15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/9


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-454/14)

(2014/C 448/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u E. Sanfrutos Cano u D. Loma-Osorio Lerena, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottax, fil-każ ta’ kull waħda mill-miżbliet identifikati fil-punt 26 ta’ dan ir-rikors [miżbliet għal skart mhux perikoluż ta’ Urtuella, fil-País Vasco, u ta’ Zurita u ta’ Juan Grande, fil-Canarias], il-miżuri neċessarji biex jitlob mingħand l-operatur l-elaborazzjoni ta’ pjan ta’ riabilitazzjoni u jiżgura l-implementazzjoni sħiħa ta’ dan il-pjan skont ir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta’ dawk previsti fil-punt 1 tal-Anness I, fi żmien tmien snin mid-data msemmija fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (1), ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq, fir-rigward ta’ kull waħda mill-miżbliet imsemmija, l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(ċ) tad-Direttiva

tiddikjara li, billi ma adottax, fil-każ ta’ kull waħda mill-miżbliet identifikati fil-punt 37 ta’ dan ir-rikors [9 miżbliet għal skart mhux perikoluż [Vélez Rubio (Almería), Alcolea de Cinca (Huesca), Sariñena (Huesca), Tamarite de Litera (Huesca), Somontano – Barbastro (Huesca), Barranco de Sedases (Fraga, Huesca), Barranco Seco (Puntallana, La Palma), Jumilla (Murcia) u Legazpia (Guipuzkoa)] u 19-il miżbla għal skart inerti [Sierra Valleja (Arcos de la Frontera, Cádiz), Carretera Pantano del Rumblar (Baños de la Encina, Jaén), Barranco de la Cueva (Bélmez de la Moraleda, Jaén), Cerrajón (Castillo de Locubín, Jaén), Las Canteras (Jimena y Bedmar, Jaén), Hoya del Pino (Siles, Jaén), Bellavista (Finca El Coronel, Alcalá de Guadaira, Sevilla), El Patarín (Alcalá de Guadaira, Sevilla), Carretera de Arahal-Morón de la Frontera (Arahal, Sevilla), Carretera de Almadén de la Plata (Cazalla de la Sierra, Sevilla), El Chaparral (Écija, Sevilla), Carretera A-92, KM 57,5 (Morón de la Frontera, Sevilla), Carretera 3118 Fuente Leona – Cumbres mayores (Colina Barragona, Huelva), Llanos del Campo (Grazalema – Benamahoma, Cádiz) Andrada Baja (Alcalá de Guadaira, Sevilla), Las Zorreras (Aldeira, Granada), Carretera de los Villares (Andújar, Jaén) La Chacona (Cabra, Córdoba) y el Chaparral – La Sombrerera (Puerto Serrano, Cádiz)]] il-miżuri neċessarji sabiex jagħlaq mill-iktar fis possibbli, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(g) u tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/31, l-istallazzjonijiet li ma jkunux kisbu, b’mod konformi mal-Arikolu 8 tal-istess direttiva, l-awtorizzazjoni sabiex ikomplu l-attivitajiet tagħhom, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq, fir-rigward ta’ kull waħda mill-miżbliet imsemmija, l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(b) tal-imsemmija direttiva.

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-investigazzjonijiet mwettqa mill-Kummissjoni matul il-Proċedura ta’ ksur 2001/2071 u l-analiżi tar-risposti tal-awtoritajiet Spanjoli ppermettew li jiġi żvelat in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi previsti fid-Direttiva 1999/31 imsemmija fl-ittra ta’ intimazzjoni, li huwa għandu taħt l-Artikolu 14(a) u (c) tad-Direttiva 1999/31, kif ukoll dawk li huwa għandu taħt l-Artikolu 14(b) tal-imsemmija direttiva.

Dan ir-rikors jikkonċerna wkoll il-miżbla ta’ Barranco de Sedases li hija s-suġġett tal-Proċedura ta’ ksur l-2012/4068 u kumulattivament mal-preċedenti, peress li fir-rigward ta din il-miżbla ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 1999/31.

L-analiżi ta’ dawn it-tweġibiet ippermettiet lill-Kummissjoni tirtira mil-proċedura 45 miżbliet li, jew ma jistgħux jitqiesu bħala miżbliet eżistenti fis-16 ta’ Lulju 2001, jew inkella ġew awtorizzati u riabilitati skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/31. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għadu hemm peress li f’xi każijiet l-awtoritajiet Spanjoli ma adottawx il-miżuri neċessarji sabiex jitolbu lill-operatur jelabora pjan ta’ riabilitazzjoni u jiżgura l-implementazzjoni sħiħa ta’ dan il-pjan skont ir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva, u peress li, barra minn hekk ma adottawx il-miżuri neċessarji sabiex jagħlaq mill-iktar fis possibbli l-istallazzjonijiet li ma jkunux kisbu l-awtorizzazjoni sabiex ikomplu l-attivitajiet tagħhom, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(c) u (b) tad-Direttiva 1999/31, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228