7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fis-27 ta' Novembru 2008 — Fundació Gala-Salvador Dalí, Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos vs Société des Auteurs dans les arts graphiques et plastiques, Juan-Leonardo Bonet Domenech, Eulalia-María Bas Dalí, María Del Carmen Domenech Biosca, Antonio Domenech Biosca, Ana-María Busquets Bonet, Mónica Busquets Bonet

(Kawża C-518/08)

(2009/C 32/34)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fundació Gala-Salvador Dalí, Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos

Konvenuta: Société des Auteurs dans les arts graphiques et plastiques, Juan-Leonardo Bonet Domenech, Eulalia-María Bas Dalí, María del Carmen Domenech Biosca, Antonio Domenech Biosca, Ana-María Busquets Bonet, Mónica Busquets Bonet

Domandi preliminari

1)

Sussegwentement għad-Direttiva [2001/84/KE] tas-27 ta' Settembru 2001 (1), Franza tista' żżomm dritt ta' bejgħ mill-ġdid irriżervat lill-werrieta bl-esklużjoni tal-legatarji jew aventi kawża?

2)

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu 8(2) u (3) tad-Direttiva [2001/84/KE] tas-27 ta' Settembru 2001 jippermettu li Franza jkollha sistema ta' deroga?


(1)  Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta' xogħol oriġinali tal-arti (ĠU L 272, p. 32).