3.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Marzu 2023 – Finanzamt T vs S

(Kawża C-184/23, Finanzamt T II)

(2023/C 235/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt T

Konvenut: S

Domandi preliminari

1)

Ir-raggruppament ta’ diversi persuni f’persuna taxxabbli waħda, kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), għandu l-effett li l-provvisti bi ħlas bejn dawn il-persuni ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva?

2)

Il-provvisti bi ħlas bejn dawn il-persuni jaqgħu fi kwalunkwe każ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud meta d-destinatarju tal-provvista ma jkunx (jew ikun biss parzjalment) eliġibbli għal tnaqqis tat-taxxa tal-input, fejn fin-nuqqas ta’ dan ikun hemm inkella riskju ta’ telf fiskali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.