26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Family Division (England and Wales) (Ir-Renju Unit) fl-4 ta’ Novembru 2014 – A vs B

(Kawża C-489/14)

(2015/C 026/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice, Family Division (England and Wales)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: B

Domandi preliminari

1.

Għall-finijiet tal-Artikolu 19(1) u (3) (1), xi tfisser “stabbilita”, f’ċirkustanzi fejn:-

a)

ir-rikorrent, fil-proċeduri quddiem il-qorti tal-ewwel istanza (iktar ’il quddiem il-“proċeduri fl-ewwel istanza”), ma jieħu virtwalment ebda passi fil-proċeduri fl-ewwel istanza lil hinn mill-ewwel seduta tal-qorti, u b’mod partikolari ma jippreżentax ċitazzjoni (Assignation) fit-terminu għall-iskadenza tar-rikors (Requête), bir-riżultat li l-proċeduri fl-ewwel istanza jiskadu mingħajr deċiżjoni permezz tal-mogħdija taż-żmien u skont il-liġi (Franċiża) lokali tal-proċeduri fl-ewwel istanza, jiġifieri 30 xahar wara l-ewwel seduta ta’ informazzjoni;

b)

il-proċeduri fl-ewwel istanza jiskadu kif intqal iktar ’il fuq ftit wara (3 iġranet) li jitressqu fl-Ingilterra l-proċeduri quddiem il-qorti tat-tieni istanza (iktar ’il quddiem il-“proċeduri fit-tieni istanza”), bir-riżultat li ma jkun hemm ebda sentenza fi Franza u lanqas il-perikolu ta’ sentenzi irrikonċiljabbli bejn il-proċeduri fl-ewwel istanza u l-proċeduri fit-tieni istanza; u

c)

minħabba ż-żona orarja tar-Renju Unit, ir-rikorrent fil-proċeduri fl-ewwel istanza jkun, wara l-iskadenza tal-proċeduri fl-ewwel istanza, għadu f’pożizzjoni li jibda proċeduri ta’ divorzju fi Franza qabel ma r-rikorrent ikun jista’ jibda proċeduri ta’ divorzju fl-Ingilterra?

2.

B’mod partikolari, “stabbilita” timplika li r-rikorrent fil-proċeduri fl-ewwel istanza għandu jieħu passi biex ikompli l-proċeduri fl-ewwel istanza bid-diliġenza u bl-ispeditezza dovuta għar-riżoluzzjoni tat-tilwima (kemm jekk permezz tal-qorti jew bi ftehim bonarju), jew ir-rikorrent fil-proċeduri fl-ewwel istanza, ladarba jkun assigura l-ġurisdizzjoni skont l-Artikoli 3 u 19(1), huwa liberu li ma jieħu ebda passi sostantivi lejn ir-riżoluzzjoni tal-proċeduri fl-ewwel istanza kif intqal iktar ’il fuq, u huwa għalhekk liberu li sempliċiment jiżgura l-waqfien tal-proċeduri fit-tieni istanza u nuqqas ta’ progress fit-tilwima b’mod ġenerali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243)