19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fl-10 ta’ Novembru 2014 – RG (*1) vs SF (*1)

(Kawża C-498/14)

(2015/C 016/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RG (*1)

Konvenuta: SF (*1)

Domanda preliminari

L-Artikolu 11(7) u (8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (1) (imsejjaħ ir-Regolament Brussell IIa) jista’ jiġi interpretat bħala li jipprekludi Stat Membru milli

jagħti preferenza lill-ispeċjalizzazzjoni ta’ qrati fis-sitwazzjonijiet ta’ ħtif ta’ minuri mill-ġenituri għall-proċedura prevista f’dawn l-artikoli, anki meta qorti jew tribunal ikun diġà ġie adit bi proċedura fuq il-mertu li tirrigwarda r-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward tal-minuri?

ineħħi, mill-qorti adita bi proċedura fuq il-mertu li tirrigwarda r-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward tal-minuri, il-ġurisdizzjoni li tiddeċiedi dwar il-kustodja tal-minuri, meta din il-qorti għandha ġurisdizzjoni kemm fil-livell internazzjonali u kif ukoll fil-livell nazzjonali sabiex tiddeċiedi dwar kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward tal-minuri?


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.

(1)  ĠU L 338, p. 1.