18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/7


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-202/09)

2009/C 167/14

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Balta, A.-A. Gilly, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi m’adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/24/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE (2), jew fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-direttiva; u

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-15 ta’ Settembru 2007.


(1)  ĠU L 105, p. 54

(2)  ĠU L 201, p. 37