19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/23 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2021 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Polonja
(Kawża C-121/21)
(2021/C 138/30)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, L. Dvořáková u J. Vláčil, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tikkonstata li r-Repubblika tal-Polonja:
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem motivi bbażati fuq il-ksur tad-Direttiva 2011/92, tad-Direttiva 2000/60, tad-Direttiva 2003/4 kif ukoll tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (prinċipju ta’ kooperazzjoni leali).
1. |
Ir-Repubblika tal-Polonja introduċiet leġiżlazzjoni li permezz tagħha huwa possibbli li awtorizzazzjoni għall-estrazzjoni tiġi estiża għal 6 snin mingħajr evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent u li permezz tagħha l-proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-estrazzjoni hija fil-parti l-kbira tagħha mhux pubblika. Billi għamldet dan, hija kisret id-Direttiva 2011/92. |
2. |
Ir-Repubblika tal-Polonja kisret id-Direttiva 2011/92 billi ddikjarat li d-deċiżjoni dwar il-kundizzjonijiet ambjentali applikabbli għall-proġett ta’ estensjoni tal-attivitajiet ta’ estrazzjoni fil-minjiera ta’ Turów sal-2044 kienet immedjatament eżegwibbli, u b’hekk eskludiet protezzjoni ġudizzjarja effettiva kontra din id-deċiżjoni. Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Polonja kisret id-Direttiva 2000/60 inkwantu d-deċiżjoni dwar il-kundizzjonijiet ambjentali ma tkoprix b’mod adegwat il-perijodu tal-proġett kollu mill-perspettiva tal-effetti tal-estrazzjoni fuq is-sitwazzjoni tal-korpi tal-ilma. |
3. |
Ir-Repubblika tal-Polonja kisret id-Direttiva 2011/92 sa fejn hija pprekludiet lill-pubbliku kkonċernat u lir-Repubblika Ċeka milli jintervjenu fil-proċedura tal-għoti tal-awtorizzazzjoni finali għall-estrazzjoni tal-minjiera tal-linjite ta’ Turów sal-2026, sa fejn ma ppubblikatx l-awtorizzazzjoni mogħtija u ttrażemttietha lir-Repubblika Ċeka b’mod inkomplet u tardiv, sa fejn id-dritt Pollakk jipprekludi stħarriġ ta’ din l-awtorizzazzjoni mill-pubbliku kkonċernat u anki sa fejn din l-awtorizzazzjoni ma tiħux debitament inkunsiderazzjoni l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Permezz tal-aġir tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja kisret ukoll id-Direttiva 2003/4 u l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali fis-sens tal-Artikolu 4(3) TUE. |
(1) Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26 tat-28 ta’ Jannar 2012, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2015, L 174, p. 44).
(2) Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 5, p. 275, u rettfiki fil-ĠU 2006, L 113, p. 26 u fil-ĠU 2019, L 260, p. 70).
(3) Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375).