7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-286/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttivi 2006/12/KE u 91/689/KEE - Skart perikoluż - Obbligu li jitfassal u jiġi adottat pjan għall-immaniġġar tal-iskart perikoluż - Obbligu li jiġi stabbilit netwerk integrat u adegwat ta’ impjanti għar-rimi ta’ skart perikoluż - Direttiva 1999/31/KE - Rimi ta’ skart perikoluż)

2009/C 267/36

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 1(2) u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, fuq skart perikoluż (ĠU L 377, p. 20), u tal-Artikoli 5(1) u (2), 7(2), 4 u 8 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, dwar l-iskart (ĠU L 114, p. 9), [li qabel kienet id-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-8 ta’ Marzu 1991] — Ksur tal-Artikoli 3(1), 6 sa 9, 13 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [f’miżbla] (ĠU L 182, p. 1) — Nuqqas milli jitfassal pjan għall-immaniġġar tal-iskart perikoluż inkonformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u milli jiġi stabbilit netwerk integrat u adegwat ta’ impjanti għar-rimi ta’ skart perikoluż — Nuqqas milli jitwettqu l-obbligi fir-rigward tal-immaniġġar u tar-rimi f’miżbla tal-iskart

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Ellenika,

billi ma fasslitx u ma adottatx, f’terminu raġonevoli, pjan għall-immaniġġar tal-iskart perikoluż inkonformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli u billi ma stabbilixxietx netwerk integrat u adegwat ta’ impjanti għar-rimi ta’ skart perikoluż, ikkaratterizzat mill-użu tal-iktar metodi xierqa sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa pubblika,

billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tiżgura, fir-rigward tal-immaniġġar tal-iskart perikoluż, l-osservanza tal-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, dwar l-iskart, kif ukoll tal-Artikoli 3(1), 6 sa 9, 13 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [f’miżbla],

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha, fl-ewwel lok, taħt l-Artikoli 1(2) u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, fuq skart perikoluż, moqrija flimkien mal-Artikoli 5(1) u (2), kif ukoll mal-Artikolu 7(1), tad-Direttiva 2006/12, fit-tieni lok, taħt l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 91/689, moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva 2006/12, kif ukoll, fit-tielet lok, taħt l-Artikoli 3(1), 6 sa 9, 13 u 14 tad-Direttiva 1999/31.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008.