28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — Doris Povse vs Mauro Alpago

(Kawża C-211/10 PPU) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Tneħħija illegali tal-minuri - Miżuri provviżorji dwar is-“setgħa ta’ deċiżjoni tal-ġenituri” - Dritt ta’ kustodja - Deċiżjoni li tordna r-ritorn tal-minuri - Infurzar - Ġurisdizzjoni - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari)

2010/C 234/23

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Doris Povse

Konvenut: Mauro Alpago

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 10(b)(iv), 11(8), 42(2), kif ukoll 47(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243) — Ħtif ta’ minuri — Ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru li jagħtu deċiżjoni li tordna r-ritorn tal-minuri f’dan l-Istat fil-każ li l-minuri jkun irrisjeda għal iktar minn sena fi Stat Membru ieħor u fil-każ li, wara l-ħtif tingħata deċiżjoni mill-qrati tal-ewwel Stat li tagħti kustodja provviżorja lil ġenitur li ħataf tali minuri — Possibbiltà li tiġi rrifjutata, fl-interess tal-minuri, l-infurzar tad-deċiżjoni li tordna r-ritorn tiegħu lejn l-ewwel Stat Membru.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 10(b)(iv) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura provviżorja ma’ tikostitwixxix “sentenza dwar kustodja li ma tikkunsidrax […] t-talba tar-ritorn tal-minuri” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u ma tistax tkun il-bażi ta’ trasferiment ta’ ġurisdizzjoni lill-qrati tal-Istat Membru li għalih il minuri ġie illegalment imneħħi.

(2)

L-Artikolu 11(8) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni li tordna r-ritorn tal-minuri taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk din ma tkunx ippreċeduta minn deċiżjoni finali tal-istess qorti dwar id-dritt ta’ kustodja tal-minuri.

(3)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni mogħtija sussegwentement minn qorti tal-Istat Membru ta’ infurzar, li tagħti d-dritt ta’ kustodja provviżorjament u hija kkunsidrata infurzabbli skont id-dritt ta’ dan l-Istat, ma tistax tipprekludi l-infurzar ta’ deċiżjoni ċċertifikata, mogħtija preċedentement mill-qorti li għandha ġuridizzjoni tal-Istat Membru tal-oriġini u li tordna r-ritorn tal-minuri.

(4)

L-infurzar ta’ deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni ma jistax jiġi rrifjutat, għar-raġuni li, minħabba tibdil fiċ-ċirkustanzi li seħħ wara l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-infurzar jista’ jippreġudika serjament l-aħjar interessi tal-minuri. Tali bidla għandha tiġi invokata quddiem il-qorti li għandha ġurisdizzjoni tal-Istat Membri tal-oriġini, li għandha wkoll tisma’ kwalunkwe talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tagħha.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010