1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-13 ta’ Novembru 2018 — ZR, AR, BS

(Kawża C-712/18)

(2019/C 122/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: ZR, AR u BS

Awtorità konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

Parti oħra fil-kawża: Finanzpolizei

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (1) u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ ksur tal-obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-impjieg transkonfinali ta’ ħaddiema, bħan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni dokumenti relatati mas-salarji jew in-nuqqas ta’ rapport lill-Uffiċċju Ċentrali ta’ Koordinazzjoni, tipprevedi l-impożizzjoni b’mod kumulattiv multi għoljin ħafna, b’mod partikolari multi minimi għoljin ħafna, fir-rigward ta’ kull ħaddiem ikkonċernat?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv:

L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-impożizzjoni ta’ multi kumulattivi mingħajr limiti massimi fil-każ ta’ ksur tal-obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-impjieg transkonfinali ta’ ħaddiema?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431, rettifika fil-ĠU 2015, L 16, p. 66.

(2)  ĠU 2014, L 159, p. 11.