15.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Justyna Gawlica, Nutara fi Krapkowice (il-Polonja) fit-12 ta’ Awwissu 2020 – OKR

(Kawża C-387/20)

(2021/C 53/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Justyna Gawlica, Nutara fi Krapkowice

Parti fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OKR

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li anki persuna li ma jkollhiex iċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea tista’ tagħżel id-dritt nazzjonali tagħha bħala d-dritt li għalih huma suġġetti l-kwistjonijiet kollha relatati mas-suċċessjoni?

2)

L-Artikolu 75 moqri flimkien mal-Artikolu 22 tal-imsemmi Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li f’sitwazzjoni fejn ftehim bilaterali bejn Stat Membru u pajjiż terz ma jirregolax l-għażla tad-dritt fil-qasam tas-suċċessjoni iżda jindika d-dritt applikabbli fil-qasam tas-suċċessjoni, iċ-ċittadin ta’ tali pajjiż terz li jirrisjedi fl-Istat Membru marbut b’dan il-ftehim bilaterali jista’ jwettaq l-għażla tad-dritt?

u b’mod partikolari,

il-ftehim bilaterali mal-pajjiż terz għandu jeskludi b’mod espliċitu l-għażla ta’ dritt partikolari, u mhux biss jirregola l-lex successionis permezz tal-użu ta’ kriterji ta’ rabta oġġettivi, sabiex jitqies li d-dispożizzjonijiet tiegħu jieħdu preċedenza fuq l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 650/2012?

il-libertà tal-għażla tad-dritt tas-suċċessjoni u tat-twaħħid tad-dritt applikabbli permezz tal-għażla tad-dritt, tal-inqas fil-kuntest speċifikat mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 650/2012, hija wieħed mill-prinċipji sottostanti l-kooperazzjoni tal-qrati f’materji ċivili u kummerċjali fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea, liema prinċipji ma jistgħux jinkisru, u dan lanqas fil-każ ta’ applikazzjoni ta’ ftehimiet bilaterali ma’ pajjiżi terzi li jieħdu preċedenza fuq ir-Regolament Nru 650/2012?


(1)  ĠU 2012, L 201, p. 107, rettifiki fil-ĠU 2012, L 344, p. 3fil-ĠU 2012, L 60, p. 140.