23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-13 ta’ Novembru 2014 – P vs M

(Kawża C-507/14)

(2015/C 065/27)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: P

Konvenuta: M

Domanda preliminari

Fil-każ fejn fi Stat Membru tkun tressqet kawża dwar ir-responsabbiltajiet parentali, u fejn tkun teżisti kawża oħra li tkun tressqet preċedentement fi Stat Membru differenti li t-talbiet u l-motivi tagħha jkunu l-istess u li l-proċedura tagħha tkun ġiet sospiża fuq talba tar-rikorrent rispettiv f’dik il-kawża, mingħajr ma ġie nnotifikat il-konvenut, kif ukoll mingħajr ma dan tal-aħħar kellu għarfien jew mingħajr ma għamel intervent kwalunkwe fiha, liema sospensjoni kienet għadha fis-seħħ meta l-konvenut ressaq il-kawża msemmija fl-ewwel lok, fid-dawl tal-Artikolu 16(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (1), tas-27 ta’ Novembru 2003, u b’effett tal-applikazzjoni tal-Artikolu 19(2) tal-istess regolament, jista’ jitqies li l-kawża li fiha seħħet is-sospensjoni kienet l-ewwel waħda li tressqet?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).