12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England and Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit-2 ta’ Awissu 2013 — E. vs B.

(Kawża C-436/13)

2013/C 298/07

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E.

Konvenut: B.

Domandi preliminari

(1)

Fejn tkun seħħet estensjoni tal-ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kunsill (1), dik l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni tkompli tapplika biss sakemm ikun hemm deċiżjoni finali f’dik il-proċedura jew tibqa’ tapplika anki wara li tingħata deċiżjoni finali?

(2)

L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill jippermetti li l-qrati ta’ Stat Membru jittrasferixxu l-ġurisdizzjoni f’ċirkustanzi fejn fil-preżent ma tkun teżisti ebda proċedura legali li tikkonċerna lill-wild?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243)