15.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischen Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Marzu 2015 – Breitsamer und Ulrich GmbH & Co. KG vs Landeshauptstadt München

(Kawża C-113/15)

(2015/C 198/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Breitsamer und Ulrich GmbH & Co. KG

Konvenuta: Landeshauptstadt München

Domandi preliminari

1)

Porzjonijiet individwali ta’ għasel, li jinsabu f’imballaġġ estern li fuqu hemm indikati l-elementi ta’ ttikkettjar kollha, inkluża l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini, li ma jinbigħux bħala porzjonijiet individwali lill-konsumatur finali u ma humiex intiżi li jiġu kkunsinnati individwalment lil faċilitajiet kollettivi tal-ikel, huma “oġġetti ta’ l-ikel li diġà huma mballeġġati” fis-sens tal-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2000/13 (1), u tal-Artikolu 2(2)(c) tar-Regolament Nru 1169/2011 (2), suġġetti għal obbligu ta’ ttikkettjar speċifiku, jew dawn il-porzjonijiet individwali ta’ għasel ma humiex prodotti tal-ikel diġà mballaġġati suġġetti għall-obbligi ta’ ttikkettjar, sa fejn ma huwiex każ ta’ unitajiet ta’ bejgħ?

2)

Għandha tingħata risposta differenti għal din id-domanda jekk, f’faċilitajiet kollettivi tal-ikel, dawn il-porzjonijiet individwali ma humiex ikkunsinnati biss għall-kompożizzjoni ta’ ikliet ippreparati minn qabel imħallsa f’daqqa, iżda jinbiegħu wkoll separatament?


(1)  Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Marzu 2000, fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5 p. 75).

(2)  Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2011, dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, p. 18).