25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Upfield Hungary Kft. vs Somogy Megyei Kormányhivatal

(Kawża C-533/20)

(2021/C 28/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Upfield Hungary Kft.

Konvenut: Somogy Megyei Kormányhivatal

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (1), u speċifikament l-Artikolu 18(2) tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ żieda ta’ vitamini ma’ prodotti tal-ikel, il-lista tal-ingredjenti tal-prodotti tal-ikel għandha tinkludi, minbarra l-isem tal-vitamini, ukoll id-deskrizzjoni tagħhom skont il-formulazzjonijiet tal-vitamini li jistgħu jiżdiedu mal-prodotti tal-ikel?


(1)  ĠU 2011, L 304, p. 18, u rettifiki fil-ĠU 2014, L 331, p. 40, u fil-ĠU 2016, L 266, p. 7.