22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmiem Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hof van Beroep te Gent — il-Belġju) — Erotic Center BVBA vs Belgische Staat

(Kawża C-3/09) (1)

(“Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 12(3)(a) - Anness H - Rata mnaqqsa ta’ VAT - Kunċett ta’ ‛dħul għal swali taċ-ċinema’ - Kabina individwali għall-wiri ta’ filmati fuq talba”)

2010/C 134/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Beroep te Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Erotic Center BVBA

Konvenut: Belgische Staat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Beroep te Gent — Interpretazzjoni tal- kategorija 7 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23, p. 1) (sadanittant il-punt 7 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Taxxa mnaqqsa applikabbli għal ċerti provvisti ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi — Ċinemas — Kunċett — Kabina individwali għall-wiri ta’ filmati fuq talba

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ dħul għal swali taċ-ċinema li jinsab fl-ewwel subparagrafu tal-kategorija 7 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/4/KE, tad-19 ta’ Jannar 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jirreferix għall ħlas magħmul minn konsumatur sabiex ikunu jista’ jgawdi minn wiri individwali ta’ filmat jew filmati jew ukoll ta’ siltiet ta’ filmati f’żona privata, bħall-kabini inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009.