22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud (Ir-Repubblika Ċeka) fit-12 ta’ Diċembru 2013 — L vs M, R u K

(Kawża C-656/13)

2014/C 85/19

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L

Konvenuti: M, R u K

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (1), tas-27 Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (iktar il quddiem ‘ir-Regolament Brussell IIa’) għandu jiġi interpretat fis-sens li jibbaża ġurisdizzjoni għal proċedura ta’ responsabbiltà tal-ġenituri anki meta ma hemm ebda proċeduri relatati pendenti (jiġifieri “proċedimenti minn barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1”)?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

(2)

L-Artikolu 12(3) tar-Regolament Brussell IIa għandu jiġi interpretat fis-sens li aċċettazzjoni espressa jew b’xi mod mhux ekwivoka tfisser ukoll sitwazzjoni fejn il-parti li ma bdietx il-proċeduri tippreżenta l-att promotur tagħha fl-istess kawża, iżda sussegwentement, waqt l-ewwel att li għandha tagħmel, issostni n-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni fil-proċeduri mibdija qabel mill-parti l-oħra?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.