setturi tat-trasport u l-iskart;

jirrakkomanda miżuri li jappoġġjaw ċerti industriji intensivi fl-enerġija f'każ ta' rilaxx tal-karbonju potenzjali:

mhux aktar minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-imsieħba soċjali rilevanti kollha u lill-Kumitat tar-Reġjuni, ser tressaq proposti konkreti għall-prevenzjoni tar-rilaxx tas-CO2 mis-setturi u s-sotto setturio li jużaw ħafna enerġija.

Rapporteur

:

Pietro MARRAZZO (IT/PES), President tar-Reġjun ta' Lazio

Test ta' referenza

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex ittejjeb u twessa' s-sistema Komunitarja għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra

COM(2008) 16 finali — 2008/0013 (COD)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rakkomandazzjonijiet ġenerali

1.

ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħtu kontribut kruċjali għas-suċċess ta' inizjattivi Ewropej u jaqdu rwol kritiku fl-implimentazzjoni ta' politiki ambjentali, industrijali u li jikkonċernaw l-enerġija;

2.

japprova l-applikazzjoni prattika tal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” fil-politiki Komunitarji kollha li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien ambjentali u l-klima; l-internalizzazzjoni tal-ispiża ambjentali tal-prodotti u s-servizzi hija parti essenzjali ta' politika pubblika tajba mmexxija mill-prinċipji ta' żvilupp ekonomiku sostenibbli, bilanċjat u li jirrispetta l-ambjent;

3.

japprezza, għaldaqstant, l-isforzi li saru s'issa mill-Kummissjoni Ewropea biex jinbena suq tal-karbonju effettiv li jirnexxielu jidentifika “l-prezz tat-tniġġis f'tunnellata dijossidu tal-karbonju” f'sistema ta' negozjar ħieles;

4.

jilqa' t-tibdil u l-aġġornar propost tal-ETS (l-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet), b'koerenza mar-riżultati miksuba s'issa u l-evidenza li nstabet matul l-ewwel perijodu taħt l-iskema (2005-2007);

5.

jidhirlu li minkejja l-progress li sar, jeħtieġ li tkompli tiżdied it-trasparenza u l-affidabilità dejjiema tal-ETS u li nibqħu attenti għar-riperkussjonijiet soċjali u ambjentali li ser ikollhom il-miżuri proposti, speċjalment fil-livell reġjonali u lokali;

Tibdil lill-ETS

Tibdil tekniku

6.

ifakkar li s-simplifikazzjoni proposta mill-Kummissjoni, inkluża l-possibbiltà li jiġu esklużi l-iżgħar impjanti industrijali u li jiġi kkjarifikat il-kunċett ta' impjant ta' kombustjoni, ser tgħin biex iżżid l-affidabilità, l-effiċjenza u t-trasparenza tas-suq tal-karbonju in ġenerali;

7.

madankollu jitlob lill-Kummissjoni tispeċifika l-miżuri ekwivalenti li jistgħu jiġu adottati mill-Istati Membri biex isegwu tnaqqis fl-emissjonijiet fl-impjanti ż-żgħar, biex b'hekk tmur lil hinn mir-referenza ġenerika għal miżuri possibbli ta' politika fiskali (taxxa fuq il-karbonju);

8.

jinnota li, f'dak li hu irkant tal-kwoti, ikun xieraq li niċċaqilqu minn allokazzjoni kompletament ħielsa għal allokazzjoni progressiva u gradwali permezz ta' rkanti pubbliċi; jappoġġja bis-sħiħ il-ħtieġa li jitħarsu l-ifqar sezzjonijiet tal-pubbliku, għall-fatt li l-prezzijiet tal-prodotti industrijali, b'mod aktar speċifiku, tal-elettriku u sorsi oħra ta' enerġija, possibilment jogħlew, kif ukoll billi jiġu megħjuna biex iżidu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-insulazzjoni fid-djar tagħhom;

9.

jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-bidla proposta fl-approċċ li ttieħed s'issa għall-adozzjoni tal-Pjanijiet Nazzjonali ta' Adozzjoni għal kull Stat Membru u jilqa' d-deċiżjoni li jiġu individwati l-għanijiet Komunitarji komuni, bħala parti minn approċċ waħdieni u unitarju għall-UE in ġenerali;

10.

jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni li l-ġbir, it-trasport u l-ħżin ġeoloġiku tal-gassijiet b'effett ta' serra jiġu inklużi fl-ETS u jittama li f'dan ir-rigward jingħata appoġġ xieraq lir-riċerka ta' tekonoloġiji relatati li jeħtieġu aktar żvilupp u investiment, sakemm jitqies l-impatt negattiv li l-ħżin tal-karbonju jista' jkollu fuq l-ekosistemi li jintlaqtu;

11.

ifakkar l-importanza tar-rwol li tista' taqdi r-riċerka fil-qasam tal-enerġija u tal-ambjent fejn jidħol tnaqqis ta' emissjonijiet u tibdil u jittama li d-Direttiva sservi ta' strument effettiv biex tassigura sors regolari ta' fondi għal attivitajiet ta' dan it-tip;

12.

isostni biex l-inklużjoni ta' setturi u attivitajiet ġodda fl-ETS tiġi evalwata mhux biss mill-perspettiva tar-riskju li l-industrija Ewropea tista' ssir anqas kompetittiva fis-swieq internazzjonali, imma wkoll tat-tniġġis reali li joħroġ minn dan is-settur u tal-potenzjal għal żvilupp teknoloġiku tas-setturi kkonċernati u jara sa fejn hu possibbli li l-ispejjeż żejda jgħaddu għal għand l-utenti aħħarija;

13.

għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef l-approvazzjoni tal-leġiżlazzjoni biex it-trasport bl-ajru jiġi inkluż fl-ETS u biex tinkorpora s-settur tat-trasport marittimu fl-ETS mingħajr dewmien (ara l-Punt 65 tal-Opinjoni KtR 22/2008);

14.

japprova l-prinċipju ta' kooperazzjoni u solidarjetà bejn l-Istati Membri kif introdott fis-sistema l-ġdida tal-ETS bejn pajjiżi li huma teknoloġikament aktar avvanzati (b'setturi industrijali aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija) u pajjiżi anqas żviluppati (li għandhom ekonomiji b'konsum ogħla ta' enerġija u li jeħtieġu li jżidu r-rati ta' tkabbir tagħhom);

Id-dimensjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima

15.

japprezza l-isforzi li saru mill-UE s'issa bis-sehem tagħha fin-negozjati internazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-protokoll ta' Kyoto, aktar riċentament fil-konferenza ta' Bali, u bl-identifikar tal-istrateġiji globali komuni, b'mod partikulari biex jinqasam il-piż bejn il-pajjiżi għonja u dawk li qed jiżviluppaw; jittama għaldaqstant li r-riżultati li nkisbu s'issa jkomplu jissaħħu u jiġu żviluppati permezz ta' ftehim fil-konferenzi internazzjonali li ġejjin f'Poznan u Kopenħagen;

16.

jitlob miżuri addizzjonali fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u fiż-żieda tal-objettivi stabbiliti għall-ETS sabiex jiġu ggwidati lejn il-mira ta' tnaqqis ġenerali ta' 30 % fl-emissjonijiet wara l-qbil internazzjonali dwar is-suġġett;

17.

jenfasizza l-bżonn li l-ftehim internazzjonali propost iwassal għat-trattament ugwali tas-setturi kkonċernati madwar id-dinja; għalhekk hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet minimi li jeħtieġ li jikkonforma magħhom il-ftehim sabiex ikun jista' jitqies bħala ftehim internazzjonali fil-qafas tad-Direttiva;

Is-setturi l-ġodda li jaqgħu taħt ir-regolamenti

18.

isostni l-ħtieġa li jsiru analiżi tajba tal-benefiċċji f'dak li huwa nfiq fir-rigward tal-inklużjoni tas-setturi produttivi ġodda fl-ETS sabiex jiġu evitati distorzjonijiet kompetittivi bejn setturi varjanti bħala riżultat tat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra;

19.

jinsab imħasseb li d-Direttiva ma tħeġġiġx it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fis-settur tal-ġestjoni tal-iskart, settur speċjalment kritiku kemm għall-emissjonijiet u għall-ippjanar tal-użu tal-art;

20.

jinnota li, flimkien mal-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet, fadal ħafna xi jsir fuq kollox sabiex issir bidla għal mezzi ta' trasport li jirrispettaw l-ambjent. Gvernijiet nazzjonali għandhom jassumu r-responsabbiltà biex jespandu l-infrastruttura tat-trasport bil-ferrovija u fuq l-ilma u biex jippromovu t-trasport intermodali b'mod ġenerali;

Il-kompetittività tal-intrapriżi u l-protezzjoni tal-konsumatur

21.

jinnota li r-riskju li tonqos il-kompetittività fost is-setturi industrijali għadu jrid jiġi evalwat sew mill-Kummissjoni u li d-Direttiva l-ġdida għadha ma tipprovdix miżuri xierqa biex tappoġġja u tiddefendi l-ekonomiji Ewropej; isostni f'dan ir-rigward l-importanza ta' ambjent stabbli u attraenti għall-investimenti u l-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati l-perikli li jiġu trasferiti emissjonijiet lil pajjiżi bi standards ambjentali inqas stretti u bi spejjeż aktar baxxi (ħruġ mhux intenzjonat tal-karbonju); jitlob lill-Kummissjoni sabiex sat-30 ta' Ġunju 2009 tkun ressqet il-proposti tagħha għal Regolamenti Komunitarji u armonizzati bis-sħiħ għall-allokazzjoni mingħajr ħlas taċ-ċertifikati. Dawn ir-Regolamenti m'għandhomx jiġu stabbiliti fil-proċedura tal-komitoloġija iżda għandhom jagħmlu parti mid-Direttiva stess. Jeħtieġ li tiġi kkunsidrata b'mod partikolari s-sitwazzjoni tas-setturi u s-sotto-setturi li jużaw ħafna enerġija u li jinsabu f'riskju li jgħaddu minn bidla sinifikanti fl-emissjonijiet tas-CO2.

22.

jitlob biex l-isforzi involuti fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima jinqasmu b'mod xieraq bejn l-operaturi industrijali involuti u l-utenti aħħarin, u b'hekk jiġi żgurat li dawn tal-aħħar ma jkollhomx iġorru l-piż kollu tal-ispiża addizzjonali tal-istrateġiji adottati f'ċerti setturi produttivi b'mod partikulari;

23.

jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni ma tagħtix biżżejjed attenzjoni lill-ħtieġa li jiġi evitat impatt negattiv fuq is-sezzjonijiet ifqar tas-soċjetà, partikolarment minħabba l-effett li d-Direttiva jista' jkollha fuq il-prezzijiet tal-elettriku; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tissorvelja s-swieq aktar mill-qrib, issaħħaħ il-kunfidenza tal-konsumatur u tillimita r-riskju ta' manipulazzjoni tas-suq;

24.

japprova li huma u jiġu allokati ċ-ċertifikati b'xejn tal-emissjonijiet jiġi rikonoxxut it-tnaqqis li diġà kisbu xi intrapriżi individwali, u li dawk l-istallazzjonijiet li fis-settur tal-produzzjoni tagħhom kisbu l-anqas livell ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra għal kull unità tal-produzzjoni jiksbu ċ-ċertifikati totalment (100 %) b'xejn;

Il-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

25.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fuq quddiem fil-ġestjoni tal-konsegwenzi tal-bidla fil-klima u għalhekk iridu jkunu involuti sewwa fl-adozzjoni ta' kwalunkwe strateġiji biex din tiġi miġġielda u biex isir tibdil;

26.

jitlob lill-Kummissjoni biex, waqt ir-reviżjoni tal-ETS, tqis mhux biss il-konsegwenzi fuq il-kompetizzjoni fil-livell nazzjonali u internazzjonali, imma wkoll il-perikli li jeżistu għall-kompetittività u l-attrazzjoni tal-bosta reġjuni tal-UE;

27.

għalhekk jitlob li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lit-talbiet tal-politiki reġjonali ta' żvilupp u jinnota li sabiex jitħeġġeġ suq tal-karbonju aktar trasparenti u effettiv, jistgħu jiġu ristrutturati numru ta' impjanti industrijali biex jitneħħew mis-sistema produttiva dawk l-impjanti li huma inqas effiċjenti jew dawk li diġà jinsabu fi kriżi; fl-istess vena, jitlob għal azzjoni biex jiġi appoġġjat il-proċess ta' tiġdid industrijali u taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema kkonċernati;

28.

f'dak li huwa t-tisħiħ u l-aġġustament tal-ETS, jagħraf il-ħtieġa li tittejjeb il-koerenza ġenerali tal-azzjonijiet u li jiġu stabbiliti objettivi aktar ambizzjużi li, skont il-qbil internazzjonali li qed jiġi diskuss, jistipulaw mira ta' tnaqqis ta' 30 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra sal-2020;

29.

jaħseb li għandu jsir aktar biex il-pubbliku jiġi involut fl-isforzi li qed tagħmel l-UE biex tindirizza l-bidla fil-klima, bl-għajnuna tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; din l-attività ta' sensibilizzazzjoni għandha tiffoka kemm biex tħeġġeġ imġiba personali responsabbli kif ukoll biex tgħin lill-pubbliku jifhem il-kwistjonijiet industrijali u teknoloġiċi ewlenin li spiss ikun hemm wara l-istrateġiji li jiġu adottati;

30.

jara l-ħtieġa li tissaħħaħ il-ħidma tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tat-taħriġ u informazzjoni għall-utenti aħħarin u għal operaturi ta' negozji żgħar u ta' daqs medju koperti mid-Direttiva ETS.

II.   EMENDI PROPOSTI

Emenda 1

Artikolu 1(5) (Artikolu 9)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Artikolu 9

Kwantità ta' kwoti madwar il-Komunità kollha

Il-kwantità ta' kwoti madwar il-Komunità maħruġa kull sena mill-2013 għandha tonqos f'mod lineari min-nofs il-perjodu 2008 sa 2012. Il-kwantità għandha tonqos b'fattur lineari ta' 1.74 % meta mqabbel mal-medja tal-kwanitità totali annwali tal-kwoti maħruġa mill-Istati Membri skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni għall-perjodu 2008 sa 2012.

Sat-30 ta' Ġunju 2010, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità assoluta tal-kwoti għall-2013, ibbażata fuq il-kwantitajiet totali tal-kwoti maħruġa mill-Istati Membri skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni tagħhom għall-perjodu 2008 sa 2012.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-fattur lineari mhux aktar tard mill-2025.

Artikolu 9

Kwantità ta' kwoti madwar il-Komunità kollha

Il-kwantità ta' kwoti madwar il-Komunità maħruġa kull sena mill-2013 għandha tonqos f'mod lineari min-nofs il-perjodu 2008 sa 2012. Il-kwantità għandha tonqos b'fattur lineari ta' 1.74 % meta mqabbel mal-medja tal-kwanitità totali annwali tal-kwoti maħruġa mill-Istati Membri skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni għall-perjodu 2008 sa 2012.

Sat-30 ta' Ġunju 2010, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità assoluta tal-kwoti għall-2013, ibbażata fuq il-kwantitajiet totali tal-kwoti maħruġa mill-Istati Membri skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni tagħhom għall-perjodu 2008 sa 2012.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-Direttiva mhux aktar tard mill-2018 b' kunsiderazzjoni tal-iżvilupp g ħall-perijodu ta' wara l-2020.l-fattur lineari mhux aktar tard mill-2025.

Raġuni

L-emenda proposta fid-Direttiva tikkonċerna l-perijodu bejn l-2013 u l-2020. Għalhekk m'hemmx lok għal dispożizzjonijiet għall-perijodu ta' wara l-2020. Madanakollu t-tibdil profond propost fis-sistema ta' skambju attwali jiġġustifika reviżjoni ġenerali mhux aktar tard mill-2018.

Emenda 2

Artikolu 1 (7), (Artikolu 10(3))

Test propost mill-Kummissjoni

CoR amendment

Talanqas 20 % tad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punt (b) tiegħu, għandhom jiġu użati kif ġej:

Talanqas 50 % tad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punt (b) tiegħu, għandhom jiġu użati mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom kif ġej:

Emenda 3

Artikolu 1(7), (Artikolu 10(3)(f))

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

f)

biex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali fl-entitajiet domestiċi bi dħul baxx jew medju, pereżempju biż-żieda fl-effiċjenza u l-insulazzjoni tagħhom; kif ukoll;

f)

biex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali fl-entitajiet domestiċi bi dħul baxx jew medju, pereżempju, pereżempjupereżempju biż-żieda b' miżuri mfasslin biex jikkumpensaw kull żieda fil-prezz tal-elettriku filwaqt li jg ħ inu wkoll biex tiżdied fl-effiċjenza u l-insulazzjoni tagħhom fi djarhom; kif ukoll

Raġuni

L-għan hu li mal-miżuri għal djar bi dħul baxx jiġu inklużi miżuri ta' kumpens ta' natura speċifikament ekonomika.

Emenda 4

Artikolu 1(7), (Artikolu 10, Paragrafu 3), żid paragrafu ġdid 3 a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

 

3.a   Tal-anqas 30 % tad-dħul iġġ enerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2, inkluż id-d ħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punt (b) tiegħu, għandhom jitwarrbu mill-Istati Membri għall-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex:

a)

jiġ i promoss l-użu ta ' enerġiji rinovabbli u l-effiċjenza enerġ etika fl-użu finali, biex sal-2020 jintla ħaq l-impenn Komunitarju għ all-użu ta ' 20 % ta' enerġiji rinovabbli u għ aż-żieda tal-effi ċjenza fl-enerġija b'20 %;

b)

jitħeġġ u miżuri g ħat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra fis-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS, b'mod partikulari s-setturi tat-trasport u l-iskart;

ċ)

jingħataw fondi għal attivitajiet informattivi biex jitħeġġu d-drawwiet tajbin fost l-utenti aħħarin sabiex jiġu bilanċ jati żidiet possibbli fil-prezzijiet tal-elettriku;

d)

jingħataw fondi għal attivitajiet ta' taħriġ u ta' informazzjoni mfassla biex iħeġġu l-prattika tajba min-naħa ta' intrapriżi u operaturi żg ħar u ta' daqs medju.

Raġuni

L-għan hu li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw sehem fil-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u li jiġu żgurati fondi xierqa għalihom.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jingħataw rwol speċifiku x'jaqdu fil-promozzjoni tal-użu ta' riżorsi rinovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija.

Għandhom jinstabu fondi għal attivitajiet lokali u reġjonali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra li ma jaqgħux fl-ambitu tad-Direttiva ETS, bħas-setturi tal-iskart u tat-trasport.

Għandhom jinstabu fondi għal attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni maħsuba għall-pubbliku u l-operaturi tal-industriji li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva ETS.

Emenda 5

Artikolu 1 (7), (Artikolu 10(5))

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

5.   Sal-31 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament dwar l-istimi taż-żmien, l-aministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkant biex jiġi żgurat li jitmexxa b'mod miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju. L-irkanti għandhom jiġu mfassla biex jiżguraw li operaturi, u b'mod partikolari kull intrapriża żgħira u ta' daqs medju koperti bl-iskema Komunitarja, jkollhom aċċess sħiħ u li kull parteċipant ieħor ma jiżvalutawx l-operat tal-irkant. Dik il-miżura, maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu [23(3)].

5.   Sal-31 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament dwar l-istimi taż-żmien, l-aministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkant biex jiġi żgurat li jitmexxa b'mod miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju. L-irkanti għandhom jiġu mfassla biex jiżguraw li operaturi, u b'mod partikolari kull intrapriża żgħira u ta' daqs medju koperti bl-iskema Komunitarja, jkollhom aċċess sħiħ u li kull parteċipant ieħor ma jiżvalutawx l-operat tal-irkant. Sabiex jiġi evitat qligħ spekulattiv li xejn ma huwa mixtieq, l-aċċess għat-transizzjoni gradwali jista' jiġi llimitat biss għall-parteċipanti ġenwini fis-suq. Dik il-miżura, maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu [23(3)].

Raġuni

L-iskarsezza prevvista fiċ-ċertifikati ġġib magħha l-periklu li elementi spekultattivi jwasslu għal żieda fil-prezzijiet.

Emenda 6

Artikolu 1(8), (Artikolu 10 a (1))

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.   Sat-30 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jkunu kompletament armonizzati għall-allokazzjoni tal-kwoti msemmija fil-paragrafi 2 sa 6 u 8 madwar il-Komunità kollha u f'manjiera armonizzata.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu [23(3)].

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, safejn ikun fattibbli, għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni sseħħ b'mod li tagħti inċentivi għal tekniki ta' gass serra u ta' effiċjenza fl-enerġija u għal tnaqqis tal-emissjonijiet, billi tqis it-tekniki l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi ta' produzzjoni, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tal-gass serra, u ma għandhiex tagħti inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. Allokazzjoni bi ħlas biss għandha ssir fir-rigward ta' kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku.

Mal-konklużjoni mill-Komunità ta' ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima li jwassal għal tnaqqis mandatorju tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra paragunabbli ma' dawk tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dawk il-miżuri li jipprovdu li l-allokazzjoni mingħajr ħlas isseħħ biss meta din tkun ġustifkata kompletamenti fid-dawl ta' dak il-ftehim.

1.   Sat-30 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jkunu kompletament armonizzati għall-allokazzjoni tal-kwoti msemmija fil-paragrafi 2 sa 6 u 8 madwar il-Komunità kollha u f'manjiera armonizzata.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu [23(3)].

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, safejn ikun fattibbli, għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni sseħħ b'mod li tagħti inċentivi għal tekniki ta' gass serra u ta' effiċjenza fl-enerġija — inkluża l-koġenerazzjoni — u għal tnaqqis tal-emissjonijiet, billi tqis it-tekniki l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi ta' produzzjoni, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tal-gass serra, u ma għandhiex tagħti inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. Allokazzjoni bi ħlas biss għandha ssir fir-rigward ta' kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku. Is-setturi l-oħ rajn kollha, iżda, jistg ħu jibbenefikaw minn allokazzjonijiet mingħajr ħlas.

Mal-konklużjoni mill-Komunità ta' ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima li jwassal għal tnaqqis mandatorju tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra paragunabbli ma' dawk tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dawk il-miżuri li jipprovdu li l-allokazzjoni mingħajr ħlas isseħħ biss meta din tkun ġustifkata kompletamenti fid-dawl ta' dak il-ftehim.

Raġuni

Għandu jiġi speċifikat li setturi barra dak tal-produzzjoni tal-elettriku jistgħu jgawdu minn allokazzjonijiet mingħajr ħlas (hux kollha jew parti minnhom).

Emenda 7

Artikolu 1(8), (Artikolu 10 a(3)), żid paragrafu ġdid 3a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Allokazzjoni mingħajr ħlas tista' tingħata għal ġeneraturi tal-elettriku fir-rigward tal-produzzjoni tas-sħana permezz ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja kif definita bid-Direttiva 2004/8/KEgħal domanda li tkun ekonomikament iġġustifikata biex jiġi żgurat trattament ugwali fir-rigward ta' produtturi oħra tas-sħana. F'kull sena wara l-2013, l-allokazzjoni totali għal stallazzjonijiet bħal dawn fir-rigward tal-produzzjoni tas-sħana għandha tiġi aġġustata bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

Fuq bażi ta ' parametri relattivi (benchmarks) għall-produzzjoni separata tal-elettriku u s-sħana tista' tingħata allokazzjoni mingħajr ħlas għal ġeneraturi tal-elettriku fir-rigward tal-produzzjoni tas-sħana permezz ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja kif definita fid-Direttiva 2004/8/KE għal domanda li tkun ekonomikament iġġustifikata bil-għan li jiġi żgurat trattament ugwali fir-rigward ta' produtturi oħra tas-sħana. F'kull sena wara l-2013, l-allokazzjoni totali għal stallazzjonijiet bħal dawn fir-rigward tal-produzzjoni tas-sħana għandha tiġi aġġustata bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

Raġuni

Għandha tkun ċara li mhux ser ikun possibbli li jiġu vverifikati l-emissjonijiet għall-istallazzjonijiet inkwistjoni għax mhux ser ikunu koperti mill-ETS fil-perijodu 2008-2013.

Emenda 8

Artikolu 1(8), (Artikolu 10 a(5))

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

5.   L-ammont massimu tal-kwoti li huwa l-bażi għall-kalkolu ta' allokazzjonijiet għal stallazzjonijiet li huma inklużi biss fl-iskema Komunitarja mill-2013 'il quddiem ma għandhomx jaqbżu, matul l-2013, l-emissjonijiet totali verifikati għal dawk l-istallazzjonijiet bejn l-2005 u l-2007. F'kull sena sussegwenti, l-allokazzjoni totali għal tali stallazzjonijiet għandhom jiġu aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

5.   L-ammont massimu tal-kwoti li huwa l-bażi għall-kalkolu ta' allokazzjonijiet għal stallazzjonijiet li huma inklużi biss fl-iskema Komunitarja mill-2013 'il quddiem ma għandhomx jaqbżu, matul l-2013, il-medja storika tal-emissjonijiet totali verifikati għal dawk l-istallazzjonijiet bejn l-2005 u l-2007. F'kull sena sussegwenti, l-allokazzjoni totali għal tali stallazzjonijiet għandhom jiġu aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

Raġuni

Għandha tkun ċara li mhux ser ikun possibbli li jiġu vverifikati l-emissjonijiet għall-istallazzjonijiet in kwistjoni għax mhux ser ikunu koperti mill-ETS fil-perijodu 2008-2013.

Emenda 9

Artikolu 1(8), (Artikolu 10 a(6))

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

6.   Ħamsa fil-mija tal-kwantità totali tal-kwoti determinati skont l-Artikoli 9 u 9a matul il-perjodu 2013 sa 2020 għandu jitwarrab għal dawk li jidħlu ġodda, għaliex il-massimu li jista' jiġi allokat għal dawk li jidħlu ġodda skont ir-regoli adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

L-allokazzjonijiet għandhom jiġu aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

Allokazzjoni bi ħlas biss għandha ssir fir-rigward ta' kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku minn min jidħol ġdid.

6.   Ħamsa fil-mija tal-kwantità totali tal-kwoti determinati skont l-Artikoli 9 u 9a matul il-perjodu 2013 sa 2020 għandu jitwarrab għal dawk li jidħlu ġodda, għaliex il-massimu li jista' jiġi allokat għal dawk li jidħlu ġodda skont ir-regoli adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ser jiġi ddetermin at skont it-tbassir tax-xejriet tal-PGD industrijali Komunitarju fl-2020. Ikun xi jkun il-każ, il-kwantit à massima li għandha tiġ i allokata mhux ser taqbeż il- ħamsa fil-mija tal-kwantità Komunitarja totali tal-kwoti skont l-Artikoli 9 u 9a bejn l-2013 u l-2020.

L-allokazzjonijiet għandhom jiġu aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

Allokazzjoni bi ħlas biss għandha ssir fir-rigward ta' kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku minn min jidħol ġdid. Is-setturi l-oħ rajn kollha, iżda, jistg ħu jibbenefikaw minn allokazzjonijiet mingħajr ħlas.

Raġuni

Il-kwota għal dawk li jidħlu ġodda għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tat-tbassir għat-tkabbir tal-PGD tal-industrija fl-2020. Il-ħamsa fil-mija jidher żejjed meta mqabbel mat-tkabbir imbassar għall-PGD industrijali Komunitarju.

Emenda 10

Artikolu 1 (8), (Artikolu 10a (8)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

8.   Fl-2013 u f'kull sena sussegwenti sal-2020, stallazzjonijiet f'setturi esposti għal riskju sinifikanti ta' rilaxx ta' karbonju għandhom jiġu allokati kwoti ningħajr ħlas sa 100 % tal-kwantità determinata skont il-paragrafi 2 sa 7.

8.   Fl-2013 u f'kull sena sussegwenti sal-2020, stallazzjonijiet f'setturi esposti għal riskju sinifikanti ta' rilaxx ta' karbonju għandhom jiġu allokati kwoti ningħajr ħlas sa 100 % tal-kwantità determinata skont il-paragrafi 2 sa 7. L-istallazzjonijiet li jipproduċu l-iżgħar ammont ta' emissjonijiet tas-CO2 għal kull unità tal-produzzjoni għandhom jingħataw preferenza. L-allokazzjoni mingħajr ħlas ta' 100 % (benchmarks).

Raġuni

Il-proposta tal-Kummissjoni toħloq żvantaġġ għal dawk il-kumpaniji li diġà għamlu sforzi minn jeddhom biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra. Fl-allokazzjoni ta' ċertifikati mingħajr ħlas, jekk l-istallazzjonijiet “nodfa” jiġu trattati fuq l-istess bażi ta' kumpaniji li għandhom stallazzjonijiet “imniġġsa” tinħoloq distorzjoni fil-kompetizzjoni bejn kumpaniji fl-istess setturi fil-Komunità. Għalhekk huwa bix-xieraq li jitqies it-tnaqqis fl-emissjonijiet li diġà nkiseb. Il-mudell propost ta' limitu massimu, li jimmira għal 100 % allokazzjoni mingħajt ħlas għall-kumpaniji “nodfa” biss, huwa possibbli, trasparenti u newtrali fejn tidħol il-kompetizzjoni.

Emenda 11

Artikolu 1(8), (Artikolu 10 b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Miżuri li jappoġġjaw ċerti industriji intensivi fl-enerġija f'każ ta' rilaxx tal-karbonju potenzjali

Mhux aktar tard minn Ġunju 2011, fid-dawl tar-riżultat tan-negozjati internazzjonali u tal-estent safejn dawn iwasslu għal tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, u wara li tikkonsulta mal-isħab soċjali rilevanti kollha, il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport analitiku li jevalwa s-sitwazzjoni fir-rigward ta' setturi jew sotto setturi li huma intensivi fl-enerġija u l-oġġetti li ġew determinati bħala esposti għal riskji sinifikanti ta' rilaxx tal-karbonju. Dan għandu jkun akkumpanjat minn kwalunkwe proposta xierqa, li jistgħu jinkludu:

L-aġġustament tal-proporzjon tal-kwoti riċevuti mingħajr ħlas minn dawk is-setturi jew sotto setturi taħt l-Artikolu 10a;

L-inklużjoni fl-iskema Komunitarja ta' importaturi ta' prodotti minn setturi jew sotto setturi determinati skont l-Artikolu 10a.

Meta jiġi kkunsidrat liema miżuri huma adegwati għandu jitqies ukoll kull ftehim settorjali vinkolanti li jwassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet globali tal-kobor meħtieġ sabiex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, li jista' jiġi monitorjat, huwa verifikabbli u suġġett għal arranġamenti ta' infurzar.

Miżuri li jappoġġjaw ċerti industriji intensivi fl-enerġija f'każ ta' rilaxx tal-karbonju potenzjali

Mhux aktar minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-imsieħba soċjali rilevanti kollha u lill-Kumitat tar-Reġjuni, ser tressaq proposti konkreti għall-prevenzjoni tar-rilaxx tas-CO2 mis-setturi u s-sotto setturi li jużaw ħafna enerġija.

Mhux aktar tard minn Ġunju 2011, fid-dawl tar-riżultat tan-negozjati internazzjonali u tal-estent safejn dawn iwasslu għal tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, u wara li tikkonsulta mal-isħab soċjali rilevanti kollha u mal-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport analitiku li, fuq bażi ta ' sett xieraq ta' indikaturi definiti minn qabel bl-involviment tal-Kumitat tar-Reġjuni, jevalwa s-sitwazzjoni fir-rigward ta' setturi jew sotto setturi li huma intensivi fl-enerġija u l-oġġetti li ġew determinati bħala esposti għal riskji sinifikanti ta' rilaxx tal-karbonju. Dan għandu jkun akkumpanjat minn kwalunkwe proposta xierqa, li jistgħu jinkludu:.

L-aġġustament tal-proporzjon tal-kwoti riċevuti mingħajr ħlas minn dawk is-setturi jew sotto setturi taħt l-Artikolu 10a;

L-inklużjoni fl-iskema Komunitarja ta' importaturi ta' prodotti minn setturi jew sotto setturi determinati skont l-Artikolu 10a.

Meta jiġi kkunsidrat liema miżuri huma adegwati għandu jitqies ukoll kull ftehim settorjali vinkolanti li jwassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet globali tal-kobor meħtieġ sabiex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, li jista' jiġi monitorjat, huwa verifikabbli u suġġett għal arranġamenti ta' infurzar.

Raġuni

Jeħtieġ li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jingħataw rwol fl-identifikazzjoni tas-setturi u sottosetturi li x'aktarx ikunu esposti għall-ħruġ mhux intenzjonat tal-karbonju, sabiex jiġi limitat il-periklu li dawn il-kumpaniji tonqsilhom il-kompetittività kif ukoll l-impjiegi, b'referenza partikulari għall-SMEs.

L-investimenti fis-setturi li jużaw ħafna enerġija huma fil-fatt dawk l-investimenti li jirrikjedu ammont kbir ta' kapital u li jinvolvu proċessi twal. Għalhekk għall-kumpaniji kkonċernati huwa ferm aktar importanti li jkunu jistgħu jaħdmu f' kundizzjonijiet ta' qafas serji u previdibbli. Il-pjan li fl-2011 jsiru riflessjonijiet dwar kif tista' tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni tas-setturi li jużaw ħafna enerġija, ma jissodisfax il-bżonn tal-kumpaniji li jingħataw is-sigurtà tal-ippjanar li għandhom bżonn. L-inċertezza li teżisti dwar il-kundizzjonijiet futuri diġà wasslet għall-posponiment ta' diversi investimenti u saħansitra anki għar-rilokazzjoni tal-investimenti f'pajjiżi terzi. Għalhekk inħeġġu lill-Kummissjoni tikkunsidra dal-punt u tippublika l-pjanijiet korrispondenti tagħha kemm jista' jkun malajr.

Emenda 12

Artikolu 1(21), (Artikolu 27 (1))

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu, mill-iskema Komunitarja, stallazzjonijiet tal-kombustjoni li għandhom kapaċità termika kkalkolata taħt il-25 MW, emissjonijiet irrapportati lill-awtoritajiet kompetenti ta' anqas minn 10 000 tunnellata ekwivalenti ta' dijossidju tal-karbonju, eskluż emissjonijiet mill-bijomassa f'kull waħda mit-3 snin preċedenti, u li huma suġġetti għal miżuri li jiksbu kontribut ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet, jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jinnotifika l-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawn l-stallazzjonijiet, filwaqt li jispeċifika l-miżuri ekwivalenti li qegħdin fis-seħħ,

(b)

jikkonferma li fis-seħħ hemm arranġamenti ta' monitoraġġ li jivvalutaw jekk kwalunkwe stallazzjoni tkunx is-sors ta' 10 000 tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja;

(c)

jikkonferma li jekk kwalunkwe stallazzjoni tkun sors ta' 10 000 ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja jew li l-miżuri ekwivalenti ma għadhomx fis-seħħ, l-istallazzjoni tiġi introdotta mill-ġdid fis-sistema;

(d)

jippubblika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c) għall-kummenti mill-pubbliku.

1.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-iskema Komunitarja, billi jqisu wkoll il-fehma tas-sid tal-istallazjonijiet, stallazzjonijiet tal-kombustjoni li għandhom kapaċità termika kkalkolata taħt il-25 MW, emissjonijiet irrapportati lill-awtoritajiet kompetenti ta' anqas minn 10 000 tunnellata ekwivalenti ta' dijossidju tal-karbonju, eskluż emissjonijiet mill-bijomassa f'kull waħda mit-3 snin preċedenti, u li huma suġġetti għal miżuri li jiksbu kontribut ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet, jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin: L-Istati Membri jiddeċ iedu dawk il-miżuri b 'kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġ jonali u lokali, fuq il-bażi ta' linji gwida xierqa adottati mill-Kummissjoni.

2.   Istallazzjonijiet koperti fil-Paragrafu 1 jistgħu jiġ u esklużi mis-sistema Komunitarja jekk l-Istat Membru kkon ċernat:

(a)

jinnotifika l-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawn l-istallazzjonijiet, filwaqt li jispeċifika l-miżuri ekwivalenti li qegħdin fis-seħħ,

(b)

jikkonferma li fis-seħħ hemm arranġamenti ta' monitoraġġ li jivvalutaw jekk kwalunkwe stallazzjoni tkunx is-sors ta' 10 000 tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja;

(ċ)

jikkonferma li, wara li kkonsulta l-awtoritajiet lokali u reġjonali, jekk kwalunkwe stallazzjoni tkun sors ta' 10 000 ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja jew li l-miżuri ekwivalenti ma għadhomx fis-seħħ, l-istallazzjoni tiġi introdotta mill-ġdid fis-sistema;

(d)

jippubblika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għall-kummenti mill-pubbliku.

Raġuni

L-għan huwa li tinkiseb informazzjoni dwar il-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet implimentati fil-livell reġjonali, la l-awtorizzazzjoni operattiva għal stalazzjonijiet żgħar bħal dawn tkun ir-responsabbiltà tar-reġjun.

Brussell, it-8 ta' Ottubru 2008

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 325/28


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni b'riżultat tal-Komunikazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-istat tas-saħħa tal-politika agrikola komuni

(2008/C 325/05)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI:

jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' mezzi finanzjarji għall-iżvilupp rurali. Fir-rigward tal-investiment addizzjonali fl-Isfidi l-Ġodda, l-ambitu ma jridx jinkludi biss ir-riżorsi tal-Pilastru 1 u għaldaqstant iħeġġeġ u jorbot dan it-tħassib ma' politiki oħra tal-UE, speċjalment il-politika tal-koeżjoni;

jissuġġerixxi bil-qawwa li jitrawmu s-sinerġiji bejn il-politika tal-iżvilupp rurali u l-politiki l-oħra tal-UE, speċjalment il-politika tal-koeżjoni;

jappoġġja s-sejħiet li qed jiżdiedu għall-investiment fir-riċerka dwar kwistjonijiet agrikoli u għall-applikazzjoni tar-riżulati tar-riċerka, u jilqa' s-suġġeriment tal-KE li tinstab sinerġija mal-Qafas tal-Għarfien;

jemmen li sabiex jiġu indirizzati l-isfidi l-ġodda, l-Ewropa għandha timmira lejn ekonomija ta' ċirku sħiħ u għaldaqstant, għandha tqanqal u tappoġġja l-innovazzjoni tal-argikoltura kollha kemm hi;

iħoss li sabiex tiġi miġġielda l-bidla fil-klima, għandhom jiġu mħeġġa l-istrateġiji integrati;

iħoss li kieku jnaqqsu l-marka tal-karbonju tagħhom, ir-reġjuni għandhom jiġu mħeġġu jiżviluppaw u jippromovu l-produzzjoni lokali tal-ikel u prodotti marbuta mal-ikel;

jissuġġerixxi li ż-żieda proposta diġà għandha togħla b'2 % fis-sena, iżda jissuġġerixxi wkoll li l-Kummssjoni għandha tassigura l-pożizzjoni tal-bdiewa f'żoni vulnerabbli, jekk din il-pożizzjoni tiddgħajjef b'riżultat taż-żieda fil-kwota tal-ħalib;

iħoss li l-Ewropa għandha r-responsabbiltà soċjali li tagħmel mill-aħjar li tista' sabiex il-prinċipji tal-Poplu, il-Pjaneta u l-Profitt jiġu ankrati fir-riżultati tan-negozjati attwali u futuri tad-WTO;

jixtieq jenfasizza li l-korpi lokali u reġjonali fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ggwadanjaw esperjenza u kompetenza konsiderevoli fil-qasam tal-iżvilupp rurali, u jilqa' kull stedina sabiex jaċċetta responsabbiltajiet b'ambitu usa' għall-implimentazzjoni u l-identifikazzjoni tal-politika tal-UE għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali;

Rapporteur

:

Is-Sinjura Lenie DWARSHUIS-VAN DE BEEK (NL/ALDE), Membru tal-Kunsill Eżekuttiv għall-Provinċja tan-nofsinhar tal-Olanda

Dokumenti ta' referenza

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni għall-bdiewa u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar modifiki fil-politika agrikoli komuni bl-emenda tar-Regolamenti (KE) Nru 320/2006, (KE) Nru 1234/2007, KE Nru 3/2008 u (KE) Nru […]/2008;

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR);

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2006/144/KE dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji għall-iżvilupp rurali (perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013) {SEC(2008) 1885} — {SEC(2008) 1886}

COM(2008) 306 finali — 2008/0103 (CNS) — 2008/0104 (CNS) — 2008/0105 (CNS) — 2008/0106 (CNS)

Il-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-punti prinċipali tal-opinjoni

1.

iħares lejn l-importanza strateġika tal-industriji tal-agrikoltura u l-ikel agrikolu għall-Ewropa; jikkunsidra l-isfera ta' attività tal-kumpaniji, li hija ferm multinazzjonali, u jappoġġja produzzjoni agrikola ta' kwalità għat-territorji kollha; jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea (KE) dwar l-importanza ta' Politika Agrikola Komuni;

2.

jaqbel li biex, fejn hemm bżonn, ngħammru ruħna b'sistema li tiggarantixxi lill-popolazzjoni Ewropea ċertu livell ta' awtosuffiċjenza fl-ikel, neħtieġu ġestjoni ta' kriżi; jagħraf li fir-rigward tal-produzzjoni tal-ikel, is-suq mhux dejjem ikun jista' jsib il-bilanċ bejn il-problema tal-qligħ tal-produttur u d-domanda pubblika globali. Għalhekk hemm bżonn ta' Politika Agrikola Komuni;

3.

rigward ir-rakkomandazzjonijiet li huma diġà inkorporati fil-proposti leġiżlattivi, jenfasizza li ħafna mir-rakkomandazzjonijiet li saru fl-opinjoni ta' prospettiva tiegħu dwar l-Evalwazzjoni tal-istat ta' saħħa tal-politika agrikola komuni (CdR 197/2007) għadhom jgħoddu; barra mill-proposti leġiżlattivi mressqa, hemm bżonn ta' aktar semplifikazzjonijiet sabiex ikun jista' jitnaqqas il-piż burokratiku kemm għall-awtoritajiet reġjonali li huma responsabbli mill-implimentazzjoni tal-PAK kif ukoll għall-bdiewa. Hemm bżonn ta' semplifikazzjonijiet akbar fejn jidħol il-prinċipju tal-kundizzjonalità. F'dan il-kuntest huwa importanti wkoll li żieda fil-kundizzjonijiet ta' Anness III ma twassalx għal aktar piż burokratiku u jeħtieġ li fl-implimentazzjoni tal-miżuri individwali skont l-istandards ta' Anness III, jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet reġjonali u naturali differenti li jeżistu. Importanti wkoll li r-regoli li diġà ġew stabbiliti f'dan il-qasam jiġu rrispettati;

4.

għall-kuntrarju ta' dak li ġie affermat fl-opinjoni ta' prospettiva tiegħu, jappella għat-tneħħija tal-obbligu tas-serħan tal-art permezz ta' miżuri ekoloġiċi fakultattivi għal art speċifika fil-qafas tat-tieni pilastru;

5.

jirrakkomanda li, fil-kuntest tas-sitwazzjoni attwali tas-suq tal-ħalib, jerġgħu jiġu kkunsidrati l-proposti biex jiżdiedu l-kwoti bħala tħejjija għat-tmiem tar-regolament dwar il-kwoti. Għandhom jintgħażlu l-istrumenti adatti u jekk ikun meħtieġ jiġu offruti r-riżorsi finanzjarji sabiex tiġi evitata l-possibbiltà li t-tneħħija tal-kwoti jkollha konsegwenzi ħorox wisq fuq l-inqas reġjuni vantaġġjati b'rabta mal-kompetittività u s-sitwazzjoni naturali;

6.

l-evalwazzjoni tal-istat ta' saħħa tal-PAK ma tistax sempliċement testendi r-riforma tal-2003 mingħajr ma tindirizza s-sitwazzjoni dinjija tal-ikel. Il-KtR isejjaħ għall-prudenza sabiex matul l-evalwazzjoni tal-istat ta' saħħa, l-istrumenti eżistenti tas-suq (minbarra l-istrument tal-obbligu tas-serħan tal-art) ma jitneħħewx b'mod irriversibbli. Fil-kuntest tal-volatilità tas-swieq dinjin tal-ikel, għandu jkun possibbli li dawn l-istrumenti jerġgħu jiġu attivati anke jekk ma jkunux qed jintużaw;

7.

jaqbel dwar l-importanza tal-Isfidi l-Ġodda u jaqbel li hemm bżonn inċentiv qawwi fl-Istati Membri l-ġodda sabiex jirnexxu fit-tnedija tal-operazzjonijiet tal-Isfidi l-Ġodda;

8.

madankollu jibża' li l-forma tal-modulazzjoni proposta mill-Kummissjoni tfisser li b'mod ġenerali id-dħul finanzjarju tal-bdiewa jista' jitnaqqas b'mod sinifikanti, jiddependi mir-reġjun;

9.

iħoss li l-Kummissjoni m'għandhiex tissottovaluta l-importanza tal-affidabilità tal-qafas finanzjarju miftiehem dwar il-PAK sal-2013;

10.

jipproponi li xi wħud mir-riżorsi jistgħu jiġu investiti f'miżuri oħrajn minbarra dawk li jridu jinħolqu għall-Isfidi l-Ġodda, bħal fil-miżuri l-ġodda ta' appoġġ ta' Pilastru I għas-settur Komunitarju tan-nagħaġ u l-mogħoż li huwa ta' importanza soċjali, ekonomika u ambjentali kbira u li huwa settur fejn hemm riskju kbir ta' tnaqqis drastiku fin-numru ta' bhejjem madwar l-Ewropa, u anke dawk li jinsabu fil-miżuri tal-Pilastru II relatati mal-farms, f'diversi miżuri ġodda fil-Pilastru II il-ġdid li għandhom jgħinu lill-bdiewa jadattaw għas-sitwazzjoni l-ġdida tal-Pilastru I, jew f'miżuri ġodda oħrajn tal-Pilastru II, li għandhom jħallsu l-ispejjeż tad-diversi miżuri tal-agrikoltura multifunzjonali għall-pubbliku ġenerali;

11.

iħoss li l-bilanċ bejn l-objettivi u l-miżuri jista' jkun differenti għar-reġjuni li s'issa diġà implimentaw ħafna miżuri biex ikunu jistgħu jindirizzaw l-Isfidi l-Ġodda jew li diġà użaw ir-riżorsi tagħhom b'konformità mal-Isfidi l-Ġodda;

12.

iħoss li sabiex il-politika agrikola Ewropea tirrispetta l-elementi fundamentali tal-politika Ewropea, l-applikazzjoni tal-modulazzjoni għandha tkun ibbażata l-ewwel u qabel kollox fuq il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni qabel ma jiġu analizzati l-kriterji globali tal-kompetizzjoni;

13.

jemmen li d-deċiżjonijiet dwar il-modulazzjoni l-aħjar li jittieħdu fil-livell deċentralizzat sabiex jirriflettu aħjar id-diversità tal-ħtiġijiet lokali u reġjonali. L-Istati Membri u r-reġjuni għandu jkollhom l-iskop li jallokaw fondi għall-miżuri tal-Pilastru II ibbażati fuq ħtiġijiet attwali;

14.

f'din l-opinjoni dwar il-proposti leġiżlattivi, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' mezzi finanzjarji għall-iżvilupp rurali b'mod ġenerali u għall-isfidi l-ġodda b'mod partikulari jistqarr b'mod ċar li għal investiment addizzjonali fl-Isfidi l-Ġodda, fil-futur qrib l-ambitu ma jridx jinkludi biss ir-riżorsi tal-Pilastru 1 u għaldaqstant iħeġġeġ u jorbot dan it-tħassib ma' politiki oħra tal-UE, speċjalment il-politika tal-koeżjoni;

15.

f'din l-opinjoni jiffoka fuq l-ambitu tal-proposti għar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-iżvilupp rurali, u jimmira għall-aħjar riżultati fl-isfidi l-ġodda;

16.

f'din l-opinjoni jagħti opinjoni dwar il-futur tal-PAK f'perspettiva globali, inklużi l-kwistjonijiet b'rilevanza mad-WTO, bħall-proprjetà intellettwali u l-kwalità tal-UE u t-tikkettar tal-użu tal-enerġija;

17.

f'din l-opinjoni jitlob lill-Kummissjoni tistieden lill-KtR sabiex jagħmel kontribut għad- dibattiti addizzjonali u t-tfassil ta' politika u jħabbar inizjattivi ġodda tal-KtR, bħall-organizzazzjoni ta' konferenza ta' partijiet interessati u t-tfassil ta' karta ta' viżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fl-Ewropa u jiffoka fuq l-impatt tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell reġjonali u l-isforzi li għaddejjin sabiex joħolqu kondizzjonijiet ambjentali aħjar fl-agrikoltura;

18.

jisħaq l-importanza tal-industrija agroalimentari indiġena Ewropea u l-importanza kritika tas-sikurezza u s-sigurtà tal-ikel issa li l-UE hija l-akbar importatur agrikolu fid-dinja;

19.

sabiex ikun hemm transizzjoni mingħajr xkiel mill-iskadenza tal-kwota tal-ħalib fl-2015, hemm bżonn ta' “inżul ġentili”, il-Kumitat jiffavorixxi żidiet annwali fil-kwota tal-ħalib li jkunu talinqas 2 %, almenu għal dawk ir-reġjuni u l-pajjiżi b'potenzjal ikbar għall-produzzjoni. Billi bħalissa qed iseħħu varjazzjonijiet sinifikanti fil-volum u l-prezzijiet, il-mekkaniżmi tal-ġestjoni tas-suq għandhom jibqgħu fejn qegħdin sakemm tiskadi s-sistema tal-kwoti;

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

Il-Politika Agrikola Komuni

20.

jemmen li l-Politika Agrikola Komuni (PAK) hija importanti llum u għandha l-potenzjal li tibqa' importanti fil-futur qrib, hekk kif l-andament tal-PAK ser ikompli jiġi diskuss fil-perspettiva taż-żieda fid-domanda globali għall-ikel, l-għalf, il-karburanti u l-fibri;

21.

jesprimi l-fehma li f'dinja dejjem aktar globalizzata l-agrikoltura Ewropea ma jistax ma jkollhiex politika komuni Ewropea b'saħħitha b'mekkaniżmi tar-regolamentazzjoni tas-suq li, filwaqt li tqis id-diversità ġeografika, soċjali u ekonomika tar-reġjuni Ewropej, tiffoka fuq objettivi strateġiċi u d-domanda tal-konsumaturi, toffri l-possibbiltajiet għall-opportunità u l-parteċipazzjoni fil-livell reġjonali, speċjalment fl-isfidi l-ġodda, tkun sostenibbli mil-lat ekonomiku, soċjali u ambjentali u tikkontribwixxi għall-prosperità rurali;

22.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-bidla fil-klima, il-bijokarburanti, il-ġestjoni tal-ilma u l-bijodiversità ser iġibu magħhom sfidi kbar fil-ġejjieni, anke għall-agrikoltura. B'rabta ma' dan, għandha ssir analiżi ta' kif il-PAK tista' tagħti kontribut bħala aġġustament għall-miżuri ta' appoġġ mingħajr ma jkun hemm konsegwenzi negattivi; jitlob li tingħata konsiderazzjoni xierqa mill-Istati Membri u r-reġjuni għall-pagamenti minn qabel;

23.

jinsab imħasseb dwar il-proposti tal-Kummissjoni għaż-żarmar tal-miżuri ta' intervenzjoni Komunitarja, fil-kuntest ta' nuqqas ta' stabbiltà fis-suq; jikkunsidra li huwa importanti li jinżammu strumenti ta' intervenzjoni fis-suq finanzjati bis-saħħa tal-fondi Komunitarji eżistenti;

24.

ser ikompli l-ħidma tiegħu sabiex jassigura li l-analiżi meħtieġa tal-PAK ma tirriżultax fin-nazzjonalizzazzjoni mill-ġdid ta' din il-politika — u b'hekk ifisser li minkejja li l-eżekuzzjoni u l-ko-finanzjament tal-politika jistgħu jiġu allokati lir-reġjuni u lill-Istati Membri, il-politika tal-PAK innifisha, inklużi l-istrateġija u l-baġit, għandha tiġi assigurata fuq livell komuni. Barra minn hekk, sa tmiem il-perijodu finanzjarju l-KtR ser jappoġġja ż-żamma tal-limitu tal-fondi għall-PAK adottat fil-qafas finanzjarju 2007-2013;

25.

fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika attwali u l-kriżi serja li qed tolqot lill-pajjiżi Ewropej, u li qed tħalli effett negattiv fuq is-soċjetà rurali, jirrakkomanda lill-Kummissjoni sabiex ma tieħu l-ebda pass li jista' jżid il-qgħad u jkabbar it-telf tal-attività ekonomika;

26.

jikkunsidra li l-għajnuna diretta kollha għandha tkun marbuta maż-żamma tal-attività agrikola, għalkemm jista' jsir diżakkoppjar mill-produzzjoni stess; f'dan il-kuntest, l-evalwazzjoni tal-istat ta' saħħa m'għandhiex isservi bħala opportunità sabiex l-għajnuna diretta tinħall iktar;

27.

huwa tal-fehma li kemm il-mudell storiku kif ukoll dak reġjonali għandhom jimxu b'mod gradwali lejn għajnuna uniformi, ibbażata fuq unitajiet fil-livell Komunitarju, modulat skont il-prodotti u s-servizzi forniti lis-soċjetà fil-kuntest ta' industrija tal-biedja multi-funzjonali;

28.

josserva li l-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi limitu li taħtu ma tiġix koperta l-għajnuna, tista' ssir miżura rigressiva f'termini soċjali u, fil-kuntest tad-diversità reġjonali, jista' jkollha impatt soċjali kbir fuq ħafna reġjuni; għaldaqstant jikkunsidra li l-miżuri ta' semplifikazzjoni għandhom jiġu applikati fil-kuntest intern ta' kull Stat Membru;

29.

fid-dawl tal-proposta tal-Kummissjoni sabiex tippreżenta rapport qabel it-30 ta' Ġunju 2011 dwar il-kundizzjonijiet għat-tneħħija gradwali tal-kwoti tal-ħalib, il-KtR jikkunsidra li kull deċiżjoni dwar il-futur tas-sistema tal-kwoti għandha tiġi posposta sa dik id-data;

30.

jinnota r-rikonoxximent tal-Kummissjoni nnifisha li tmiem is-sistema tal-kwoti, jew sempliċement il-permess sabiex il-kwoti jogħlew gradwalment, eventwalment jista' jwassal għal prezzijiet iktar baxxi;

31.

jipproponi li sabiex jiġi amministrat il-volum eċċessiv u l-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet b'netwerk tas-sigurtà, il-mekkaniżmi tal-ġestjoni tas-suq xierqa għandhom jibqgħu fil-qafas tal-evalwazzjoni tal-istat ta' saħħa u anke wara li tintemm is-sistema tal-kwota;

32.

jirrakkomanda li sakemm jitqiesu bħala utli, anki wara l-2015, l-istrumenti tas-suq għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għandhom jinżammu għal li jista' jinqala';

33.

iħeġġeġ lill-KE sabiex twaqqaf fond baġitarju straordinarju tal-Komunità supplementat jekk hemm bżonn minn riżorsi Statali, bil-għan li tittejjeb il-fattibbiltà tal-farms li jinsabu f'reġjuni inqas kompetittivi u/jew f'reġjuni jew ċirkostanzi bi żvantaġġ naturali;

34.

jissuġġerixxi li l-Istati Membri għandhom jitħallew jappoġġjaw dawn il-farms f'diversi modi, pereżempju billi jaħtru mill-ġdid iż-Żoni inqas Favorevoli, billi joffru miżuri tal-Pilastru 2 u/jew billi japplikaw l-Artikolu 68, biex b'hekk jipprovdu xibka ta' sigurtà;

35.

isejjaħ għall-prudenza sabiex matul l-evalwazzjoni tal-istat ta' saħħa, ma jitneħħewx il-mekkaniżmi tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib; jikkunsidra li dawk il-mekkaniżmi stabbiliti għandhom jinżammu;

36.

huwa tal-fehma li l-impatt tal-agrikoltura fuq l-ambjent huwa sfida kbira u li l-UE għandha tħeġġeġ agrikoltura li tiffavorixxi iktar l-ambjent; għalhekk jixtieq jenfasizza l-importanza ta' diskussjoni kontinwa dwar il-kondizzjonijiet ambjentali fil-qasam tal-agrikoltura;

Is-sinerġija, il-komplementarità u d-demarkazzjoni tal-politika komuni

37.

jinsab imħasseb li l-isforzi sabiex jintuża t-terminu globali “żvilupp rurali” ħalli jiġu inkorporati għadd jiżdied ta' kwistjonijiet, jistgħu jkunu problematiċi u jistaqsi jekk numru minn dawn l-isfidi jistgħux jiġu indirizzati aħjar permezz ta' programmi dwar l-iżvilupp rurali;

38.

fil-fatt jassumi li d-diskrepanza li qed tikber bejn il-mezzi disponibbli fit-tieni pilastru u l-impatt tal-objettivi għandha tiġi indirizzata, billi kemm “l-isfidi l-ġodda” kif ukoll “l-isfidi attwali” huma relatati mal-kwalità ekonomika, soċjali u ambjentali taż-żoni rurali;

39.

jemmen li l-PAK hija l-ewwel nett intiża għall-agrikoltura u m'għandhiex tiġi trasformata sempliċement f'aspett ieħor tal-politika tal-koeżjoni territorjali. Meta l-PAK tqis l-ispeċifitajiet reġjonali u s-sistemi differenti tal-produzzjoni tikkontribwixxi wkoll għall-koeżjoni territorjali; kwalunkwe proposta għal bidla b'riżultat tal-evalwazzjoni tal-istat ta' saħħa għandha tqis biżżejjed l-ispeċifiċitajiet reġjonali u s-sistemi ta' produzzjoni li jeżistu fl-Unjoni Ewropea;

40.

jilqa' l-proposta sabiex l-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) 1782/2003 isir iktar flessibbli, iżda jikkunsidra wkoll li din il-miżura mhijiex biżżejjed sabiex tittratta ż-żarmar tal-mekkaniżmi tas-suq proposti mill-Kummissjoni, b'mod partikulari l-implikazzjonijiet ta' tmiem il-kwoti tal-ħalib;

41.

iressaq l-opinjoni li l-iżvilupp taż-żoni rurali fid-direzzjoni tal-innovazzjoni, is-sostenibbiltà u l-kwalità tas-servizzi għal kull abitant u l-partijiet interessati ekonomiċi kollha, imur ħafna iktar lil hinn mill-qafas tal-iżvilupp agrikolu;

42.

jappoġġja s-sejħiet li qed jiżdiedu għall-investiment fir-riċerka dwar kwistjonijiet agrikoli u għall-applikazzjoni tar-riżulati tar-riċerka, u jilqa' s-suġġeriment tal-KE li tinstab sinerġija mal-Qafas tal-Għarfien;

43.

jitlob bil-ħerqa lill-KE sabiex tassigura li l-ħtieġa li jitħeġġu l-innovazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-farms u ta' intrapriżi oħrajn relatati mal-ikel, li jirriżultaw mill-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi l-ġodda relatati mal-kompetittività l-ġdida, ma tixxekkilx mill-politika tal-għajnuna mill-Istat;

44.

jissuġġerixxi bil-qawwa li jitrawmu s-sinerġiji bejn il-politika tal-iżvilupp rurali u l-politiki l-oħra tal-UE, partikularment il-politika tal-koeżjoni u jilqa' kull opportunità sabiex jikkontribwixxi lejn il-konsultazzjonijiet futuri dwar id-dibattiti, bil-għan li jesplora dawn is-sinerġiji.

Appell iktar b'saħħtu lit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell reġjonali

45.

jenfasizza li t-twettiq ta' kull miżura tal-PAK għandu impatt lokali, jenfasizza li l-livell reġjonali huwa fl-aħjar pożizzjoni sabiex joħloq l-aħjar riżultati fl-implimentazzjoni ta' politika komuni; madankollu, għandha tiġi evitata d-distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri u r-reġjuni;

46.

jixtieq jenfasizza li l-korpi lokali u reġjonali fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ggwadanjaw esperjenza u kompetenza konsiderevoli fil-qasam tal-iżvilupp rurali, bħall-eżekuzzjoni tal-programmi PRODER u LEADER matul dawn l-aħħar għaxar snin, u jilqa' kull stedina sabiex jaċċetta responsabbiltajiet b'ambitu usa' għall-implimentazzjoni u l-identifikazzjoni tal-politika tal-UE għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali;

47.

jixtieq jenfasizza li huwa l-livell reġjonali li huwa l-iktar adattat għat-twaqqif ta' miżuri għat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-PAK; jikkunsidra li l-possibbiltà li l-bdiewa li jirċievu għajnuna li taqa' taħt ċertu limitu jiġu eżentati mill-modulazzjoni obbligatorja, f'ċerti reġjuni tirrappreżenta tnaqqis sinifikanti f'dawn l-ispejjeż amministrattivi;

48.

josserva li l-bidla minn mudell storiku lejn wieħed ta' pagament reġjonali, kif irrakkomandat il-Kummissjoni, ser teħtieġ li jiġu applikati kriterji li jkunu determinati ħafna iktar mil-lat ġeografiku u li jiġu indirizzati l-kompetenzi lokali u reġjonali, bħall-ġestjoni tal-ilma, il-provvista tal-enerġija u l-ippjanar spazjali;

49.

jesprimi l-bżonn għall-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika tal-iżvilupp rurali b'appoġġ imsaħħaħ fil-qasam tekniku u edukattiv;

50.

jenfasizza l-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jipprovdu aktar u aktar informazzjoni komprensiva għall-prodotti u l-konsumaturi dwar kwistjonijiet agrikoli sabiex jitkabbar l-għarfien u s-sens ta' responsabbiltà tal-gruppi soċjali differenti fir-rigward tal-importanza tal-agrikoltura għall-ħajja tagħna ta' kuljum sabiex tinġibed l-attenzjoni għar-rwol importanti li l-agrikoltura kellha, għandha u ser jibqa' jkollha fl-iżviluppi ekonomiċi, soċjali u ambjentali;

51.

jissuġġerixxi li għandu jiġi definit u introdott element addizzjonali għall-klassifika tal-intrapriżi skont il-limitu tal-modulazzjoni, ħalli ssir distinzjoni bejn l-intrapriżi l-kbar amministrati ċentralment minn dawk l-intrapriżi lokali iżda li huma amministrati minn kooperazzjoni. B'hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw miżuri ta' appoġġ, u b'hekk joħolqu “inżul ġentili” għal dawn il-kooperazzjonijiet;

Il-perspettiva globali, kwistjonijiet kummerċjali u l-futur tal-PAK

52.

jinnota li żieda qawwija fid-domanda kwantitattiva għall-prodotti agrikoli u l-ikel, ikkawżata miż-żieda esplussiva fil-popolazzjoni dinjija, flimkien maż-żieda fil-prosperità u l-poter tal-akkwist, ser isseħħ fil-futur u tiġi sostnuta fis-snin li ġejjin;

53.

jinnota li t-tkabbir fil-popolazzjoni u l-poter tal-akkwist ser iwasslu wkoll għal żieda qawwija fid-domanda għal ikel ta' kwalità għolja, ikel ipproċessat, prodotti tal-laħam u l-ħalib u li dan imbagħad ser iwassal għal skarsezza li tiżdied tal-uċuħ tal-ikel, inklużi ż-żrieragħ, il-fibri u l-istokk tal-għalf agrikolu u materji primi oħrajn;

54.

jinsab imħasseb li ż-żieda proposta fil-kwota tal-ħalib b'1 % kull sena mill-2009 sal-2013 tista' ma tkunx biżżejjed u jissuġġerixxi li ż-żieda proposta diġà għandha tiżdied b'2 % fis-sena, iżda jissuġġerixxi wkoll li l-Kummssjoni għandha tassigura l-pożizzjoni tal-bdiewa f'żoni vulnerabbli, jekk din il-pożizzjoni tiddgħajjef b'riżultat taż-żieda fil-kwota tal-ħalib;

55.

jikkunsidra li hemm bżonn ta' liġi Komunitarja li tippermetti qafas iktar ambizzjuż tar-relazzjonijiet inter-professjonali, li twassal, fost affarijiet oħra, li jiġu implimentati miżuri fil-livell reġjonali jew Statali sabiex jiġu regolati l-marġni tal-profitti ta' kull ħolqa fil-katina tal-ikel mingħajr ma dan jirrappreżenta bidla fir-regoli tal-kompetizzjoni;

56.

jikkunsidra li l-PAK għandha tkompli tissielet sabiex jinkisbu l-objettivi tagħha li tipprovdi ċ-ċittadini tal-UE b'ikel ta' kwalità tajba fi kwantitajiet xierqa, b'garanziji għas-saħħa bi prezzijiet ġusti, li jinħolqu farms fattibbli, tippreserva l-wirt rurali tagħna u tħares l-ambjent rurali u żviluppat sabiex tilqa' l-isfidi u l-bżonnijiet li qed jinbidlu, filwaqt li fl-istess ħin tistabbilixxi kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta li jwasslu sabiex l-agrikoltura Ewropea żżomm il-preżenza b'saħħitha fis-suq dinji;

57.

sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali xierqa fil-livell globali, il-Kumitat iħeġġeġ li jiġu applikati standards fitosanitarji, veterinarji u ambjentali uniformi għall-prodotti tal-ikel li jiġi kkunsmat fl-UE, kemm jekk ikun prodott fl-UE jew f'pajjiżi terzi u jħeġġeġ biex l-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel (FVO) u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikollhom riżorsi xierqa;

58.

jinnota li l-produzzjoni tal-ikel tibqa' l-fokus u l-kompitu ewlieni tal-agrikoltura; jagħraf li l-kultivazzjoni tal-impjanti għall-produzzjoni tal-enerġija tagħti kontribut addizzjonali għall-ksib tal-għanijiet tal-politika Komunitarja tal-enerġija u l-klima u tirrappreżenta ħolqien potenzjali ta' valur għall-agrikoltura u ż-żoni rurali u jissuġġerixxi li s-suġġett għandu jerġa' jiġi indirizzat skont l-Isfidi l-Ġodda;

59.

iħoss li l-Ewropa għandha r-responsabbiltà soċjali li tagħmel mill-aħjar li tista' sabiex il-prinċipji tal-Poplu, il-Pjaneta u l-Profitt jiġu ankrati fir-riżultati tan-negozjati attwali u futuri tad-WTO;

60.

jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tilħaq ftehim dwar il-proprjetà intellettwali li jkopri l-indikazzjonijiet ġeografiċi (prodotti reġjonali rikonoxxuti) qabel ma tiffirma ftehim agrikolu mad-WTO;

61.

jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tiddefinixxi Marka tal-Ikel Ewropew, ibbażata fuq il-kriterji stabbiliti attwalment.

Sfidi ġodda

62.

jixtieq jenfasizza li l-isfidi l-ġodda li qed tiffaċċja l-PAK ma jistgħux jiġu indirizzati mill-PAK waħidha; għandhom jintużaw il-politiki Komunitarji kollha sabiex jiġu indirizzati;

63.

iħoss li sabiex tiġi miġġielda l-bidla fil-klima, l-istrateġiji integrati tal-ikel għandhom jitħeġġu u b'hekk jitnaqqsu d-distanzi koperti mill-ikel, li jkopru l-ġestjoni tal-iskart u l-enerġija u jwaqqfu sistema tat-tikkettar, li tkun ibbażata fuq il-kriterji li jiddefinixxu l-oriġini, il-kwalità u sostenibbiltà u tindika l-enerġija globali li tintuża sa minn meta l-prodott jasal għand il-konsumatur;

64.

iħoss li r-reġjuni għandhom jiġu mħeġġa jiżviluppaw u jippromovu l-produzzjoni lokali tal-ikel u prodotti relatati mal-ikel, jekk dan jippermetti li jikkonsolidaw l-ekwilibriju ambjentali tagħhom;

65.

huwa konxju li l-Artikolu 28 u l-Artikolu 29 tat-Trattat tal-KE jipprojbixxu r-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew il-merkanzija fi transizzjoni u l-miżuri kollha għandhom effett ekwivalenti bejn l-Istati Membri, iżda jħoss li l-azzjonijiet kif issemmew fil-punt 60 u 61 tal-opinjoni jistgħu jiġu permessi, fil-kuntest li l-Qorti tal-Ġustizzja tippermetti azzjonijiet li huma fl-interess komuni tal-pubbliku, bħall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima; u għaldaqstant isejjaħ għal analiżi addizzjonali tal-għażliet;

66.

jixtieq iżid li, billi nimmiraw lejn ċertu livell ta' awtosuffiċjenza għal ċerti prodotti, dan m'għandux jikkontradixxi l-importazzjoni minn pajjiżi oħrajn;

67.

f'dan ir-rigward isejjaħ biex is-sussidji għall-esportazzjoni jingħataw biss jekk ikun meħtieġ għall-appoġġ tas-swieq domestiċi u ma jagħmlux ħsara lill-espansjoni tas-swieq fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

68.

jenfasizza l-importanza tal-industrija agroalimentari indiġena Ewropea u l-importanza kritika tas-sikurezza u s-sigurtà tal-ikel u l-kapaċità għar-Riċerka u l-Iżvilupp għall-iżvilupp ta' teknoloġija marbuta mas-sostenibbiltà, fejn l-UE issa hija l-akbar importatur agrikolu fid-dinja;

69.

iħoss li l-agrikoltura Ewropea tista' torbot b'mod ċar l-objettivi kemm ta' Liżbona (l-għarfien, ir-riċerka, l-innovazzjoni) kif ukoll ta' Goteborg (is-sostenibbiltà) u tagħti eżempju dinji.

L-iżvilupp rurali u l-implimentazzjoni tal-objettivi tat-tieni pilastru

70.

jemmen li l-PAK, b'tieni pilastru adattat, għandha twassal għal żvilupp rurali ppreparat għall-attivitajiet ekonomiċi kollha fiż-żoni rurali u l-kondizzjonijiet il-ġodda tal-biedja, kif ukoll għal żvilupp rurali aktar komprensiv li jkopri ż-żoni rurali kollha tal-UE, partikularment l-aktar żoni vulnerabbli bħal ma huma dawk bi żvantaġġi naturali (żoni bi ftit li xejn abitanti li l-pożizzjoni ġeografika tagħhom ixxekkel l-iżvilupp tagħhom, fuq livell għoli, fuq gżejjer u dawk periferali), kif ukoll l-iktar żoni dinamiċi, bħal dawk periurbani li jkunu inkarigati sabiex jitimgħu l-maġġoranza taċ-ċittadini tal-UE u li jkunu jistgħu jilqgħu l-isfida tal-iżvilupp tal-għarfien, u jintegrahom fil-gruppi geografiċi ewlenin tal-UE;

71.

jinnota li evidenza riċenti tissuġġerixxi li l-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni dinjija qiegħda tgħix f'żoni urbanizzati fil-konfini tal-bliet u li din il-popolazzjoni hija dipendenti fuq l-effiċjenza tal-ġestjoni tal-art rurali għall-provvista tal-ikel u l-ilma ħelu u jinnota li ż-żoni urbanizzati, b'żieda ma' dan, jippreżentaw bżonn kbir għar-riżervi naturali u attraenti u pajsaġġ aċċessibbli. Sabiex dawn jinżammu b'mod sostenibbli, għandu jingħata appoġġ xieraq lid-dħul tal-bdiewa li jieħdu ħsieb dawn iż-żoni, biex b'hekk ikunu kompetittivi u l-farms tagħhom jibqgħu vijabbli minkejja li jkollhom jirrispettaw ħtiġijiet ferm aktar stretti minħabba l-liġi Komunitarja;

72.

isostni li l-mudell multifunzjonali agrikolu tal-UE jrid jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, jinkorpora l-kunċetti ta' sostenibbiltà, kompetittività, diversità, awtosuffiċjenza fl-ikel, sensibbiltà għas-soċjetà, il-konsumaturi u l-ġid pubbliku fejn prattiki agrikoli tajbin, ħarsien ambjentali u l-ġid tal-annimali huma integrali; dawn il-kontributi mill-agrikoltura huma fl-interess tal-pubbliku u jirrappreżentaw valur finanzjarju li għandu jiġi promoss, li l-ispejjeż ogħla ma jiġux ikkumpensati bi prezzijiet ġusti fis-suq miftuħ; għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll f'dan il-kuntest għall-iżgurar li l-komunità tal-biedja tgawdi mill-progress ekonomiku u soċjali;

73.

isejjaħ għat-tneħħija tal-Artikolu 13(2), li jistipula li “L-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-bdiewa li jirċievu aktar minn EUR 15 000 f'pagamenti diretti kull sena” b'konformità mal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fis-sistemi ta' konsulenza tal-farms;

74.

jinnota li l-bidla fil-klima teħtieġ miżuri addizzjonali għall-ġestjoni tal-ilma li jinkludu miżuri bħall-ħażna tal-ilma, il-kontroll tal-livelli, il-prevenzjoni tal-għargħar, il-prevenzjoni tal-iskarsezza u l-ġestjoni tal-provvista tal-ilma;

75.

iħoss li l-Ewropa għandha tqanqal u tappoġġja l-użu u l-produzzjoni ta' enerġija ġenwinament rinnovabbli fl-agrikoltura, u mhux li tiffoka biss fuq l-uċuħ tar-raba' għall-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba' bijoloġiċi u l-bijokarburanti, iżda wkoll fuq l-enerġija mix-xemx, l-enerġija mir-riħ, l-enerġija idroelettrika, is-sħana ġeotermali u l-koġenerazzjoni;

76.

jemmen li sabiex jiġu indirizzati l-isfidi l-ġodda, l-Ewropa għandha timmira lejn ekonomija ta' ċirku sħiħ u għaldaqstant, għandha tqanqal u tappoġġja l-innovazzjoni tal-argikoltura kollha kemm hi, mhux biss billi tindirizza l-istituzzjonijiet tal-għarfien, iżda wkoll billi tippromovi l-modernizzazzjoni tal-intrapriżi kollha fil-qasam tal-ikel li jagħmlu parti mill-produzzjoni, l-ipproċessar, il-ġestjoni tal-iskart, it-trasport u l-katina tad-distribuzzjoni;

77.

jaħseb li l-ġestjoni professjonali tal-art għandha tiġi implimentata sabiex tassigura li l-art agrikola għammiela tinżamm f'kondizzjoni tajba sabiex jiġi assigurat l-użu sostenibbli għall-produzzjoni tal-ikel għas-suq intern u estern;

78.

iħoss li ż-żoni agrikoli speċifiċi huma tal-ikbar importanza għall-preservazzjoni u r-ristawr tal-valuri tal-bijodiversità u n-natura u li dawn l-interessi taċ-ċittadini jirrappreżentaw valur finanzjarju, eliġibbli għall-ħlas;

79.

iħoss li ż-żoni agrikoli speċifiċi huma tal-ikbar importanza għall-possibbiltajiet ta' divertiment u li dawn l-interessi taċ-ċittadini jirrappreżentaw valur finanzjarju, eliġibbli għall-ħlas;

80.

iħoss li ż-żoni agrikoli speċifiċi huma tal-ikbar importanza għat-twettiq tal-ġestjoni tal-ilma u li dan l-interess taċ-ċittadini jirrappreżenta valur finanzjarju, eliġibbli għall-ħlas;

81.

huwa tal-fehma li filwaqt li mill-bidu tagħha l-PAK addattat b'suċċess għal sfidi differenti, jaħseb li l-Kummissjoni u l-aġenti tagħha jridu jagħmlu aktar biex jinfurmaw u jinteraġixxu maċ-ċittadini dwar l-għan, il-kisbiet u l-prijoritajiet tal-PAK u li dan għandu jkun prijorità għall-Kummissjoni ta' komunikazzjoni fil-futur;

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦALL-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 6, u Anness III — 2008/0103(CNS) — COM (2008) 306 finali

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-art agrikola kollha, speċjalment art li m'għadhiex tintuża għall-skopijiet tal-produzzjoni, tinżamm f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, il-kundizzjonijiet minimi għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba fuq il-bażi tal-qafas stabbilit fl-Anness III, wara li jkunu tqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' ż-żoni konċernati, inklużi l-kundizzjonijiet tal-ħamrija u klimatiċi, sistemi tal-biedja eżistenti, użu tal-art, newba tal-uċuh tar-raba', prattiċi tal-biedja, u strutturi tal-farms.

2.   L-Istati Membri minbarra l-Istati Membri l-ġodda għandhom jiżguraw li l-art li kienet mergħa permanenti fid-dejta mniżżla fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żona tal-2003 tinżamm mergħa permanenti. L-Istati Membri l-ġodda għandhom jiżguraw illi l-art li kienet mergħa permanenti fl-1 ta' Mejju 2003 tinżamm mergħa permanenti. Madankollu, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jiżguraw li art li kienet mergħa permanenti fl-1 ta' Jannar 2007 tinżamm bħala mergħa permanenti.

Madankollu Stat Membru jista', f'ċirkustanzi ġustifikati, jidderoga mill-ewwel subparagrafu, sakemm jieħu azzjoni biex ma jħallix li jkun hemm tnaqqis sinifikanti fl-'area' totali tiegħu ta' mergħa permanenti.

L-ewwel subparagrafu ma japplikax għal art ta' mergħa permanenti li ser tingħata għat-tisġir, jekk tali tisġir hu kompatibbli mal-ambjent u bl-esklużjoni ta' msaġar tas-siġar tal-Milied u speċi li jikbru malajr ikkultivati għal perjodu qasir.

Artikolu 6

Kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-art agrikola kollha, speċjalment art li m'għadhiex tintuża għall-skopijiet tal-produzzjoni, tinżamm f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, il-kundizzjonijiet minimi għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba fuq il-bażi tal-qafas stabbilit fl-Anness III, wara li jkunu tqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' ż-żoni konċernati, inklużi l-kundizzjonijiet tal-ħamrija u klimatiċi, sistemi tal-biedja eżistenti, użu tal-art, newba tal-uċuh tar-raba', prattiċi tal-biedja, u strutturi tal-farms.

2.   L-Istati Membri minbarra l-Istati Membri l-ġodda għandhom jiżguraw li l-art li kienet mergħa permanenti fid-dejta mniżżla fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żona tal-2003 tinżamm mergħa permanenti. L-Istati Membri l-ġodda għandhom jiżguraw illi l-art li kienet mergħa permanenti fl-1 ta' Mejju 2004 tinżamm mergħa permanenti. Madankollu, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jiżguraw li art li kienet mergħa permanenti fl-1 ta' Jannar 2007 tinżamm bħala mergħa permanenti.

Madankollu Stat Membru jista', f'ċirkustanzi ġustifikati, jidderoga mill-ewwel subparagrafu, sakemm jieħu azzjoni biex ma jħallix li jkun hemm tnaqqis sinifikanti fl-'area' totali tiegħu ta' mergħa permanenti.

L-ewwel subparagrafu ma japplikax għal art ta' mergħa permanenti li ser tingħata għat-tisġir, jekk tali tisġir hu kompatibbli mal-ambjent u bl-esklużjoni ta' msaġar tas-siġar tal-Milied u speċi li jikbru malajr ikkultivati għal perjodu qasir.

Il-miżuri li ssemmew fl-Anness III għandhom jitqiesu bħala suġġerimenti rakkomandati. Sabiex tiġi żgurata l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, l-Istati Membri huma mistiedna jressqu iktar miżuri jew miżuri differenti skont il-kundizzjonijiet nazzjonali, reġjonali jew lokali.


ANNESS III

Kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-Artikolu 6

Ħruġ

Standards

Erożjoni tal-ħamrija:

Protezzjoni tal-ħamrija permezz ta' miżuri adegwati

Kopertura minima tal-ħamrija

Ġestjoni minima tal-art li tirrifletti l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-sit

Żamma tar-raba' mtarraġ

Materja organika fil-ħamrija:

Żamma tal-livelli ta' materja organika fil-ħamrija permezz ta' prattiki adegwati

Standards għan-newba tal-uċuħ, fejn japplika

Ġestjoni tal-qasbija fir-raba' tal-ħrit

Struttura tal-ħamrija:

Żamma tal-istruttura tal-ħamrija permezz ta' miżuri adegwati

Użu xieraq tal-makkinarju

Livell minimu ta' manutenzjoni:

Żgurar ta' livell minimu ta' manutenzjoni u l-evitar tat-tiħżin tal-ħabitats

Rati minimi tal-istokk tal-annimali u/jew sistemi adegwati

Protezzjoni ta' mergħat permanenti

Żamma ta' elementi tal-pajsaġġ, inkluż, fejn dan ikun f'loku, hedges, għadajjar, trinek għall-ilma, siġar f'ringiela, fi gruppi jew iżolati, u l-marġni tal-għelieqi,

fejn dan ikun f'loku, il-projbizzjoni tat-tqaċċit tas-siġar taż-żebbuġ

Evitar tal-invażjoni tal-artijiet agrikoli minn veġetazzjoni mhux mixtieqa

Żamma f'kundizzjoni veġetattiva tajba tal-imsaġar taż-żebbuġ u d-dwieli

Il-protezzjoni u l-immaniġġjar tal-ilma:

Protezzjoni tal-ilma kontra t-tinġis u r-rilaxxi mill-iskular, u l-immaniġġjar tal-użu tal-ilma

Stabbiliment ta' strixxi marġinali matul il-mogħdijiet tal-ilma

Rispett tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni għall-użu tal-ilma fit-tisqija.

Raġuni

Minħabba raġunijiet ta' sussidjarjetà l-Kummissjoni Ewropea għandha timponi fuq objettivi mhux fuq miżuri. Il-livelli ta' gvernanza taħt il-livell Ewropew għandhom jitħallew jiddefinixxu miżuri xierqa, effettivi u effiċjenti huma stess.

Miżura li hija ineffiċjenti b'mod speċifiku — it-twaqqif ta' strixxi marġinali matul il-mogħdijiet tal-ilma — diġà għandha titneħħa mill-Anness III.

Għall-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis u r-rilaxxi mill-iskular, l-aħjar li jittieħdu miżuri ta' appoġġ. L-istabbiliment ta' strixxi marġinali matul il-mogħdijiet tal-ilma f'ċerti każijiet jista' jkun utli sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-GAEC. Madankollu, l-istabbiliment ta' żoni marġinali b'mod ġenerali għall-mogħdijiet tal-ilma mhuwiex effiċjenti u jiswa wisq f'termini ta' produttività.

Pereżempju, bosta Stati Membri jużaw netwerk intensiv ta' fosos artifiċjali għall-ġestjoni tad-dranaġġ u l-livell tal-ilma. L-istabbiliment ta' strixxi marġinali hawnhekk jista' jfisser sa 50 % tal-wiċċ taż-żoni mdawra b'dawn il-fosos. L-objettivi tal-kwalità tal-ilma u l-ħamrija jistgħu jintlaħqu b'diversi modi.

Emenda 2

Art. 25(3) — 2008/0103 (CNS) — COM(2008) 306 finali

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)   Minkejja l-paragrafu 1 u f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli dettaljati msemmija fl-Artikolu 26(1), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx tnaqqis jew esklużjoni li jammontaw għal EUR 100 jew anqas kull bidwi u kull sena calendarja, u li jinkludi ukull tnaqqis jew esklużjoni applikat(a) għall-pagamenti stipulati fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

(3)   Minkejja l-paragrafu 1 u f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli dettaljati msemmija fl-Artikolu 26(1), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx tnaqqis jew esklużjoni li jammontaw għal EUR 100 jew anqas għal kull skema ta' appoġġ, bidwi u kull sena calendarja koperta mill-applikazzjoni , u li jinkludi ukull tnaqqis jew esklużjoni applikat(a) għall-pagamenti stipulati fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Raġuni

B'mod ġenerali, l-awtoritajiet reġjonali u muniċipali huma responsabbli għat-twettiq ta' miżuri tal-PAK. L-emenda hawn fuq hija meħtieġa jekk ser tintlaħaq semplifikazzjoni amministrattiva reali fil-proċeduri tas-sistema. Huwa għalhekk li r-regoli ta' appoġġ individwali għandhom jiġu kkunsidrati separatament.

Emenda 3

Artikolu 47 — 2008/0103(CNS) — COM (2008) 306 finali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 47

Allokazzjoni reġjonali tal-limitu massimu msemmi fl-Artikolu 41

1.   Stat Membru li introduċa l-iskema ta' pagament uniku skont il-Kapitoli 1 sa 4 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jista' jiddeċiedi, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Awwissu 2009, li japplika l-iskema ta' pagament uniku mill-2010 fil-livell reġjonali skont il-kundizzjonijiet stipulati f'din it-Taqsima.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva tagħhom u/jew il-potenzjali agrikolu reġjonali.

L-Istati Membri b'inqas minn tliet miljun ettaru eliġibbli jistgħu jiġu kkunsidrati bħala reġjun wieħed.

3.   L-Istati Membri għandhom jissubdividu l-limitu massimu msemmi fl-Artikolu 41 bejn ir-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

Artikolu 47

Allokazzjoni reġjonali tal-limitu massimu msemmi fl-Artikolu 41

1.   Stat Membru li introduċa l-iskema ta' pagament uniku skont il-Kapitoli 1 sa 4 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jista' jiddeċiedi, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Awwissu 2009, li japplika l-iskema ta' pagament uniku mill-2010 fil-livell reġjonali skont il-kundizzjonijiet stipulati f'din it-Taqsima.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva tagħhom u/jew il-potenzjali agrikolu reġjonali.

L-Istati Membri b'inqas minn tliet miljun ettaru eliġibbli jistgħu jiġu kkunsidrati bħala reġjun wieħed.

3.   L-Istati Membri għandhom jissubdividu l-limitu massimu msemmi fl-Artikolu 41 bejn ir-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu dak li hu stipulat fis-subparagrafi 1, 2 u 3 b'konsultazzjoni mal-livelli sotto-nazzjonali tal-gvern.

Raġuni

Hija evidenti

Emenda 4

Artikolu 68 — 2008/0103(CNS) — COM (2008) 306 finali

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda

Artikolu 68

Ir-regoli ġenerali

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Awwissu 2009, li mill-2010 jużaw sa 10 tal-limiti massimi nazzjonali tagħhom imsemmija fl-Artikolu 41 biex jappoġġaw lil bdiewa:

(a)

għal:

i)

tipi speċifiċi ta' biedja li huma importanti għall-ħarsien u t-titjib tal-ambjent,

ii)

titjib fil-kwalità ta' prodotti agrikoli, jew

iii)

titjib fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli;

(b)

biex jindirizzaw żvantaġġi speċifiċi li jaffettwaw bdiewa fis-setturi tal-ħalib, ċanga, laħam tan-nagħaġ u l-mogħoż u ross f'żoni vulnerabbli ekonomikament jew sensittivi ambjentalment,

(c)

f'żoni suġġetti għar-ristrutturar u/jew programmi ta' żvilupp sabiex jevitaw l-abbandun tal-art u/jew sabiex jindirizzaw żvantaġġi speċifiċi għall-bdiewa f'dawk iż-żoni,

(d)

fil-forma ta' kontribuzzjonijiet għal primjums ta' assigurazzjoni ta' uċuħ tar-raba' skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 69,

(e)

fondi mutwi għal mard tal-annimali u l-pjanti skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 70.

2.   Appoġġ għal miżuri msemmija fil-paragrafu 1(a) jista' jingħata biss:

(a)

jekk

i)

fir-rigward ta' appoġġ għat-tipi speċifiċi ta' biedja msemmija fil-punt (i) tiegħu, ir-rekwiżiti għal pagamenti agroambjentali stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jiġu mħarsa,

ii)

fir-rigward ta' appoġġ għal titjib fil-kwalità ta' prodotti agrikoli msemmija fil-punt (ii) tiegħu, huwa konsistenti mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 u l-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u

(iii)

fir-rigward ta' appoġġ għal titjib fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli msemmija fil-punt (iii) tiegħu, il-kriterji stipulati fl-Artikoli 2 sa 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 jiġu mħarsa, u

(b)

biex ikunu koperti l-ispejjeż addizzjonali mġarrba verament u d-dħul mitluf sabiex jintlaħaq l-għan ikkonċernat.

3.   Appoġġ għal miżuri msemmija fil-paragrafu 1(b) jista' jingħata biss:

(a)

ma' l-implimentazzjoni sħiħa tal-iskema ta' pagament uniku fis-settur ikkonċernat skont l-Artikoli 54, 55 u 71.

(b)

sal-punt meħtieġ biex jinħoloq inċentiv biex jinżammu l-livelli attwali tal-produzzjoni.

4.   Appoġġ skont il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (e) għandu jkun limitat għal 2.5 % tal-limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw sottolimiti massimi għal kull miżura.

5.   Appoġġ għal miżuri msemmija:

(a)

fil-paragrafu 1(a) u (d) għandu jkun fil-forma ta' pagamenti addizzjonali annwali,

(b)

fil-paragrafu 1(b) għandu jkun fil-forma ta' pagamenti addizzjonali annwali bħal pagamenti għal kull ras ta' annimal jew primjums għall-artijiet erbaċei,

(c)

fil-paragrafu 1(c) għandu jkun fil-forma ta' żieda tal-valur tal-unità u/jew l-għadd tad-drittijiet għall-pagament tal-bidwi,

(d)

fil-paragrafu 1(e) għandu jkun fil-forma ta' pagamenti kumpensatorji kif speċfikat fl-Artikolu 70.

6.   It-trasferiment ta' drittijiet għall-pagament b'valuri ta' unità miżjuda u ta' drittijiet għall-pagament addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5(c) jitħalla jsir biss jekk id-drittijiet trasferiti jkunu akkumpanjati bit-trasferiment ta' għadd ekwivalenti ta' ettari.

7.   Appoġġ għal miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu konsistenti ma' miżuri u politiki oħra Komunitarji.

8.   L-Istati Membri għandhom jiġbru l-fondi meħtieġa biex ikopru l-appoġġ msemmi:

a)

fil-paragrafi 1(a), (b), (c) u (d) billi jipproċedu għal tnaqqis lineari tad-drittijiet allokati lil bdiewa u/jew mir-riżerva nazzjonali,

(b)

fil-paragrafu 1(e) billi jipproċedu, jekk ikun neċessarju, għal tnaqqis lineari ta' wieħed jew bosta mill-pagamenti li jridu jsiru lill-benefiċċjarji tal-pagamenti rilevanti skont dan it-Titolu u skont il-limiti massimi stipulati fil-paragrafi 1 u 3.

9.   Il-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 128(2), għandha tiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-għotja tal-appoġġ imsemmi f'din it-Taqsima, b'mod partikolari, bil-għan li tiżgura konsistenza ma' miżuri u politiki Komunitarji oħrajn u biex tevita kumulazzjoni ta' appoġġ.

Artikolu 68

Regoli ġenerali

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Awwissu 2009, 2010 jew 2011 li mill-2010, 2011 jew 2012 jużaw sa 10 % tal-limiti massimi nazzjonali tagħhom imsemmija fl-Artikolu 41 biex jappoġġaw lil bdiewa:

(a)

għal:

i)

tipi speċifiċi ta' biedja li huma importanti għall-ħarsien u t-titjib tal-ambjent, inkluż il-benesseri tal-annimali,

ii)

titjib fil-kwalità ta' prodotti agrikoli, jew

iii)

titjib fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli;

(b)

biex jindirizzaw żvantaġġi speċifiċi li jaffettwaw bdiewa fis-setturi tal-ħalib, ċanga, laħam tan-nagħaġ, u l-mogħoż, il-lamtu tal-patata, il-kittien u ross f'żoni vulnerabbli ekonomikament jew sensittivi ambjentalment,

(c)

f'żoni suġġetti għar-ristrutturar u/jew programmi ta' żvilupp sabiex jevitaw l-abbandun tal-art u/jew sabiex jindirizzaw żvantaġġi speċifiċi għall-bdiewa f'dawk iż-żoni,

(d)

fil-forma ta' kontribuzzjonijiet għal primjums ta' assigurazzjoni ta' uċuħ tar-raba' skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 69,

(e)

fondi mutwi għal mard tal-annimali u l-pjanti skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 70.

2.   Appoġġ għal miżuri msemmija fil-paragrafu 1(a) jista' jingħata biss:

(a)

jekk

i)

fir-rigward ta' appoġġ għat-tipi speċifiċi ta' biedja msemmija fil-punt (i) tiegħu, ir-rekwiżiti għal pagamenti agroambjentali stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jiġu mħarsa,

ii)

fir-rigward ta' appoġġ għal titjib fil-kwalità ta' prodotti agrikoli msemmija fil-punt (ii) tiegħu, huwa konsistenti mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 u l-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u

(iii)

fir-rigward ta' appoġġ għal titjib fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli msemmija fil-punt (iii) tiegħu, il-kriterji stipulati fl-Artikoli 2 sa 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 jiġu mħarsa, u

(b)

biex ikunu koperti l-ispejjeż addizzjonali mġarrba verament u d-dħul mitluf sabiex jintlaħaq l-għan ikkonċernat.

3.   Appoġġ għal miżuri msemmija fil-paragrafu 1(b) jista' jingħata biss:

a)

ma' l-implimentazzjoni sħiħa jew fid-direzzjoni tal-implimentazzjoni sħiħa fi żmien tliet snin tal-iskema ta' pagament uniku fis-settur ikkonċernat skont l-Artikoli 54, 55 u 71.

(b)

sal-punt meħtieġ biex jinħoloq inċentiv biex jinżammu l-livelli attwali tal-produzzjoni.

4.   Appoġġ skont il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (e) għandu jkun limitat għal 2.5 % tal-limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw sottolimiti massimi għal kull miżura.

5.   Appoġġ għal miżuri msemmija:

(a)

fil-paragrafu 1(a) u (d) għandu jkun fil-forma ta' pagamenti addizzjonali annwali,

(b)

fil-paragrafu 1(b) għandu jkun fil-forma ta' pagamenti addizzjonali annwali bħal pagamenti għal kull ras ta' annimal jew primjums għall-artijiet erbaċei,

(c)

fil-paragrafu 1(c) għandu jkun fil-forma ta' żieda tal-valur tal-unità u/jew l-għadd tad-drittijiet għall-pagament tal-bidwi,

(d)

fil-paragrafu 1(e) għandu jkun fil-forma ta' pagamenti kumpensatorji kif speċifikat fl-Artikolu 70.

6.   It-trasferiment ta' drittijiet għall-pagament b'valuri ta' unità miżjuda u ta' drittijiet għall-pagament addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5(c) jitħalla jsir biss jekk id-drittijiet trasferiti jkunu akkumpanjati bit-trasferiment ta' għadd ekwivalenti ta' ettari.

7.   Appoġġ għal miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu konsistenti ma' miżuri u politiki oħra Komunitarji.

8.   L-Istati Membri għandhom jiġbru l-fondi meħtieġa biex ikopru l-appoġġ msemmi:

(a)

fil-paragrafi 1(a), (b), (c) u (d) billi jipproċedu għal tnaqqis lineari tad-drittijiet allokati lil bdiewa u/jew mir-riżerva nazzjonali,

(b)

fil-paragrafu 1(e) billi jipproċedu, jekk ikun neċessarju, għal tnaqqis lineari ta' wieħed jew bosta mill-pagamenti li jridu jsiru lill-benefiċċjarji tal-pagamenti rilevanti skont dan it-Titolu u skont il-limiti massimi stipulati fil-paragrafi 1 u 3.

9.   Il-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 128(2), għandha tiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-għotja tal-appoġġ imsemmi f'din it-Taqsima, b'mod partikolari, bil-għan li tiżgura konsistenza ma' miżuri u politiki Komunitarji oħrajn u biex tevita kumulazzjoni ta' appoġġ.

10.   Meta jiddeċiedu dwar l-użu mill-2010 sa 10 % tal-limiti nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħmluh b'konsultazzjoni mal-livelli sottonazzjonali tal-gvern.

Raġuni

Għadha għaddejja d-diskussjoni dwar l-Artikolu 68. Bosta Stati Membri u reġjuni jkollhom bżonn iktar żmien sabiex jiddeċiedu dwar il-livell u l-mod li jixtiequ jimplimentawh. Barra minn hekk jafu jkunu jridu jżidu iżjed objettivi taħt ir-regoli ġenerali. Fl-aħħar nett, sabiex is-separazzjoni tkun inqas problematika, għandha tkun possibbli bidla iktar gradwali taħt l-Artikolu 68.

Emenda 5

Art. 1,(6), (2.b) — 2008/0105 (CNS) — COM(2008)306 finali

Test tal-Kummissjoni

Emenda

b)

Skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli dettaljati msemmijin fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx tnaqqis jew tħassir li jammonta għal EUR 100 jew anqas għal kull bidwi u għal kull sena kalendarja, u li jinkludi kwalunkwe tnaqqis jew tħassir applikat għall-pagamenti diretti skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) [Nru XXXX/2008 (ir-Regolament il-ġdid dwar skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa)].

b)

Skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli dettaljati msemmijin fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx tnaqqis jew tħassir li jammonta għal EUR 100 jew anqas għal kull bidwi, kull miżura u għal kull sena kalendarja koperata mill-applikazzjoni. , u li jinkludi kwalunkwe tnaqqis jew tħassir applikat għall-pagamenti diretti skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) [Nru XXXX/2008 (ir-Regolament il-ġdid dwar skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa)].

Raġuni

B'mod ġenerali, l-awtoritajiet reġjonali u muniċipali huma responsabbli għat-twettiq ta' miżuri tal-PAK. L-emenda hawn fuq hija meħtieġa jekk ser tintlaħaq semplifikazzjoni amministrattiva reali fil-proċeduri tas-sistema. Huwa għalhekk li r-regoli ta' appoġġ individwali għandhom jiġu kkunsidrati separatament.

Emenda 6

ANNESS II — 2008/0105 (CNS) — COM(2008) 306 finali

ANNESS II

Tipi ta' operazzjonijiet indikattivi relatati mal-prijoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 16a

Prijorità: Bidla fil-klima

Tipi ta' operazzjonijiet

Artikoli u miżuri

Effetti potenzjali

Żieda fl-effiċjenza tal-użu tal-fertilizzant tan-nitroġenu (pereżempju inqas użu, tagħmir, agrikoltura ta' preċiżjoni), titjib fil-ħżin tad-demel

Artikolu 26: il-modernizzazzjoni ta' azjendi agrikoli

Artikolu 28: jiżdied il-valur tal-prodotti agrikoli u tal-forestrija

Artikolu 29: kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-agrikoltura u l-ikel u s-settur tal-forsterija

Artikolu 39: pagamenti agroambjentali

Tnaqqis fl-emissjonijiet tal-metan (CH4) u tal-ossidu nitruż (N2O)

Titjib fl-effiċjenza tal-enerġija

Artikolu 26: il-modernizzazzjoni ta' azjendi agrikoli

Artikolu 28: jiżdied il-valur tal-prodotti agrikoli u tal-forestrija

Artikolu 29: kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-agrikoltura u l-ikel u s-settur tal-forestrija

Tnaqqis fl-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) permezz tal-iffrankar tal-enerġija.

Tnaqqis fil-mili vvjaġġati mill-ikel

Artikolu 26: il-modernizzazzjoni ta' azjendi agrikoli

Artikolu 28: jiżdied il-valur tal-prodotti agrikoli u tal-forestrija

Artikolu 29: kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-agrikoltura u l-ikel u s-settur tal-forestrija

Artikolu 53: id-diversifikazzjoni għal attivitajiet mhux agrikoli

Artikolu 54: appoġġ għall-ħolqien u l-iżvilupp tal-intrapriżi

Artikolu 56: servizzi bażiċi għall-ekonomija u għall-popolazzjoni rurali

Tnaqqis fl-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) permezz tal-iffrankar tal-enerġija.

Prattiki ta' ġestjoni tal-ħamrija (pereżempju metodi tat-tkabbir tal-uċuh, uċuh li jikbru malajr, newbiet diversifikati tal-uċuh)

Artikolu 39: pagamenti agroambjentali

Tnaqqis tal-ossidu nitruż (N2O); l-iżolament tal-karbonju.

Bidla fl-Użu tal-art (pereżempju l-bidla ta' art li tinħarat f'mergħat, serħan permanenti tal-artijiet, tnaqqis tal-użu/restawr ta' ħamrija organika)

Artikolu 39: pagamenti agroambjentali

Tnaqqis tal-ossidu nitruż (N2O); l-iżolament tal-karbonju.

L-estensifikazzjoni tal-bhejjem (pereżempju tnaqqis tad-densità tal-istokkijiet, żieda fil-mergħa)

Artikolu 39: pagamenti agroambjentali

Tnaqqis tal-metan (CH4).

It-tisġir

Artikoli 43 u 45: l-ewwel tisġir ta' art agrikola u ta' art mhux agrikola

Tnaqqis tal-ossidu nitruż (N2O); l-iżolament tal-karbonju.

Il-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti

Artikolu 48: ir-restawr tal-potenzjal tal-forestrija u l-introduzzjoni ta' azzjonijiet ta' prevenzjoni

Iżolament tal-karbonju fil-foresti u jiġu evitati l-emissjonijiet tal-ossidu tal-karbonju (CO2).

Prijorità: enerġija li tiġġedded

Tipi ta' operazzjonijiet

Artikoli u miżuri

Effetti potenzjali

Produzzjoni tal-bijogass — pjanti ta' diġestjoni anerobika li jużaw skart tal-annimali (fuq il-produzzjoni fil-farm u dik lokali)

Artikolu 26: il-modernizzazzjoni ta' azjendi agrikoli

Artikolu 28: jiżdied il-valur tal-prodotti agrikoli u tal-forestrija

Artikolu 29: kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-agrikoltura u l-ikel u s-settur tal-forestrija

Artikolu 53: id-diversifikazzjoni għal attivitajiet mhux agrikoli

Is-sostituzzjoni tal-karburanti fossili; it-tnaqqis tal-metan (CH4)

Uċuh perenni ta' enerġija (msaġar ta' newba qasira u ħxejjjex erbaċeji)

Artikolu 26: il-modernizzazzjoni ta' azjendi agrikoli

Is-sostituzzjoni tal-karburanti fossili; l-iżolament tal-karbonju; it-tnaqqis tal-ossidu nitruż (N2O);

L-ipproċessar ta' bijomassa agrikola/mill-foresti għall-enerġija li tiġġedded

Artikolu 28: jiżdied il-valur tal-prodotti agrikoli u tal-forestrija

Artikolu 29: kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-agrikoltura u l-ikel u s-settur tal-forestrija

Is-sostituzzjoni tal-karburanti fossili.

Stabbilimenti/infrastruttura għall-enerġija li tiġġedded bl-użu ta' bijomassa

Artikolu 28: jiżdied il-valur tal-prodotti agrikoli u tal-forestrija

Artikolu 29: kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-agrikoltura u l-ikel u s-settur tal-forestrija

Artikolu 53: id-diversifikazzjoni għal attivitajiet mhux agrikoli

Artikolu 54: appoġġ għall-ħolqien u għall-iżvilupp tal-kummerċ

Artikolu 56: servizzi bażiċi għall-ekonomija u għall-popolazzjoni rurali

Is-sostituzzjoni tal-karburanti fossili.

Titjib fil-ġestjoni tal-iskart relatat mal-użu mill-ġdid tal-materjali

Artikolu 26: il-modernizzazzjoni ta' azjendi agrikoli

Artikolu 28: jiżdied il-valur tal-prodotti agrikoli u tal-forestrija

Artikolu 29: kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-agrikoltura u l-ikel u s-settur tal-forestrija

Artikolu 53: id-diversifikazzjoni għal attivitajiet mhux agrikoli

Artikolu 54: appoġġ għall-ħolqien u għall-iżvilupp tal-kummerċ

Artikolu 56: servizzi bażiċi għall-ekonomija u għall-popolazzjoni rurali

Is-sostituzzjoni tal-karburanti fossili.

L-użu u l-produzzjoni tal-enerġija mix-xemx, ir-riħ, is-sħana ġeotermali u l-ko-ġenerazzjoni

Artikolu 26: il-modernizzazzjoni ta' azjendi agrikoli

Artikolu 28: jiżdied il-valur tal-prodotti agrikoli u tal-forestrija

Artikolu 29: kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-agrikoltura u l-ikel u s-settur tal-forestrija

Artikolu 53: id-diversifikazzjoni għal attivitajiet mhux agrikoli

Artikolu 54: appoġġ għall-ħolqien u għall-iżvilupp tal-kummerċ

Artikolu 56: servizzi bażiċi għall-ekonomija u għall-popolazzjoni rurali

Is-sostituzzjoni tal-karburanti fossili.

Prijorità: il-ġestjoni tal-ilma

Tipi ta' operazzjonijiet

Artikoli u miżuri

Effetti potenzjali

Teknoloġiji għall-iffrankar tal-ilma, ħżin tal-ilma

Tekniki ta' produzzjoni li jiffrankaw l-ilma

Artikolu 26: il-modernizzazzjoni ta' azjendi agrikoli

Artikolu 28: jiżdied il-valur tal-prodotti agrikoli u tal-forestrija

Artikolu 29: kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-agrikoltura u l-ikel u s-settur tal-forestrija

Artikolu 30: infrastruttura

Titjieb il-kapaċità ta' użu aktar effiċjenti tal-ilma.

Ġestjoni tar-riskji tal-għargħar

Artikolu 28: jiżdied il-valur tal-prodotti agrikoli u tal-forestrija

Artikolu 29: kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-agrikoltura u l-ikel u s-settur tal-forestrija

Artikolu 39: pagamenti agroambjentali

Artikolu 41: investimenti mhux produttivi

Titjieb il-kapaċità ta' użu aktar effiċjenti tal-ilm a.

Restawr ta' artijiet mistagħdra

Il-bidla ta' art agrikola f'foresta/sistemi ta' agroforestrija

Artikolu 39: pagamenti agroambjentali

Artikolu 41: investimenti mhux produttivi

Artikoli 43 u 45: l-ewwel tisġir ta' art agrikola u ta' art mhux agrikola

Il-konservazzjoni ta' korpi tal-ilma ta' valur għoli; il-ħarsien tal-kwalità tal-ilma.

L-iżvilupp ta' korpi tal-ilma semi-naturali

Artikolu 57: il-konservazzjoni u t-titjib tal-wirt rurali

Il-konservazzjoni ta' korpi tal-ilma ta' valur għoli; il-ħarsien tal-kwalità tal-ilma.

Prattiki ta' ġestjoni tal-ħamrija (pereżempju uċuh li jikbru malajr)

Artikolu 39: pagamenti agroambjentali

Kontribut għat-tnaqqis ta' telf ta' komposti differenti fl-ilma, inkluż il-fosforu.

Prijorità: il-bijodiversità

Tipi ta' operazzjonijiet

Artikoli u miżuri

Effetti potenzjali

Ma jiġux applikati fertilizzanti u pestiċidi fuq art agrikola ta' valur naturali għoli

Produzzjoni integrata u organika

Artikolu 39: pagamenti agroambjentali

Artikolu 28: jiżdied il-valur tal-prodotti agrikoli u tal-forestrija

Artikolu 29: kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-agrikoltura u l-ikel u s-settur tal-forestrija

Tipi ta' veġetazzjonijiet rikki fl-ispeċijiet, ħarsien u żamma ta' artijiet erbaċei

Għelieqi perenni u meded ta' konfini f'xtut ix-xmajjar

Bini/ġestjoni ta' bijotopi/ħabitats ġewwa jew 'il barra mis-siti ta' Natura 2000

Bidla fl-Użu tal-art (ġestjoni estensiva ta' art erbaċea, konverżjoni ta' art ikkultivata f'mergħa, serħan tal-artijiet għall-perjodu ta' żmien twil)

Ġestjoni ta' pjanti perenni ta' valur naturali għoli

Artikoli 38 u 46: pagamenti ta' Natura 2000

Artikolu 39: pagamenti agroambjentali

Artikolu 41: investimenti mhux produttivi

Artikolu 47: pagamenti forestrija-ambjentali

Artikolu 57: il-konservazzjoni u t-titjib tal-wirt rurali

Għasafar u annimali salvaġġi oħrajn protetti u netwerk tal-bijotopi imtejjeb; inqas tidħil ta' sustanzi ta' ħsara f'ħabitats fil-konfini

Konservazzjoni ta' diversità ġenetika

Artikolu 39: pagamenti agroambjentali

Diversità ġenetika konservata.

Raġuni

L-Isfidi l-Ġodda ser isiru parti importanti u jista' jkun ta' qligħ għall-intrapriża tal-biedja.

Sabiex il-bdiewa jingħataw punt sabiex jieħdu r-riedni f'idejhom ħalli jagħmlu l-intrapriżi tagħhom kompetittivi u sostenibbli, is-sejba ta' soluzzjonijiet għall-biedja sostenibbli u li jieħdu rwol attiv fl-eżekuzzjoni tal-miżuri ambjentali l-ġodda, dawn għandu jkollhom l-opportunità sabiex japplikaw il-miżuri eżistenti kollha tal-FAEŻR, kif ukoll il-miżuri mfassla sabiex tittejjeb l-innovazzjoni u jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda u strateġiji ġodda. Dawn għadhom mhumiex fil-lista tal-Kummissjoni. Billi jiġu elenkati l-Istati Membri jitħeġġu sabiex iressquhom.

Brussell, it-8 ta' Ottubru 2008.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 325/44


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-akkwist pubbliku prekummerċjali: inrawmu l-innovazzjoni biex niżguraw servizzi pubbliċi sostenibbli u ta' kwalità għolja fl-Ewropa

(2008/C 325/06)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għax toffri l-ewwel introduzzjoni suffiċjenti sabiex jitfassal il-kunċett bażiku li jirregola l-akkwisti pubbliċi prekummerċjali u kif dawn jistgħu jitwettqu. Madankollu, xorta waħda baqa' xi nuqqasijiet rigward l-implimentazzjoni konkreta tal-proċedura proposta;

jenfasizza li jekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħżlu l-proċedura tal-akkwisti pubbliċi prekummerċjali sabiex jippromovu l-innovazzjoni fir-rigward tal-problemi li qegħdin jippruvaw isolvu bis-saħħa tar-riżultati miksuba b'dan il-mekkaniżmu, huma jridu jħabbtu wiċċhom ma' diversi sfidi li ma ġewx analizzati biżżejjed fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni;

jaħseb li l-Kummissjoni Ewropea għandha tfassal linji gwida ċari u dettaljati u mezzi ta' tagħlim u taħriġ b'rabta ma' kif jintużaw l-akkwisti pubbliċi prekummerċjali tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp għall-awtoritajiet lokali u reġjonali kontraenti, bil-għan li kemm jista' jkun ma jiksrux il-liġi Komunitarja;

barra minn hekk, jemmen li d-direzzjonijiet u l-istruzzjonijiet li jistgħu jingħataw isiru dejjem iktar indispensabbli hekk kif il-proċeduri tal-akkwisti pubbliċi prekummerċjali jqajmu kwistjonijiet importanti marbuta mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u industrijali, u s-servizzi legali stess tal-awtoritajiet ċentrali s'issa ftit li xejn indirizzaw din il-kwistjoni legali.

Rapporteur

:

Is-Sur TSIGKOUNIS (EL/PPE), Sindku ta' Leonidio (Arcadia)

Dokument ta' referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “L-akkwist pubbliku prekummerċjali: Inrawmu l-innovazzjoni biex niżguraw servizzi pubbliċi sostenibbli u ta' kwalità għolja fl-Ewropa”

COM(2007) 799 finali

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali dwar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

1.

jitlob li d-dibattiti li għad iridu jsiru janalizzaw ir-rwol li għandhom jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiffaċċjaw problemi soċjali importanti, b'mod partikolari l-kura tas-saħħa bi prezz raġonevoli, ta' kwalità tajba u adatta għat-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-indirizzar tal-adattament għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, it-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija, il-garanzija ta' tagħlim mill-aqwa u mill-iktar aċċessibbli, u l-ġestjoni effikaċi tat-theddid fil-qasam tas-sigurtà;

2.

billi dawn l-isfidi x'aktarx jirrikjedu soluzzjonijiet ġodda u innovattivi, li minħabba l-limitazzjonijiet teknoloġiċi għadhom mhux disponibbli fis-suq jew — jekk jeżistu u jiġu offruti — ma jissodisfawx biżżejjed il-kundizzjonijiet imposti u għalhekk jinħtieġu minnufih iktar sforzi fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, jipproponi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti b'mod attiv fit-tfassil ta' qafas ġdid għall-akkwisti pubbliċi prekummerċjali u li jissaħħu l-possibbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni u l-eżekuzzjoni effiċjenti ta' dan it-tip ta' akkwist pubbliku;

3.

jemmen li bis-saħħa tal-integrazzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp fl-akkwisti pubbliċi bil-għan li jiġu promossi soluzzjonijiet innovattivi, l-awtoritajiet lokali u reġjonali ser ikollhom il-possibbiltà li jikkontribwixxu b'mod deċiżiv biex jassiguraw riżultati tajbin u l-effiċjenza tas-servizzi li joffru fuq perijodu medju u twil ta' żmien, ser jagħtu kontribut ukoll biex iħeġġu l-kompetittività tal-industrija Ewropea permezz tal-innovazzjoni;

4.

billi parti kbira min-nefqa għall-akkwisti pubbliċi ssir mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, jaħseb li dawn tal-aħħar għandhom ikunu ppreparati sew biex jaqdu rwol importanti fl-inkoraġġiment tar-riċerka u l-iżvilupp madwar l-Ewropa kollha kemm hi;

5.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra l-prijoritajiet politiċi tal-Kumitat għall-2008-2010, fosthom l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi, ir-reazzjoni għall-isfidi tal-bidla fil-klima, id-diversifikazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-enerġija, it-titjib tal-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini li tinkludi l-kooperazzjoni transkonfinali b'rabta mal-aċċess għal servizzi tas-saħħa ta' kwalità aħjar, il-promozzjoni min-naħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tas-solidarjetà, id-djalogu bejn il-kulturi u r-reliġjonijiet u l-inkoraġġiment ta' kull xorta ta' kultura u tradizzjoni lokali, il-parteċipazzjoni fid-dibattitu rigward il-politika komuni dwar l-immigrazzjoni u l-ażil u b'mod speċjali fl-iskambju tal-aħjar prattiki għall-integrazzjoni, kif ukoll il-prijorità li ngħatat lis-suq uniku modern bi strateġija li tippromovi l-kwalità tas-servizzi soċjali. Dawn huma l-osqma ta' azzjoni li jinteressaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, u li huma kapaċi jiġu integrati b'mod promettenti fil-qasam tal-akkwisti pubbliċi sabiex jippromovu r-riċerka u l-iżvilupp fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u li huma partikolarment adatti għall-eżekuzzjoni tal-akkwisti pubbliċi prekummerċjali;

6.

jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni COM(2007) 799 finali tal-Kummissjoni għax toffri l-ewwel introduzzjoni suffiċjenti sabiex jitfassal il-kunċett bażiku li jirregola l-akkwisti pubbliċi prekummerċjali u kif dawn jistgħu jitwettqu. Madankollu, xorta waħda baqa' xi nuqqasijiet rigward l-implimentazzjoni konkreta tal-proċedura proposta;

7.

jenfasizza li jekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħżlu l-proċedura tal-akkwisti pubbliċi prekummerċjali sabiex jippromovu l-innovazzjoni fir-rigward tal-problemi li qegħdin jippruvaw isolvu bis-saħħa tar-riżultati miksuba b'dan il-mekkaniżmu, huma jridu jħabbtu wiċċhom ma' diversi sfidi li ma ġewx analizzati biżżejjed fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2007) 799 finali;

8.

huwa tal-fehma li l-liġi attwali tal-akkwisti pubbliċi hija diġà pjuttost kumplikata, u bosta awtoritajiet lokali u reġjonali qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet sostanzjali biex japplikawha tajjeb. Barra minn hekk, huma ma tantx ser ikunu lesti jintroduċu mekkaniżmu kumpless ieħor — bħal din l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea — fl-organizzazzjoni amministrattiva u l-proċeduri tagħhom; għalhekk jitlob li l-liġi tal-akkwisti pubbliċi ma tiġix applikata għall-akkwisti pubbliċi prekummerċjali;

9.

jipproponi li l-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li tiġi emendata d-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku biex l-innovazzjonijiet ikunu jistgħu jinħolqu, pereżempju, fil-qafas ta' proġetti ta' sħubija. Il-proċess riġidu tal-akkwisti pubbiċi jxekkel ħafna l-innovazzjonijiet il-ġodda. Ir-rekwiżit ta' trattament ġust u mhux diskriminatorju li ħareġ mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea m'għandux jiġi interpretat b'tali mod li fil-prattika jeskludi l-possibbiltà li l-kumpaniji u l-entitajiet ta' akkwist jibbenefikaw mill-isforzi tal-kumpaniji għar-Riċerka u l-Iżvilupp;

10.

huwa konvint li t-tfassil u t-tħejjija ta' verżjonijiet partikolarment tekniċi tas-sejħiet għall-offerti bil-għan li jippromovu l-innovazzjoni jeħtieġu għarfien u kompetenzi speċifiċi li ġeneralment l-awtoritajiet lokali u reġjonali ma jkollhomx. Fil-fatt, din ix-xorta ta' għarfien u kwalifiki, anke fl-amministrazzjoni ċentrali ta' ħafna Stati Membri, aktarx tkun tinsab biss f'xi ftit dipartimenti;

11.

bl-istess mod, jaħseb ukoll li l-istadji differenti tal-għażla li jinsabu fil-proċedura tal-akkwist pubbliku prekummerċjali tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp jeħtieġu livell ta' għarfien tekniku u ta' kompetenza fil-kwistjonijiet ikkonċernati li normalment l-awtoritajiet reġjonali ma jkollhomx;

12.

jisħaq li anke jekk l-akkwist pubbliku prekummerċjali tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp fl-aħħar mill-aħħar jirnexxi, mhux ser ikun inqas diffiċli biex jirnexxilna nqanqlu lill-politiċi u ċ-ċittadini jieħdu azzjoni u jimpenjaw ruħhom favur il-livell lokali u reġjonali. Fattur importanti ferm għad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa li l-ispiża pubblika tal-organizzazzjoni ta' sejħa għall-offerti prekummerċjali għas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp huma diretti u jitħallsu mill-ġestjoni attwali, filwaqt li l-benefiċċji li jirriżultaw minn dan normalment jinfirxu fuq perijodu twil ta' żmien, u biex iċ-ċittadini jsiru konxji ta' dan jinħtieġ ftit taż-żmien li ġeneralment ikun itwal miż-żmien bejn żewġ elezzjonijiet konsekuttivi fil-livell lokali u reġjonali;

13.

jinsab imħasseb li f'każ li l-possibbiltà li ssir sejħa għall-offerti għall-akkwist pubbliku prekummerċjali tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp tkun marbuta ma' kontroversji politiċi, x'aktarx wara kampanja elettorali li għaliha jkun intuża l-poter lokali jew reġjonali, il-partijiet li jkunu ressqu dawn l-oġġezzjonijiet jerġgħu jqajmu dubju dwar is-segwitu tal-proċedura rilevanti għall-prodott kummerċjali, li sadattant ikun diġà tqiegħed fis-suq, u b'hekk jiċċajpru l-vantaġġi ġenwini li kienet qed tistenna l-awtorità kontraenti fis-sejħa għall-offerti inizjali;

14.

jaħseb li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ser ikollhom problema politika kbira jekk min finalment jikseb il-kuntratt tal-akkwist pubbliku prekummerċjali tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp ma jkunx stabbilit fil-lokalità jew fir-reġjun tal-awtorità kontraenti jew, iktar u iktar, jekk ikollu s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor;

15.

jirrimarka li f'każ li s-sejħa għall-offerti għal akkwist pubbliku prekummerċjali tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp ma tħallix frott, possibbiltà li ma tistax tiġi eskluża, b'mod speċjali għal ċerti oqsma tas-settur fejn ir-rata ta' suċċess għadha kemxejn baxxa, l-awtoritajiet lokali u reġjonali ser isibu ruħhom f'pożizzjoni partikolarment diffiċli biex jiġġustifikaw ruħhom u jikkonvinċu liċ-ċittadin li minkejja dan ir-riżultat huwa aħjar li tintuża din il-proċedura milli jsir investiment f'teknoloġija li diġà teżisti u hija ttestjata mil-lat kummerċjali;

16.

fid-dawl tal-problemi msemmija hawn fuq li x'aktarx ser ikollhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-akkwisti pubbliċi prekummerċjali tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp, jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jfasslu u jintroduċu sensiela ta' miżuri li fl-opinjoni tiegħu huma indispensabbli sabiex dawn l-akkwisti jilħqu l-objettiv tagħhom fil-livell lokali u reġjonali. Dan jinfluwenza b'mod konsiderevoli l-prestazzjoni iktar ġenerali tal-partijiet interessati Ewropej fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp fil-konfront tal-kompetituri tagħhom fis-suq dinji;

17.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li jekk l-Unjoni Ewropea ma jirnexxilhiex tintroduċi l-proċeduri tal-akkwisti pubbliċi prekummerċjali rigward ir-riċerka u l-iżvilupp fil-livell lokali u reġjonali b'mod funzjonali u regolari, fil-livell Komunitarju l-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp jitlef xi riżorsi;

18.

jaħseb li l-Kummissjoni Ewropea għandha tfassal linji gwida ċari u dettaljati u mezzi ta' tagħlim u taħriġ b'rabta ma' kif jintużaw l-akkwisti pubbliċi prekummerċjali tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp għall-awtoritajiet lokali u reġjonali kontraenti, bil-għan li kemm jista' jkun ma jiksrux il-liġi Komunitarja;

19.

barra minn hekk, jemmen li d-direzzjonijiet u l-istruzzjonijiet li jistgħu jingħataw isiru dejjem iktar indispensabbli hekk kif il-proċeduri tal-akkwisti pubbliċi prekummerċjali jqajmu kwistjonijiet importanti marbuta mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u industrijali, u s-servizzi legali stess tal-awtoritajiet ċentrali s'issa ftit li xejn indirizzaw din il-kwistjoni legali;

20.

iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex jiżviluppaw strutturi ta' appoġġ bil-għan li l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jagħżlu li jniedu sejħa għall-offerti għal akkwist pubbliku prekummerċjali tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp ikunu jistgħu jirrikorru għalihom u minnhom jiksbu informazzjoni ċara li tista' tintuża u għajnuna sostanzjali, b'mod partikolari rigward l-iktar tqassim konkret tar-riskji u l-benefiċċji bejn l-awtorità kontraenti u l-kandidati li finalment jintgħażlu;

21.

l-akkwisti pubbliċi prekummerċjali tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp fuq perijodu qasir ta' żmien għandhom riskji ċari u identifikati tajjeb għal-livell lokali u reġjonali, jiġifieri l-awtorità kontraenti kkonċernata, u min-naħa l-oħra huwa diffiċli li jiġu identifikati l-benefiċċji fuq perijodu twil ta' żmien li ġeneralment ikunu ta' natura vaga — għal din ir-raġuni l-awtoritajiet lokali u reġjonali ta' spiss iħossuhom imħassba, u bir-raġun. Għaldaqstant, il-Kumitat tar-Reġjuni jenfasizza li l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom joffrulhom appoġġ xieraq f'diversi livelli billi jfiehmu lill-partijiet interessati kollha involuti li l-possibbiltà ta' falliment hija parti integrali minn proċedura li tipprova ssib soluzzjonijiet innovattivi għall-problemi li ilha ftit jew wisq ta' żmien tħabbat wiċċha magħhom is-soċjetà Ewropea;

22.

josserva li, billi huma miftuħa għall-partijiet interessati mill-Istati Membri kollha, huwa inevitabbli li s-sejħiet għall-offerti għall-akkwisti pubbliċi prekummerċjali tar-riċerka u l-iżvilupp kapaċi jittrasferixxu, dejjem parzjalment, ir-riżorsi reġjonali maħsuba għall-finanzjament ta' din l-attività għal reġjuni f'pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea. Għalkemm dan il-fenomenu ma joħloq l-ebda problema fil-livell tal-Unjoni Ewropea, huwa ma jħeġġeġ assolutament xejn lill-awtoritajiet fil-livell lokali jew reġjonali biex jiffinanzjaw tali akkwist pubbliku;

23.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex turi li l-akkwisti pubbliċi prekummerċjali huma siewja għar-reġjun li jniedi sejħa għall-offerti ta' dan it-tip, anke jekk il-partijiet interessati li jwieġbu għal din is-sejħa ma jkunux stabbiliti fir-reġjun tiegħu;

24.

iqanqal lill-Kummissjoni Ewropea biex tħeġġeġ u tappoġġja r-raggruppamenti l-kbar tal-awtoritatjiet lokali u reġjonali li jingħaqdu biex jagħmlu akkwist pubbliku prekummerċjali bil-għan li jnaqqsu r-riskji li jkollha awtorità lokali jew reġjonali jekk tidħol għal sejħa għall-offerti ta' din ix-xorta waħedha fi Stat Membru;

25.

jagħraf li t-twaqqif ta' netwerks pan-Ewropej u ta' kuntatti bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali ta' diversi Stati Membri li għandhom ħtiġijiet simili huwa l-iktar element importanti kemm għall-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi, ir-reġjuni u l-lokalitajiet fil-qasam tal-akkwisti pubbliċi prekummerċjali tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll għall-koordinazzjoni tal-proċeduri għal dan it-tip ta' akkwist pubbliku;

26.

jaqbel li l-finanzjament tal-azzjonijiet li jippruvaw jiżviluppaw u jistabbilixxu l-akkwisti pubbliċi prekummerċjali tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jsir billi jiġu allokati mill-ġdid ir-riżorsi tal-baġit tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw mir-reviżjoni tal-Politika Agrikola Komuni;

27.

huwa tal-fehma li ż-Żona Ewropea Komuni tar-Riċerka u l-Iżvilupp tista' tieħu forma ġdida u tikseb xprun ġdid jekk il-proċeduri rigward l-akkwisti pubbliċi prekummerċjali tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp jiġu integrati fil-mekkaniżmi attwali tal-akkwist pubbliku;

28.

jisħaq fuq l-idea li l-istrateġija ta' promozzjoni tal-akkwisti pubbliċi prekummerċjali tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp tista' tiġi ffaċilitata ħafna jekk jiġu sfruttati l-universitajiet, iċ-ċentri tar-riċerka u, fuq kollox, l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju li għandhom livell għoli sew ta' għarfien u innovazzjoni teknoloġika u li jinsabu fil-lokalitajiet jew fir-reġjuni. Dan jista' jsir bis-saħħa ta' qafas ġdid ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali jew reġjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti, u permezz tat-twaqqif ta' netwerk mal-awtoritajiet lokali u reġjonali ta' Stati Membri oħra u mal-istituzzjonijiet universitarji, stabbilimenti tar-riċerka u l-SMEs simili;

29.

isostni li jekk fi ħdan l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinħolqu ċentri tal-informazzjoni jew bażijiet tad-data dwar il-problemi tal-lokalitajiet u r-reġjuni li jirrikjedu b'mod prijoritarju soluzzjonijiet innovattivi, u jekk in-nies jiġu infurmati bil-potenzjal tar-reġjun fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, ikunu jistgħu jitlaqqgħu flimkien ir-reġjuni li jkollhom diffikultajiet komuni kif ukoll iċ-ċentri tar-riċerka u l-intrapriżi li għandhom kapaċitajiet kumplementari jew addizzjonali sabiex tinstab soluzzjoni għall-problemi bil-għajnuna tas-sinerġiji fil-qasam tal-innovazzjoni;

30.

jirrakkomanda li r-riżorsi disponibbli mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta' Koeżjoni u mill-Fond Soċjali Ewropew jintużaw għal azzjonijiet li, fil-qasam li jiffinanzjaw, huma marbuta mar-riċerka u l-iżvilupp permezz tal-akkwisti pubbliċi prekummerċjali.

Brussell, it-8 ta' Ottubru 2008

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 325/48


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-twaqqif ta' qafas Ewropew ta' referenza ta' assigurazzjoni tal-kwalità għal edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u dwar il-ħolqien ta' sistema Ewropea ta' kredits għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ECVET)

(2008/C 325/07)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jaqbel dwar il-fatt li hemm kunsens wiesa' fl-Ewropa dwar il-ħtieġa li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fl-Ewropa jridu jimmodernizzaw u jitjiebu. L-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali hija fattur essenzjali għal dan l-objettiv.

iqis li d-diffikultajiet biex jiġu rikonoxxuti r-riżultati tat-tagħlim fi Stati Membri differenti tellfu mill-mobbiltà fl-UE u huma ostaklu għal esperjenzi ġenwini fil-kamp tat-tagħlim tul il-ħajja.

jenfasizza li f'ħafna Stati Membri l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma r-responsabbiltà tal- tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

jilqa' b'mod favorevoli ż-żewġ rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, peress li jimmiraw li jsibu soluzzjonijiet li jirrispondu għall-isfidi tal-ekonomija dinija li ngħixu fiha, bbażata fuq l-għarfien. Barra minn hekk qed jiġi propost li tikber il-mobbiltà fl-Unjoni Ewropea, barra milli nippromovu l-iskambju tal-kompetenzi. Għal din ir-raġuni, il-KtR iqis li dawn huma essenzjali għall-iżvilupp ta' setturi li huma ta' importanza fundamentali għaċ-ċittadini u għall-attivitajiet li jidħlu fil-kompetenza tal- tal-awtoritajiet reġjonali u lokali.

iqis li l-qafas Ewropew ta' referenza ta' assigurazzjoni tal-kwalità ser jintuża essenzjalment mill-korpi nazzjonali, reġjonali u lokali responsabbli mill-assigurazzjoni tal-kwalità u t-titjib fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti jiġu involuti fil-proċess meħtieġ ta' koordinament bejn l-oqfsa tal-kwalifika nazzjonali/reġjonali u l-ECVET;

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-prova tas-suċċess ta' din is-sistema tinsab fl-implimentazzjoni u l-adozzjoni tagħha. L-awtoritajiet lokali u reġjonali ser ikunu sieħba importanti għall-promozzjoni tas-sistema minħabba fin-netwerks tagħhom u biex din tkun kredibbli u tista' tintuża.

Rapporteur

:

Is-Sur Kent JOHANSSON (SV/ALDE), Membru tal-Kunsill tar-reġjun ta' Västra Götaland

Dokumenti ta' referenza

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' qafas Ewropew ta' referenza ta' assigurazzjoni tal-kwalità għal edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali

COM(2008) 179 finali — 2008/0069 (COD)

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta' sistema Ewropea ta' kredits għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ECVET)

COM(2008) 180 finali — 2008/0070 (COD)

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jinnota li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma importanti ħafna biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija ta' Liżbona dwar it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u l-inklużjoni soċjali. L-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kompetenzi u t-tagħlim tul il-ħajja jidħlu fil-prijoritajiet politiki ewlenin tal-KtR;

2.

iqis li d-diffikultajiet biex jiġu rikonoxxuti r-riżultati tat-tagħlim fi Stati Membri differenti tellfu mill-mobbiltà fl-UE u huma ostaklu għal esperjenzi ġenwini fil-kamp tat-tagħlim tul il-ħajja;

3.

jaqbel dwar il-fatt li hemm kunsens wiesa' fl-Ewropa dwar il-ħtieġa li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fl-Ewropa jridu jimmodernizzaw u jitjiebu. L-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali hija fattur essenzjali għal dan l-objettiv;

4.

jenfasizza li f'ħafna Stati Membri l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma r-responsabbiltà tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. It-taħriġ vokazzjonali fil-fatt huwa ffinanzjat minn korpi varji, anke jekk fil-parti l-kbira tal-Istati Membri huwa ffinanzjat mill-gvern kemm nazzjonali kif ukoll reġjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali jagħtu wkoll kontribut importanti;

5.

jesprimi l-fehma tiegħu dwar iż-żewġ Komunikazzjonijiet li jikkonċernaw il-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali. Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żewġ komunikazzjonijiet u l-proposti tagħhom. Fir-rigward tat-twaqqif ta' sistema Ewropea ta' credits għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, il-proċess ta' konsultazzjoni wasal fi stadju aktar avvanzat meta mqabbel ma' dak tad-dokument dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Għaldaqstant huwa importanti u mixtieq li jkun hemm aktar konsultazzjoni;

6.

jilqa' b'mod favorevoli ż-żewġ rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, peress li jimmiraw li jsibu soluzzjonijiet li jirrispondu għall-isfidi tal-ekonomija dinjija li ngħixu fiha, bbażata fuq l-għarfien. Barra minn hekk qed jiġi propost li tikber il-mobbiltà fl-Unjoni Ewropea, barra milli nippromovu l-iskambju tal-kompetenzi. Għal din ir-raġuni, il-KtR iqis li dawn huma essenzjali għall-iżvilupp ta' setturi li huma ta' importanza fundamentali għaċ-ċittadini u għall-attivitajiet li jidħlu fil-kompetenza tal-awtoritajiet reġjonali u lokali;

7.

josserva li s-sistema Ewropea ta' credits għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ECVET), hija strument li jiddeskrivi l-kwalifiki f'termini ta' unitajiet ta' riżultati ta' tagħlim, bil-marki tagħhom, biex dawn ikunu jistgħu jiġu trasferiti u akkumulati. Qed jiġi propost li dan ikun strument metodoloġiku li jaġevola t-trasferiment tal-credits għar-riżultati tat-tagħlim minn sistema ta' kwalifiki għall-oħra jew minn linja ta' studju għall-oħra;

8.

mill-banda l-oħra, iqis li l-qafas Ewropew ta' referenza ta' assigurazzjoni tal-kwalità ser jintuża essenzjalment mill-korpi nazzjonali, reġjonali u lokali responsabbli mill-assigurazzjoni tal-kwalità u t-titjib fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Għall-kuntrarju tal-ECVET, il-qafas jimmira li jkabbar it-trasparenza u l-koerenza fl-evoluzzjoni tal-politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

9.

jaqbel li l-parteċipazzjoni fl-implimentazzjoni tas-sistema Ewropea tal-credits fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u fil-qafas ta' referenza għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali trid tkun fuq bażi volontarja. Madankollu jenfasizza li huwa indispensabbli li jinħolqu qafas u linji gwida għat-tmexxija tas-sistema. Barra minn hekk, il-gruppi ta' utenti tas-sistema ECVET u n-netwerk Ewropew għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jrid ikollhom rappreżentanti li għandhom mandat dirett mill-awtoritajiet lokali u reġjonali. Bl-istess mod iridu jkunu rappreżentati wkoll iċ-ċittadini privati u l-partijiet soċjali;

10.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li indipendentement mill-għażla tal-pajjiżi differenti dwar jekk jieħdux sehem fl-implimentazzjoni tal-qafas ta' referenza u tas-sistema tal-credits, ir-reġjuni li minħabba fil-kostituzzjoni huma responsabbli mis-sistema tal-edukazzjoni, irid ikollhom aċċess dirett għall-forum komuni responsabbli mill-iżvilupp tas-sistema;

11.

jiġbed l-attenzjoni għall-mumenti importanti u diffiċli li ser niltaqgħu magħhom fil-futur meta jrid jinstab ekwilibriju san bejn l-iżvilupp tal-mobbiltà taċ-ċittadini li jsir possibbli minħabba f'sistemi ta' credits li jkunu trasferibbli u l-iżvilupp tal-kwalità fuq naħa, u l-ħtieġa li tiġi promossa d-diversità tas-sistemi tal-edukazzjoni u l-formazzjoni li huma r-responsabblità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f'ħafna Stati Membri, fuq in-naħa l-oħra;

12.

jfakkar li l-qafas ta' referenza u s-sistema tal-credits jiffurmaw parti minn qasam ta' inizjattivi aktar wiesa' fl-edukazzjoni u t-taħriġ li fosthom hemm ukoll is-sistema Ewropea tat-trasferiment tal-credits akkademiċi (ECTS), il-Europass, il-karta Ewropea tal-kwalità għall-mobbiltà, il-prinċipji Ewropej għall-identifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tat-tagħlim informali u non-formali u l-qafas Ewropew tal-kwalifiki għat-tagħlim tul-il-ħajja (EQF);

13.

fl-opinjonijiet preċedenti osserva li l-kundizzjonjiet tax-xogħol li l-ħin kollu jinbidlu, li jdaħħlu sistemi ġodda tax-xogħol u l-adattament għal teknoloġiji ġodda joħolqu l-ħtieġa li l-forza tax-xogħol tibqa' taġġorna ruħha. It-taħriġ vokazzjonali, li jsir tul il-ħajja kollha, jista' jkun strument importanti fl-iżvilupp ta' forza tax-xogħol ikkwalifikata, li tkun tirrappreżenta l-elementi li fuqha jibbaża l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli (1). B'mod aktar partikolari, fid-dawl tal-iżviluppi demografiċi, hemm bżonn li l-forza tax-xogħol li diġà teżisti tintuża b'mod aktar effettiv;

14.

jinnota li hemm bżonn ta' aktar riżorsi finanzjari biex is-sistemi jiġu ppruvati u żviluppati aktar;

Is-sistema Ewropea ta' credits għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ECVET)

15.

josserva li t-tagħlim u l-attività professjonali transkonfinali għandhom storja twila fl-Ewropa. Barra minn hekk huma kienu importanti fl-iżvilupp tal-attività artiġjanali, industrijali u kummerċjali, barra mill-impreditorija, li min-naħa tagħha ġabet ġid fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali;

16.

it-tagħlim u l-attività professjonali transkonfinali għandhom importanza kbira f'ekonomija li hija globalizzata b'mod wiesgħa. Biex il-mobbiltà tiġi żgurata f'dawn l-oqsma hemm bżonn ta' strumenti li jkunu aġġornati maż-żminijiet u fl-opinjoni tal-KtR l-ECVET huwa wieħed minn dawn l-istrumenti;

17.

jinnota li l-ħtiġijiet ta' kompetenzi qed jiġu identifikati dejjem aktar fil-livell reġjonali. Il-KtR enfasizza li l-iżvilupp lokali u reġjonali jippreżenta kundizzjonijiet u punti ta' tluq differenti ħafna, iżda m'għandux jidher, bl-aktar mod assolut, bħala xi proċess iżolat mill-bqija tad-dinja. Ir-reġjuni u l-komunitajiet għandhom bżonn jiżviluppaw setturi produttivi ġodda li bil-mod il-mod jieħdu post impjiegi li qed jispiċċaw, biex ma nsibux ruħna quddiem ir-riskju ta' staġnar, esklużjoni soċjali minħabba fil-qgħad, livell għoli ta' waqfien mix-xogħol minħabba mard u tendenzi ta' tluq kmieni mis-suq tax-xogħol (2);

18.

jenfasizza l-bżonn ta' flessibbiltà kbira fid-dinja professjonali fl-Ewropa, fil-qafas ta' garanzija soda fil-livell soċjali, hekk kif inhi spjegata fid-dokument tal-Kummissjoni bit-titlu: Lejn Prinċipji Komuni ta' Flessigurtà (3);

19.

fil-passat il-KtR kien diġà qabel mal-Kummissjoni li l-oqfsa nazzjonali u l-Qafas Ewropew tal-kwalifiki jħaffu r-rikonoxximent tal-għarfien miksub fil-kuntesti kollha possibbli (4);

20.

jilqa' b'mod favorevoli il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki li ġie mfassal mill-Kummissjoni u jappoġġja ż-żewġ għanijiet tiegħu li jżid it-trasparenza tal-kwalifiki u li jippromovi l-mobbiltà fl-Unjoni;

21.

kif kien diġà talab fir-rigward tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti jiġu involuti fil-proċess meħtieġ ta' koordinament bejn l-EQF u l-ECVET;

22.

jfakkar dak li l-Kummissjoni stqarret, jiġifieri li l-ECVET hija “kulturalment u teknikament adattata għall-kuntesti (…) regionali”, u jfakkar li l-awtoritajiet regionali ta' spiss huma inkarigati biex jidentifikaw, jiżviluppaw u jimplimentaw sistemi b'rabta mal-kwalifiki u t-tagħlim tul il-ħajja f'kuntesti formali, informali u mhux formali;

23.

jenfasizza li ħafna mit-taħriġ vokazzjonali tul il-ħajja jsir minn intrapriżi jew netwerks ta' intrapriżi b'konċentrazzjoni għolja ta' kompetenzi u, ħaġa li qed issir dejjem aktar komuni, f'qafas transkonfinali;

24.

f'ħafna pajjiżi hemm ħafna esperjenzi validi ta' kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet inter-professjonali u r-reġjuni fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali bi skema komuni u r-rikonoxximent reċiproku (5). Huwa indispensabbli li wieħed jippromovi u japprofitta minn inizjattivi bħal dawn;

25.

jenfasizza li sistema ta' rikonoxximent trid tinkludi diversi suġġetti, dawk li joffru s-servizz, kemm fil-qasam pubbliku kif ukoll dak privat, l-intrapriżi u l-partijiet soċjali;

26.

jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' grupp ta' utenti tas-sistema ECVET inkarigat mill-aġġornament u l-koordinazzjoni tal-proċess. Madankollu jinsisti, li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu inklużi fil-grupp, flimkien mal-intrapriżi lokali u l-imsieħba soċjali, sabiex ikunu jistgħu jgawdu mill-aċċess dirett għas-sistema, dejjem fir-rispett tal-liġijiet u r-regoli nazzjonali;

27.

jenfasizza li ta' spiss huma l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jimplimentaw miżuri effettivi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

28.

josserva li l-ECVET, hija sistema ta' credits bbażata fuq l-unitajiet, li toffri l-possibblità li r-riżultati miksuba fil-kuntest tat-tagħlim jitkejlu, jiġu mqabbla, u trasferiti minn istituzzjoni għall-oħra;

29.

huwa sodisfatt li l-ECVET hija kompatibbli mas-sistemi kollha tal-kwalifiki, b'mod partikolari mas-sistema Ewropea tat-trasferiment tal-credits li tippromovi u taġevola l-mobbiltà tal-istudenti universitarji fl-Ewropa u 'l barra minnha;

30.

madankollu jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-prova tas-suċċess ta' din is-sistema tinsab fl-implimentazzjoni u l-adozzjoni tagħha. L-awtoritajiet lokali u reġjonali ser ikunu sieħba importanti għall-promozzjoni tas-sistema minħabba fin-netwerks tagħhom u biex din tkun kredibbli u tista' tintuża;

31.

iqis li biex is-sistema tkun tisa' tintuża' hemm bżonn ta' eżempji konkreti ta' tħaddim prattiku tas-sistema meta din titnieda. Dan ikun ta' xprun fuq front aktar wiesa' sabiex il-possibbiltajiet li toffri l-ECVET jiġu sfruttati;

Il-qafas Ewropew ta' referenza ta' assigurazzjoni tal-kwalità għal edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (EQAF)

32.

josserva li, fil-qafas tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, huwa possibbli li jkun hemm effiċjenza akbar fil-livell soċjoekonomiku billi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jkunu aktar mmirati li jissodisfaw il-bżonnijiet li dejjem qed jinbidlu tas-suq tax-xogħol fis-soċjetàtal-informazzjoni, b'mod partikolari billi tiġi promossa forza tax-xogħol bi kwalifiki għoljin u li tkun kapaċi taffronta l-isfidi tal-globalizzazzjoni;

33.

jiġbed l-attenzjoni li s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ m'għandhomx jiżviluppaw, kif ġieli jiġri, b'mod separat mill-ambjent tal-intraprenditorija, l-aspett soċjali u l-innovazzjoni tal-lokalità jew ir-reġjun minkejja l-fatt li t-tkabbir, il-kompetittività u l-prospetti tax-xogħol f'dik iż-żona jkunu jiddependu dejjem aktar mill-kompetenzi tal-forza tax-xogħol tagħha fil-preżent u fil-futur, kif ukoll mill-mod kif it-taħriġ vokazzjonali, it-taħriġ kontinwu u t-taħriġ mill-ġdid jistgħu jikkontribwixxu sabiex dawn il-kwalifiki jitkomplew u jiġu żviluppatti b'mod effettiv;

34.

jenfasizza li għaldaqstant huwa importanti li l-EQAF tintrabat mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol lokali u jitlob li fil-qafas ta' dan il-proċess isir progress fir-rikonoxximent taċ-ċentrital-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

35.

jieħu nota tal-valur miżjud li l-EQAF iġġib lill-iżvilupp tal-politika tal-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwu fl-UE, b'mod partikolari fil-promozzjoni tat-tagħlim reċiproku, tal-mobbiltà u l-iskambji tal-aħjar prattiki;

36.

jilqa' l-impostazzjoni bi prinċipju tal-EQAF bħala ċiklu ta' titjib u jenfasizza li l-indikaturi tal-kwalità għandhom jiġu kkunsidrati bħala punt ta' referenza, u mhux bħala indikazzjonijiet, li jistgħu jiġu żviluppati b'mod kostanti pereżempju f'kuntesti bilaterali u mulitlaterali;

37.

jenfasizza li hemm bżonn li l-EQAF ma tillimitax lilha nnifsha billi ssir sistema statistika jew li jkollha l-funzjoni ta' kontroll, iżda hemm bżonn li tkun ikkunsidrata bħala strument effettiv li jġib żvilupp kostanti fil-kwalità f'ħafna livelli u fost ħafna suġġetti u persuni interessati;

38.

jirrakkomanda li l-qafas ta' riferiment ma jkunx hemm biss għall-livell nazzjonali iżda li jinbdew proċessi simili fil-livelli lokali u reġjonali wkoll. Daqstant ieħor għandu jsir għas-sistema ta' tagħlim li hi barra mis-sistema pubblika tat-tagħlim, biex b'hekk jintlaħaq l-objettiv ta' titjib u żvilupp kontinwu;

39.

huwa tal-fehma li għandha tiġi kkunsidrata l-għamla li tingħata lill-qafas ta' referenza u kemm jeħtieġ li jkun dettaljat biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu. Il-Kumitat jaħseb li l-indikaturi m'għandhomx ikunu daqshekk dettaljati li l-implimentazzjoni tal-qafas ta' referenza u s-segwitu tiegħu jwasslu għal sitwazzjoni fejn is-sistemi edukattivi jkunu suġġetti għal kontroll indirett;

40.

jenfasizza li l-indikaturi ta' referenza proposti mill-Kummissjoni

għandhom jitqiesu bħala għodda li l-għan tagħha huwa li tappoġġja l-evalwazzjoni u t-titjib tal-kwalità tas-sistemi tat-taħriġ vokazzjonali b'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali,

ma jdaħħlu ebda standard ġdid, iżda għandhom jappoġġjaw l-isforzi tal-Istati Membri filwaqt li jħarsu d-diversità tal-approċċi nazzjonali,

jintużaw fuq bażi volontarja u huma biss konsultattivi; għaldaqstant m'għandhomx jintużaw bħala mezz biex jitqabblu l-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi nazzjonali differenti fl-Ewropa;

Għalhekk ikun vantaġġ li, utenti varji jistgħu jagħżlu l-iktar indikaturi rilevanti għall-ħtiġijiet tas-sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità tagħhom;

41.

jenfasizza li d-dimensjoni lokali u reġjonali jridu jiġu rinforzati b'mod partikolari permezz tal-appoġġ għan-netwerks lokali u reġjonali f'dan il-qasam u jiddispjaċih li r-rakkomandazzjoni ma tagħrafx biżżejjed u b'mod espliċitu biżżejjed l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

42.

jitloqb li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti aktar, b'mod dirett fin-netwerk Ewropew għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Barra min hekk hemm bżonn li jiġi promoss u appoġġjat il-ħolqien ta' netwerk magħmul minn diversi reġjuni u intrapriżi dwar l-EQAF;

43.

jipproponi li tidħol it-tikketta tal-kwalità għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, fuq il-mudell tal-klassifikazzjoni li diġà teżisti għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja;

44.

jindika li t-titjib fis-sistema tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma ta' vantaġġ kbir kemm għall-individwi kif ukoll għas-soċjetà. It-titjib ġenerali fil-livell tal-edukazzjoni u tal-kompetenzi professjonali jikkontribwixxi lejn it-titjib fl-indikaturi ekonomiċi, bħall-produttività u l-impjiegi u l-indikatui soċjali bħall-parteċipazzjoni fil-ħajja ċivika, il-kriminalità u l-ispiża fuq is-saħħa;

45.

josserva li t-taħriġ vokazzjonali jista' jiffavorixxi l-inklużjoni soċjali ta' gruppi żvantaġġjati fis-suq tax-xogħol, bħal pereżempju l-migranti, iċ-ċittadini ta' età aktar avvanzata u ż-żgħażagħ li jkunu ħarġu kmieni mill-iskola;

46.

jenfasizza li mhux biżżejjed li wieħed iqis il-gruppi li jgawdu mit-taħriġ iżda hemm bżonn li naħsbu wkoll fl-individwi li m'għandhomx aċċess għas-sistema li dan hu diffiċli għalihom kif ukoll dawk li jabbandunawha.

Brussell, it-8 ta' Ottubru 2008.

Il-President

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


(1)  CdR 226/98 finali.

(2)  Opinjoni tal-KtR ta' l-14.6.2006 dwar il-proposta ta' rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja.

(3)  Ara wkoll l-opinjoni CdR 274/2007 dwar is-suġġett tad-dokument COM(2007) 359 finali.

(4)  CdR 335/2006 finali.

(5)  Per ezempju il-lezzjoni Ewropea tal-manutenzjoni tat-trakkijiet www.anfa-auto.fr


19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 325/52


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, xi jsarraf għall-awtoritajiet lokali u reġjonali?

(2008/C 325/08)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jenfasizza l-importanza tal-inizjattiva tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, li reġgħet qiegħdet il-Mediterran fil-quċċata tal-aġenda Ewropea u qajmet dibattitu u ispirat riflessjonijiet dwar l-isfidi li l-Mediterran qiegħed jiffaċċja;

huwa konvint li l-inizjattivi min-naħa jew oħra tal-Mediterran li jikkonċernaw unikament l-approċċ diplomatiku mhux ser jagħtu soluzzjonijiet sostenibbli sakemm id-demokrazija lokali ma titqiegħedx fil-qalba tad-dibattitu, kemm fir-rigward tat-tisħiħ tagħha, kif ukoll fir-rigward tal-kooperazzjoni diretta bejn ir-reġjuni u l-bliet taż-żewġ ixtut tal-Mediterran fl-ambitu tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran;

ifakkar li l-livell reġjonali huwa livell ta' gvernanza li jista' jfassal soluzzjonijiet sabiex ikun hemm adattament u reazzjoni għall-isfidi tal-globalizzazzjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-livelli istituzzjonali l-oħra. L-awtoritajiet lokali u reġjonali, b'mod partikolari fl-Ewropa kulma jmur qed jaffermaw ruħhom bħala livell rilevanti fit-tfassil ta' dawn is-soluzzjonijiet;

konsegwentement, itenni s-sejħa tiegħu sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu rikonoxxuti bħala msieħba ewlenin fil-Proċess ta' Barċellona u fil-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja;

beħsiebu jippromovi t-twaqqif ta' Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) magħmula minn membri tal-Kumitat tar-Regjuni, minn rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet Ewropej u internazzjonali impenjati fil-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja u minn numru ndaqs ta' rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-ixtut tan-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran bħala pjattaforma permanenti ta' djalogu, ta' skambju u ta' kooperazzjoni. Huwa jsejjaħ ukoll sabiex din il-pjattaforma tiġi rikonoxxuta bħala korp konsultattiv fi ħdan il-gvernanza futura tal-Proċcess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, hekk kif seħħ fil-każ tal-EMPA fil-livell tal-parlamenti nazzjonali.

Rapporteur ġenerali

:

is-Sur Isidoro GOTTARDO, Membru tal-Kunsill ta' Sacile

Dokumenti ta' referenza

Konsultazzjoni tal-Presidenza Franċiża mal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta' Ġunju 2008 dwar il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran — xi jsarraf għall-awtoritajiet lokali u reġjonali? u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran

COM(2008) 319 finali

I.   KUMMENTI ĠENERALI

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jenfasizza l-importanza tal-inizjattiva tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, li reġgħet qiegħdet il-Mediterran fil-quċċata tal-aġenda Ewropea u qajmet dibattitu u ispirat riflessjonijiet dwar l-isfidi li l-Mediterran qiegħed jiffaċċja; jilqa' kemm id-dimensjoni pragmatika kif ukoll il-viżjoni politika tal-proġett imniedi mill-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li hu appoġġjat minn 16-il membru tal-pajjiżi msieħba tan-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran;

2.

huwa kuntent bis-suċċess li kisbu sal-lum xi wħud mill-miżuri u l-inizjattivi tal-Proċess ta' Barċellona; madankollu, jiddispjaċih bin-nuqqas ta' progress sinifikanti fl-oqsma tal-paċi, tas-sigurtà u tal-iżvilupp umani u soċjali, kif ukoll bin-nuqqas ta' parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

3.

jenfasizza li bil-format il-ġdid tiegħu, il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran għandu jippermetti li s-sistema ta' kooperazzjoni purament intergovernattiva tinbidel fi proġett ta' djalogu bejn iċ-ċittadini tat-tlitt ixtut, u b'mod partikolari, ta' kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran, filwaqt li jgħaqqad lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom permezz ta' qafas ta' proġetti konkreti u miftehma li jidħlu fl-istrateġija globali bbażata fuq il-bżonnijiet taċ-ċittadini u fuq is-solidarjetà;

4.

jikkunsidra li waħda mill-kondizzjonijiet għas-suċċess tal-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi Ewro-Mediterranji għat-tisħiħ tas-sħubijia permezz tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran hija li jiġu identifikati suġġetti interessanti ġodda sabiex il-benefiċċji prattiċi tagħha jkunu mifhuma miċ-ċittadini u dan billi d-dikjarazzjonijiet ta' prinċipju jsiru miżuri tanġibbli. Dan kollu jirrikjedi involviment qawwi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u komunikazzjoni ċara u tinftiehem malajr;

5.

jinnota li azzjoni aktar b'saħħitha min-naħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili għall-politika pubblika hija sikwit illimitata minħabba d-dgħufija tad-demokrazija lokali u n-nuqqas ta' proċess ġenwin ta' deċentralizzazzjoni fil-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran;

6.

bl-istess mod, jinnota li d-deċentralizzazzjoni u l-gvernanza lokali u parteċipattiva mhux dejjem imorru flimkien b'mod sistematiku. F'xi Stati Membri tal-UE u pajjiżi terzi l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiffaċċjaw sfidi simili: iż-żieda tal-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet, il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, u t-tisħiħ tal-involviment tal-assoċjazzjonijiet fit-tfassil ta' strateġiji u fit-tħejjija ta' proġetti kbar, urbani jew reġjonali;

7.

huwa konvint li l-inizjattivi min-naħa jew oħra tal-Mediterran li jikkonċernaw unikament l-approċċ diplomatiku mhux ser jagħtu soluzzjonijiet sostenibbli sakemm id-demokrazija lokali ma titqiegħedx fil-qalba tad-dibattitu, kemm fir-rigward tat-tisħiħ tagħha, kif ukoll fir-rigward tal-kooperazzjoni diretta bejn ir-reġjuni u l-bliet taż-żewġ ixtut tal-Mediterran fl-ambitu tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran;

8.

f'dan il-kuntest, jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Kapijiet tal-Istat u l-Gvernijiet tal-Isħubija Ewro-Mediterranja, li ltaqgħu f'Pariġi fit-13 ta' Lulju, li tenfasizza li huwa importanti li s-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-settur privat jipparteċipaw b'mod attiv fl-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran;

9.

madankollu, ma jħossx li huwa xieraq li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma demokratikament leġittimi, u s-soċjetà ċivili u s-settur privat, li mhumiex demokratikament leġittimi, jitpoġġew fuq l-istess livell;

10.

jaqbel ukoll mal-istqarrija tal-Kapijiet tal-Istat u l-Gvernijiet tal-Isħubija Ewro-Mediterranja li jekk ikun hemm tqassim akbar tar-responsabbiltà tal-proċess, jekk il-gvernanza tiġi bbazżata fuq l-ugwaljanza bejn il-partijiet kollha u jekk mill-proċess joħorġu proġetti konkreti li jkunu aktar viżibbli għaċ-ċittadini, dan kollu jippermetti li r-relazzjonijiet bejn it-tliet ixtut tal-Mediterran isiru aktar sodi u aktar viżibbli bis-saħħa ta' proġetti reġjonali u subreġjonali addizzjonali rilevanti għaċ-ċittadini tar-reġjun;

11.

jinnota r-rieda u l-impenn tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex isaħħu l-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran li jippromovi id-demokrazija lokali u l-kooperazzjoni deċentralizzata;

12.

ifakkar l-esperjenza tal-implimentazzjoni tal-politiki Ewropej li numru kbir minnhom jirrikjedu l-impenn, ir-riżorsi u l-azzjoni tal-awtoritajiet lokali għall-implimentazzjoni tagħhom u jenfasizza wkoll l-esperjenza sħiħa u l-għarfien espert tal-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej fit-trattament u l-ġestjoni tal-kwistjonijiet urbani u rurali marbuta mal-ambjent, l-enerġija, it-trasport, il-protezzjoni ċivili, il-migrazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku u għadd ta' prijoritajiet oħra tal-Proċess ta' Barċellona li jibqaw validi, bħad-djalogu interkulturali, l-edukazzjoni, id-dimensjoni umana u soċjali; għalhekk, jiddispjaċih li ma kienx hemm konsultazzjoni minn qabel mal-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar il-proġetti ta' żvilupp annessi mal-konklużjonijiet tas-summit ta' Pariġi minkejja l-ħtieġa tal-involviment tagħhom fl-implimentazzjoni futura ta' dawn il-proġetti u jenfasizza l-ħtieġa li dan l-approċċ intergovernattiv jiġi rivedut sabiex kull livell ta' gvernanza kkonċernat jiġi involut;

13.

fid-dawl tal-opinjonijiet preċedenti dwar din il-kwistjoni, jenfasizza l-importanza tal-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali mhux biss fil-fażi tal-implimentazzjoni iżda wkoll tul il-proċess kollu ta' kooperazzjoni li jibda bit-tfassil tal-istrateġiji, jkompli bl-implimentazzjoni tal-programmi u tal-proġetti u jintemm bil-monitoraġġ tal-istrateġiji u l-evalwazzjoni tar-riżultati. Dan japplika b'mod partikolari meta l-inizjattivi jkunu marbuta ma' oqsma fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom kompetenzi wiesa' u diretti, fost l-oħrajn, pereżempju l-ippjanar tal-bliet u l-kampanja, il-ġestjoni tal-ilma, il-ġestjoni u l-ipproċessar tal-iskart, l-ambjent u l-konsegwenzi lokali tal-bidla fil-klima, l-iżvilupp ekonomiku lokali, il-ġestjoni u t-tisħiħ tal-wirt kulturali u storiku, l-iżvilupp tat-turiżmu lokali, is-saħħa tal-bniedem, il-politiki ta' integrazzjoni u tal-koeżjoni soċjali;

14.

jilqa' t-tnedija imminenti tal-programm CIUDAD il-ġdid fi ħdan l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija attwali, li jfittex li jippromovi l-kooperazzjoni fl-iżvilupp urban u d-djalogu fir-reġjun tal-Mediterran. Jaqbel li l-oqsma ta' prijorità jinkludu s-sostenibbiltà ambjentali, l-effiċjenza enerġetika, l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u t-tnaqqis tad-differenzi soċjali, oqsma fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom poteri mifruxa u diretti, u fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej jistgħu joffru esperjenza u għarfien prattiku;

15.

jinnota li, sal-lum, l-aspetti finanzjarji tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran għadhom ma ġewx speċifikati u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jkunu kemm imsieħba politiċi, kif ukoll imsieħba tekniċi u finanzjarji fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-proġetti li min-naħa jissodisfaw l-bżonnijiet reali taċ-ċittadini u minn oħra jilħqu l-objettivi tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran; jinnota ukoll li l-inizjattiva l-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran ma tbiddel xejn, f'termini programmatiċi u finanzjarji, mid-dimensjoni mediterranja tal-politika Ewropea tal-viċinat;

16.

ifakkar li l-livell reġjonali huwa livell ta' gvernanza li jista' jfassal soluzzjonijiet sabiex ikun hemm adattament u reazzjoni għall-isfidi tal-globalizzazzjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-livelli istituzzjonali l-oħra. L-awtoritajiet lokali u reġjonali, b'mod partikolari fl-Ewropa kulma jmur qed jaffermaw ruħhom bħala livell rilevanti fit-tfassil ta' dawn is-soluzzjonijiet;

17.

konsegwentement, itenni s-sejħa tiegħu sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu rikonoxxuti bħala msieħba ewlenin fil-Proċess ta' Barċellona u fil-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja;

18.

jirrikonoxxi r-rwol u l-esperjenza tad-diversi netwerks u assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropej u internazzjonali li qegħdin jaħdmu għall-kooperazzjoni deċentralizzata Ewro-Mediterranja, u jirrikonoxxi wkoll il-kompetenza esperta u l-għarfien tat-territorju tagħhom (1). Għalhekk hemm bżonn li jkun hemm aktar kooperazzjoni u li l-objettivi tal-proġetti ta' kooperazzjoni deċentralizzata jingħaqdu ma' dawk tal-isħubija Ewro-Mediterranja sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati possibbli;

19.

itenni l-appoġġ tiegħu għad-dikjarazzjoni tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Mediterran u l-Ewropa li ltaqgħu fit-23 ta' Ġunju 2008 waqt Forum tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Mediterran f'Marsilja;

20.

u f'dan il-kuntest, jaqsam ir-rieda tar-rappreżentanti lokali u reġjonali eletti u tal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom sabiex joħolqu strument istituzzjonali li jiżgura r-rappreżentanza politika permanenti u l-kontribut attiv tagħhom għall-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, strument rilevanti għat-territorjalizzazzjoni; u jtenni li l-Kumitat tar-Reġjuni diġà ressaq din it-talba f'opinjonijiet preċedenti b'rabta ma' din it-tema;

21.

għalhekk, beħsiebu jwaqqaf Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) magħmula minn numru ugwali ta' rappreżentanti lokali u reġjonali eletti tal-Unjoni Ewropea u rappreżentati eletti tal-pajjiżi msieħba tal-Mediterran, u dan fid-dawl tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja (EMPA) li twaqqfet biex tirrapreżenta d-dimensjoni parlamentari;

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

22.

iħeġġeġ lill-korpi governattivi tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran sabiex minbarra li jirrikonoxxu politikament lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jinkorporawhom b'mod formali u effettiv fil-proċess ta' kooperazzjoni u fil-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran;

23.

għalhekk, isejjaħ għat-tfassil ta' dokumenti ta' ħidma ġodda li jiddefinixxu r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala msieħba sħaħ tal-proċess ta' kooperazzjoni fl-ambitu tat-tnedija mill-ġdid tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran;

24.

iħeġġeġ bis-saħħa lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex flimkien mal-gvernijiet ċentrali jipparteċipaw sa mill-ewwel fażi fit-tfassil ta' ftehim bejn l-assoċjazzjonijiet, ta' dokumenti strateġiċi u ta' pjanijiet ta' azzjoni li huma mfassla b'mod bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi msieħba tan-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran b'mod partikolari fl-ambitu tal-Politika Ewropea tal-Viċinat;

25.

għalhekk, isejjaħ lill-gvernijiet Ewro-Mediterranji sabiex iwaqqfu mekkaniżmi ta' djalogu nazzjonali strutturat u ta' konsultazzjoni bejn l-atturi sottonazzjonali (lokali u reġjonali), l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili billi jagħqdu n-netwerks u l-assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

26.

beħsiebu jippromovi t-twaqqif ta' Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) magħmula minn membri tal-Kumitat tar-Regjuni, minn rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet Ewropej u internazzjonali impenjati fil-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja u minn numru ndaqs ta' rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-ixtut tan-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran bħala pjattaforma permanenti ta' djalogu, ta' skambju u ta' kooperazzjoni. Huwa jsejjaħ ukoll sabiex din il-pjattaforma tiġi rikonoxxuta bħala korp konsultattiv fi ħdan il-gvernanza futura tal-Proċcess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, hekk kif seħħ fil-każ tal-EMPA fil-livell tal-parlamenti nazzjonali;

27.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tarmonizza, tikkoordina u torbot sew flimkien l-approċċ il-ġdid mal-programmi differenti, l-proġetti u l-istrumenti Komunitarji (2) u ma' dawk il-programmi, il-proġetti u l-istrumenti korrispondenti tal-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja li diġà qegħdin fis-seħħ (3), bil-għan li tapprofitta mill-esperjenzi, li tevita r-ripetizzjoni tal-attivitajiet u li takkumula l-progress;

28.

jipproponi lijsir studju ta' fattibbiltà sabiex jiġu adattati l-istrumenti ta' appoġġ strutturali eżistenti għall-kuntest tal-Mediterran — dan jinvolvi politika ta' koeżjoni ekonomika u soċjali li tippermetti kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Mediterran ibbażata fuq dimensjoni reġjonali;

29.

iħeġġeġ lill-korpi governattivi tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran sabiex tapprofitta mill-okkazzjoni ta' din it-tnedija mill-ġdid tal-proċess sabiex timxi pass 'l quddiem fir-riforma tal-gvernanza lokali u d-deċentralizzazzjoni fil-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran u sabiex tniedi l-proċess ta' deċentralizzazzjoni f'pajjiżi oħra;

30.

għalhekk, jipproponi li tingħata prijorità lill-istrateġiji ta' tisħiħ istituzzjonali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u li jitniedu programmi għall-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet u proġetti ta' taħriġ dwar ir-riżorsi umani lokali u reġjonali;

31.

jikkunsidra li jekk tingħata responsabbiltà akbar lir-rappreżentanti eletti fil-livell lokali u reġjonali tinħoloq gvernanza fuq diversi livelli li tgħaqqad livelli istituzzjonali differenti fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, tat-tfassil, u tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki pubbliċi u l-politiki ta' żvilupp;

32.

jissuġġerixxi l-użu tar-riżorsi umani lokali, tekniċi u akkademiċi għat-twaqqif ta' proġetti u li jkun hemm parteċipazzjoni kbira kemm jista' jkun taċ-ċittadini sabiex jieħdu f'idejhom is-sjieda tal-proċess ta' kooperazzjoni u l-proġetti sussegwenti;

33.

fl-aħħar nett, jikkunsidra li d-dinamika tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran tista' toffri lill-atturi, f'diversi livelli, opportunitajiet ta' tagħlim, relazzjonijiet ġodda, mezzi ta' rikonoxximent reċiproku u fl-istess ħin tippromovi t-tagħlim ta' approċċ ġdid għall-iżvilupp u d-demokrazija lokali fost l-atturi differenti involuti (l-amministrazzjoni ċentrali u deċentralizzata, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, s-soċjetà ċivili eċċ.);

34.

jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din l-opinjoni lill-Presidenza Franċiża tal-UE, lill-Ko-Presidenza tal-Unjoni għall-Mediterran, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja u lill-Kapijiet tal-Istat tal-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran.

Brussell, id-9 ta' Ottubru 2008.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


(1)  Għadd ta' netwerks, assoċjazzjonijiet u ċentri huma involuti f'azzjonijiet prattiċi, fi studji u riċerka dwar il-pajjiżi u l-kooperazzjoni ewro-Mediterranja. Jeħtieġ li x-xogħol tagħhom jitniżżel f'katalogu sabiex in-nies issir taf bih u titgħallem minnu bil-għan li kull inizjattiva ġdida tkun ibbażata fuq dawn il-kisbiet. Pereżempju r-“Rapport Dinji tal-Bliet u l-Gvernijiet Lokali Magħquda favur id-Deċentralizzazzjoni u d-Demokrazija Lokali” li jiddeskrivi s-sitwazzjoni ġewwa l-pajjiżi msieħba tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran.

(2)  Pereżempju, il-fondi ta' kooperazzjoni interreġjonali, il-politika tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-kandidati għall-isħubija bħall-Kroazja u t-Turkija.

(3)  Pereżempju, il-Politika Ewropea tal-Viċinat, il-programmi Komunitarji bħal Erasmus Mundus jew il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp; id-djalogu 5 + 5 bejn il-pajjiżi Mediterranji tal-Unjoni Ewropea u l-pajjizi tal-Magreb.


19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 325/56


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar gvernanza u sħubija fuq bażi nazzjonali, reġjonali u ta' proġett fil-qasam tal-politika reġjonali

(2008/C 325/09)

Il-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jitlob biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali ma jibqgħux jitpoġġew fl-istess kategorija tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba ekonomiċi u soċjali fejn jidħlu s-sħubijiet, peress li huma korpi eletti li jirrispondu direttament għaċ-ċittadini tal-UE;

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-nuqqas ta' metodoloġija fil-livell tal-UE għat-tħaddim tas-sħubijiet fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmar u d-dokumenti tal-ippjanar tal-iżvilupp territorjali jagħmilha impossibbli li wieħed jiġġudika jekk il-proċess fir-realtà involviex sħubija jew jekk dan sarx bil-kliem biss, u x'kien l-effett reali tagħha;

jirrakkomanda li l-PE u l-Kummissjoni Ewropea jevalwaw il-possibilitajiet għall-użu tal-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali u/jew reġjonali fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi operattivi u kif jintnefqu l-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni, sabiex jiġu verifikati l-ispejjeż u r-riżultati li nkisbu;

jinsab konvint li l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jingħata rwol ikbar fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-UE, permezz tal-involviment attiv tal-membri tal-Kumitat fid-djalogu fuq livell lokali u reġjonali;

huwa impenjat favur inizjattivi ta' ppjanar u ta' implimentazzjoni biex jitkattru l-aħjar prattiki fl-użu tas-sħubija għat-twaqqif ta' prijoritajiet ta' politika.

Rapporteur

:

Is-Sur Vladimir KISSIOV (BG/PPE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta' Sofia

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali dwar is-sħubija fil-kuntest tal-gvernanza fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali u l-ippjanar ta' proġetti fil-qasam tal-politika reġjonali

1.

jappoġġja bis-sħiħ l-inizjattiva biex tiġi analizzata u studjata s-sħubija fil-kuntest tal-gvernanza fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali u l-ippjanar ta' proġetti fil-qasam tal-politika reġjonali, fil-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dokumenti tal-programm u ta' ppjanar għall-iżvilupp territorjali;

2.

jilqa' l-isforzi li qed isiru mill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali lejn il-ħolqien u l-introduzzjoni sistematika ta' sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet statali, reġjonali u lokali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u l-qasam kummerċjali fit-tħejjija ta' dokumenti ta' ppjanar għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-ippjanar u l-iżvilupp reġjonali;

3.

jilqa' b'mod speċjali l-fatt li, fl-Istati Membri, il-gvernijiet qegħdin jagħmlu sforzi sabiex jippromovu djalogu mal-awtoritajiet reġjonali u lokali billi jiddeterminaw mhux biss il-miri, il-prijoritajiet u r-riżorsi għall-iżvilupp territorjali, iżda wkoll l-implimentazzjoni tiegħu, fil-kuntest ta' politiki Ewropej u nazzjonali;

4.

jenfasizza r-rwol ta' tmexxija tal-bliet u r-reġjuni fit-tħejjija ta' dokumenti ta' strateġija, l-implimentazzjoni ta' programmi u l-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta' politiki tal-UE;

5.

jitlob biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali ma jibqgħux jitpoġġew fl-istess kategorija tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba ekonomiċi u soċjali fejn jidħlu s-sħubijiet, peress li huma korpi eletti li jirrispondu direttament għaċ-ċittadini tal-UE. Għalhekk, kull sħubija bejn l-istituzzjonijiet nazzjonali ta' Stat Membru, il-korpi tal-UE u l-awtoritajiet lokali u reġjonali hija fuq livell ta' kwalità differenti minn forom oħrajn ta' sħubija. Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jiġu eletti mill-pubbliku u fdati bi dmirijiet statali jrid ikun stipulat fir-regoli u d-dokumenti ġenerali;

6.

jinsab konvint li l-prinċipji ta' gvernanza tajba jistgħu jitħaddmu fil-prattika fil-qasam tal-politika lokali u reġjonali permezz ta' involviment akbar tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba ekonomiċi u soċjali;

It-tħassib ewlieni fir-rigward tal-gvernanza fil-qasam tal-politika strutturali

7.

jappoġġja analiżi komprensiva tal-gvernanza tal-politika strutturali fi ħdan is-sistema fuq ħafna livelli tal-Unjoni Ewropea;

8.

jemmen li huwa kruċjali għal gvernanza tajba fil-qasam tal-politika reġjonali li strumenti ta' politika jiġu applikati b'mod integrat, li l-partijiet interessati kollha jkunu involuti, u li jkun hemm enfasi ċara fuq l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-politika bbażata fuq integrazzjoni orizzontali u vertikali tal-istrumenti varji sabiex jinkisbu riżultati ċari u li jistgħu jitkejlu;

9.

jagħraf ir-rwol tal-politika strutturali Ewropea fl-għoti ta' appoġġ effettiv għall-proċessi ta' diċentralizzazzjoni amministrattiva f'bosta pajjiżi Ewropej bħala parti mill-iżvilupp tal-ippjanar reġjonali u l-proċessi ġestjonali bbażati fuq indikaturi li taw kontribut kbir lejn it-titjib ta' inizjattivi pubbliċi fil-livell lokali u reġjonali;

10.

jemmen li l-mudell attwali ta' gvernanza fil-qasam tal-politika strutturali joffri bażi tajba għall-politika strutturali futura;

11.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-nuqqas ta' metodoloġija fil-livell tal-UE għat-tħaddim tas-sħubijiet fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmar u d-dokumenti tal-ippjanar tal-iżvilupp territorjali jagħmilha impossibbli li wieħed jiġġudika jekk il-proċess fir-realtà involviex sħubija jew jekk dan sarx bil-kliem biss, u x'kien l-effett reali tagħha;

Id-dimensjonijiet politiċi tas-sħubija fil-ġestjoni tal-politika reġjonali

12.

iqis bħala suċċess l-isforzi sabiex tissaħħaħ is-sħubija bil-ħsieb li tiġi żviluppata politika aktar sostenibbli għal integrazzjoni vertikali u orizzontali ta' gvernanza u sħubija fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali li hija eqreb u iktar b'saħħitha;

13.

jikkunsidra bħala kisba demokratika l-isforzi li saru mill-gvernijiet fl-Istati Membri l-ġodda sabiex jintroduċu l-prinċipji ta' gvernanza tajba fil-proċess tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' dokumenti programmatiċi;

14.

jidhirlu li l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, flimkien ma' dawk amministrattivi, għandhom iħejju u jadottaw metodoloġija għall-użu ta' sħubijiet fil-politika reġjonali b'rabta mal-programmar u l-ippjanar tad-dokumenti. Il-metodoloġija għandha tiddefinixxi b'mod ċar l-operazzjoni u l-istadju minimu ta' sħubija fl-istadji kollha: it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. Għandhom jitqiesu żewġ livelli ta' sħubija, li huma differenti mhux ħażin fil-kwalità tagħhom:

il-korpi eletti li jirrispondu direttament għaċ-ċittadini tal-UE — jiġifieri l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

l-imsieħba soċjali u ekonomiċi u s-soċjetà ċivili.

L-imsieħba involuti huma differenti minn xulxin fl-ambitu tal-operazzjoni, l-ispeċjalizzazzjoni, il-ħiliet u l-kontribut li kapaċi jagħtu. Din il-metodoloġija għandha tqis ukoll il-bosta livelli ta' deċentralizzazzjoni fl-Istati Membri individwali u teżamina jekk il-korpi lokali u reġjonali tagħhom humiex l-awtorità li tmexxi l-programmi operazzjonali;

15.

jaħseb li, bis-saħħa tal-prattiki tajbin tagħhom, l-Istati Membri l-antiki tal-UE, b'mod partikulari dawk li huma deċentralizzati ħafna, taw kontribut sostanzjali għat-titjib tas-sistema ta' sħubija b'rabta ma' gvernanza tajba fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali u l-ippjanar ta' proġetti fil-qasam tal-politika reġjonali u jistgħu jaqsmu l-aħjar prattiki tagħhom ma' pajjiżi oħrajn;

16.

jargumenta li l-inklużjoni ta' netwerks ta' msieħba fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki tal-iżvilupp reġjonali toffri opportunitajiet konsiderevoli għall-attur u l-parteċipanti varji sabiex jesprimu l-interessi tagħhom u ssaħħaħ il-fiduċja tan-nies fil-gvern. Madankollu jrid jiġi żgurat li l-imsieħba kkonċernati għandhom il-mandat it-tajjeb li permezz tiegħu jistgħu jieħdu azzjoni, kif ukoll l-għarfien u l-ħila meħtieġa, u li s-sehem tagħhom ser jagħti kontribut siewi. Irid ikollhom ukoll il-finanzjament meħtieġ biex jaqdu rwol tajjeb fid-diskussjonijiet. Dan il-finanzjament jista' jkun parti mill-għajnuna teknika u għandu jkopri wkoll it-tħejjija ta' studji u riċerka tassew ġustifikati fil-livell tal-UE, u dak nazzjonali u lokali;

17.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea, la din hija xi ħaġa li mhix inkluża f'numru ta' programmi operazzjonali, tawtorizza u tħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-assoċjazzjonijiet nazzjonali u sopranazzjonali tagħhom u l-imsieħba rilevanti l-oħra jużaw ir-riżorsi ta' għajnuna teknika; dan jippermettilhom iwettqu studji u analiżi fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE biex jidentifikaw il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-politika l-ġdida ta' koeżjoni;

18.

jinsab konvint mill-importanza dejjem tikber tat-tisħiħ tas-sħubija f'dik li hi gvernanza u ppjanar ta' proġetti fl-istadji kollha tat-tfassil tal-politika tal-UE fil-qasam tal-iżvilupp lokali u reġjonali — it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;

19.

jikkunsidra li fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-UE dwar l-iżvilupp territorjali, il-gvernanza u s-sħubija għandhom jingħataw rwol iktar sinifikanti fl-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-UE;

20.

isejjaħ lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni Ewropea biex jistrieħu iktar fuq is-sħubija u l-gvernanza tajba u l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fl-iżvilupp ta' politiki tal-UE, sabiex dan jinkludi l-ikbar numru possibbli ta' partijiet interessati, l-iktar l-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħala l-livell tal-gvern fejn is-soltu jitwettaq proporzjon sinifikanti tal-politiki Komunitarji. Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-awtoritajiet reġjonali u lokali kollha interessati u li għandhom il-ħiliet meħtieġa biex imexxu programmi Ewropej tal-iżvilupp reġjonali jinħatru bħala Awtoritajiet ta' Ġestjoni ta' programmi operattivi;

21.

jinsisti li ssir rabta bejn il-kwistjonijiet ta' gvernanza u sħubija fil-livell nazzjonali u reġjonali fit-tħejjija tal-istrateġija nazzjonali, reġjonali u lokali u d-dokumenti ta' ippjanar u l-kunsiderazzjoni u t-tnedija ta' inizjattivi sabiex jingħelbu sfidi bħall-bidla fil-klima, it-trasport urban, l-iżvilupp tax-xjenzi tal-ħajja u l-bijoteknoloġija, attivitajiet xjentifiċi u ta' riċerka u l-innovazzjoni fl-UE u f'reġjuni oħrajn;

Inħeġġu s-sħubija fir-rigward tal-gvernanza

22.

jemmen li, fil-kuntest tat-tħejjija tal-politika l-ġdida ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u reġjonali, l-iktar għar-reġjuni li għandhom żvantaġġi kbar u permanenti naturali u demografiċi, ser ikun importanti ħafna li niżguraw li fuq kollox l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet nazzjonali u sopranazzjonali tagħhom iżda wkoll l-imsieħba ekonomiċi u soċjali u s-soċjetà ċivili, jkollhom sehem fl-istadji l-iktar kmieni possibbli tat-tiswir ta' pożizzjonijiet u prijoritajiet nazzjonali u t-tħejjija ta' dokumenti u li l-fehmiet tagħhom jitqiesu kif xieraq;

23.

jaħseb li jkun xieraq li titkompla l-analiżi bir-reqqa tal-prattiki tal-Istati Membri u l-esperjenzi tagħhom fl-użu ta' sħubijiet sabiex jistabbilixxu prijoritajiet għall-iżvilupp lokali, reġjonali, nazzjonali u sopra-nazzjonali. L-evalwazzjonijiet jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta' forom ta' komunikazzjoni iżjed sempliċi u effiċjenti bejn l-imsieħba fil-livell lokali u reġjonali;

24.

huwa tal-fehma li meta wieħed iqis il-gradi differenti ta' deċentralizzazzjoni fl-Istati Membri, jeżistu wkoll differenzi fil-proċess ta' konsultazzjoni u fil-mod kif il-gvernanza titmexxa fejn jidħol l-ippjanar ta' proġetti;

25.

jagħraf il-ħtieġa li l-parteċipanti involuti fil-gvernanza u s-sħubija fil-livell nazzjonali u reġjonali fl-Istati Membri tul il-perijodu ta' ppjanar li jmiss tal-UE jkunu ppreparati biex jagħmlu dan permezz ta' metodi effettivi li ġew ittestjati għal konsultazzjoni mal-imsieħba u l-atturi tas-soċjetà ċivili, bħal manwali ta' gwida dwar il-prattika tajba, is-sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat u l-kooperazzjoni mal-imsieħba tas-soċjetà ċivili f'konsultazzjonijiet dwar l-ippjanar tal-iżvilupp futur lokali u reġjonali;

26.

b'konformità mal-objettiv tal-istrateġija ta' Liżbona għall-iżvilupp ta' ekonomija msejsa fuq l-għarfien, jirrakkomanda li miżuri mmirati jkunu jinvolvu l-universitajiet, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u xjentifiċi u ċ-ċentri tat-teknoloġija fil-preparazzjoni ta' pożizzjonijiet nazzjonali u ta' dokumenti għall-perijodu l-ġdid ta' programmar, mhux biss fil-livell nazzjonali, iżda wkoll fil-livelli reġjonali u lokali;

27.

iqis bħala imperattiv li bħala parti mill-isforzi globali għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva, il-prijorità għandha tkun li jiġu introdotti miżuri mmirati li jinkludu ż-żgħażagħ fl-istadji l-iktar bikrija tat-tħejjija, id-diskussjoni u l-ipprogrammar ta' politiki tal-iżvilupp territorjali. Dan għandu jkollu impatt profond u dejjiemi fuq l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE u għandu wkoll iħeġġeġ iż-żgħażagħ biex jaqdu rwol attiv fil-ħajja ċivili;

28.

jagħraf il-ħtieġa li nkomplu nsaħħu s-sħubija attiva (fuq l-inizjattiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll organizzazzjonijiet mhux governattivi) fil-proċess tal-gvernanza. Għal dan il-għan jemmen li l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni adattata għaċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi tagħhom, sabiex iħeġġu l-komunitajiet ta' msieħba tagħhom biex jorganizzaw ruħhom, sabiex isaħħu l-involviment, ir-responsabilità u l-interess tal-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili;

29.

jirrakkomanda li l-PE u l-Kummissjoni Ewropea jevalwaw il-possibilitajiet għall-użu tal-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali u/jew reġjonali fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi operattivi u kif jintnefqu l-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni, sabiex jiġu verifikati l-ispejjeż u r-riżultati li nkisbu. Dan għandu jgħin kemm sabiex jiġu simplifikati l-proċeduri kif ukoll sabiex titnaqqas l-ispiża;

30.

jaħseb li hemm il-ħtieġa li jiġu żviluppati strumenti istituzzjonali sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni ta' approċċi orizzontali u vertikali. Dawn jistgħu jinkludu pjattaformi, ġestjoni ta' politika fil-livell reġjonali u round tables, li jiffaċilitaw il-komunikazzjoni fin-netwerks bbażati fuq setturi fil-livelli politiċi u amministrattivi;

31.

jaħseb li għandu jitqies ir-rwol tar-Raggruppamenti Ewropej għall-Kooperazzjoni Territorjali, u jingħata spinta ġdida, fil-qasam tal-gvernanza fil-politika reġjonali. Dawn ir-raggruppamenti ġodda mhumiex sempliċiment strument għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE; qabel xejn iħeġġu nies minn setturi differenti biex jaħdmu flimkien fl-interess tas-soċjetà ċivili f'reġjuni fil-viċinat ta' xulxin;

32.

jaħseb li, f'evalwazzjonijiet ta' sħubija fil-gvernanza u l-ippjanar ta' proġetti, l-enfasi għandha tkun dejjem iktar fuq l-indikaturi kwalitattivi minflok fuq dawk kwantitattivi. Għalhekk, huwa essenzjali li l-imsieħba ċentrali, reġjonali u lokali fil-proċess ta' gvernanza ma jiġux evalwati kollha l-istess, iżda jiġu kategorizzati skont il-kapaċitajiet u l-kontribut potenzjali tagħhom;

33.

meta wieħed iqis id-diffikultà biex jiġi żgurat li politiki reġjonali jkollhom impatt pubbliku, hija ta' importanza kbira ħafna li l-interfaces meħtieġa jiġu żviluppati fil-livelli differenti li fihom il-politiki jorbtu mad-diversi setturi involuti;

34.

waħda mill-ħidmiet ewlenin tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u ċentrali għandha tkun li tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u li jkun hemm titjib kontinwu fiha. Evalwazzjonijiet annwali tal-kapaċità amministrattiva għandhom jitbiddlu minn formalità għal analiżi ta' dak li nkiseb, li mbagħad għandha ssir pubblika u sservi ta' bażi għal sforzi futuri fil-bini tal-kapaċità;

Ir-rwol tal-Kumitat tar-Reġjuni

35.

jinsab konvint li l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jingħata rwol ikbar fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-UE, permezz tal-involviment attiv tal-membri tal-Kumitat — fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti tal-interessi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali — fid-djalogu fuq livell lokali u reġjonali mal-organizzazzjonijiet pubbliċi u tas-soċjetà ċivili. Dan huwa prerekwiżit għall-ippjanar b'suċċess tal-iżvilupp territorjali kif ukoll għall-bini u l-estensjoni tal-kapaċità amministrattiva u komunikattiva fil-livell lokali u reġjonali, bil-għan li jingħeleb id-defiċit amministrattiv li fid-dokumenti tal-UE ta' sikwit jissemma' bħala xkiel għall-iżvilupp;

36.

ser ifassal rakkomandazzjonijiet annwali għat-titjib tas-sħubija fil-livell reġjonali u lokali, li ser jiġu inkorporati bħala parti integrali fid-diskussjonijiet annwali ta' livell għoli;

37.

ser jappoġġja l-inizjattivi kollha mmexxija mill-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea bil-għan li jiġu żviluppati sħubijiet mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, mhux biss matul il-fażi ta' monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-politiki, iżda wkoll, u l-iktar importanti, matul l-abbozzar tagħhom;

38.

jaħseb li sħubijiet ma' NGOs u ma' dawk li jħaddmu fil-livelli l-iktar baxxi tal-gvern għandhom jiġu appoġġjati, promossi u żviluppati permezz ta' inizjattivi diversi, b'mod partikulari fl-istadju tal-ippjanar u matul l-implimentazzjoni ta' miżuri speċifiċi. L-awtoritajiet lokali għandhom ikunu involuti fil-komunikazzjoni, peress li huma l-iktar adattati biex ifissru l-impatt tal-Unjoni Ewropea fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini;

39.

huwa impenjat favur inizjattivi ta' ppjanar u ta' implimentazzjoni biex jitkattru l-aħjar prattiki fl-użu tas-sħubija għat-twaqqif ta' prijoritajiet ta' politika lokali, reġjonali, nazzjonali u sopra-nazzjonali fl-Istati Membri;

40.

ser jieħu l-passi neċessarji sabiex jagħmel l-aħjar użu mill-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni ta' politiki Ewropej, nazzjonali u reġjonali disponibbli permezz tar-REKT (Raggruppament Ewropew għall-Kooperazzjoni Territorjali), bħala mezz ta' kooperazzjoni internazzjonali deċentralizzata li tista' tintuża wkoll biex gruppi ta' msieħba differenti jiġu involuti b'mod iktar effettiv fil-gvernanza.

Brussell, id-9 ta' Ottubru 2008.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 325/60


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-emissjonijiet industrijali

(2008/C 325/10)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jenfasizza li t-tnaqqis tal-emissjonijiet industrijali hi l-aktar importanti fir-rigward tat-tniġġis tal-arja; id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali hi miżura importanti Ewropea li tippermetti l-Istati Membri jilħqu l-miri tal-emissjonijiet sal-2020;

jemmen li d-Direttiva mhijiex ambizzjuża biżejjed fir-rigward tat-tniġġis tal-arja u hu diżappuntat bil-valuri limitu dgħajfa tal-emissjonijiet (ara l-Appendiċi I) tal-impjanti ta' kombustjoni kbar; il-Kumitat jinnota wkoll li hemm differenza sinifikanti bejn il-valuri limitu tal-emissjonijiet tal-proposta u dak tad-dokument tal-BREF għall-Impjanti ta' Kombustjoni Kbar (Dokument ta' Referenza tal-Aħjar Tekniki Disponibbli għall-impjanti ta' kombustjoni kbar, ara l-Appendiċi 1). Dawn il-valuri għandhom jiġu sinkronizzati u msaħħa;

jirrakkomanda bil-qawwi l-inklużjoni ta' sistema prattika ta' reviżjoni li tippermetti r-reviżjoni parzjali tad-Direttiva (pereżempju. il-kapitoli tekniċi u l-valuri limitu tal-emissjonijiet) permezz tal-proċedura ta' ko-deċiżjoni. Barra minn hekk hu mħasseb ukoll bl-adattamenti futuri tal-leġiżlazzjoni li ser jitwettqu skont il-proċess ta' Sevilja (ara l-Appendiċi I), li mhijiex proċedura legali stipulata bit-Trattat u mhijiex suġġetta għal skrutinju demokratiku;

ma jaqbilx bil-qawwi mal-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi kriterji għall-għoti tad-deroga fuq il-bażi ta' kondizzjonijiet lokali bi qbil mal-proċedura ta' komitoloġija;

il-kriterji għall-għoti tad-deroga kellhom ikunu definiti fid-Direttiva nnifisha (u għalhekk deċiżi bi proċedura ta' kodeċiżjoni) u fil-futur m'għandhomx ikunu definiti fil-livell tal-UE permezz tal-proċedura ta' komitoloġija li fiha l-Kumitat tar-Reġjuni u rappreżentanti oħrajn tal-awtoritajiet lokali u reġjonali mhumiex ikkonsultati;

b'referenza għall-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-valutazzjoni tal-kondizzjonijiet ambjentali lokali meta mqabbla mal-ispejjeż ambjentali u l-benefiċċji, kif ukoll il-fattibbiltà teknika għandhom jiġu definiti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali permezz ta' proċessi demokratiċi lokali u reġjonali.

Rapporteur

:

Is-Sur LAMERS (NL/PPE), Sindku ta' Houten

Dokumenti ta' referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Lejn politika mtejba dwar l-emissjonijiet industrijali

COM(2007) 843 finali

u

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis)

COM(2007) 844 finali — 2007/0286/COD

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

Il-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rakkomandazzjonijiet ġenerali

1.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri differenti tal-UE għandhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni ta' politiki ambjentali u industrijali, u għandhom firxa wiesgħa ta' kompetenzi f'politiki ta' prevenzjoni u fl-infurzar tal-kontroll tat-tniġġis.

2.

jappoġġja bil-qawwi l-prevenzjoni tat-tniġġis u l-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, u għalhekk japprezza din il-mira tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali.

3.

jenfasizza l-importanza tal-miżuri msejsa fuq is-sors. Hu kruċjali li, bl-aktar mod ekonomikament u ambjentalment favorevoli jiġu identifikati l-kawżi tat-tniġġis u li l-emissjonijiet jiġu trattati f'ras il-għajn.

4.

jinnota li l-kwalità tal-arja, l-ilma u l-ħamrija fiż-żoni urbani u rurali hi kwistjoni li taffettwa b'mod dirett il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini. L-installazzjonijiet industrijali l-kbar fl-UE għadhom responsabbli mill-emissjoni ta' proporzjon konsiderevoli ta' inkwinanti ewlenin.

5.

jinnota li l-politiki dwar l-arja nadifa u l-ilma għandhom dimensjoni transkonfinali u għalhekk jeħtieġu azzjoni fil-livell tal-UE. għalhekk jilqa' d-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali għaliex hi strument biex jitnaqqsu l-emissjonijiet industrijali f'ras il-għajn.

Benefiċċji ambjentali

6.

jemmen bil-qawwi li l-proposta tinkludi miżuri meħtieġa u li għandhom potenzjal konsiderevoli biex jinkisbu benefiċċji ambjentali. F'dan il-kuntest japprezza l-użu mtejjeb tad-dokumenti tal-BREF (Dokumenti ta' referenza tal-Aħjar Tekniki Disponibbli, ara l-Appendiċi 1) hekk kif proposti mid-Direttiva, għaliex dan ser iwassal għal żieda fil-benefiċċji ambjentali.

7.

jenfasizza li t-tnaqqis tal-emissjonijiet industrijali hi l-aktar importanti fir-rigward tat-tniġġis tal-arja. Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali hi miżura importanti Ewropea li tippermetti l-Istati Membri jilħqu l-miri tal-emissjonijiet sal-2020. Għalhekk l-inklużjoni ta' kategorija aktar baxxa ta' impjanti ta' kombustjoni kbar, minn 20 sa 50 megawatt (MW) hi aspett importanti tad-Direttiva l-ġdida.

8.

jemmen li d-Direttiva mhijiex ambizzjuża biżejjed fir-rigward tat-tniġġis tal-arja:

hu diżappuntat bil-valuri limitu dgħajfa tal-emissjonijiet (ara l-Appendiċi I) tal-impjanti ta' kombustjoni kbar. Nixtiequ ninnutaw ukoll li hemm differenza sinifikanti bejn il-valuri limitu tal-emissjonijiet tal-proposta u dak tad-dokument tal-BREF għall-Impjanti ta' Kombustjoni Kbar (Dokument ta' Referenza tal-Aħjar Tekniki Disponibbli għall-impjanti ta' kombustjoni kbar, ara l-Appendiċi 1). Dawn il-valuri għandhom jiġu sinkronizzati u msaħħa,

ma jaqbilx mal-pjan ta' implimentazzjoni ta' ħames snin għall-impjanti ta' kombustjoni kbar u jipproponi perijodu ta' implimentazzjoni ta' tliet snin li hu simili għall-kapitoli l-oħra tad-Direttiva.

9.

għalhekk hu mħasseb li d-Direttiva tista' twassal l-aktar għal benefiċċji temporanji. Hu mħasseb ħafna dwar il-possibbiltà ta' benefiċċji għat-tul (ara l-paragrafu 17).

Is-sistema tal-IPPC attwali

10.

jenfasizza li l-permessi (ara Appendiċi I) tal-IPPC (Tniġġis Integrat u Kontroll ta' Prevenzjoni) għandu jibqa msejjes fuq approċċ integrat li jqis l-ambjent, il-produzzjoni, il-fattibbiltà teknika, il-kost effettività u importanti ukoll, il-kondizzjonijiet lokali.

11.

jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li, attwalment, id-Direttiva tal-IPPC mhijiex implimentata tajjeb f'kull Stat Membru. Id-Direttiva tal-IPPC kienet kemxejn diffiċli biex tiġi implimentata u d-dokumenti tal-BREF mhux dejjem intużaw, anke minħabba n-natura kemxejn teknika u diffiċli tagħhom.

12.

jinnota li l-permessi jirriflettu aktar l-istandards u r-rekwiżiti ċentralizzati u omoġenizzati dikjarati. Madankollu, għalkemm jidher li dan hu pożittiv, qed isir aktar diffiċli li mill-analiżi tal-permessi wieħed jiskopri x'jagħmlu l-kumpaniji biex jipproduċu, jittrattaw jew jottimizzaw.

13.

jemmen li d-Direttiva għall-Emissjonijiet Industrijali (li tinkludi evalwazzjoni tad-Direttiva tal-IPPC) ġiet imressqa ftit ġimgħat biss wara l-iskadenza għall-implimentazzzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali tal-IPPC stabbilità għall-31 ta' Ottubru 2007. Għalhekk l-evalwazzjoni qed isseħħ qabel ma l-leġiżlazzjoni tal-IPPC attwali kellha ċ-ċans li turi l-prattiċità u l-effiċjenza tagħha, u aktar minn hekk, qabel ma ġie evalwat bis-sħiħ l-impatt tagħha fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

Il-konsolidazzjoni ta' seba' Direttivi f'waħda

14.

jemmen li l-konsolidazzjoni ta' seba' Direttivi f'Direttiva waħda hu approċċ ambizzjuż ħafna, forsi kien ikun aħjar approċċ meqjus fi stadji differenti jew qafas ta' Direttiva b'direttivi filjali. Direttiva ta' qafas tippreżenta wkoll opportunità għal Direttivi oħrajn b'rabta diretta, bħad-Direttiva għad-Drenaġġ Urban, li għandha tiġi inkluża mingħajr ma tipperikola r-reviżjonijiet futuri tad-Direttiva ta' qafas.

15.

hu favur il-prinċipju ta' Regolamentazzjoni Aħjar. Il-proposta tal-Kummissjoni sabiex tikkonsolida seba' Direttivi tidher li taqbel ma' dan il-prinċipju. Sa ċertu punt, id-Direttiva l-ġdida tissemplifika l-proċeduri għall-ħruġ ta' permessi. Madankollu jemmen, li l-partijiet differenti tad-Direttiva ma ġewx ikkonsolidati kompletament u minħabba li għad hemm differenzi konsiderevoli bejn id-Direttiva u d-dokumenti tal-BREF, mhux ser jissolvu d-diffikultajiet prattiċi kollha.

16.

jistaqsi jekk l-inkonsistenzi attwali u d-diskrepanzi fid-definizjonijiet humiex ser jissolvew f'din il-proposta. Pereżempju, mhuwiex ċar x'effett ser ikollha d-definizzjoni l-ġdida tal-BAT (minn l-aħjar teknoloġija disponibbli għall-aħjar teknika disponibbli). Meta wieħed iqis il-firxa usa' ta' teknoloġija minflok teknika waħda, dan jgħin biex issir konnessjoni aħjar mal-investiment kummerċjali, biex jibbenefika minn kondizzjonijiet ekwi u dan iwassal għal aktar soluzzjonijiet kreattivi għall-isfidi ambjentali.

17.

jinsab imħasseb ħafna dwar il-konsegwenzi li l-konsolidazzjoni jista' jkollha fuq l-evalwazzjonijiet futuri. Il-proposta issa tinkludi bosta oqsma ta' għarfien espert differenti. It-tul u b'mod speċjali l-kumplessità tad-Direttiva ser jagħmluha diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli, li din tiġi riveduta fil-ġejjieni, u biex tiġi adattata l-leġiżlazzjoni għall-ħtiġijiet tal-ġejjieni u għall-iżviluppi teknoloġiċi billi jiġu stipulati ħtiġijiet operazzjonali aktar stretti, eż, valuri limitu tal-emissjonijiet.

18.

jifhem li l-Kummissjoni qed tipproponi li tiffaċċja l-problema ta' reviżjonijiet diffiċli fil-ġejjieni permezz tar-rabta bejn id-Direttiva u d-dokumenti tal-BREF. Id-Direttiva tistipula standards minimi li jridu jintlaħqu u d-dokumenti tal-BREF, li jistgħu jiġu riveduti faċilment, ser iżommu s-sistema aġġornata skont l-iżviluppi teknoloġiċi u livelli ta' limitu aktar stretti tal-emissjonijiet assoċjati (BAT-AEL, ara l-Appendiċi I). Għandu tħassib serju dwar id-differenzi futuri li jistgħu jinħolqu bejn il-BAT-AELs (fid-dokumenti tal-BREF li jistgħu jiġu riveduti) u l-valuri limitu tal-emissjonijiet (fid-Direttiva). Hemm riskju sostanzjali li s-sistema tista' ssir obsoleta u għalhekk ftit li xejn tkun tista' toffri kontribut għall-iżviluppi ambjentali fil-ġejjieni.

19.

jirrakkomanda bil-qawwi l-inklużjoni ta' sistema prattika ta' reviżjoni li tippermetti r-reviżjoni parzjali tad-Direttiva (pereżempju. il-kapitoli tekniċi u l-valuri limitu tal-emissjonijiet) permezz tal-proċedura ta' ko-deċiżjoni. Barra minn hekk hu mħasseb ukoll bl-adattamenti futuri tal-leġiżlazzjoni li ser jitwettqu skont il-proċess ta' Sevilja (ara l-Appendiċi I), li mhijiex proċedura legali stipulata bit-Trattat u mhijiex suġġetta għal skrutinju demokratiku.

L-istatus il-ġdid tad-dokumenti tal-BREF

20.

hu sodisfatt bit-titjib reċenti tad-dokumenti tal-BREF u tikkunsidrahom bħala dokumenti utli ta' referenza. Madankollu, il-parti ewlenija tad-dokumenti tal-BREF hi disponibbli biss bl-Ingliż, u dan jista' joħloq diffikultajiet għall-awtoritajiet reġjonali u lokali li joħorġu l-permessi. Għalhekk jitlob għal traduzzjoni tal-kapitoli essenzjali tad-dokumenti tal-BREF (pereżempju dawk li jistabbilixxu l-aħjar teknika disponibbli (BAT, ara Appendiċi I) għal industrija speċifika) fil-lingwi kollha tal-UE.

21.

jikkunsidra mhux ġustifikat li d-dokumenti tal-BREF mhumiex użati aktar ta' spiss fl-UE, u jirrakkomanda titjib fl-użu tagħhom. Għalhekk aħna naqblu mal-istatus il-ġdid tad-dokumenti tal-BREF, kif ukoll mal-obbligu miżjud li jintużaw fil-proċedura ta' permessi. Jinterpreta l-istatus il-ġdid tad-dokumenti tal-BREF bħala aktar vinkolanti, minħabba li dawn id-dokumenti (li attwalment huma biss dokumenti ta' referenza, li għandhom jiġu konsultati iżda li mhumiex obbligatorji) ser isiru realment obbligatorji.

22.

jemmen li hemm possibbilitajiet għal titjib fid-dokumenti tal-BREF. Xi drabi l-innovazzjonijiet u t-titjib skont il-proċess ta' produzzjoni huwa nieqes. Pereżempju, il-monitoraġġ tal-varjazzjonijiet fil-kampjunar, attwalment jintużaw biex jiġu penalizzati l-kumpaniji, filwaqt li jistgħu jintużaw ukoll biex jittejbu t-tekniki. Eżempju ieħor hu n-nuqqas ta' qbil bejn il-kapitolu tad-Direttiva dwar il-komposti organiċi volatili u d-dokumenti ekwivalenti tal-BREF. Hemm il-biża' li bħala riżultat ta' dan l-approċċ l-aktar nadif mhux dejjem jingħata prijorità. Jekk hu possibbli, l-innovazzjonijiet sabiex jittejjeb l-ambjent lokali għandhom dejjem jiġu promossi mill-awtoritajiet lokali u l-kwalità tad-dokumenti tal-BREF għandha tkun tajba biżżejjed biex tgħin lill-awtoritajiet kompetenti.

23.

jemmen li l-istatus tad-dokumenti tal-BREF ser isaħħaħ il-konsistenza politika bil-għan li jinħarġu l-permessi għat-tniġġis u b'konsegwenza ser jikkontribwixxi għal ħolqien ta' sitwazzjoni ekwa għall-kumpaniji Ewropej li qed jikkompetu.

24.

jikkonsidra l-proċess ta' Sevilja (ara l-Appendiċi I) bħala wieħed meħtieġ u stabbilit sew. Id-dokumenti tal-BREF ta' Sevilja huma maħluqa u aġġornati fuq il-bażi ta' laqgħat bejn l-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea u esperti minn Stati Membri, industriji u NGOs. Il-kooperazzjoni bejn dawn il-partijiet hi essenzjali biex jiġu stabbiliti l-aħjar tekniki disponibbli u sabiex jinħolqu dokumenti tal-BREF ġodda jew riveduti. Għalhekk, bħal ma qed jiġri issa, dan il-proċess għandu jkun estiż aktar fid-Direttiva.

25.

jinnota li r-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali mhumiex parti mill-proċess ta' Sevilja u jitlob li dawn ir-rappreżentanti jiġu mistiedna għall-proċess ta' Sevilja. Bħala awtoritajiet li joħorġu l-permessi u/jew korpi b'responsabbiltà għall-ispezzjonijiet, l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom għarfien importanti dwar l-aħjar tekniki disponibbli, u b'konsegwenza l-proċess ta' Sevilja jista' jittejjeb bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

26.

jixtieq jindika li l-istatus il-ġdid tad-dokumenti tal-BREF jista' jkollu impatt negattiv fuq il-proċess ta' Sevilja (ara l-Appendiċi I). Qbil dwar l-aħjar tekniki disponibbli ser ikun aktar ta' sfida minħabba n-natura l-ġdida tad-dokumenti tal-BREF, minħabba li l-Istati Membri, l-industriji u l-NGOs jistgħu jadottaw imġiba aktar strateġika meta jiġi determinat il-BREF. Minħabba l-ispejjeż ta' produzzjoni, l-industriji jibbenefikaw minn standards anqas innovattivi fid-dokumenti tal-BREF. F'dan il-każ, il-proċess ta' Sevilja jista' jsir proċess politiku dgħajjef u sfukat aktar milli proċess ta' riċerka għall-aħjar soluzzjonijiet tekniċi.

27.

jemmen li din is-sitwazzjoni tista' twassal għal dokumenti aktar dgħajfa. Bħala riżultat ta' dan ser nispiċċaw bi strument skadut u dgħajjef li ma jagħtix spinta lill-innovazzjoni jew itejjeb il-kwalità ambjentali, iżda saħansitra jdgħajjef l-implimentazzjoni tad-Direttiva l-ġdida tal-Emissjonijiet Industrijali.

It-tfassil ta' politika: Flessibbiltà u kondizzjonjiet ambjentali lokali

28.

jaqbel mal-miri tad-direttiva l-ġdida dwar l-emissjonijiet industrijali li ttejjeb l-konsistenza politika bil-għan li jinħarġu permessi għat-tniġġis.

29.

jixtieq jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom kompetenzi li jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor fil-ħruġ tal-permessi. Pereżempju fid-Danimarka, kemm l-awtoritajiet lokali kif ukoll il-gvern nazzjonali huma responsabbli mill-ħruġ tal-permessi. Fl-Olanda, il-muniċipalitajiet u l-provinċji joħorġu liċenzji lil min iniġġes, filwaqt li fir-Renju Unit, t-tniġġis tal-arja minn sorsi ewlenin hi responsabbiltà tal-Gvern ċentrali. It-tendenza ewlenija fl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f'din il-politika madwar l-UE hu li t-tfassil tal-istandards iseħħ f'livell nazzjonali u l-infurzar f'livell sotto-nazzjonali.

30.

jinnota li fil-komunitajiet lokali qed isseħħ l-innovazzjoni ta' produzzjoni aktar nadifa. L-iżvilupp ta' produzzjoni aktar nadifa sseħħ bejn gruppi differenti, bħall-NGOs, il-kumpaniji u l-awtoritajiet kompetenti. Attwalment l-awtoritajiet lokali jimmonitorjaw biss. Id-Direttiva għandha toffri wkoll possibbilitajiet għal kooperazzjoni bejn il-gruppi differenti (l-amministrazzjonijiet u l-kumpaniji lokali) li jippermettulhom jistimulaw l-innovazzjoni. jistgħu jinstabu eżempji tajbin ta' dan kemm fl-Olanda u fid-Danimarka, kif ukoll fil-pajjiżi Ewropej tal-Lvant bħar-Rumanija.

31.

jenfasizza l-ħtieġa għal xi flessibbiltà. Iċ-ċirkostanzi lokali jvarjaw u l-installazzjonijiet, anke meta jsiru prodotti simili, joperaw b'mod differenti madwar l-UE, minħabba d-differenzi fil-kondizzjonijiet lokali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali joħolqu soluzzjonijiet speċjalizzati għaż-żona ġeografika tagħhom. Fil-livell reġjonali u lokali, dejjem hemm tħassib dwar il-ħolqien ta' bilanċ bejn il-protezzjoni adegwata tal-motivazzjonijiet ambjentali u ekonomiċi. Anke jekk it-titjib tal-ambjent hu l-objettiv ġenerali tal-politika, normalment huma l-awtoritajiet reġjonali u lokali li jiddeċiedu bejn il-parametri ambjentali differenti u ħafna drabi jagħtu kumpensi bejn l-impatti ambjentali ta' miżuri differenti. Fil-ħruġ tal-permessi, il-flessibbiltà fl-għoti tad-derogi mill-valuri limitu tal-emissjonijiet ibbażati fuq l-aħjar teknoloġiji disponibbli (BATs) hu importanti, speċjalment għal dawk ir-reġjuni f'dawk l-Istati Membri fejn kien hemm tradizzjoni ta' ftehimiet volontarji mal-industrija u fejn id-diskrezzjoni amministrattiva ma ixxekklitx bil-leġiżlazzjoni.

32.

madankollu, jemmen bil-qawwi, li l-flessibbiltà għandha tiġi limitata; għandu jkun hemm bilanċ bejn iż-żamma tal-ekwità u t-teħid ta' deċiżjoni lokali. Għalhekk hu kuntent bl-inklużjoni ta' valuri limitu tal-emissjonijiet fid-Direttiva nnifisha, li ser iwasslu għal protezzjoni ġenerali tal-ambjent madwar l-UE. Il-flessibbiltà tista' twassal għal użu ħażin, u għalhekk hu kuntent ħafna li l-proċedura għall-konsiderazzjoni lokali tinkludi biżżejjed garanziji biex dan ma jseħħx, peress li dawk li joħorġu l-permessi jistgħu biss jagħtu deroga fuq il-bażi ta' stima ta' impatt (Artikolu 16(3)) u huma obbligati li jagħmlu l-ġustifikazzjoni disponibbli għall-pubbliku (Artikolu 26(3f)).

33.

ma jaqbilx bil-qawwi mal-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi kriterji għall-għoti tad-deroga fuq il-bażi ta' kondizzjonijiet lokali bi qbil mal-proċedura ta' komitoloġija (Artikolu 16(3)) minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

Kriterji għall-għoti tad-deroga kellhom ikunu definiti fid-Direttiva nnifisha (u għalhekk deċiżi bi proċedura ta' ko-deċiżjoni) u fil-futur m'għandhomx ikunu definiti fil-livell tal-UE permezz tal-proċedura ta' komitoloġija li fiha l-Kumitat tar-Reġjuni u rappreżentanti oħrajn tal-awtoritajiet lokali u reġjonali mhumiex ikkonsultati.

Minħabba l-varjetà wiesgħa ta' kondizzjonijiet lokali u reġjonali, hu diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli, li jiġu stabbiliti kriterji uniformi fil-livell tal-UE.

Jemmen bil-qawwi li l-proċedura għad-deroga, kif imsemmija fil-paragrafu 29, tinkludi biżżejjed garanziji biex tevita l-użu ħażin.

B'referenza għall-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-valutazzjoni tal-kondizzjonijiet ambjentali lokali meta mqabbla mal-ispejjeż ambjentali u l-benefiċċji, kif ukoll il-fattibbiltà teknika għandhom jiġu definiti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali permezz ta' proċessi demokratiċi lokali u reġjonali.

L-Innovazzjoni u teknoloġiji aktar nodfa

34.

jappoġġja l-idea ta' stimolu tal-innovazzjoni, iżda jiddubita jekk id-Direttiva l-ġdida tistipulax bażi soda għal dan it-tip ta' żvilupp.

35.

jilqa' l-fatt li l-permessi iridu jiġu riveduti ta' spiss. Adattament progressiv ta' ħtiġijiet għall-permessi ser jikkontribwixxi għall-użu ta' teknoloġiji aktar nodfa u b'hekk jitnaqqsu l-impatti ambjentali tal-emissjonijiet industrijali. Iridu jintlaħqu żewġ kondizzjonijiet biex jiżguraw li l-innovazzjoni sseħħ tassew. L-ewwel kondizzjoni hi realtà legali biex tiżgura li l-investiment kapitali hu disponibbli. Iċ-ċikli tan-negozju għandhom ikunu rispettati u l-prattika normali fl-Istati Membri hi dik li l-kondizzjonijiet għall-permessi jinżammu għal perijodu ta' tmien snin. Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-adattament ta' kondizzjonijiet għall-permessi għal dokumenti tal-BREF ġodda jew aġġornati (Artikolu 22(3)) jridu jirriflettu dan. It-tieni kondizzjoni ser tkun li jiġu żgurati opportunitajiet ta' deroga li jippermettu t-testjar adegwat ta' teknoloġiji li qed jinħolqu dan l-aħħar jew ġodda. Hu tal-opinjoni li r-restrizzjoni ta' żmien imposta fl-Artikolu 16(5) tista' tkun riġida wisq f'xi każijiet, tal-inqas fi żmien erba' snin wara li dokument ġdid tal-BREF ikun sar disponibbli.

36.

hu mħasseb li l-istatus il-ġdid tad-dokumenti tal-BREF jista' jxekkel l-innovazzjoni industrijali minħabba l-limitazzjoni ta' premijiet għas-sostenibbiltà. L-industriji Ewropej mhux ser jitħeġġu jsiru jew jibqgħu ta' quddiem fid-dinja fit-teknoloġiji nodfa l-ġodda u ser ikun aktar diffiċli li jiġu indirizzati l-problemi ambjentali Ewropej li fadal fl-UE.

37.

jippreferi li d-Direttiva tiġi implimentata b'mod li indirettament ma tinkoraġixxix rilokazzjonijiet sinifikanti tal-industrija eżistenti lejn “żoni kennija ta' tniġġis” barra mill-Ewropa.

38.

jixtieq jinnota li għalkemm l-inklużjoni ta' kategorija aktar baxxa ta' impjanti kbar ta' kombustjoni, minn 20 sa 50 megawatt (MW), hi aspett importanti tad-Direttiva l-ġdida fir-rigward tal-irziezet, madankollu hemm dubji serji jekk l-inklużjoni tal-irziezet iż-żgħar għat-trobbija tal-annimali hux ser iwassal għal biżżejjed benefiċċji ambjentali biex jiġġustifika l-piż amministrattiv.

Spejjeż amministrattivi

39.

jemmen li r-Regolamentazzjoni Aħjar, flimkien mas-semplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, ukoll jeħtieġu kost-effettività u tnaqqis ta' piżjiet amministrattivi. Jistaqsi jekk il-proposta attwali tilqax dawn ir-rekwiżiti tal-aħħar.

40.

hu mħasseb bil-ħafna dispożizzjonijiet fir-rigward tal-ispezzjoni, il-monitoraġġ, u l-evalwazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-permess u r-rappurtaġġ tal-konformità.

41.

jqis l-ispezzjonijiet bħala parti importanti tal-implimentazzjoni tajba tad-Direttiva. Jilqa' l-fatt li dan hu rikonoxxut fid-Direttiva. Madankollu hemm dubji dwar kemm dan għandu jkun imfisser fid-dettall fid-Direttiva nnifisha minflok fir-Rakkomandazzjoni għal Kriterji Minimi ta' Spezzjonijiet Ambjentali (RMCEI). Dan ukoll inaqqas il-possibbiltà ta' differenzi bejn id-Direttiva u l-RMCEI (li qed tiġi riveduta).

42.

jemmen li l-proposta tindika li r-rapurtaġġ annwali dwar il-konformità mal-aħjar tekniki possibbli (Artikolu 8) għandu jinkludi paragun bejn l-aħjar tekniki disponibbli (Artikolu 24). Din tidher li hi burokrazija żejda. Peress illi l-ħtiġijiet għall-permessi jridu jiġu bbażati fuq l-aħjar tekniki disponibbli, ikun biżejjed li jsir rapurtaġġ dwar il-konformità mal-ħtiġijiet għall-permessi. Ħafna mid-data ta' monitoraġġ hi mimlija b'inċertezzi u r-rapurtaġġ fuq din id-data mhux ser iwassal għal titjib kostruttiv fit-tekniki użati. Għalhekk hemm dubji dwar jekk dan jikkontribwixxi għal Regolamentazzjoni Aħjar.

43.

jinnota li l-Istati Membri kull tliet snin jirrapportaw dwar il-konformità mad-Direttiva. Dan hu piż amministrattiv żejjed għall-awtoritajiet lokali u reġjonali anke jekk dan iseħħ biss darba kull tliet snin. Għalhekk nirrakkomandaw bis-saħħa li l-Istati Membri jżommu fajl intern ta' data bid-data relevanti li l-Kummissjoni tkun tista' tikkonsulta f'kull ħin. Dan għandu jidħol minflok is-sistema ta' rapurtaġġ u jikkonforma aktar mar-Regolamentazzjoni Aħjar.

44.

jinnota li mat-tmiem definittiv tal-attivitajiet, l-operatur ser ireġġa' lura s-sit għall-istat oriġinali tiegħu kif stipulat fir-rapport ta' standards minimi (Artikolu 23). Jinterpreta dan bħala stat aktar nadif tal-ħamrija meta mqabbel ma' qabel il-bidu tal-attività. Jikkonsidra ukoll li l-kontaminazzjonijiet tal-ħamrija għandhom jitranġaw bi qbil mal-livell li jmiss tal-użu operazzjonali futur tas-sit. Dan jikkonforma iktar ukoll mal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”.

45.

jemmen li l-proposta titlob għal monitoraġġ regolari tal-ħamrija u l-ilma tal-art kemm qabel kif ukoll matul iż-żmien li tkun qed topera l-istallazzjoni. Madankollu, il-permess ser ikun diġà msejjes fuq protezzjoni adegwata tal-ħamrija u l-ilma tal-art. F'każijiet partikolari jista' u għandu jkun hemm raġunar għal monitoraġġ addizzjonali, iżda dan m'għandux ikun obbligatorju għall-każijiet kollha.

46.

jaqbel li l-pubbliku għandu jingħata biżżejjed informazzjoni dwar l-istallazzjonijiet tal-IPPC. Jenfasizza li l-informazzjoni għandha tkun dejjem disponibbli, iżda biss jekk tintalab.

47.

ma jistax japprova l-użu propost tal-komitoloġija biex jiġu stabbiliti ħafna kriterji, bħall-monitoraġġ tal-ħamrija u l-art u kriterji għal analiżi bbażati fuq ir-riskju. Hu tal-opinjoni li dawn il-kriterji għandhom jiġu stabbiliti fid-Direttiva nnifisha u diskussi b'rabta mal-proċedura leġiżlattiva li għaddejja.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦALL-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 6

Il-ħruġ ta' permessi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess jekk impjant jikkonforma mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess jekk impjant jikkonforma mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Irrispettivament minn rekwiżiti oħrajn stipulati minn dispożizzjonijiet nazzjonali jew komunitarji, l-awtoritajiet kompetenti jagħtu permess li jinkludi l-kundizzjonijiet li jistipulaw li l-impjant jikkonforma mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Raġuni

L-approċċ adottat fil-proposta ta' modifika tad-Direttiva tal-IPPC jikkuntradixxi d-dispożizzjonijiet tal-qafas ta' Direttiva dwar l-ilmijiet u għalhekk ma jaqbilx mad-Direttiva komunitarja attwali. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(3) ta' din id-direttiva jimplikaw id-dritt ta' ġestjoni ġenerali tal-Istati Membri.

Emenda 2

Artikolu 16(3)

Valuri limitu tal-emissjonijiet, parametri ekwivalenti u miżuri tekniċi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista', f'każijiet speċifiċi, fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-ispejjeż ambjentali u ekonomiċi u benefiċċji li jikkunsidraw il-karatteristiċi tekniċi tal-istallazzjoni konċernata, il-pożizzjoni ġeografika tagħha u l-kondizzjonijiet ambjentali lokali, tfassal valuri limitu tal-emissjonijiet li jeċċedu l-livelli tal-emissjonijiet marbuta mal-aħjar tekniċi disponibbli kif stipulat fin-noti ta' referenza tal-BAT.

Madankollu, fejn hu applikabbli dawn il-valuri limitu tal-emissjonijiet ma jistgħux jeċċedu l-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fl-Annessi V sa VIII.

IL-Kummissjoni tista' tistabbilixxi kriterji għall-għoti ta' deroga msemmija f'dan il-paragrafu.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi Jissupplimentawha, ser jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 69(2).

B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista', f'każijiet speċifiċi, fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-ispejjeż ambjentali u ekonomiċi u benefiċċji li jikkunsidraw il-karatteristiċi tekniċi tal-istallazzjoni konċernata, il-pożizzjoni ġeografika tagħha u l-kondizzjonijiet ambjentali lokali, tfassal valuri limitu tal-emissjonijiet li jeċċedu l-livelli tal-emissjonijiet marbuta mal-aħjar tekniċi disponibbli kif stipulat fin-noti ta' referenza tal-BAT.

Madankollu, fejn hu applikabbli dawn il-valuri limitu tal-emissjonijiet ma jistgħux jeċċedu l-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fl-Annessi V sa VIII.

IL-Kummissjoni tista' tistabbilixxi kriterji għall-għoti ta' deroga msemmija f'dan il-paragrafu.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi Jissupplimentawha, ser jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 69(2).

Raġuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni ma jaqbilx bil-qawwi mal-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi kriterji għall-għoti tad-deroga fuq il-bażi ta' kondizzjonijiet lokali bi qbil mal-proċedura ta' komitoloġija (Artikolu 16(3)). Kriterji għall-għoti tad-deroga kellhom ikunu definiti fid-Direttiva nnifisha (u għalhekk deċiżi bi proċedura ta' ko-deċiżjoni) u fil-futur m'għandux ikunu definiti fil-livell tal-UE permezz tal-proċedura ta' komitoloġija li fiha l-Kumitat tar-Reġjuni u rappreżentanti oħrajn tal-awtoritajiet lokali u reġjonali mhumiex ikkonsultati. Minħabba l-varjetà wiesa' ta' kondizzjonijiet lokali u reġjonali, hu diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli, li jiġu stabbiliti kriterji ugwali fil-livell tal-UE. Il-proċedura ta' deroga tinkludi biżżejjed garanziji biex ma tħallix użu ħażin, minħabba l-fatt li l-awtoritajiet li joħorġu l-permessi jistgħu biss jagħtu deroga fuq il-bażi ta' stima ta' impatt (Artikolu 16(3)) u huma obbligati li jagħmlu l-ġustifikazzjoni disponibbli għall-pubbliku (Artikolu 26(3f)). B'referenza għall-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-valutazzjoni tal-kondizzjonijiet ambjentali lokali kontra l-ispejjeż ambjentali u l-benefiċċji, kif ukoll il-fattibbiltà teknika għandhom jiġu definiti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali permezz ta' proċessi demokratiċi lokali u reġjonali.

Brussell, id-9 ta' Ottubru 2008.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 325/66


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tal-Impjiegi (2007-2010)

(2008/C 325/11)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jappoġġja bis-sħiħ il-fehma tal-Kummissjoni li “l-mobilità tal-ħaddiem hija strument ewlieni għal suq waħdieni li jiffunzjona b'mod effiċjenti u hija essenzjali biex aktar nies isibu impjieg aħjar, wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Istrateġija ta' Liżbona”;

jenfasizza li f'dan il-kuntest il-“mobilità” għandha tinftiehem u tiġi promossa kemm f'termini ta' mobilità ġeografika (fi ħdan l-Istati Membri tal-UE u bejniethom) kif ukoll bħala mobilità ekonomika u soċjali u mobilità bejn l-impjiegi;

jaqbel mal-objettiv tal-Kummissjoni, li jikkonsisti fil-promozzjoni ta' għarfien imtejjeb tal-possibbiltajiet u l-vantaġġi tal-mobilità fost il-pubbliku ġenerali u jenfasizza r-rwol partikulari li jistgħu jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tixrid tal-informazzjoni rilevanti;

isejjaħ għat-tneħħija tal-ostakli legali u amministrattivi kollha li jxekklu l-moviment ħieles tal-ħaddiema sa tmiem dan il-Pjan ta'Azzjoni fl-2011;

dan għandu jinkludi t-tneħħija tal-ostakli kollha għall-moviment ħieles tal-ħaddiema mill-10 Stati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004, u mill-Bulgarija u r-Rumanija;

m'għandu jkun hemm l-ebda restrizzjoni fir-rigward tal-ħaddiema mill-Istati Membri l-ġodda meta dawn jissieħbu fl-UE;

jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jżidu l-possibbiltajiet għall-kuntratti fuq perijodu qasir jew medju għal ħaddiema minn Stati Membri oħra;

jikkunsidra li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom l-awtorità legali biex iwettqu dawn ir-rwoli fil-qasam tal-mobilità tal-impjiegi, b'mod speċjali biex iwasslu l-informazzjoni fil-livell lokali u reġjonali kemm lill-ħaddiema kif ukoll lil min iħaddem. Bl-istess mod, huwa importanti wkoll li fejn hemm bżonn jingħataw il-kompetenza għal dan mill-korpi nazzjonali u Ewropej.

Rapporteur

:

Dave QUAYLE, Membru tal-Kunsill tal-Belt Metropolitana ta' Trafford (UK/PSE)

Dokumenti ta' referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — “Il-mobilità, strument għal aktar impjiegi u impjiegi aħjar: Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tal-Impjiegi (2007-2010)”

COM(2007) 773 finali

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

Il-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jappoġġja bis-sħiħ il-fehma tal-Kummissjoni li “l-mobilità tal-ħaddiem hija strument ewlieni għal suq waħdieni li jiffunzjona b'mod effiċjenti u hija essenzjali biex aktar nies isibu impjieg aħjar, wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Istrateġija ta' Liżbona”;

2.

jenfasizza li f'dan il-kuntest il-“mobilità” għandha tinftiehem u tiġi promossa kemm f'termini ta' mobilità ġeografika (fi ħdan l-Istati Membri tal-UE u bejniethom) kif ukoll bħala mobilità ekonomika u soċjali u mobilità bejn l-impjiegi;

3.

jenfasizza l-fatt li fl-ispirtu tal-prinċipji stabbiliti tal-flessigurtà, il-mobilità għandha tkun għażla tal-ħaddiema u għandha tiġi appoġġjata sabiex jiġu minimizzati r-riskji assoċjati magħha u sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji kemm għall-ħaddiema kif ukoll għal min iħaddem;

Segwitu tal-Pjan ta' Azzjoni 2002

4.

jappoġġja l-idea li s-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ jiġu adattati għas-suq tax-xogħol u jippreparaw lin-nies għall-mobilità bis-saħħa tat-tagħlim tal-lingwi u l-iżvilupp tal-ħiliet;

5.

jappoġġja t-tneħħija tal-ostakli legali u amministrattivi u l-promozzjoni tar-rikonoxximent transkonfinali tal-kwalifiki;

6.

jappoġġja t-twaqqif ta' portal ċentrali għall-informazzjoni dwar il-mobilità bbażat fuq is-sistema tal-postijiet battala EURES;

Il-Pjan ta' Azzjoni għall-Mobilità tal-Impjiegi 2007-2010

7.

jappoġġja l-intenzjoni li jittejbu l-prattiki legali u amministrattivi eżistenti dwar il-mobilità tal-ħaddiema sabiex jiġi żgurat li d-dritt għall-mobilità ma jġibx miegħu t-telf tal-protezzjoni tas-sigurtà soċjali jew riskji sproporzjonati oħra;

8.

jagħraf il-bżonn li jkun hemm appoġġ politiku għall-objettiv tal-mobilità tal-impjiegi mill-awtoritajiet tal-livelli kollha, jiġifieri l-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew;

9.

jaqbel mal-bżonn li jissaħħaħ l-EURES bħala strument li jiffaċilita l-mobilità tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom;

10.

jaqbel mal-objettiv tal-Kummissjoni li jikkonsisti mill-promozzjoni ta' għarfien imtejjeb tal-possibbiltajiet u l-vantaġġi tal-mobilità fost il-pubbliku ġenerali u jenfasizza r-rwol partikulari li jistgħu jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tixrid tal-informazzjoni rilevanti;

11.

jilqa' l-ħolqien ta' “Sħubija Ewropea għall-Mobilità tax-Xogħol”, inizjattiva li tospita netwerk ta' partijiet interessati impenjati li jiżviluppaw il-mobilità tax-xogħol fl-UE (Azzjoni 14) u l-inklużjoni, fi ħdan il-Programm PROGRESS, tal-appoġġ għall-iffinanzjar ta' attivitajiet pilota, l-iskambju ta' prassi tajba, it-tixrid tar-riżultati dwar żviluppi ġodda u t-tiswir ta' skemi innovattivi (Azzjoni 15);

12.

isejjaħ għat-tneħħija tal-ostakli legali u amministrattivi kollha li jxekklu l-moviment ħieles tal-ħaddiema sa tmiem dan il-Pjan ta'Azzjoni fl-2011;

(i)

dan għandu jinkludi t-tneħħija tal-ostakli kollha għall-moviment ħieles tal-ħaddiema mill-10 Stati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004, u mill-Bulgarija u r-Rumanija;

(ii)

m'għandu jkun hemm l-ebda restrizzjoni fir-rigward tal-ħaddiema mill-Istati Membri l-ġodda meta dawn jissieħbu fl-UE;

13.

sabiex niżguraw li din l-istrateġija tkun ta' suċċess, bil-għan li l-mobilità ssir realtà għall-ħaddiema kollha li jixtiequ jfittxu impjieg fi Stat Membru ieħor:

(i)

l-informazzjoni dwar il-postijiet battala fi Stati Membri oħra għandha tiġi pprovduta mill-EURES, mis-servizzi nazzjonali tax-xogħol u, fil-livell lokali u reġjonali, mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

(ii)

l-Istati Membri għandhom jitħeġġu jinkludu l-mobilità ġeografika u l-mobilità bejn l-impjiegi bħala prijorità fil-politika nazzjonali tagħhom għall-impjieg u l-istrateġiji għat-tagħlim tul il-ħajja (Azzjoni 5);

(iii)

il-ħaddiema għandhom ikunu konxji tad-dritt tagħhom li jfittxu impjieg fi Stati Membri oħra u tal-aspetti prattiċi ta' dan il-proċess, kif ukoll ta' dak li għandhom jagħmlu biex iżommu d-drittijiet tagħhom fil-qasam tas-sigurtà soċjali;

(iv)

dawk li jħaddmu, b'mod partikulari fil-qasam tal-SMEs fil-livell lokali, għandhom ikunu konxji tal-fatt li jistgħu jirreklutaw ħaddiema minn Stati Membri oħra, dejjem jekk jirrispettaw bir-reqqa d-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi tax-xogħol bħall-ħarsien tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali, u tal-benefiċċji potenzjali ta' dan il-proċess;

(v)

għandu jkun hemm enfasi ikbar fuq it-tagħlim tal-lingwi u l-promozzjoni tal-multilingwiżmu;

(vi)

għandu jittejjeb ir-rikonoxximent transkonfinali tal-kwalifiki inklużi dawk tat-taħriġ vokazzjonali;

(vii)

l-imsieħba soċjali għandhom ikunu involuti fl-aspetti kollha tal-mobilità tal-impjiegi;

(viii)

it-trasferibbiltà tal-pensjoni (Azzjoni 4) u dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali iktar flessibbli fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom huma essenzjali;

(ix)

l-uffiċjali lokali, reġjonali u nazzjonali li jaħdmu f'dan il-qasam għandhom jingħataw taħriġ adegwat fl-oqsma kollha marbuta mal-mobilità tal-ħaddiema, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu lill-ħaddiema li jkunu qegħdin ifittxu xogħol f'pajjiżi oħra bl- informazzjoni korretta mingħajr telf ta' żmien u jgħinuhom iħarsu d-dritt tagħhom għall-protezzjoni soċjali permezz tad-djalogu mal-awtoritajiet kompetenti;

14.

jemmen li sabiex din il-mobilità ma twassalx għal tensjoni u nuqqas ta' stabbiltà soċjali fil-komunitajiet ospitanti, huwa neċessarju li:

(i)

nappoġġjaw il-Kummissjoni Ewropea fil-promozzjoni tagħha tal-kunċett ta' “mobilità ġusta”;

(ii)

inkomplu niġġieldu kontra x-xogħol mhux dikjarat u l-emarġinazzjoni soċjali (Azzjoni 6);

(iii)

nappoġġjaw il-prinċipju ġenerali li l-ħaddiema migranti għandhom jirċievu l-istess paga u kundizzjonijiet tax-xogħol, u kundizzjonijiet ġenerali ekwivalenti għal dawk tal-ħaddiema l-oħra impjegati fl-istess xogħol jew industrija fl-Istat Membru ospitanti;

(iv)

nappoġġjaw il-kunċett ta' solidarjetà soċjali u inklużjoni bejn il-ħaddiema migranti u l-ħaddiema l-oħra fl-Istat Membru ospitanti;

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni tal-mobilità tal-impjiegi

15.

iqis li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, flimkien ma' aġenziji nazzjonali oħra, għandhom rwol ewlieni x'jaqdu fil-provvista tal-informazzjoni dwar il-postijiet battala fi Stati Membri oħra u l-aspetti prattiċi tal-aċċess għalihom;

16.

jemmen li hemm bżonn niżguraw li dawk li jħaddmu fil-livell lokali, b'mod speċjali fl-SMEs, jifhmu li għandhom id-dritt li jkollhom aċċess għal ħaddiema mill-UE kollha kemm hi, u li jistgħu jipprovdu għajnuna prattika u parir jekk jixtiequ jagħmlu dan;

17.

jirrikonoxxi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali spiss ikunu l-provvedituri ewlenin tal-edukazzjoni primarja u sekondarja u jikkunsidra li għandhom jiġu inklużi t-tagħlim tal-lingwi, il-promozzjoni tal-multilingwiżmu u l-iżvilupp tal-ħiliet interkulturali li huma neċessarji biex jippreparaw lin-nies biex jgħixu u jaħdmu f'ambjenti kulturali differenti;

18.

jenfasizza l-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jippromovu u jipprovdu t-tagħlim tul il-ħajja (ħafna drabi bi sħab ma' aġenziji oħra);

19.

jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma fost l-entitajiet li l-iktar jimpjegaw nies u għandhom jitħeġġu jfittxu l-ħaddiema biex jimlew il-postijiet battala fl-Istati Membri kollha tal-UE. Jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jżidu l-possibbiltajiet għall-kuntratti fuq perijodu qasir jew medju għal ħaddiema minn Stati Membri oħra;

Sabiex iwettqu dawn il-kompiti u jkunu involuti fil-mobilità tal-impjiegi b'mod ġenerali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġu

—   Il-bażi legali u ta' kompetenza

20.

jikkunsidra li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom l-awtorità legali biex iwettqu dawn ir-rwoli fil-qasam tal-mobilità tal-impjiegi, b'mod speċjali biex iwasslu l-informazzjoni fil-livell lokali u reġjonali kemm lill-ħaddiema kif ukoll lil min iħaddem. Bl-istess mod huwa importanti wkoll li fejn hemm bżonn jingħataw il-kompetenza għal dan mill-korpi nazzjonali u Ewropej;

—   Ir-riżorsi

21.

meta għadd kbir ta' ħaddiema migranti jibdew jaħdmu u jsiru residenti f'lokalità, b'mod speċjali meta din il-bidla sseħħ f'daqqa, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jkunu soġġetti għal ċerta pressjoni. Dan jgħodd partikolarment għas-servizzi soċjali, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-alloġġ; għalhekk għandhom jiġu previsti riżorsi speċifiċi biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet. Dawn ir-riżorsi jistgħu jkunu utli għall-migranti kif ukoll biex inaqqsu t-tensjoni bejn il-ħaddiema migranti u l-komunità ospitanti. Għaldaqstant il-KtR jappoġġja kull sforz biex tinġabar informazzjoni statistika dwar il-bżonnijiet tad-diversi oqsma tas-suq tax-xogħol u biex din l-informazzjoni tinqasam fil-livell Ewropew sabiex jittejbu l-ippjanar u l-ġestjoni tal-migrazzjoni tal-ħaddiema. L-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali flimkien għandhom jippjanaw bil-quddiem kif jistgħu jimmodifikaw dawn is-servizzi soċjali sabiex itejbu l-ġestjoni tal-flussi ta' immigranti Ewropej. Parti mir-raġuni għal dan hija li l-migrazzjoni tal-ħaddiema minn pajjiż Ewropew għal ieħor ser tiżdied b'mod konsiderevoli fil-ġejjieni, u l-pressjoni soċjali u r-relazzjonijiet batuti bejn il-komunitajiet ser ikunu ta' ħsara għall-migrazzjoni inter-Ewropea u jistgħu saħansitra jheddu l-unità Ewropea fiha nnifisha;

22.

għandu wkoll ikun hemm riżorsi għall-provvista ta' informazzjoni dwar il-mobilità tal-impjiegi u l-iżvilupp tat-tagħlim tal-lingwi;

—   Għarfien tal-“prassi tajba” u aċċess għaliha

23.

jenfasizza r-rieda tal-KtR li jkomplu jkunu attivi fir-rigward tal-kwistjoni tal-mobilità tal-impjiegi kemm fl-ambitu tal-promozzjoni kif ukoll biex jagħrfu l-prassi tajba u jiżguraw li tkun disponibbli għal awtoritajiet lokali u reġjonali oħra;

24.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jingħaqdu mal-istituzzjonijiet korrispondentifl-Istati Membri l-oħra u jiżviluppaw il-“prassi tajba” f'dan il-qasam u jippromovuha fil-livell nazzjonali u fl-Istati Membri l-oħra (Azzjonijiet 7 u 15);

Fir-rigward tal-EURES

25.

jappoġġja l-Kummissjoni fl-għan tagħha li tiżviluppa u ssaħħaħ l-EURES “bħala l-istrument komprensiv biex tiġi ffaċilitata l-mobilità tal-ħaddiema u l-familji tagħhom”. Madankollu, sabiex jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà, dan għandu jiġi integrat fl-istrutturi nazzjonali, reġjonali u lokali;

26.

jaqbel mal-Kummissjoni li r-rwol ewlieni tal-EURES huwa li “jqajjem għarfien dwar il-prinċipju ta' trattament indaqs u r-rispett tal-istandards tax-xogħol fi ħdan is-swieq Ewropej tax-xogħol” (Azzjoni 9);

27.

jaqbel li l-EURES għandu “jtejjeb is-servizzi tiegħu biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta' kategoriji speċifiċi ta' ħaddiema (ħaddiema qiegħda għal żmien twil, ħaddiema żgħażagħ, ħaddiema aktar kbar fl-età, nisa, [eċċ.])” (Azzjoni 10).

Brussell, id-9 ta' Ottubru 2008.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 325/70


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-litteriżmu medjatiku u l-kontenut kreattiv onlajn

(2008/C 325/12)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jitlob lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex ikomplu jiżviluppaw il-politika tal-litteriżmu medjatiku tal-UE (b'għanijiet strateġiċi u l-monitoraġġ tal-progress) u biex jadottaw Rakkomandazzjoni dwar il-litteriżmu medjatiku, li tikkunsidra l-opinjoni tal-KtR u l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Għandu jiżdied pilastru mal-programm futur MEDIA speċifikament għal-litteriżmu medjatiku. Flimkien ma' dan jew bħala alternattiva, għandhom jitniedu programmi pilota li jkunu jirċievu l-fondi tal-UE;

jisħaq li r-rapporti, kif stipulati fl-Artikolu 26 tad-Direttiva l-ġdida dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżivi, u l-attivitajiet marbuta miegħu, tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, iridu jqisu d-differenzi u l-progress li jkun sar fl-edukazzjoni dwar il-midja fil-livell reġjonali fl-Ewropa u jagħti eżempji ta' prattiki tajbin mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet interessati oħra;

iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jappoġġjaw il-litteriżmu medjatiku u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili b'mod partikolari. Jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiżviluppaw proġetti kollaborattivi ta' litteriżmu medjatiku fl-edukazzjoni formali u mhux formali u fit-taħriġ li jkunu mmirati lejn iċ-ċittadini, speċjalment it-tfal u ż-żgħażagħ, il-persuni b'diżabbiltà u l-gruppi soċjali li huma f'riskju ta' esklużjoni;

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jieħdu rwol ewlieni fil-ġestjoni tal-wirt kulturali u lingwistiku tagħhom permezz tal-kontenut kreattiv onlajn — filwaqt li jippromovu mudelli ta' negozju ġodda fl-industrija tal-kreattività u fil-mezzi tax-xandir, billi jġibu 'l quddiem xogħlijiet kreattivi li huma (ko)finanzjati mill-organizzazzjonijiet tal-mezzi tax-xandir kif ukoll fil-prattika tal-Gvern elettroniku;

huwa kritiku tal-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ma rnexxilhiex tagħti kas tal-implikazzjonijiet kulturali u soċjali tas-settur tal-kontenut kreattiv onlajn li qed jiżviluppa: hemm bżonn li tiżdied id-diversità kulturali fl-ambitu tar-Rakkomandazzjoni proposta u tal-“Pjattaforma tal-kontenut onlajn”.

Rapporteur

:

Is-Sinjura SCHOINARAKI-ILIAKI (EL/PSE), Prefett ta' Heraklion

Dokumenti ta' referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Approċċ Ewropew għal-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali

COM (2007) 833 finali

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Kontenut Kreattiv Onlajn fis-Suq Uniku.

COM(2007) 836 finali

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.   Litteriżmu medjatiku (1)

1.

minħabba fil-ħidma tiegħu favur il-koeżjoni soċjali fil-livell reġjonali, li aspett ewlieni minnu hija l-konverġenza diġitali, jilqa' l-pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-litteriżmu medjatiku fl-ambjent diġitali u b'mod partikolari d-definizzjoni komprensiva tal-litteriżmu medjatiku li tinkludi l-kapaċità u l-opportunità ta' aċċess u użu tal-midja kif ukoll l-akkwist tal-għarfien dwar kif jaħdmu u l-valutazzjoni kritika tal-kontenut;

2.

jaqbel mall-miri u l-prioritajiet stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha u jinnota b'mod partikolari li għall-KtR il-litteriżmu medjatiku jfisser:

a)

appoġġ għall-użu attiv u kreattiv tal-midja miċ-ċittadini, speċjalment fost-iż-żgħażagħ fir-rwol doppju tagħhom ta' konsumaturi u produtturi ta' kontenut kreattiv u l-iżvilupp u ż-żamma tal-litteriżmu medjatiku fost in-nies ta' età aktar avvanzata u n-nies fl-età tax-xogħol;

b)

appoġġja għal approċċ kritiku lejn il-midja kollha min-naħa tal-pubbliku ġenerali;

c)

promozzjoni tal-perspettivi differenti fost il-midja;

d)

kontribut lejn id-dibattitu dwar ir-reklamar u l-kwistjonijiet tar-rispett u l-ħarsien tal-ħajja privata;

e)

promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini filwaqt li wieħed iqis li l-midja għandha rwol deċiżiv fil-preżentazzjoni tal-wirt awdjoviżiv Ewropew, l-identità lokali u reġjonali, id-djalogu interkulturali u d-demokrazija;

f)

promozzjoni tal-inklużjoni soċjali;

g)

żgurar ta' aċċess ugwali għall-midja u t-teknoloġiji l-ġodda, peress li t-telekomunikazzjonijiet u l-midja qed jakkwistaw u jiksbu rwol ikbar f'ħafna oqsma tal-ħajja;

3.

Jirreferi għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 (2), f'dan il-kuntest:

ifakkar li l-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku ilha prijorità għall-KtR sa mill-2004;

jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-Kunsill għall-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku minkejja d-differenzi fil-prattiki u l-progress tal-Istati Membri;

jaqbel mal-Kunsill dwar l-importanza li l-informazzjoni u l-prattiki tajbin dwar l-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku jsiru aċċessibbli, u jinnota wkoll li dan jista' jintrabat ma' miżuri li jittieħdu mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jista' jkollhom rwol importanti f'dan il-qasam;

jemmen li l-litteriżmu medjatiku jista' jiġi promoss permezz ta' fondi ulterjuri għal inizjattivi ġodda u eżistenti;

Promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku fil-livell tal-UE

4.

jinnota li fl-2004 (3) il-KtR kien talab lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni partikolari lill-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku fl-Istati Membri kollha tal-UE u li tiżgura livell minimu ta' kontenut ta' informazzjoni għal kull wieħed minnhom. F'din il-perspettiva huwa jfaħħar lill-Kummissjoni talli bdiet politika Komunitarja dwar il-midja b'din il-komunikazzjoni;

5.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni li tkompli tiżviluppa l-politika tagħha ta' litteriżmu medjatiku (programmi b'objettivi strateġiċi u monitoraġġ tal-progress) b'kollaborazzjoni mal-istituzzjonijiet kollha tal-UE u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u li ttejjeb il-kooperazzjoni tagħha mal-UNESCO u l-Kunsill tal-Ewropa f'dan il-qasam;

6.

jitlob lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex jadottaw rakkomandazzjoni dwar il-litteriżmu medjatiku, kif hemm imsemmi fil-komunikazzjoni, filwaqt li jqisu l-opinjoni tal-KtR, il-prinċipju tas-sussidjarjetà, u l-oqsma ta' responsabbiltà stabbilti fil-livell lokali u reġjonali fl-UE b'rabta mal-litteriżmu medjatiku;

7.

huwa sodisfatt li l-Kummissjoni trid tressaq rapport, kif stipulat fl-Artikolu 26 tad-Direttiva l-ġdida dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżivi, iżda jinnota li dawn ir-rapporti u l-attivitajiet marbuta miegħu, tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, iridu jqisu d-differenzi u l-progress li jkun sar fl-edukazzjoni dwar il-midja fil-livell reġjonali fl-Ewropa u jagħti eżempji ta' prattiki tajbin mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet interessati oħra;

8.

ifaħħar it-titjib fl-azzjoni tal-Kummissjoni mmirata lejn l-użu tal-ħiliet tekniċi miksuba permezz ta' programmi lokali u reġjonali dwar kwistjonijiet ta' litteriżmu medjatiku madwar l-UE bil-promozzjoni ta' pjattaformi ta' djalogu, preżentazzjonijiet u netwerks għall-iskambju tal-aħjar prattiki;

9.

jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE biex iżidu pilastru mal-programm futur MEDIA speċifikament għal-litteriżmu medjatiku, peress li l-verżjoni attwali ta' dan il-programm jagħti biss kontribut żgħir f'dan il-qasam. B'mod parallel jew bħala alternattiva, il-Kummissjoni hija mitluba tniedi programmi pilota għal-litteriżmu medjatiku li jirċievu l-fondi tal-UE;

10.

jisħaq li l-programmi u l-inizjattivi eżistenti tal-UE, pereżempju biex itejbu s-sikurezza fuq l-internet, huma limitati ħafna fl-effett tagħhom fuq l-iżvilupp u l-iskambju ta' prattiki tajbin fil-litteriżmu medjatiku u jappella lill-Kummissjoni biex meta ġġedded dawn il-programmi tadattahom sabiex jinkludu kwistjonijiet tal-edukazzjoni dwar il-midja;

Il-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku fil-livell reġjonali u lokali

11.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jappoġġjaw pjanijiet, programmi u inizjattivi marbuta mal-litteriżmu medjatiku li jkollhom l-objettivi li ġejjin:

a)

il-kollaborazzjoni bejn il-partijiet interessati kollha, b'mod partikolari l-industrija awdjo-viżiva (iċ-ċinema, it-televiżjoni, ir-radju, il-fornituri u l-produtturi tal-kontenut tal-internet), l-organizzazzjonijiet tal-midja, il-korpi edukattivi, l-awtoritajiet regolatorji, l-istituti tar-riċerka u l-politika, u l-organizzazzjonijiet soċjali;

b)

it-tħaddim ta' servizzi li jippromovu l-litteriżmu medjatiku;

c)

il-valutazzjoni tal-progress fil-litteriżmu medjatiku fil-livell lokali u reġjonali;

d)

l-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' litteriżmu medjatiku, li jippromovu “media desks” (ċentri ta' informazzjoni dwar il-programmi tal-MEDIA) u t-twaqqif ta' ċentri ta' informazzjoni għall-kwistjonijiet marbuta mal-litteriżmu medjatiku li jaħdmu fil-livell reġjonali);

e)

id-dispożizzjoni ta' inċentivi u l-promozzjoni ta' politiki dwar il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' kontenut Ewropew u l-iżvilupp tal-midja mis-soċjetà ċivili;

f)

parteċipazzjoni f'netwerks ta' kooperazzjoni nazzjonali u Komunitarji;

12.

jappella lill-awtoritajiet pubbliċi b'mod partikolari biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, peress li n-numru ta' organizzazzjonijet tas-soċjetà ċivili li qed jieħdu sehem fid-dibattitu dwar il-litteriżmu medjatiku huwa żgħir, filwaqt li jappoġġja wkoll parteċipazzjoni akbar min-naħa tal-awtoritajiet regolatorji fl-Istati Membri u fir-reġjuni;

13.

jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għar-referenza espliċita li għamlet il-Kummissjoni għar-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-appoġġ tagħhom għal inizjattivi fis-settur non-formali tal-edukazzjoni, filwaqt li jżid li f'ħafna każijiet l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli wkoll li jdaħħlu l-litteriżmu medjatiku u l-edukazzjoni dwar il-midja fis-sistema formali tal-edukazzjoni fil-livelli kollha;

14.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jinkludu kwistjonijiet ta' litteriżmu medjatiku u edukazzjoni dwar il-midja fit-taħriġ tal-għalliema u dawk li jħarrġu, fil-programmi tal-iskola u fit-tagħlim tul il-ħajja, u li jippromovu midja u ħiliet edukattivi fl-użu u l-produzzjoni tal-multimidja fost it-tfal tal-iskola u l-istudenti;

15.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiżviluppaw proġetti ta' kollaborazzjoni fit-tul dwar il-litteriżmu medjatiku bejn il-partijiet interessati mis-settur pubbliku u dak privat fis-setturi formali u non-formali tal-edukazzjoni u t-taħriġ (pereżempju dawk li jippubblikaw il-gazzetti lokali u reġjonali jippromovu l-edukazzjoni dwar il-ġurnaliżmu tal-istampa u dak elettroniku fl-iskejjel; festivals taċ-ċinema li fihom attivitajiet u kampanji edukattivi dwar kwistjonijiet ta' litteriżmu medjatiku u edukazzjoni dwar il-midja minn kanali pubbliċi awdjoviżivi u kumpaniji tal-hardware u tas-software);

16.

iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippromovu iktar il-litteriżmu medjatiku billi jimplimentaw r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-wirt ċinematografiku u l-kompetittività ta' attivitajiet relatati tal-industrija tal-films (4), u r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien tal-minuri u tad-dinjità umana u d-dritt tar-risposta dwar il-kompetittività tal-industija Ewropea tas-servizzi tal-informazzjoni awdjonviżivi u onlajn (5);

L-edukazzjoni dwar il-midja fil-komunikazzjonijiet kummerċjali (ir-reklamar)

17.

ifakkar il-pożizzjoni tiegħu li spjega fl-opinjoni dwar id-Direttiva l-ġdida dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżivi (6), fejn talab għall-possibbiltà li ma jkunx permess reklamar waqt il-programmi tat-tfal u l-aħbarijiet, sfortunatament din il-pożizzjoni ma ġietx inkluża, filwaqt li ma jaqbilx mal-approċċ tal-Kummissjoni, li tisħaq li l-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku hija approċċ aktar xieraq mill-projbizzjoni tar-reklamar (7); Ovvjament hemm bżonn ta' edukazzjoni aħjar tal-pubbliku, speċjalment tat-tfal u taż-żgħażagħ, biex jiġi żviluppat approċċ korrett u kritiku lejn il-midja, iżda l-KtR għandu dubju kemm it-tfal huma kapaċi jiddistingwu l-programmi mir-riklami jew jivvalutaw ir-riklami b'mod korrett, u għalhekk huwa favur l-għażla li d-dispożizzjonijiet regolatorji fl-Istati Membri jitjiebu u jiżdiedu;

18.

huwa tal-istess fehma tal-Kummissjoni illi hemm bżonn urġenti li jiżviluppaw u jkun hemm skambju ta' prattiki tajbin f'dan il-qasam. Dan japplika kemm għall-iżvilupp kif ukoll għall-implimentazzjoni ta' kodiċi ta' prattika u, fejn ikun applikabbli, oqfsa ta' awtoregolamentazzjoni u ko-regolamentazzjoni. Fl-istess waqt hemm bżonn li jitħarsu d-drittijiet tal-konsumaturi marbuta mas-servizzi tal-kontenut, sabiex il-kwalità tas-servizzi tirrifletti l-kriterji tal-affidabbiltà u l-validità;

19.

jixtieq jara programmi ta' litteriżmu medjatiku u ta' edukazzjoni dwar il-midja fil-livelli kollha ta' gvernanza b'fondi pubbliċi u privati, sakemm ikunu trasparenti, sabiex l-interessi ta' dawk li jkunu qed jieħdu sehem (speċjalment is-suġġetti mis-settur privat) ikunu jistgħu jiġu magħrufa malajr;

Il-litteriżmu medjatiku b'rabta max-xogħlijiet awdjoviżivi u l-kontenut tal-internet

20.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, appoġġjati mill-Istati Membri u l-UE, biex jippromovu l-attivitajiet ibbażati fuq il-prijoritajiet stabbiliti mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Dawn l-attivitajiet huma mmirati lejn iċ-ċittadini, speċjalment it-tfal u ż-żgħażagħ, in-nies b'diżabbiltà u l-gruppi soċjali li huma f'riskju ta' esklużjoni:

a)

familjarizzazzjoni tan-nies mal-wirt kulturali Ewropew u interess akbar fix-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej;

b)

opportunitajiet għaċ-ċittadini biex jitgħallmu dwar il-produzzjoni ta' servizzi u x-xogħlijiet awdjoviżivi mill-viċin, jiksbu ħiliet kreattivi, u jesprimu l-fehmiet tagħhom u jirriflettu dwar l-identità kulturali tagħhom;

c)

fehma tas-sinifikat tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

d)

valutazzjoni kritika tal-kontenut tal-internet u użu aħjar tal-magni tat-tfittxija (search engines) mill-utenti;

e)

promozzjoni tal-inklużjoni diġitali, kif ġie enfasizzat mill-KtR fl-opinjoni tiegħu dwar is-suġġett (8);

21.

enfasi tal-ħtieġa li l-wirt kulturali awdjoviżiv Ewropew jiġi kkunsidrat fil-politiki edukattivi u kulturali tal-Istati Membri, il-bliet u r-reġjuni, u li ż-żgħażagħ li joħolqu l-kontenut jiġu appoġġjati u mħeġġa, peress li fil-fatt huma l-futur tas-settur awdjoviżiv tal-Ewropa. F'dan il-kuntest il-KtR diġà ħa pożizzjoni b'rakkomandazzjonijiet (9) preċedenti, biex jiżdiedu l-appoġġ finanzjarju u l-promozzjoni tal-festivals awdjoviżivi reġjonali u lokali sabiex jiżviluppaw aktar ix-xogħlijiet minn żgħażagħ Ewropej li joħolqu l-kontenut u jtejbu t-taħriġ tal-professjonisti fil-qasam awdjoviżiv f'pajjiżi u reġjuni bi produzzjoni awdjoviżiva baxxa jew li għandhom firxa ġeografika u lingwistika limitata;

B.   Kontenut kreattiv onlajn fis-suq uniku (10)

22.

jilqa' l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kontenut kreattiv onlajn fis-suq uniku u jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li t-trasferiment tas-servizzi tal-kontenut kreattiv fl-ambjent tal-internet huwa sfida kbira; it-teknoloġiji diġitali jiffaċilitaw il-ħolqien ta' xogħlijiet awdjoviżivi u jagħmluha possibbli li jxerrdu kontenut kreattiv f'suq awdjoviżiv mingħajr fruntieri, filwaqt li fl-istess ħin jiżdied l-aċċess għall-kontenut kreattiv permezz tal-għodod, in-netwerks u s-servizzi. Dan il-kontenut ikopri xogħlijiet kreattivi awdjoviżivi onlajn bħalma huma ċ-ċinematografija, it-televiżjoni, il-mużika, ir-radju, il-logħob tal-internet, il-pubblikazzjonijiet fuq l-internet, il-kontenut kreattiv onlajn, u l-kontenut maħluq mill-utenti;

23.

jisħaq li hemm bżonn li jittieħdu aktar miżuri biex il-potenzjal tal-kontenut kreattiv Ewropew jiġi attivat kompletament, bil-għan li titjieb il-produzzjoni, id-disponibbiltà u ċ-ċirkolazzjoni ta' xogħlijiet innovattivi Ewropej ta' kwalità għolja, li tiżdied id-diversità kulturali u l-kompetittività Ewropea;

24.

jinnota li l-isfidi eżistenti jridu jingħelbu mhux biss mill-UE, l-Istati Membri, il-kumpaniji li jipproduċu u jqassmu l-kontenut, l-operaturi tan-netwerk, dawk li għandhom id-drittijiet, il-konsumaturi u l-awtoritajiet regolatorji indipendenti, iżda wkoll mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

25.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jieħdu rwol ewlieni fil-ġestjoni tal-wirt kulturali u lingwistiku tagħhom permezz tal-kontenut kreattiv onlajn — filwaqt li jippromovu mudelli ta' negozju ġodda fl-industrija tal-kreattività u fil-mezzi tax-xandir, billi jġibu 'l quddiem xogħlijiet kreattivi li huma (ko)finanzjati mill-organizzazzjonijiet tal-mezzi tax-xandir kif ukoll fil-prattika tal-Gvern elettroniku b'servizz ta' twassil b'kanali diversi;

26.

jappoġġja ż-żewġ inizjattivi ewlenin imħabbra mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha, (a) il-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kontenut Kreattiv Onlajn u (b) il-ħolqien ta' pjattaforma ta' diskussjoni u kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati, “il-Pjattaforma tal-Kontenut Onlajn”, sabiex jiġi żviluppat id-djalogu dwar kif din il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata, u jitlob li r-rappreżentazzjoni tal-lokalitajiet u r-reġjuni tiġi ggarantita;

Il-kontenut kreattiv onlajn u d-diversità kulturali

27.

huwa kritiku tal-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ma rnexxilhiex tagħti kas tal-implikazzjonijiet kulturali u soċjali tas-settur tal-kontenut kreattiv onlajn li qed jiżviluppa u li tipproponi miżuri li huma essenzjali biex jippromovu d-diversità kulturali u jiżguraw l-aċċess universali għall-benefiċċji tal-ICTs. kif diġà ġie indikat fl-opinjoni dwar l-istrateġija i2010 (11), il-KtR iqis li l-politiki marbuta mas-servizzi l-ġodda u l-midja diġitali l-ġdida, kif ukoll il-kontenut kreattiv, ma jridux jiffokaw biss fuq il-kriterji ekonomiċi, iżda għandhom iqisu wkoll il-fatturi kulturali u soċjali. B'konsegwenza, il-kontenut kreattiv u innovattiv irid jiffavorixxi l-koeżjoni soċjali u l-inklużjoni, u b'hekk jiffoka b'mod partikolari fuq kategoriji partikolari li huma f'riskju ta' esklużjoni (nisa', żgħażagħ, u nies b'diżabbiltà);

28.

josserva li fejn jidħlu l-politiki u l-leġiżlazzjoni dwar il-kontenut kreattiv onlajn, irid jinstab bilanċ bejn l-importanza tiegħu bħala oġġett kulturali kif ukoll bħala assi ekonomiku. L-interazzjoni li qed tiżdied bejn il-kultura, il-midja awdjoviżiva u l-ICT tagħmel l-iżvilupp ta' politika koeżiva għall-industrija, in-negozju tal-kontenut kreattiv u l-kontenut onlajn ħaġa aktar bżonnjuża;

29.

jitlob lill-Kummissjoni li tinkludi l-ħarsien tad-diversità kulturali taħt l-intestatura kontenut onlajn, u li b'hekk tikkonsidra:

a)

li twessa' l-firxa tar-rakkomandazzjoni proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontenut kreattiv onlajn u “l-Pjattaforma tal-Kontenut Onlajn” biex tinkludi d-diversità kulturali;

b)

il-mod li bih l-UE fi ħsiebha timplimenta l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Ħarsien u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali f'dan il-kuntest. Fl-Opinjoni tiegħu dwar Aġenda Ewropea għall-kultura, il-KtR kien appella lill-Kummissjoni biex tagħmel progress — fuq il-bażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà — biex tieħu miżuri biex timplimenta din il-konvenzjoni dinjija (12);

c)

il-mod kif l-UE tapplika l-klawsola tal-kompatibbiltà kulturali (Artikolu 151(4) TKE) f'dan il-qasam ta' politika;

d)

il-qsim tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-iskambju tal-aħjar prattiki f'din l-isfera;

30.

jixtieq jippreżerva d-diversità kulturali u l-identità f'soċjetà Ewropea pluralista fid-dinja diġitali tal-ġejjieni, u għalhekk jisħaq fuq it-talba preċendenti (13) tiegħu dwar:

a)

żamma tal-kontenut u s-servizzi fil-lingwi kollha, minħabba fiż-żieda tal-użu ta' lingwa waħda fil-kontenut kreattiv onlajn;

b)

appoġġ għad-diġitalizzazzjoni, id-dubbing, l-użu tas-sotto titoli u kopji multilingwi tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej;

c)

garanzija li l-fornituri tas-servizzi tal-midja offlajn jippromovu l-produzzjoni ta' u l-aċċess għal, xogħlijiet Ewropej u indipendenti;

d)

“diskriminazzjoni pożittiva” fil-miżuri ta' appoġġ tal-UE favur pajjiżi b'kapaċità żgħira għall-kontenut kreattiv onlajn u/jew firxa ġeografika u lingwistika limitata;

e)

kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti fl-oqsma tal-lingwi differenti fl-iżvilupp ta' libreriji diġitali, li d-data diġitali tagħhom għandha tkun aċċessibbli lil hinn mill-fruntieri nazzjonali minkejja d-drittijiet għall-użu;

Azzjonijiet speċifiċi

31.

jaqbel mat-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kwistjoni tax-xogħlijiet orfni u l-fatt li ħafna artisti għadhom mhumiex komdi li jagħtu d-drittijiet tagħhom għad-distribuzzjoni fuq l-internet minħabba l-biża' li jitilfu l-kontroll b'riżultat ta' kkuppjar illegali. Dan hu ostaklu għall-ħolqien ta' swieq ġodda għax-xogħlijiet kreattivi Ewropej u d-diversità kulturali fl-ambjent diġitali, il-Kumitat għalhekk jappella lill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiffaċilitaw id-djalogu bejn il-partijiet interessati bl-iskop li jinstabu soluzzjonijiet xierqa għat-termini tal-kuntratti bejn il-proprjetarji tad-drittijiet u d-distributuri fuq l-internet, u biex jissaħħaħ l-impenn tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-Karta taċ-Ċinematografija Ewropea Onlajn tal-2006;

32.

jara kuntradizzjoni bejn il-possibbiltà li dawk li jipprovdu l-kontenut tas-servizzi onlajn jilħqu l-pubbliku ġenerali fil-livell globali u l-assoċjazzjoni tradizzjonali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma' firxa territorjali limitata, u s-similarità bejn l-objettivi ta' politika kulturali ta' skambju u distribuzzjoni aktar mifruxa tal-kontenut kreattiv onlajn u l-fatt li ħafna proprjetarji tad-drittijiet jippruvaw jiksbu liċenzji fi ftit Stati Membri biss fejn il-liċenzja hija għalihom ekonomikament interessanti;

33.

jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni li tkompli tiċċara l-għażliet biex jitjiebu l-mekkaniżmi eżistenti, inkluż il-liċenzjar li jkopri diversi territorji, qabel ma tittratta din il-kwistjoni kumplessa fil-proposta ta' Rakkomandazzjoni mħabbra;

34.

jirrikonoxxi — kif għamel fl-opinjoni preċedenti (14) — il-Kontribut tal-Kummissjoni lejn l-iżvilupp ta' qafas tal-ġestjoni tad-drittijiet diġitali (DRM) u l-istedina tagħha lill-partijiet interessati biex jingħaqdu f'diskussjonijiet konġunti, fejn il-proprjetarji tad-drittijiet diġitali huma mħeġġa li jaqblu dwar il-grad ta' interoperabbiltà;

35.

jikkunsidra li filwaqt li l-parti l-kbira tal-wirt kulturali Ewropew aktar antik huwa diġà ħieles minn restrizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur u għalhekk huwa disponibbli onlajn, riforma tal-leġiżlazzjoni tad-drittijiet tal-awtur dwar wirt kulturali aktar riċenti hija relevanti ħafna (15);

36.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni biex tibda l-proċeduri ta' kooperazzjoni (“kodiċi ta' kondotta”) bejn il-fornituri tal-aċċess/servizz, il-produtturi tal-kontenut, il-propretarji tad-drittijiet, u b'mod partikolari l-konsumaturi, sabiex ikun hemm garanzija ta' miżuri li jiffaċilitaw lill-konsumatur għal ħarsien adegwat tax-xogħlijiet marbuta bid-drittijiet tal-awtur u l-ġlieda kontra l-piraterija u l-ikkuppjar illegali;

37.

jappella lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jappoġġjaw l-edukazzjoni formali u informali u l-attivitajiet ta' tqajjim ta' kuxjenza dwar l-importanza tad-drittijiet tal-awtur għall-kontenut kreattiv;

38.

jirrakkomanda li bħala parti mis-Sena għall-Kreattività u l-Innovazzjoni (2009) għandhom jiġu ppjanati miżuri fil-livell lokali u reġjonali biex iqajmu kuxjenza dwar u jiġu mifhumal-aċċess għall-kontenut kreattiv onlajn, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-ġlieda kontra l-piraterija;

39.

jemmen li miżuri mnedija mill-istituzzjonijiet Ewropej biex isaħħu u jippromovu l-produzzjoni u d-disponibbiltà tal-kontenut kreattiv onlajn għandhom jiġu akkumpanjati minn inizjattivi korrispondenti b'rabta mal-litteriżmu medjatiku.

Brussell, id-9 ta' Ottubru 2008.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


(1)  Wara li kkonsultat ma numru kbir ta' ċittadini u korpi speċjalizzati, ir-rapporteur tikkonsidra li t-traduzzjoni Griega tat-terminu “media literacy”“γραμματισμος” mhix sodisfaċenti, peress li ma tirrendix is-sens tat-terminu b'mod ċar għan-nies ordinarji. Għalhekk hija tipproponi li t-terminu jinbidel fit-test ta' l-opinjoni b'“αγωγή”, jew “media education” fl-ambjent diġitali. Fil-verżjoni Maltija ser jinżamm it-terminu “litteriżmu medjatiku” sabiex tkun konsistenti mat-termimu użatt fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni.

(2)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Approċċ Ewropew lejn il-litteriżmu medjatiku f'ambjent diġitali — l-2868 laqgħa tal-Kunsill għall-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Kultura, Brussell, 21.5.2008.

(3)  CdR 67/2004 finali.

(4)  Rakkomandazzjoni Nru 2005/865/KE.

(5)  Rakkomandazzjoni Nru 2006/952/KE.

(6)  Ara l-istqarrija mill-Kummissarju Reding u l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni IP/07/1970.

(7)  CdR 106/2006 finali.

(8)  CdR 5/2008 finali.

(9)  CdR 303/2004 finali.

(10)  Wara li kkonsultat ma' numru kbir ta' ċittadini u korpi speċjalizzati, ir-rapporteur tikkonsidra li t-traduzzjoni Griega tat-terminu “onlajn” bħala“γραμματισμος” mhix sodisfaċenti, peress li ma tirrendix is-sens tat-terminu b'mod ċar għan-nies ordinarji. Għalhekk hija tipproponi li t-terminu jinbidel fit-test ta' l-opinjoni b'“διαδικτυακό” (“internet”). (Nota tat-traduttur: fil-verżjoni Maltija ser tinżamm il-kelma onlajn).

(11)  CdR 252/2005 finali.

(12)  CdR 172/2007 finali.

(13)  CoR 106/2006 finali, CdR 33/2006 finali, CdR 252/2005 finali, CdR 303/2004 finali and CdR 67/2004 finali.

(14)  CdR 252/2005 finali.

(15)  CdR 32/2006 finali.


19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 325/76


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini: il-promozzjoni tad-Drittijiet Fundamentali u tad-drittijiet li ġejjin miċ-ċittadinanza Ewropea

(2008/C 325/13)

Il-KUMITAT TAR-REĠJUNI:

jenfasizza r-rwol importanti li taqdi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, is-sisien tal-proċess li jiggarantixxi d-drittijiet fundamentali u punt ta' referenza kruċjali għat-tifsira u l-interpretazzjoni tad-drittijiet li trid tirrispetta l-UE, u jenfasizza l-funzjoni speċifika tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali bħala strument biex ikun ta' servizz għall-individwi kollha;

isostni li t-tħaddim tad-drittijiet li jiġu miċ-ċittadinanza jinvolvu wkoll l-obligazzjoni li jiġu rispettati ċertu “dmirijiet” fejn jidħlu l-komunitajiet lokali u reġjonali;

jisħaq dwar ir-responsabbiltà li jġorru l-livelli kollha ta' gvernanza biex jgħinu ħalli titrawwem “kultura ta' drittijiet fundamentali” billi jagħmlu liċ-ċittadini aktar konxji mid-drittijiet tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa, għalhekk, ta' kampanja konġunta li tippromovi d-drittijiet taċ-ċittadini, liema kampanja tkun tagħmel parti integrali mill-politika ta' informazzjoni u komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea; u huwa tal-fehma li b'rabta ma' dan, jeħtieġ li jiġu allokati riżorsi speċifiċi u li l-azzjonijiet jitħejjew bil-parteċipazzjoni effettiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

għandu l-ħsieb li jibni fuq il-kooperazzjoni produttiva li diġà teżisti għad-drittijiet fundamentali, ikkonfermata fis-seminar f'Reggio Emilia f'Settembru 2008, u ser iqis bis-serjetà l-proposta tal-Kummissjoni li flimkien magħha jorganizza avveniment annwali li jenfasizza l-approċċ orjentat lejn iċ-ċittadini għad-drittijiet fundamentali u l-valutazzjoni komparattiva f'livelli differenti ta' gvernanza;

itenni t-talba sabiex rappreżentant tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jkun jista' jieħu sehem fil-bord amministrattiv tal-aġenzija;

jitlob lill-Kummissjoni biex tistieden b'mod sistematiku lill-President tal-Kumitat tar-Reġjuni jieħu sehem fil-ħidma tal-Grupp ta' Kummissarji dwar id-Drittijiet Fundamentali, Anti-diskriminazzjoni u Opportunitajiet Indaqs, li jmexxi l-politika u jiżgura l-koerenza tal-inizjattivi f'dan il-qasam.

Rapporteur

:

Is-Sinjura Sonia MASINI (IT/PES), President tal-Provinċja ta' Reggio Emilia

Dokument ta' referenza

Rapport mill-Kummissjoni — il-Ħames Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni

(1 ta' Mejju 2004-30 ta' Ġunju 2007)

COM(2008) 85 finali

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

Il-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

ifakkar li t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jirrikonoxxi li l-Unjoni hi msejsa fuq il-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija u l-istat tad-dritt u fuq ir-rispett lejn id-drittijiet tal-individwu u lejn il-libertajiet fundamentali li huma komuni għat-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri u garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f'Ruma fl-4 ta' Novembru 1950;

2.

jenfasizza li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata f'Nizza fis-7 ta' Diċembru 2000 mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, kisbet importanza kbira fil-mod kif saħqet fuq l-importanza u l-iskop tad-drittijiet stabbiliti fiha. Għalkemm s'issa għad ma torbotx legalment, il-Karta hija s-sisien tal-proċess li jiggarantixxi d-drittijiet fundamentali u hija bażi essenzjali li tiġbor fiha t-tifsira u l-interpretazzjoni tad-drittijiet li trid tirrispetta l-UE;

3.

jenfasizza l-pożizzjoni unika tal-Karta, fil-kuntest tal-istrumenti għad-drittijiet tal-bniedem, billi tgħaqqad f'test wieħed id-drittijiet universali tal-persuna (id-drittijiet ċivili u politiċi) li nibtu mill-iżvilupp storiku tad-drittijiet tal-libertà u l-integrità tal-persuna fl-Ewropa, kif ukoll id-drittijiet ekonomiċi u soċjali li nibtu mill-esperjenza Ewropea tat-twaqqif ta' “ekonomija soċjali tas-suq”, flimkien ma' numru ta' dispożizzjonijiet ferm innovattivi, bħal mhuma d-drittijiet tal-anzjani u tal-persuni b'diżabilità, li jagħmlu parti mill-mudell Ewropew ta' għajnuna soċjali;

4.

jenfasizza l-funzjoni speċifika tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali bħala strument biex ikun ta' servizz għall-individwi kollha;

5.

għalhekk, jinsab kuntent li bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, fil-verżjoni emendata tagħha, adottata fit-12 ta' Diċembru 2007 f'Liżbona, għandha ssir legalment vinkolanti u jtenni kif il-Karta ser ikollha l-istess valur legali daqs it-Trattati, li, kif stipulat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jiffurmaw il-kostituzzjoni tal-Unjoni Ewropea;

6.

isostni li, għalkemm id-drittijiet li ġejjin miċ-ċittadinanza jirrappreżentaw kisba importanti, xorta għad hemm diffikultajiet fl-applikazzjoni tagħhom (Il-Ħames Rapport tal-Kummissjoni dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni); b'mod partikolari, bosta oqsma differenti tal-popolazzjoni jħossuhom maqtugħin mill-istituzzjonijiet tal-UE u dan is-sentiment irridu niġġielduh u ngħelbuh; b'rabta ma' dan, jisħaq li r-reġjuni u l-awtoritajiet lokali jistgħu jagħtu kontribut f'dan il-qasam billi jservu ta' pont bejn l-istituzzjonijiet u l-pubbliku;

7.

jenfasizza li jinħtieġ jingħata nifs ġdid lill-promozzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b'viżjoni li ssir legalment vinkolanti; għalhekk, tista' ssir kampanja dwar l-edukazzjoni ċivika Ewropea, b'mod partikolari fl-istabbilimenti edukattivi; b'rabta ma' dan, jisħaq fuq ir-rwol tar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali, li jinkludi t-tixrid tal-informazzjoni u l-iskambju ta' esperjenzi u ideat għal proġetti;

8.

josserva li filwaqt li l-Unjoni tiggarantixxi d-drittijiet universali lil kull min ikun (ikunx ċittadin Ewropew, ċittadin ta' pajjiż terz jew mingħajr stat) li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tagħha, tagħti drittijiet speċifiċi liċ-“ċittadini tal-Unjoni” li magħhom għandha r-rabta speċjali ta' ċittadinanza;

9.

josserva li d-drittijiet fundamentali universali u d-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni jridu jingħarfu u jiġu applikati mhux biss mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, inkluż il-KtR, imma wkoll mill-awtoritajiet nazzjonali u minn dawk reġjonali u lokali;

10.

ifakkar il-prinċipju stipulat fil-preambolu tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jgħid li l-valuri komuni tal-UE jridu jiġu żviluppati filwaqt li tiġi rispettata d-diversità tal-kulturi u t-tradizzjonijiet tal-popli Ewropej, tal-identità nazzjonali tal-Istati Membri u tal-organizzazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi tagħhom fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; jinsab kuntent b'din ir-referenza espliċita għall-awtonomija reġjonali u lokali u għad-demokrazija fil-livell taċ-ċittadini;

11.

isostni li skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iċ-ċittadinanza tal-UE tinvolvi dmirijiet hekk kif ukoll drittijiet;

12.

jiġbed attenzjoni partikolari lejn id-dmir taċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex iħarsu l-liġijiet tal-UE u ta' pajjiżhom u li jirrispettaw il-kulturi differenti;

13.

jinnota li ħafna mid-drittijiet stipulati fil-Karta għandhom x'jaqsmu ma' setgħat li f'bosta Stati tal-UE jingħataw f'idejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali (pereżempju, f'oqsma bħall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-ħarsien tal-ambjent, il-politiki soċjali, il-politika tad-djar, il-pulizija lokali u t-trasport), jew jikkonċernaw kwistjonijiet ta' importanza ġenerali għall-awtoritajiet pubbliċi kollha (amministrazzjoni tajba, trasparenza u aċċess għad-dokumenti; id-drittijiet tat-tfal, tal-anzjani u tal-persuni b'diżabilità);

14.

għalhekk jenfasizza li d-drittijiet fundamentali jridu jiġu mħarsa f'bosta livelli u jinsab kuntent li saret referenza għal dan il-prinċipju fil-kuntest tal-abbozzar tar-rapport ta' Katanja tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea;

15.

jenfasizza li huwa fil-livell reġjonali u lokali li ċ-ċittadini l-ewwel li jiltaqgħu mal-amministrazzjoni pubblika u li l-ewwel li jużaw l-istrutturi u s-servizzi amministrattivi;

16.

isostni li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u taċ-ċittadin teħtieġ li jkun hemm politiki attivi: dritt jibda jitħaddem biss meta l-kundizzjonijiet effettivi jagħmlu dan possibli;

17.

isostni li, b'rabta ma' dan, l-Unjoni trid tkompli taħdem fil-politiki tagħħha għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali aktar b'saħħitha; jilqa' l-fatt li t-Trattat ta' Liżbona jinkludi l-“koeżjoni territorjali” fost l-objettivi tal-Unjoni Ewropea;

18.

jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-Protokoll dwar is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, mehmuż mat-Trattat ta' Liżbona, li jenfasizza l-importanza għaċ-ċittadini li jkun hemm organizzazzjoni ta' servizzi pubbliċi effiċjenti, aċċessibbli għal kulħadd u li jkunu qrib il-ħtiġijiet individwali, kif ukoll ir-rwol essenzjali u d-diskrezzjoni wiesgħa li għandhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-organizzar, l-għoti u l-kummissjoni ta' dawn is-servizzi;

19.

ifakkar li, fl-ispirtu tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-Unjoni tirrispetta d-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika; tilqa' r-referenza fit-Trattat ta' Liżbona għar-rispett tad-diversità kulturali u lingwistika fost l-objettivi tal-Unjoni, soġġetta, naturalment, għar-regoli demokratiċi stabbiliti;

20.

jiġbed l-attenzjoni għar-rwol kruċjali tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-imsieħba naturali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, fl-applikazzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem;

21.

isostni li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma qrib iċ-ċittadini u l-ħtiġijiet u l-fehmiet tagħhom, jistgħu jaraw bl-aktar mod immedjat u realistiku l-applikazzjoni tad-drittijiet stabbiliti mill-Unjoni u għalhekk jenfasizza r-rwol li l-KtR jista' jaqdi bħala osservatorju tal-kundizzjonijiet konkreti tal-applikazzjoni ta' dawn id-drittijiet u jitlob lill-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew biex jagħmlu użu minn dan il-potenzjal li għandu l-KtR billi jkunu ċerti li meta jiġu adottati atti legali jkunu jirriflettu l-interpretazzjoni ta' kwistjonijiet mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

22.

jitlob lill-Kummissjoni biex tistieden b'mod sistematiku lill-President tal-Kumitat tar-Reġjuni jieħu sehem fil-ħidma tal-Grupp ta' Kummissarji dwar id-Drittijiet Fundamentali, Anti-diskriminazzjoni u Opportunitajiet Indaqs, li jmexxi l-politika u jiżgura l-koerenza tal-inizjattivi f'dan il-qasam;

23.

jinnota l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/252/KE li tistabbilixxi għall-perijodu 2007-2013 l-programm għad-drittijiet fundamentali u ċ-ċittadinanza' u jistieden lill-Kummissjoni ddaħħalha fir-reviżjoni tal-programm għall-perijodu 2014-2020;

Id-drittijiet universali tal-persuna

24.

itenni li l-prinċipju tar-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem huwa ċ-ċentru tal-azzjoni kollha tal-UE, liema drittijiet ġejjin mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni fl-Istati Membri, mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-konvenzjonijiet l-oħrajn adottati fil-livell internazzjonali (b'mod partikolari fin-Nazzjonijiet Uniti) u ratifikati mill-Istati Membri tal-UE;

25.

josserva li l-mudell Ewropew għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, kif stipulat fil-Karta, huwa wieħed mill-aktar avvanzati għax jinkorpora drittijiet ċivili u politiċi kif ukoll drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, u hu msejjes fuq l-ordni u sistema ta' valuri tiegħu stess li, fl-ambitu tad-drittijiet universali, jirrispetta d-diversità u d-djalogu bejn il-kulturi, ir-reliġjonijiet u t-twemmin differenti fl-ambitu tar-regoli mwaqqfa mis-sistemi demokratiċi Ewropej;

26.

jiġbed l-attenzjoni għall-kunflitti li jistgħu jinqalgħu bejn ir-rispett għad-dritt individwali tal-privatezza u l-garanzija ta' drittijiet fundamentali oħrajn bħas-sigurtà, u jitlob li din il-kwistjoni tiġi diskussa aktar fil-fond, billi jitqiesu l-esperjenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-pożizzjoni kruċjali li jinsabu fiha fil-protezzjoni tad-data li għandhom dwar iċ-ċittadini residenti;

27.

isostni l-fatt li l-Unjoni għandha wkoll tippromovi d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi u jfakkar b'rabta ma' dan dak li ntqal fl-opinjoni dwar id-dokument ta' strateġija 2007-2010 dwar l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), li r-rapporteur tagħha kienet Heini Utunen;

28.

itenni l-ħtieġa li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt fil-kuntest tal-politiki bil-għan li tinħoloq żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u jfakkar, fl-istess ħin, kif permezz t'hekk l-Unjoni għandha tiggarantixxi livell għoli ta' sigurtà għaċ-ċittadini;

29.

jinsab kuntent li t-Trattat ta' Liżbona jneħħi l-istruttura ta' pilastri tal-Unjoni u li, bis-saħħa t'hekk, azzjonijiet fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja jaqgħu taħt ir-regoli ġenerali għall-politiki Ewropej, b'mod partikolari r-reviżjoni ġudizzjarja li twettaq il-Qorti tal-Ġustizzja;

30.

jilqa' l-miżuri innovattivi stabbiliti fit-Trattat ta' Liżbona, li jsaħħu r-rwol tal-Parlament Ewropew fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-politiki marbuta maż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u li jagħrfu r-rwol li jaqdu l-parlamenti nazzjonali fil-mekkaniżmi ta' valutazzjoni tar-riżultati li nkisbu f'dan il-qasam;

31.

jinsab kuntent bit-twaqqif tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u bit-tnedija tal-attivitajiet tagħha;

32.

għandu l-ħsieb li jibni fuq il-kooperazzjoni produttiva li diġà teżisti għad-drittijiet fundamentali, ikkonfermata fis-seminar f'Reggio Emilia f'Settembru 2008, u ser iqis bis-serjetà l-proposta tal-Kummissjoni li flimkien magħha jorganizza avveniment annwali li jenfasizza l-approċċ orjentat lejn iċ-ċittadini għad-drittijiet fundamentali u l-valutazzjoni komparattiva f'livelli differenti ta' gvernanza;

33.

jikkonferma x-xewqa tal-Kumitat tar-Reġjuni kif ukoll tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jaqdu rwol attiv fil-ħidma tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali u l-programmazzjoni annwali tagħha, u jinsab kuntent bil-forom ta' kooperazzjoni li jeżistu diġà;

34.

itenni t-talba sabiex rappreżentant tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jkun jista' jieħu sehem fil-bord amministrattiv tal-aġenzija;

35.

joffri l-kooperazzjoni tiegħu lill-aġenzija billi jiġbor u jxerred il-prattiki tajbin u l-esperjenzi li għandhom sinifikat partikolari għall-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-livell lokali u reġjonali, kif ukoll billi jibgħat l-informazzjoni rilevanti miġbura fil-livell lokali u reġjonali;

36.

jisħaq li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu f'qagħda ideali biex jaqdu rwol attiv fil-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, kif ukoll biex jgħinu fis-sorveljanza tal-kundizzjonijiet li jrid ikun hemm għat-tgawdija ta' dawn id-drittijiet tal-;

37.

jfakkar li kien semma li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol ewlieni fit-tħaddim tad-drittijiet fundamentali tan-nisa u l-prinċipju tal-opportunitajiet indaqs għal kulħadd;

38.

isostni, b'referenza partikolari għan-nisa migranti, li l-integrazzjoni tfisser li naqsmu u nirrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-persuna, li huma parti mill-acquis ġudizzjarju Ewropew, u jfakkar l-importanza tal-politiki ta' akkoljenza mibnija fuq l-għarfien tad-diversità kulturali kif magħżula b'mod ħieles miċ-ċittadini (CdR 396/2006);

39.

jenfasizza li l-mezzi tax-xandir għandhom rwol importanti x'jaqdu sabiex ixandru l-ksur tal-liġi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u dawk ċivili. Madanakollu huma għandhom ixandru wkoll il-prattiki tajba u l-esperjenzi li għandhom sinifikat partikolari għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u dawk ċivili;

Id-drittijiet li ġejjin miċ-ċittadinanza Ewropea

40.

ifakkar li, kif stipulat mill-Qorti tal-Ġustizzja, iċ-ċittadinanza tal-Unjoni hija l-istatus fundamentali tal-individwu, attur politiku fil-proċess ta' integrazzjoni Ewropea;

41.

b'hekk jinsab kuntent li t-Trattat ta' Liżbona jħaddan id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar iċ-ċittadinanza tal-UE fit-Trattat il-ġdid dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod speċifiku fit-titolu li fih dispożizzjonijiet dwar prinċipji demokratiċi, li jtennu l-prinċipju li skontu d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod kemm jista' jkun trasparenti u qrib iċ-ċittadini (id-demokrazija fil-livell taċ-ċittadini);

42.

minkejja dan, jilmenta li ma ssemma mkien b'mod espliċitu r-rwol essenzjali li jaqdu f'dan il-qasam l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

43.

isostni li l-libertà ta' moviment u ta' residenza hija ta' importanza kbira fist id-drittijiet li tagħti ċ-ċittadinanza Ewropea, billi tikkontribwixxi għal iżjed għarfien reċiproku bejn il-komunitajiet tal-UE;

44.

josserva l-progress li nkiseb fl-implimentazzjoni ta' din il-libertà, bis-saħħa tal-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2004/38 dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jkollhom residenza b'mod ħieles fit-territorju tal-Istati Membri;

45.

iħeġġeġ l-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jiżguraw is-sigurtà għaċ-ċittadini u biex jiġġieldu l-kriminalità;

46.

jenfasizza bil-qawwi, anki fid-dawl tal-esperjenza fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38, ir-responsabbiltajiet fundamentali li assumew l-awtoritajiet lokali u reġjonali b'rabta mal-ġestjoni tal-problemi marbuta mal-moviment u b'mod partikolari r-residenza taċ-ċittadini Ewropej. Dan jirreferi mhux biss għall-formalitajiet u l-prattiki amministrattivi li jagħmlu parti mir-residenza iżda wkoll u b'mod partikolari għall-politiki ta' akkoljenza;

47.

għalhekk, jilmenta li l-Ħames Rapport mill-Kummissjoni dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni ma jagħmel l-ebda referenza għar-responsabbiltajiet speċjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f'dik li hi akkoljenza;

48.

ifakkar li skont id-Direttiva 2004/38, iċ-ċittadini tal-UE li mhumiex ħaddiema jew persuni li jaħdmu għal rashom, għandhom id-dritt li jgħixu fi Stat ieħor barra fejn twieldu, sakemm ma joħolqux problema jew piż fuq is-sistema ta' għajnuna soċjali tal-Istat Membru li jkun qed jospitahom, u għal perijodi itwal minn tliet xhur, dejjem jekk għandhom biżżejjed riżorsi għalihom u l-familjari tagħhom kif ukoll assigurazzjoni għall-mard li jkopri r-riskji kollha fl-Istat Membru li jkun qed jospitahom;

49.

josserva l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ta' dawn il-kundizzjonijiet u jenfasizza l-impatt ta' din l-interpretazzjoni fuq ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll il-piżijiet finanzjarji li jistgħu jinqalgħu;

50.

isemmi l-fatt li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom id-dritt u d-dmir li jiġġieldu l-abbuż tad-drittijiet mogħtija mid-direttiva u li jiġġieldu l-frodi, bħal fil-każ ta' żwiġijiet jew sħubijiet fittizji jew imġiba illegali;

51.

jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tħeġġeġ l-għarfien tar-regoli l-ġodda stabbiliti fid-Direttiva 2004/38, inkluż il-pubblikazzjoni tal-Gwida għad-Direttiva 2004/38/KE, u jitlob lill-Kummissjoni tagħmel l-aħjar użu mill-qagħda vantaġġjuża tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li tagħmilha possibbli għalihom li jservu ta' għodda għat-tixrid ta' din l-informazzjoni;

52.

isostni li t-tħaddim tad-drittijiet li jiġu miċ-ċittadinanza jinvolvu wkoll l-obligazzjoni li jiġu rispettati ċertu “dmirijiet” fejn jidħlu l-komunitajiet lokali u reġjonali;

53.

jenfasizza l-importanza tad-dritt għall-vot taċ-ċittadini Ewropej kif ukoll id-dritt li joħorġu bħala kandidati fl-Istat Membru li jgħixu fih, kemm fl-elezzjonijiet lokali kif ukoll tal-Parlament Ewropew;

54.

f'dan il-kuntest, jisħaq li l-istituzzjonijiet politiċi lokali jirriflettu elettorat “Ewropew”, u b'hekk huma l-ewwel korpi governattivi li huma tassew Ewropej;

55.

jinsab kuntent biż-żieda fil-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew miċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fi Stat li mhux dak tal-oriġini tagħhom, imma juri tħassib dwar it-tnaqqis ġenerali gradwali fil-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej;

56.

itenni t-talba biex jiżdiedu l-attivitajiet informattivi u edukattivi dwar l-elezzjonijiet Ewropej, billi f'dan il-proċess isir l-aħjar użu mill-kwalitajiet l-aktar b'saħħithom tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

57.

itenni l-interess tiegħu fl-iżvilupp tal-partiti politiċi Ewropej (CdR 280/2004) u jenfasizza r-rwol kruċjali li għandhom jaqdu r-rappreżentanti eletti fil-livell lokali u reġjonali fit-tħaddim ta' dawn il-partiti u l-iżvilupp ta' strateġiji relatati, ukoll sabiex tinħoloq rabta bejn il-livelli differenti ta' gvernanza (Ewropea, nazzjonali, reġjonali u lokali);

58.

jinsab kuntent li t-Trattat ta' Liżbona jagħmilha possibbli għaċ-ċittadini tal-UE, f'numru ta' mhux anqas minn miljun persuna li jkunu ċittadini ta' numru sinifikanti ta' Stati Membri, li jieħdu l-inizjattiva li jistiednu l-Kummissjoni tressaq proposti leġiżlattivi;

59.

jenfasizza r-rwol fundamentali li jaqdi l-Ombudsman Ewropew, fost affarijiet oħra fid-dawl tal-esperjenza, bil-ħsieb li jittratta każijiet ta' amministrazzjoni ħażina mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE;

60.

jinsab kuntent li ċ-ċittadini issa jistgħu iressqu petizzjonijiet quddiem il-Parlament Ewropew u ilmenti lill-Ombudsmam b'mod elettroniku;

61.

ifakkar li ċittadin tal-UE fit-territorju ta' pajjiż terz li fih l-Istat Membru li hu ċittadin tiegħu mhuwiex rappreżentat huwa intitolat li jingħata protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi jew konsulari ta' kwalunkwe Stat Membru, skont l-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru, u jenfasizza l-importanza ta' din id-dispożizzjoni bħala punt ta' prinċipju, sakemm hi maħsuba biex tagħraf dimensjoni esterna fiċ-ċittadinanza Ewropea;

62.

jaqbel mal-fehma tal-fehma tal-Kummissjoni dwar il-fatt li l-acquis Komunitarju fil-qasam tal-protezzjoni diplomatika u konsulari mhuwiex adegwat, jilqa' l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta' pjan ta' azzjoni għall-perijodu 2007-2009 bl-għan li l-acquis jiġi żviluppat, u jitlob lill-Kunsill u l-Istati Membri jadottaw l-azzjonijiet meħtieġa f'dan l-ambitu, ukoll fil-livell internazzjonali;

63.

jenfasizza s-setgħat u l-esperjenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dan (bħat-turiżmu, il-politika tas-saħħa, id-dfin u l-kremazzjoni) u għalhekk iħeġġeġ l-istituzzjonijiet tal-UE jikkonsultaw mal-KtR fl-iżvilupp u l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet f'dan il-qasam;

64.

jinsab kuntent li t-Trattat ta' Liżbona jagħraf il-personalità internazzjonali tal-Unjoni u jittama li l-Unjoni tista' tħares iċ-ċittadini fil-livell internazzjonali;

65.

josserva d-data mressqa fil-Ħames Rapport mill-Kummissjoni dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni (l-1 ta' Mejju-it-30 ta' Ġunju 2007), li skontha ċ-ċittadini tal-UE jixtiequ jkunu infurmati aħjar dwar id-drittijiet tagħhom, imma fil-fatt inqas minn terz minnhom iħossu li huma infurmati tajjeb dwar id-drittijiet li ġejjin miċ-ċittadinanza tal-UE;

66.

jisħaq dwar ir-responsabbiltà li jġorru l-livelli kollha ta' gvernanza biex jgħinu ħalli titrawwem “kultura ta' drittijiet fundamentali” billi jagħmlu liċ-ċittadini aktar konxji mid-drittijiet tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa, għalhekk, ta' kampanja konġunta li tippromovi d-drittijiet taċ-ċittadini, liema kampanja tkun tagħmel parti integrali mill-politika ta' informazzjoni u komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea;

67.

huwa tal-fehma li b'rabta ma' dan, jeħtieġ li jiġu allokati riżorsi speċifiċi u li l-azzjonijiet jitħejjew bil-parteċipazzjoni effettiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Brussell, id-9 ta' Ottubru 2008.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 325/81


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar programm għal aktar sikurezza fl-internet (2009-2013)

(2008/C 325/14)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jaqbel li l-azzjonijiet li ttieħdu sa issa għandhom bżonn li jiġu adattati għal ħtiġijiet ġodda, meta wieħed iqis it-teknoloġiji u s-servizzi l-ġodda li nħolqu li jiġġeneraw perikli ġodda u jżidu dawk eżistenti;

jirrakkomanda li, għall-inqas ikun hemm qafas ta' qbil dwar il-kontenut illegali billi jsir paragun tar-regoli fil-liġi kriminali u ssir analiżi tal-aspetti komuni li joħorġu minnhom. L-azzjonijiet għandhom jappoġġjaw it-tfassil ta' lista sewda fil-livell Ewropew li tiġbor fiha l-kontenut illegali u l-promozzjoni tal-użu tagħha mill-provvedituri tal-internet;

jitlob li l-attivitajiet maħsuba biex jissensibilizzaw aktar l-utenti finali jinkludu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali b'mod espliċitu, li huma l-entitajiet li huma l-eqreb tal-gruppi mmirati u għandhom l-akbar potenzjal għat-tixrid ta' informazzjoni importanti u għall-implimentazzjoni ta' programmi u proġetti konkreti;

jirrakkomanda li ċ-ċentri għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku isegwu strateġiji definiti fil-konfront tat-tfal, il-ġenituri u l-għalliema u għandu jiġi żgurat li dawn il-miżuri jkunu ta' kwalità tajba. Il-programm għandu jappoġġja parteċipazzjoni aktar attiva tal-midja fil-kampanji maħsuba għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku;

jemmen li huwa importanti ħafna li l-hotlines, il-korpi li jinfurzaw il-liġi u l-provvedituri tal-internet jikkooperaw bl-eqreb mod possibbli u li jiġu inklużi partijiet interessati oħra bħall-organizzazzjonijiet soċjali u l-NGOs adatti;

jirrakkomanda bil-qawwa li l-azzjonijiet joħolqu materjal għat-tagħlim tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-għodod tal-midja li jittratta l-ambjenti sikuri online. L-azzjonijiet għandhom ikunu mmirati mhux biss lejn il-ħarsien tat-tfal, iżda wkoll lejn it-trawwim tagħhom fl-użu sikur tal-internet (l-għoti tas-setgħa).

Rapporteur

:

Ján ORAVEC (SK/PPE), Sindku tal-Belt ta' Štúrovo

Dokument ta' referenza

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni

COM(2008) 106 finali — 2008/0047 (COD)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

Il-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

Rimarki ġenerali dwar il-programm

1.

jaqbel mal-fehma li minn mindu beda l-Pjan ta' Azzjoni għal Internet Aktar Sikur (“Safer Internet Action Plan”), kemm it-teknoloġiji kif ukoll l-użi relatati magħhom inbidlu konsiderevolment. It-tfal huma utenti attivi tat-teknoloġiji online, u dan kulma jmur qiegħed jiżdied. Il-ħarsien tat-tfal mill-kontenut dannuż fuq l-internet, u t-trażżin tat-tixrid tal-kontenut illegali u l-edukazzjoni tat-tfal sabiex jużaw l-internet b'mod kritiku u konxju huma problema kbira li l-politiċi u dawk li jfasslu l-liġijiet, l-industrija u l-utenti finali, b'mod partikolari l-ġenituri, dawk li jieħdu ħsieb it-tfal u l-għalliema, għandhom jindirizzaw b'mod proattiv;

2.

jaqbel li fost ir-riskji l-aktar serji relatati mat-teknoloġiji online għat-tfal insibu dawn: każi fejn it-tfal issirilhom ħsara direttament, bħala vittmi tal-abbuż sesswali, li jkun iddokumentat permezz ta' ritratti, films jew fajls tal-awdjo u mbagħad trasmess fuq l-internet; kuntatt dirett ma' persuni li jagħmlu ħbieb magħhom biex jikkommettu abbuż sesswali (“grooming”), jew meta jsiru vittmi tal-ibbuljar fuq l-internet (“cyber-bullying”);

3.

jieħu nota tas-sejbiet tal-evalwazzjoni finali tal-Pjan ta' Azzjoni għal Internet Aktar Sikur;

4.

huwa tal-fehma li l-programmi tal-UE għal internet aktar sikur huma ta' valur siewi, għax dawn huma l-uniċi inizjattivi għall-Ewropa kollha li jindirizzaw il-ħarsien tat-tfal meta jkunu online;

5.

jaqbel li l-azzjonijiet li ttieħdu kienu effettivi, iżda jemmen li hemm bżonn li jiġu adattati għal ħtiġijiet ġodda, meta wieħed iqis it-teknoloġiji u s-servizzi l-ġodda li nħolqu li jiġġeneraw perikli ġodda u jżidu dawk eżistenti;

6.

jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-programm il-ġdid jiffaċilita l-kollaborazzjoni u l-ġbir tal-esperjenzi u l-prattiki tajbin fil-livelli kollha rigward is-sikurezza tat-tfal fuq l-internet u b'hekk isaħħaħ il-valur miżjud Ewropew;

7.

huwa konxju tad-diffikultà li tinstab definizzjoni komuni għat-termini “kontenut illegali” u “kontenut dannuż”, li jiġu interpretati b'mod differenti fid-diversi pajjiżi u kulturi;

8.

jirrakkomanda madankollu, li, għall-inqas ikun hemm qafas ta' qbil dwar il-kontenut illegali billi jsir paragun tar-regoli fil-liġi kriminali u ssir analiżi tal-aspetti komuni li joħorġu minnhom;

9.

huwa tal-fehma li l-miżuri proposti ser jgħinu biex iħarsu t-tfal li jużaw l-internet u t-teknoloġiji ta' komunikazzjoni l-oħra, ser jirreaġixxu għall-iżviluppi l-ġodda u ser irażżnu t-tixrid tal-kontenut illegali online, b'mod partikolari t-tixrid online ta' materjal tal-abbuż tat-tfal, il-grooming u l-ibbuljar;

10.

jittama li jsiru attivitajiet oħrajn li jkollhom l-għan li jistimulaw u jħeġġu l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' soluzzjonijiet tekniċi biex jiġi ttrattat il-kontenut illegali u l-kontenut dannuż fuq l-internet, u li jippromovu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattika bejn għadd kbir ta' partijiet interessati fil-livell lokali, reġjonali, Ewropew u internazzjonali;

11.

jipproponi li kull sena jiġu organizzati konferenzi ta' direzzjoni, bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali, sabiex ikun possibbli li jiġu diskussi l-isfidi u r-riskji attwali, jiġu skambjati l-aħjar prattiki u tiġi promossa l-kooperazzjoni;

12.

jiddispjaċih li l-attivitajiet maħsuba biex jissensibilizzaw aktar il-pubbliku, b'mod partikolari t-tfal, il-ġenituri, dawk li jieħdu ħsieb it-tfal u l-għalliema, fir-rigward tal-opportunitajiet u r-riskji marbuta ma l-użu tat-teknoloġija online u l-mezzi kif wieħed jista' jibqa' sikur waqt li jkun online, ma jinkludux lill-awtoritajiet lokali u reġjonali b'mod espliċitu, li huma l-entitajiet li huma l-eqreb tal-gruppi mmirati u għandhom l-akbar potenzjal għat-tixrid ta' informazzjoni importanti u għall-implimentazzjoni ta' programmi u proġetti konkreti;

13.

jappoġġja l-ħolqien u l-iżvilupp aktar fil-fond tal-bażi ta' għarfien maħsuba biex tindirizza r-riskji attwali u r-riskji li qed jinħolqu u l-konsegwenzi tal-użu tal-internet;

14.

jirrakkomanda li jiġu kkoordinati l-attivitajiet tal-investigazzjoni fl-oqsma rilevanti ġewwa u barra l-UE u li jiġi żviluppat għarfien dwar il-modi — li kulma jmur qed jevolvu — ta' kif it-tfal jużaw it-teknoloġiji online, ir-riskji assoċjati u l-effetti possibbli ta' ħsara li jista' jkollu fuqhom l-użu tat-teknoloġiji online, inklużi kwistjonijiet tekniċi, psikoloġiċi u soċjali, kif ukoll li jingħataw eżempji pożittivi ta' kif it-tfal jistgħu jiġu edukati sabiex ikollhom attitudni iktar kritika fir-rigward tal-midja;

15.

jappoġġja bis-sħiħ l-idea li l-isforzi kollha jintrabtu mal-programm għal internet aktar sikur (“Safer Internet Plus”), li għandu jittejjeb;

16.

jitlob lill-istituzzjonijiet Komunitarji u lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex din il-kwistjoni jagħtuha l-attenzjoni li jistħoqqilha fil-limitu tal-poteri tagħhom;

17.

jittama li l-implimentazzjoni bir-reqqa tal-miżuri tikkontribwixxi biex tonqos it-theddida li jiffaċċjaw it-tfal waqt l-użu tal-internet u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni l-oħra.

II.   L-EMENDI PROPOSTI

Emenda 1

Anness I — Azzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.

L-għoti lill-pubbliku ta' punti ta' kuntatt għar-rappurtar ta' kontenut illegali fuq l-internet u mġiba dannuża fuq l-internet.L-attivitajiet għandhom jiżguraw li dawn il-punti ta' kuntatt huma effettivi u viżibbli għall-pubbliku, għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' azzjonijiet oħrajn fuq livell nazzjonali, u jikkooperaw fuq livell Ewropew biex jittrattaw kwistjonijiet transkonfinali, u jiskambjaw l-aħjar prattika.

1.

L-għoti lill-pubbliku ta' punti ta' kuntatt għar-rappurtar ta' kontenut illegali fuq l-internet u mġiba dannuża fuq l-internet. L-attivitajiet għandhom jiżguraw li dawn il-punti ta' kuntatt huma effettivi u viżibbli għall-pubbliku, għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' azzjonijiet oħrajn fuq livell nazzjonali, u jikkooperaw fuq livell Ewropew biex jittrattaw kwistjonijiet transkonfinali, u jiskambjaw l-aħjar prattika. Ir-reklamar tal-hotlines maħsuba għall-utenti finali għandu jiġi appoġġjat u l-potenzjal li għandu l-gvern lokali għat-tixrid ta' informazzjoni importanti għandu jiġi sfruttat.

Raġuni

Inkunu nistgħu napprofittaw bis-sħiħ mill-punti ta' kuntatt u l-hotlines, biss jekk l-akbar numru ta' utenti finali possibbli jkunu konxji mill-eżistenza tagħhom. Għal din ir-raġuni, għandhom jiġu rreklamati bl-aktar mod wiesa' possibbli u l-gvernijiet lokali għandhom il-mezzi kollha biex jagħmlu dan.

Emenda 2

Anness I — Azzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.

L-ittrattar tal-imġiba dannuża fuq l-internet, b'mod partikolari t-tħejjija għall-abbuż sesswali u l-ibbuljar. L-attivitajiet se jimmiraw li jittrattaw it-tħejjija għall-abbuż sesswali fuq l-internet, il-proċess li bih adult jagħmel ħbieb ma' tifel jew tifla bil-għan li jwettaq abbuż sesswali, u l-ibbuljar. L-azzjonijiet jittrattaw kwistjonijiet tekniċi, psikoloġiċi u soċjoloġiċi relatati ma' dawn il-kwistjonijiet u jippromwovu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-partijiet interessati.

2.

L-ittrattar tal-imġiba dannuża fuq l-internet, b'mod partikolari t-tħejjija għall-abbuż sesswali u l-ibbuljar. L-attivitajiet se jimmiraw li jittrattaw it-tħejjija għall-abbuż sesswali fuq l-internet, il-proċess li bih adult jagħmel ħbieb ma' tifel jew tifla bil-għan li jwettaq abbuż sesswali, u l-ibbuljar. L-azzjonijiet jittrattaw kwistjonijiet tekniċi, psikoloġiċi u soċjoloġiċi relatati ma' dawn il-kwistjonijiet u jippromwovu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-partijiet interessati. Huwa importanti ħafna li minn naħa, il-hotlines, il-korpi li jinfurzaw il-liġi u l-provvedituri tal-internet jikkooperaw bl-eqreb mod possibbli u li min-naħa l-oħra, jiġu inklużi partijiet interessati oħra bħall-organizzazzjonijiet soċjali u l-NGOs adatti.

Raġuni

Biex jittieħdu kontromiżuri effettivi, hemm bżonn li l-informazzjoni mill-hotlines tixtered b'mod rapidu u kontinwu lejn il-partijiet l-oħra fil-ġlieda kontra l-kontenut illegali u l-imġiba dannuża.

Emenda 3

Anness I — Azzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.

It-tqanqil tal-applikazzjoni ta' soluzzjonijiet tekniċi biex jiġu ttrattati b'mod xieraq il-kontenut illegali u l-imġiba dannuża fuq l-internet. L-attivitajiet għandhom iħeġġu l-iżvilupp jew l-adattazzjoni ta' għodod teknoloġiċi effettivi biex jittrattaw b'mod xieraq il-kontenut illegali u l-imġiba dannuża fuq l-internet, għall-użu ġenerali mill-partijiet interessati.

3.

L-appoġġ u It-tqanqil tal-applikazzjoni ta' soluzzjonijiet tekniċi biex jiġu ttrattati b'mod xieraq il-kontenut illegali u l-imġiba dannuża fuq l-internet. L-attivitajiet għandhom iħeġġu l-iżvilupp jew l-adattazzjoni ta' għodod teknoloġiċi effettivi biex jittrattaw b'mod xieraq il-kontenut illegali u l-imġiba dannuża fuq l-internet, għall-użu ġenerali mill-partijiet interessati. L-azzjonijiet għandhom jagħtu appoġġ aktar sfiq lill-koordinazzjoni tal-ħidma involuta fit-tfassil ta' lista sewda fil-livell Ewropew li tiġbor fiha l-kontenut illegali u l-promozzjoni tal-użu tagħha mill-provvedituri tal-internet.

Raġuni

Kwalunkwe soluzzjoni teknika ġdida għandha mhux biss tkun inkuraġġuta iżda appoġġjata wkoll. Il-kompilazzjoni ta' lista sewda fil-livell Ewropew tita' tgħin biex trażżan il-kontenut illegali jew, f'każ li jkun hemm bżonn, tirreaġixxi għalih.

Emenda 4

Anness I — Azzjoni 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.

It-tqanqil tal-involviment tat-tfal u ż-żgħażagħ fil-ħolqien ta' ambjent aktar sikur fuq l-internet. L-azzjonijiet se jimmiraw li jinvolvu lit-tfal u liż-żgħażagħ bil-għan li jinftiehmu aħjar il-perspettivi u l-esperjenzi tagħhom dwar l-użu tat-teknoloġiji online u dwar kif jiġi promoss ambjent aktar sikur għat-tfal fuq l-internet.

3.

It-tqanqil tal-involviment tat-tfal u ż-żgħażagħ fil-ħolqien ta' ambjent aktar sikur fuq l-internet. L-azzjonijiet se jimmiraw li jinvolvu lit-tfal u liż-żgħażagħ bil-għan li jinftiehmu aħjar il-perspettivi u l-esperjenzi tagħhom dwar l-użu tat-teknoloġiji online u dwar kif jiġi promoss ambjent aktar sikur għat-tfal fuq l-internet. Barra minn hekk, l-azzjonijiet għandhom jinkludu l-ħolqien ta' materjal għat-tagħlim tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-għodod tal-midja li jittratta l-ambjenti sikuri online u l-perikli marbuta mal-kontenut illegali u l-imġiba dannuża. L-azzjonijiet għandhom ikunu mmirati mhux biss lejn il-ħarsien tat-tfal, iżda wkoll lejn it-trawwim tagħhom fl-użu sikur tal-internet (l-għoti tas-setgħa).

Raġuni

Għalliem imħarreġ tajjeb jista' juża għadd ta' metodi ta' tagħlim interattiv biex iwissi t-tfal kontra l-perikli marbuta mal-użu tal-internet, u fl-istess ħin ir-reazzjonijiet tagħhom jgħinuh jitgħallem dwar il-fehmiet u l-esperjenzi tagħhom marbuta mal-użu tat-teknoloġija online.

Emenda 5

Anness I — Azzjoni 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.

Iż-żieda tal-informazzjoni dwar għodod xierqa biex jiġi ttrattat il-kontenut dannuż fuq l-internet. L-attivitajiet se jimmiraw li jżidu l-informazzjoni dwar il-ħidma u l-effettività tal-għodod biex jiġi ttrattat il-kontenut potenzjalment dannuż fuq l-internet u biex l-utenti jiġu mgħammra b'informazzjoni, strumenti u applikazzjonijiet li jappoġġawhom b'mod xieraq biex jittrattaw il-kontenut dannuż fuq pjattaformi differenti.

4.

Iż-żieda tal-informazzjoni dwar għodod xierqa biex jiġi ttrattat il-kontenut dannuż fuq l-internet u l-informazzjoni li tingħata lill-utenti finali dwar il-mezzi disponibbli għall-filtrazzjoni tal-kontenut illegali. L-attivitajiet se jimmiraw li jżidu l-informazzjoni dwar il-ħidma u l-effettività tal-għodod biex jiġi ttrattat il-kontenut potenzjalment dannuż fuq l-internet u biex l-utenti jiġu mgħammra b'informazzjoni, strumenti u applikazzjonijiet li jappoġġawhom b'mod xieraq biex jittrattaw il-kontenut dannuż fuq pjattaformi differenti.

Raġuni

Il-provviżjoni ta' informazzjoni dwar mezzi adattati jew ġodda biex jiġi ttrattat il-kontenut illegali hija importanti mhux biss għall-ispeċjalisti tal-qasam, iżda għal prattikament kull utent finali, biex ikunu jistgħu jagħmlu mill-aħjar biex jirreaġixxu b'mod adegwat u bl-aktar mod effikaċi possibbli għall-perikli l-ġodda.

Emenda 6

Anness I — Azzjoni 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.

Il-ħolqien tal-kuxjenza pubblika u t-tixrid tal-informazzjoni dwar l-użu aktar sikur tat-teknoloġiji online. L-attivitajiet se jippromwovu l-kuxjenza pubblika billi jipprovdu informazzjoni xierqa dwar il-possibbiltajiet, ir-riskji u l-modi kif jiġu ttratati b'mod ikkoordinat mal-Ewropa kollha. L-attivitajiet se jħeġġu mezzi effettivi f'termini ta' nfiq li permezz tagħhom jixxerred it-tagħrif ta' kuxjenza lil għadd kbir ta' utenti.

1.

Il-ħolqien tal-kuxjenza pubblika u t-tixrid tal-informazzjoni dwar l-użu aktar sikur tat-teknoloġiji online u appoġġ għall-parteċipazzjoni aktar attiva tal-midja fil-kampanji maħsuba għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku. L-attivitajiet se jippromwovu l-kuxjenza pubblika billi jipprovdu informazzjoni xierqa dwar il-possibbiltajiet, ir-riskji u l-modi kif jiġu ttratati b'mod ikkoordinat mal-Ewropa kollha. L-attivitajiet se jħeġġu mezzi effettivi f'termini ta' nfiq li permezz tagħhom jixxerred it-tagħrif ta' kuxjenza lil għadd kbir ta' utenti.

Raġuni

Kemm il-midja lokali kif ukoll dik nazzjonali għandha rwol fundamentali x'taqdi fit-tixrid tal-informazzjoni dwar l-użu aktar sikur tat-teknoloġija online. L-inklużjoni tagħhom fil-proċess u fil-kampanji maħsuba għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku għandhom għalhekk jiġu inkuraġġuti.

Emenda 7

Anness I — Azzjoni 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.

L-għoti ta' punti ta' kuntatt fejn il-ġenituri u t-tfal jistgħu jirċievu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet dwar kif jibqgħu sikuri fuq l-internet. L-attivitajiet se jkunu mmirati li jagħtu s-setgħa lill-utenti jagħmlu għażliet infurmati u responsabbli billi jipprovdulhom pariri dwar informazzjoni rilevanti u l-prekawzjonijiet li għandhom jieħdu biex jibqgħu sikuri fuq l-internet.

2.

L-għoti ta' punti ta' kuntatt fejn il-ġenituri u t-tfal jistgħu jirċievu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet dwar kif jibqgħu sikuri fuq l-internet. L-attivitajiet se għandhom j ikunu mmirati li jagħtu s-setgħa lill-utenti jagħmlu għażliet infurmati u responsabbli billi jipprovdulhom pariri dwar informazzjoni rilevanti u l-prekawzjonijiet li għandhom jieħdu biex jibqgħu sikuri fuq l-internet. L-azzjonijiet għandhom ikunu maħsuba b'tali mod li dawn il-punti ta' kuntatt ikunu magħrufa mill-ikbar numru ta' ċittadini possibbli.

Raġuni

Il-punti ta' kuntatt jistgħu jaqdu l-funzjoni tagħhom biss jekk il-pubbliku inġenerali jew l-utenti finali jkunu konxji tagħhom, u għalhekk ikunu jafu fejn għandhom jiksbu l-informazzjoni u jsibu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet tagħhom.

Emenda 8

Anness I — Azzjoni 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.

It-tħeġġiġ tat-titjib ta' mezzi u għodda effiċjenti u effettivi f'termini ta' nfiq biex tinħoloq kuxjenza. L-attivitajiet se jkunu mmirati li jtejbu l-metodi u l-għodda rilevanti biex tinħoloq kuxjenza bil-għan li dawn ikunu aktar effiċjenti u effettivi f'termini ta' nfiq f'perspettiva fit-tul.

3.

Il-ħtieġa ta' ċentri għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku bl-għan li jiġu segwiti strateġiji definiti fil-konfront tat-tfal, il-ġenituri u l-għalliema. It-tħeġġiġ tat-titjib ta' mezzi u għodda effiċjenti u effettivi f'termini ta' nfiq biex tinħoloq kuxjenza. L-attivitajiet se għandhom j ikunu mmirati li jtejbu l-metodi u l-għodda rilevanti biex tinħoloq kuxjenza bil-għan li dawn ikunu aktar effiċjenti u effettivi f'termini ta' nfiq f'perspettiva fit-tul; f'dan il-kuntest għandu jsir kull sforz biex jiġi żgurat li dawn il-miżuri jkunu ta' kwalità tajba.

Raġuni

Iċ-ċentri għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku jaqdu wieħed mill-aktar rwoli importanti għas-sensibilizzazzjoni, peress li l-informazzjoni li jipprovdu titwassal — direttament jew inkella permezz tal-kanali diversi ta' informazzjoni — lill-pubbliku inġenerali. Għalhekk għandhom ikunu kapaċi jixħtu dawl fuq il-perikli potenzjali u joffru tweġiba. Huwa essenzjali hawnhekk li jkun hemm koordinazzjoni u kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-esperti fil-qasam tal-midja.

Brussell, id-9 ta' Ottubru 2008.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 325/87


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat b'Saħħitha

(2008/C 325/15)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jirrievoka l-konvinzjoni tiegħu li viċinat prosperu u sikur jista' jinkiseb biss permezz ta' kooperazzjoni effiċjenti fil-livell lokali u reġjonali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fl-aħjar post sabiex jidentifikaw u jindirizzaw il-bżonnijiet taċ-ċittadini u jipprovdu servizzi adegwati;

jenfasizza l-bżonn għat-twaqqif ta' forums reġjonali tal-awtoritajiet sotto-nazzjonali, b'konformità mal-approċċ reġjonali tal-PEV (dimensjoni Mediterranja, dimensjoni tat-Tramuntana, dimensjoni Atlantika u dimensjoni tal-Baħar l-Iswed) u għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali u deċentralizzata;

jilqa' l-proposta mressqa fil-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE fis-26 ta' Mejju 2008 sabiex jiġu stabbiliti rabtiet stretti mal-pajjiżi ġirien tal-UE fil-Lvant preċiżament l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukrajna;

jilqa' t-tnedija mill-ġdid tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u jenfasizza l-importanza li tingħata dimensjoni territorjali u li jiġi appoġġjat id-djalogu bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri tal-UE u tal-imsieħba tal-PEV fin-Nofsinhar tal-Mediterran;

jilqa' l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI) li beda jaħdem fl-2007, u b'mod speċjali d-dimensjoni transkonfinali tiegħu, li tippermetti kooperazzjoni ma' reġjuni li għandhom il-konfini mal-UE (iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-ENPI);

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex toħloq fond tematiku ġdid fil-Baġit tal-UE (apparti l-Fondi Ewropej ta' Integrazzjoni) għall-għajnuna lill-awtoritajiet lokali fl-Istati Membri tal-UE b'influss partikularment għoli ta' migranti minn pajjiżi terzi sabiex jindirizzaw b'mod effettiv l-isfidi attwali li l-popolazzjoni migranti tpoġġi fuq is-servizzi lokali.

Rapporteur

:

Il-Kunsilliera Sharon TAYLOR (UK/PSE) Membru tal-Kunsill tad-Distrett ta' Stevenage

Dokument ta' referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat b'Saħħitha

(COM(2007) 774 finali)

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Djalogu politiku u riformi ta' deċentralizzazzjoni

1.

jirrievoka l-konvinzjoni tiegħu li viċinat prosperu u sikur jista' jinkiseb biss permezz ta' kooperazzjoni effiċjenti fil-livell lokali u reġjonali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fl-aħjar post sabiex jidentifikaw u jindirizzaw il-bżonnijiet taċ-ċittadini u jipprovdu servizzi adegwati;

2.

jistieden lill-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) sabiex imexxu l-elezzjonijiet b'mod ġust u jxerrdu din il-prattika, kif ukoll jilqgħu l-osservaturi internazzjonali ħalli jsegwu l-elezzjonijiet tagħhom bil-għan li tiżdied it-trasparenza tal-proċess elettorali u konsegwentement jitjieb il-livell ta' kunfidenza taċ-ċittadini fil-proċessi demokratiċi;

3.

isejjaħ għal promozzjoni usa' tal-kuxjenza pubblika tal-PEV fost iċ-ċittadini kemm tal-UE kif ukoll tal-pajjiżi tal-PEV, bl-akbar parteċipazzjoni possibbli tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, permezz ta' programmi u miżuri speċifiċi;

4.

jenfasizza l-bżonn għat-twaqqif ta' forums reġjonali tal-awtoritajiet sotto-nazzjonali, b'konformità mal-approċċ reġjonali tal-PEV (dimensjoni Mediterranja, dimensjoni tat-Tramuntana, dimensjoni Atlantika u dimensjoni tal-Baħar l-Iswed) u għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali u deċentralizzata u t-tisħiħ tal-programmi tas-sħubija u l-iżvilupp permezz ta' miżuri integrati fir-reġjuni rispettivi. Ir-rappreżentanti tal-KtR għandhom jiġu inklużi fil-ħidma ta' kull Forum;

5.

jilqa' l-proposta konġunta Svediża-Pollakka għall-“Isħubija tal-Lvant” għall-Kunsill Ewropew;

6.

jixtieq ikun assoċjat mal-KE fil-proċess tat-tħejjija u l-evalwazzjoni tal-programmi ENPI (Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija) sabiex tiġi promossa integrazzjoni aħjar ta' dawk il-kwistjonijiet li jirrigwardjaw id-dimensjoni territorjali fil-qafas ta' tħaddim tal-ENPI;

7.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tappoġġja aktar programmi li jaħdmu għall-iżvilupp u l-appoġġ tal-mezzi tax-xandir ħielsa u professjonali fil-pajjiżi tal-PEV;

8.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tenfasizza aktar l-iżvilupp ekonomiku lokali fil-Pjanijiet ta' Azzjoni relatati ma' kull pajjiż u talloka fondi adegwati permezz tal-ENPI;

9.

jenfasizza li l-Kumitati ta' Monitoraġġ tal-programmi ta' kooperazzjoni transkonfinali huma mekkaniżmu importanti ta' konsultazzjoni sabiex jiġu solvuti kwalunkwe diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu minħabba modalitajiet ta' tħaddim inkluż il-ġestjoni tal-fondi;

10.

jitlob lill-gvernijiet tal-pajjiżi msieħba sabiex jaħdmu għat-tisħiħ tat-trasparenza u r-responsabbiltà kif ukoll lejn il-ħolqien ta' kapaċità amministrattiva adegwata u jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tissorvelja b'mod strett il-livell globali tal-korruzzjoni u tal-miżuri għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni f'dawk il-pajjiżi msieħba fejn il-korruzzjoni għadha tirrappreżenta theddida għall-progress tad-demokrazija, trasparenza u responsabbiltà u jħeġġiġha wkoll tikkunsidra l-iżvilupp li sar f'dawn l-oqsma meta tiġi biex tagħti l-għajnuna;

11.

jistieden lill-gvernijiet ta' Iżrael, tal-Ġeorġja, tat-Tuneżija u tal-Ukrajna sabiex jirratifikaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni u jingħaqdu mal-bqija tal-pajjiżi tal-PEV li diġà għamlu dan;

12.

jilqa' l-ftuħ ta' uffiċċju tal-Kummissjoni Ewropea f'Minsk, fil-Belarus, u jispera li dak l-uffiċċju jkun jista' jaħdem għat-tisħiħ tas-soċjetà ċivili u għad-demokrazija lokali u reġjonali kif ukoll iqajjem aktar kuxjenza fil-pubbliku ġenerali dwar l-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tagħha u l-valuri komuni;

13.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea sabiex malajr kemm jista' jkun tipprovdi appoġġ aktar effettiv għas-soċjetà ċivili fil-Belarus, għall-midja indipendenti u professjonali kif ukoll għall-partiti politiċi impenjati fid-demokrazija u r-riformi;

14.

ifakkar li wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-PEV huwa li tibqa' distinta mill-proċess u mill-politika tat-tkabbir tal-UE kif ukoll mill-kwistjoni tas-sħubija tal-UE. Madankollu, dan m'għandux jippreġudika kwalunkwe possibbiltà ta' żviluppi futuri mal-pajjiżi msieħba u l-UE;

15.

jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex toffri l-possibbiltà ta' perspettiva Ewropea lill-Ukrajna u lill-Moldova fil-ftehimiet ġodda li ser jissostitwixxu l-Ftehimiet ta' Sħubija u Kooperazzjoni li spiċċaw wara għaxar snin;

16.

jilqa' l-proposta mressqa fil-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE fis-26 ta' Mejju 2008 sabiex jiġu stabbiliti rabtiet stretti mal-pajjiżi ġirien tal-UE fil-Lvant preċiżament l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukrajna;

17.

jirrikonoxxi l-isforzi tal-Presidenza Franċiża li terġa' tibda d-djalogu u l-kooperazzjoni multilaterali mal-pajjiżi ġirien fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran, u b'hekk tgħin fit-tisħiħ tal-Proċess ta' Barċellona;

18.

jilqa' l-ħidma kontinwa dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni adottati peress li dawn jirrappreżentaw għodod eċċellenti għall-istimolu tar-riformi interni tal-pajjiżi, u jħeġġeġ lill-UE sabiex taħdem fuq l-abbozzar ta' pjanijiet ta' azzjoni għall-bqija tal-pajjiżi l-oħra;

19.

jilqa' l-evalwazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni li daħlu fis-seħħ fil-bidu tal-2005 u jitlob għall-iżvilupp ta' ftehimiet imsaħħa mal-Moldova u l-Iżrael;

20.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tinkludi lill-membri tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi tal-PEV, fejn possibbli, fil-proċess ta' monitoraġġ tal-progress tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-PEV sabiex tinkiseb evalwazzjoni diretta u imparzjali ta' ċerti aspetti ta' implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni individwali;

21.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tinkludi rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri fil-proċess ta' monitoraġġ tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-pajjiżi individwali;

22.

jirrakkomanda sabiex il-prijoritajiet għall-kooperazzjoni transkonfinali kemm fit-Tramuntana u l-Lvant kif ukoll fin-Nofsinhar ikunu definit sew sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji u sabiex issir ħidma aktar effettiva lejn l-objettivi stabbiliti fil-Pjanijiet ta' Azzjoni adottati;

23.

jafferma mill-ġdid li hemm bżonn ta' aktar appoġġ tekniku u politiku sabiex tiġi assigurata kooperazzjoni transkonfinali u internazzjonali kontinwa bejn l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi ġirien mal-fruntiera;

24.

jilqa' l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI) li beda jaħdem fl-2007, u b'mod speċjali d-dimensjoni transkonfinali tiegħu, li tippermetti kooperazzjoni ma' reġjuni li għandhom il-konfini mal-UE (iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-ENPI);

25.

jilqa' t-tnedija tal-proċess ta' implimentazzjoni tal-programmi ta' kooperazzjoni transkonfinali previsti mill-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija u huwa lest li jieħu sehem fis-segwitu ta' dawn il-programmi. Isejjaħ lill-Kummissjoni u lill-partijiet parteċipanti sabiex jassiguraw li l-programmi kollha ta' kooperazzjoni transkonfinali jiġu ffinalizzati u adottati fil-ħin. Jenfasizza l-bżonn li jiġi assigurat li r-riżorsi kollha previsti għall-kooperazzjoni transkonfinali taħt il-PEV jiġu utilizzati, u jiġu distribwiti mill-ġdid, jekk hemm bżonn, fost programmi li diġà qegħdin jiffunzjonaw fir-reġjun viċin;

26.

jilqa' ż-żjieda fir-riżorsi allokati għall-kooperazzjoni transkonfinali fuq il-fruntieri esterni tal-UE għall-perijodu 2007-2013. Madankollu jitlob lill-Kummissjoni Ewropea sabiex, fil-qafas tal-politika l-ġdida ta' koeżjoni tal-UE, tkompli żżid il-fondi tal-INTERREG wara l-2013 għall-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri u l-pajjiżi tal-PEV sabiex jiġu solvuti problemi speċifiċi komuni għar-reġjuni li jagħmlu parti minnhom dawn il-pajjiżi;

27.

jitlob lill-Istati Membri u lill-pajjiżi parteċipanti sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti TAIEX u ta' ġemellaġġ sabiex jiġu pprovduti politika u/jew parir legali mmirati lill-awtoritajiet legali u reġjonali tal-pajjiżi tal-PEV fil-kuntest tal-approssimazzjoni leġiżlattiva għall-acquis communautaire;

28.

jerġa' jafferma l-appoġġ tiegħu għar-reġjun Ewropew emerġenti tal-Baħar l-Iswed, li għandu l-għan li jippromovi l-kooperazzjoni fil-livell lokali u reġjonali bejn il-pajjiżi tal-baċir tal-Baħar l-Iswed u b'hekk ikunu appoġġjati l-istabbilità demokratika, il-gvernanza tajba u l-iżvilupp sostenibbli;

29.

jilqa' b'mod pożittiv l-opportunitajiet eżistenti ta' finanzjament tal-UE tat-tip tematiku, li fihom il-pajjiżi tal-PEV jistgħu jkunu diġà involuti, bħal pereżempju l-Programm Qafas 7 u DAPHNE;

30.

jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Liechtenstein) sabiex jużaw l-esperjenza sinjifikanti tagħhom fit-twaqqif ta' istituzzjonijiet demokratiċi fil-pajjiżi tat-tkabbir u jgħinu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi tal-PEV sabiex iżidu l-kapaċitajiet demokratiċi tagħhom u jiżviluppaw l-ekonomiji tagħhom;

31.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex iwaqqfu mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni dwar l-isforzi individwali u kollettivi fl-appoġġ tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi tal-PEV bl-iskop li tiġi evitata l-ħidma doppja u jiżdiedu s-sinerġiji bejn il-programmi futuri;

32.

jilqa' l-kontinwazzjoni ta' Tempus, Erasmus Mundus u programmi oħrajn għall-kooperazzjoni akkademika fil-perijodu 2007-2010 peress li dawn joffru lill-istudenti mill-pajjiżi tal-PEV opportunità ta' studju;

33.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tappoġġja kooperazzjoni usa' bejn l-istituzzjonijiet ta' riċerka u ċ-ċentri ta' riflessjoni fil-pajjiżi tal-PEV u fl-Istati Membri għax jipprovdu forum għal diskussjoni dwar kwistjonijiet li jistgħu jkunu sensittivi għall-gvernijiet tagħhom;

34.

jinnota li biż-żjieda fil-mobilità u l-użu tat-trasport, il-produzzjoni tas-CO2 u tal-gassijiet b'effett ta' serra ser tiżdied u jistieden lill-pajjiżi tal-PEV sabiex jikkunsidraw il-politiki ambjentali bħala fundamentali għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli. L-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi tal-PEV għandhom rwol importanti x'jaqdu fl-iżvilupp tal-komunikazzjoni u ppjanar li jikkunsidraw il-kwistjonijiet tal-bidla fil-klima. L-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri tal-UE għandhom jilqgħu djalogu miż-żewġ naħat dwar dawn il-kwistjonijiet;

35.

jilqa' t-tnedija mill-ġdid tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u jenfasizza l-importanza li tingħata dimensjoni territorjali u li jiġi appoġġjat id-djalogu bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri tal-UE u tal-imsieħba tal-PEV fin-Nofsinhar tal-Mediterran. Jikkunsidra li, bħala għodda li tappoġġja dan il-proċess, l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija għandu jiġi adattat għall-proċess rinnovat ta' Barċellona;

36.

isejjaħ għall-iżvilupp ta' forums tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri tal-UE u tal-imsieħba tal-PEV għad-dimensjoni orjentali;

37.

ifakkar l-appoġġ mogħti fid-Dikjarazzjoni Politika dwar Il-kooperazzjoni transkonfinali fir-Reġjuni tat-Tramuntana tal-Ewropa (COR 313/2006 — mhux disponibbli bil-Malti) għall-inizjattiva tal-Parlament Ewropew li jorganizza forum parlamentari tad-Dimensjoni tat-Tramuntana u jirrepeti l-proposta li jitwaqqaf korp permanenti adegwat sabiex jiġu diskussi kwistjonijiet ta' importanza lokali u reġjonali fil-politika tad-Dimensjoni tat-Tramunata;

38.

jilqa' l-fatt li fil-kuntest tal-PEV il-Kummissjoni Ewropea tat l-importanza adegwata lit-tkabbir tal-kurituri tat-trasport f'pajjiżi ġirien tal-UE. Sabiex l-aspetti ekonomiċi tal-PEV jiżviluppaw huwa importanti ferm li jkun hemm sistema tat-trasport integrata u sostenibbli;

Mobilità u migrazzjoni

39.

jerġa' jtenni li l-mobilità u l-kuntatti bejn il-persuni qegħdin isaħħu l-kapaċità tal-pajjiżi tal-PEV li jibbenefikaw mill-integrazzjoni ekonomika, filwaqt li l-progress fil-qasam tal-fehim reċiproku ser ikunu estremament diffiċli mingħajr ma jiżdiedu l-opportunitajiet għaċ-ċittadini tal-PEV sabiex jivvjaġġaw fl-UE;

40.

jilqa' l-possibbiltà għal aktar skambji bejn l-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi għat-tkabbir u l-pajjiżi tal-PEV tal-apprendisti u uffiċjali ssekondati mill-gvern lokali u reġjonali;

41.

iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex itejbu l-proċess ta' ħruġ ta' viżi sabiex tiżdied il-mobilità taċ-ċittadini. Għandha tingħata attenzjoni partikulari lill-istudenti, lill-iskambji kulturali u akkademiċi u lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Il-promozzjoni tal-kuntatti bejn il-persuni ser titjieb jekk jitnaqqsu l-ispejjeż tal-viżi u jiġi ffaċilitat il-proċess;

42.

jistieden lill-Istati Member tal-UE sabiex itejbu l-effikaċja tas-servizzi konsulari fil-pajjiżi tal-PEV u jħeġġu t-twaqqif ta' ċentri komuni għall-applikazzjoni tal-viża Schengen fil-pajjiżi;

43.

jilqa' b'mod favorevoli l-konklużjoni tal-ftehimiet tal-faċilitazzjoni tal-viżi u ta' rijammissjoni mal-Ukrajna u mal-Moldova; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tuża l-esperjenza tagħha mal-pajjżi li reċentement ingħaqdu mal-UE u tibda tinnegozja ftehimiet simili ma' pajjiżi oħra tal-PEV;

44.

jisħaq li l-mobilità tista' tiżviluppa biss f'ambjent sigur; fil-kuntest tas-sistema l-ġdida ta' Sħubija għall-Mobilità, dan jirrikjedi r-responsabbiltà konġunta tal-pajjiżi kollha sabiex jiġu solvuti sfidi riżultat tal-migrazzjoni. Għal dan il-għan jeħtieġ nobbligaw lill-imsieħba tal-PEV jaħdmu iktar għas-sigurtà u l-ġustizzja. Is-sistema l-ġdida għandha tinkludi miżuri sabiex tiġi miġġielda l-migrazzjoni illegali u tipprovdi aktar opportunitajiet għal migrazzjoni legali mill-pajjiżi tal-PEV fl-UE;

45.

jerġa' jtenni t-twemmin tiegħu li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fuq quddiem fir-rigward tal-ġestjoni tal-kwistjonijiet ikkawżati mill-migrazzjoni. Dan japplika għall-migrazzjoni illegali meta l-awtoritajiet lokali u reġjonali jridu jiġġestixxu l-akkoljenza u jittrattaw il-konsegwenzi tal-impjieg illegali. Dan japplika wkoll għall-migrazzjoni legali meta l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għall-provvista tas-servizzi lokali;

46.

jirrikonoxxi l-kooperazzjoni bejn il-FRONTEX (1) u l-awtoritajiet lokali fil-prevenzjoni tal-migrazzjoni illegali u jitlob għal aktar kooperazzjoni stretta mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri mal-fruntiera;

47.

isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tħeġġeġ u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet prattiċi sabiex tiġi rinfurzata l-ġestjoni tal-fruntieri marittimi esterni tan-Nofsinhar u titjieb il-kapaċità tal-Komunità, l-Istati Membri tagħha u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħha sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet kritiċi, bħall-influss bil-massa ta' immigranti illegali (2), bil-kooperazzjoni tal-pajjiżi tal-oriġini;

48.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex toħloq fond tematiku ġdid fil-Baġit tal-UE (apparti l-Fondi Ewropej ta' Integrazzjoni) għall-għajnuna lill-awtoritajiet lokali fl-Istati Membri tal-UE b'influss partikularment għoli ta' migranti minn pajjiżi terzi sabiex jindirizzaw b'mod effettiv l-isfidi attwali li l-popolazzjoni migranti tpoġġi fuq is-servizzi lokali;

49.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tipprevedi l-mezzi neċessarji li jippermettu lill-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi tal-oriġini tal-migranti, li partikularment isofru minn migrazzjoni ta' forza tax-xogħol speċjalizzata, sabiex jiġu żviluppati opportunitajiet li jiġbdu nies speċjalizzati u edukati u jassiguraw l-iżvilupp ekonomiku u kulturali lokali;

50.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea sabiex, fil-qafas tal-politika l-ġdida ta' koeżjoni tal-UE, tkompli żżid il-fondi tal-INTERREG wara l-2013 għall-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi tal-PEV sabiex jiġu solvuti problemi speċifiċi komuni għar-reġjuni li jagħmlu parti minnhom dawn il-pajjiżi;

51.

jistieden lill-Istati Membri tal-UE sabiex jużaw ir-“Regolamenti tat-Traffiku għall-Fruntieri Lokali” li jippermetti lill-Istati Membri tal-UE sabiex jikkonkludu ftehimiet bilaterali mal-pajjiżi terzi ġirien u jitjiebu l-kuntatti transkonfinali. L-Istati Membri tal-UE għandhom iħaffu u jiffaċilitaw l-ipproċessar tal-viżi għall-applikanti li preċedentement issodisfaw il-ħtiġiet neċessarji għall-ksib tal-viża;

Id-drittjiet tal-bniedem u t-traffikar

52.

jinnota l-progress konsiderevoli fit-titjib tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija mit-tnedija tal-PEV u tal-programm tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u jħeġġeġ lill-gvernijiet tal-pajjiżi tal-PEV sabiex ikomplu jħaddnu d-drittijiet universali tal-bniedem u l-prinċipji tad-demokrazija peress li dawn jikkostitwixxu l-valuri prinċipali tal-UE;

53.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tkompli taħdem mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u mas-soċjetà ċivili tal-pajjiżi tal-PEV sabiex jitjiebu d-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-minoritajiet, u d-drittijiet tan-nisa u t-tfal. Jistieden lill-gvernijiet tal-pajjiżi tal-PEV sabiex ikunu aktar miftuħin għall-kontribuzzjonijiet mis-soċjetà ċivili;

54.

jilqa' l-miżuri li ttieħdu mill-pajjiżi kollha tal-PEV sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika, soċjali u ekonomika u sabiex jiġu promossi drittijiet indaqs għan-nisa u l-irġiel, iżda jinnota li għad hemm ħafna diskriminazzjoni kontra n-nisa u vjolenza domestika; għalhekk jitlob lill-pajjiżi parteċipanti sabiex iżidu l-isforzi fil-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa;

55.

jirrikonoxxi li t-traffikar tal-persuni bejn il-pajjiżi tal-PEV u l-Istati Membri għadu problema partikularment serja;

56.

jistieden lill-Gvern tal-Belarus sabiex jirratifika l-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-protokolli rilevanti u jniedi djalogu kostruttiv mal-UE u parteċipazzjoni sħiħa fil-PEV;

57.

jerġa' jtenni l-importanza tad-djalogu soċjali u jistieden lill-Ġordan, lil-Lebanon u lill-Marokk sabiex jirratifikaw il-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO dwar il-libertà tal-assoċjazzjoni u l-innegozjar kollettiv;

58.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex il-protezzjoni tal-vittmi tat-traffikar tkun prijorità fil-Politika tagħha tal-Viċinat, b'konformità mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipju ewlieni tal-UE;

59.

jindika li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jaqdu rwol importanti fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni. Għalhekk jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi tal-PEV, b'konformità mal-oqfsa legali nazzjonali rispettivi, iħejju u jimplimentaw pjanijiet ta' azzjoni u strateġiji lokali u reġjonali kontra t-traffikar f'kooperazzjoni stretta mal-gvernijiet ċentrali u l-Istati Membri l-oħra sabiex jiġi ostakolat it-traffikar u jiġu protetti l-vittmi;

60.

jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri tal-UE sabiex jgħinu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi tal-PEV jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni li jistgħu jinkludu t-twaqqif ta' ċentru ta' riżorsi jew unità ta' appoġġ speċjalizzata fil-livell lokali u/jew reġjonali ddedikati għall-azzjoni kontra t-traffikar tal-bniedem, it-tnedija ta' kampanji għat-tqajjim ta' kuxjenza, l-organizzazzjoni ta' taħriġ speċjalizzat għall-pulizija u professjonijiet li jkollhom kuntatti mal-vittmi tat-traffikar, it-titjib fl-opportunitajiet edukattivi għan-nisa u t-tfal, eċċ.;

61.

jilqa' l-fatt li l-pajjiżi kollha tal-PEV iffirmaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transkonfinali u jistieden lill-gvernijiet ta' Iżrael, tal-Marokk u tal-Ġordan sabiex jiffirmaw u jirratifikaw l-ewwel u t-tieni protokolli li jikkonċernaw it-traffikar tal-persuni u l-kuntrabandu tal-migranti;

62.

japprova l-konklużjonijiet tal-presidenza tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-1 ta' Settembru dwar il-kunflitt fil-Ġeorġja u fl-istess ħin jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaqdu rwol kruċjali fit-trasformazzjoni tal-kunflitt u r-rikostruzzjoni wara l-kunflitti. Isejjaħ lill-gvernijiet tal-Ġeorġja, tar-Russja u lill-awtoritajiet tal-Ossezja tan-Nofsinhar sabiex kemm jista' jkun malajr jieħdu l-passi neċessarji li jwasslu għar-ritorn sikur u sostenibbli tar-rifuġjati kollha u tal-persuni spostati wara l-gwerra fl-Ossezja tan-Nofsinhar;

Kunflitti reġjonali

63.

jerġa' jtenni li l-UE għandha interess dirett li taħdem mal-pajjiżi tal-PEV sabiex tikkontribwixxi ħalli jiġu solvuti dawk li jissejħu “kunflitti iffriżati” (3), peress li dawn jistgħu jdgħajfu s-sigurtà proprja tal-Ewropa permezz ta' eskalazzjoni reġjonali, flussi migratorji inkontrollabli, distruzzjoni fil-provvista tal-enerġija, eċċ.;

64.

jerġa' jtenni li l-PEV ser tiffaċċja diffikultajiet sabiex tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha jekk ma jissolvewx il-kunflitti li jagħmlu l-kooperazzjoni reġjonali estremament diffiċli jew impossibbli. Huma l-persuni u l-komunitajiet lokali fuq iż-żewġ naħat tal-fruntieri li jbatu l-aktar mill-inkapaċità tal-gvernijiet ċentrali tagħhom li jimpenjaw ruħhom fi djalogu u jsolvu l-kunflitt b'mod kostruttiv;

65.

jitlob lill-UE sabiex tkun involuta b'mod aktar attiv ħalli jiġu solvuti l'hekk imsejħa “kunflitti ffriżati” permezz ta' appoġġ għal diversi programmi li jsaħħu l-kunfidenza, il-ġestjoni tal-kunflitt, il-kuntatti intrapersonali, id-“diplomazija tal-bliet”, kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-territorji li nfirdu. L-UE għandha żżomm il-kwistjoni tal-kunflitti fuq l-aġenda matul il-laqgħat mal-istituzzjonijiet u l-pajjiżi internazzjonali rilevanti;

66.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tappoġġja programmi għall-ġestjoni tal-fruntieri u miżuri li jsaħħu l-kunfidenza bejn il-komunitajiet lokali fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera tar-reġjuni li nfirdu. Il-promozzjoni tal-konverġenza bejn is-sistemi politiċi, ekonomiċi u legali ser jippermettu inklużjoni soċjali aħjar u rijabilitazzjoni tal-infrastrutturi. Il-proġetti li jiġġeneraw id-dħul fil-livell lokali għandhom importanza partikulari;

67.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tapprofitta mill-esperjenza tal-proċessi reċenti ta' tkabbir tal-UE u li r-relazzjonijiet tajba mal-ġirien isiru prerekwiżit għal esplojtazzjoni sħiħa tal-benefiċċji u l-potenzjal tal-PEV. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-pajjiżi kkonċernati mill-“kunflitti ffriżati” sabiex jagħmlu sforzi ġodda u ġenwini sabiex jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli u reċiprokament aċċettabbli.

Brussell, id-9 ta' Ottubru 2008.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


(1)  FRONTEX (L-Aġenzija Ewropea għall-Immaniġjar tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal- Istati Membri tal-Unjoni Ewropea) hija l-aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-sigurtà fil-fruntieri esterni.

(2)  CdR 64/2007 finali.

(3)  Il-kunflitti fit-Transnistrija, l-Abkhazia, l-Ossezja tan-Nofsinhar, in-Nagorno-Karabakh, il-Lvant Nofsani u l-Punent tal-Afrika huma rriferuti bħala “kunflitti ffriżati”.


19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 325/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.