10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fl-1 ta’ Frar 2017 – Koppers Denmark ApS vs Skatteministeriet

(Kawża C-49/17)

(2017/C 112/35)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Koppers Denmark ApS

Konvenut: Skatteministeriet

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 21(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (1), tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konsum ta’ prodotti ta’ enerġija awtoprodotti għall-produzzjoni ta’ prodotti ta’ enerġija oħra huwa eżenti mit-taxxa f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-prodotti ta’ enerġija li jkunu ġew prodotti ma jintużawx bħala karburant għall-magni jew bħala kombustibbli għat-tisħin?

2)

L-Artikolu 21(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni biss għall-konsum ta’ prodott ta’ enerġija li jintuża għall-produzzjoni ta’ prodott ta’ enerġija ekwivalenti (jiġifieri prodott ta’ enerġija li, bħall-prodott ta’ enerġija kkonsmat, huwa wkoll taxxabbli)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (Test b’relevanza ma’ ŻEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).