Azzjonijiet biex jitnaqqsu l-ispejjeż għall-installazzjoni ta’ networks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2014/61/UE dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ networks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Il-pilastri ewlenin tad-Direttiva huma kif ġej:

L-għoti ta’ tali informazzjoni se jiżgura li l-ispejjeż ta’ dawn il-proġetti jinżammu baxxi kemm jista’ jkun (pereżempju billi tiġi aċċessata infrastruttura fiżika li diġà teżisti u billi jiġu kkoordinati x-xogħlijiet tal-inġinerija). L-aċċess għal din l-informazzjoni minima jista’ jkun limitat għar-raġunijiet li ġejjin:

L-għoti ta’ permessi

Bini lest biex jiġu installati networks ta’ veloċità kbira

Proċeduri barra l-qorti

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jimplimentaw proċeduri barra l-qorti għar-riżoluzzjoni f’waqtha tat-tilwim li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-Direttiva.

Penali

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-miżuri nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Il-penali pprovduti għandhom ikunu xierqa, effettivi, proporzjonati, u dissważivi.

Rakkomandazzjoni dwar sett ta’ għodod biex jgħin fl-irkupru ekonomiku mill-kriżi tal-COVID-19

F’Settembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea adottat rakkomandazzjoni li tipprovdi gwida lill-pajjiżi tal-UE dwar kif jiżviluppaw u jaqblu, sat-30 ta’ Marzu 2021, dwar sett ta’ għodod tal-aħjar prattiki komuni biex jiffaċilitaw l-installazzjoni ta’ networks fissi u bla fili ta’ kapaċità kbira ħafna billi jneħħu l-ostakli amministrattivi mhux meħtieġa, u permezz tal-assenjament koordinat tal-ispettru tar-radju għan-networks tal-ħames ġenerazzjoni (5G) taħt kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment, b’mod partikolari għall-każijiet industrijali transfruntiera. Konsegwentement, il-pajjiżi tal-UE għandhom jikkomunikaw pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni (30 ta’ April 2021) lill-Kummissjoni u għandhom jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tas-sett ta’ għodod (30 ta’ April 2022).

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-1 ta’ Jannar 2016 u r-regoli kellhom jiġu applikati sa mill-1 ta’ Lulju 2016.

Il-Kummissjoni bħalissa qed tirrevedi din id-Direttiva, kif tħabbar fil-Komunikazzjoni dwar it-tiswir tal-futur diġitali tal-Ewropa.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Operaturi tan-networks: fornituri ta’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni iżda wkoll ta’ utilitajiet, kemm jekk għall-enerġija, it-tisħin pubbliku, l-ilma, l-ilma mormi jew it-trasport.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ networks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja (ĠU L 155, 23.5.2014, pp. 1-14)

DOKUMENTI RELATATI

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1307 tat-18 ta’ Settembru 2020 dwar sett ta’ għodod komuni tal-Unjoni biex titnaqqas l-ispiża tal-implimentazzjoni ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna u biex jiġi żgurat aċċess f’waqtu għall-ispettru tar-radju tal-5G li jiffavorixxi l-investiment, sabiex titwitta t-triq għall-konnettività b’appoġġ għall-irkupru ekonomiku mill-kriżi tal-COVID-19 fl-Unjoni (ĠU L 305, 21.9.2020, pp. 33-41)

l-aħħar aġġornament 25.11.2020