7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Naczelny Sąd Administracyjny — Ir-Repubblika tal-Polonja) — K-1 sp.zo.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Bydgoszczy

(Kawża C-502/07) (1)

(VAT - Irregularitajiet fid-dikjarazzjoni tat-taxxa tal-persuna taxxabbli - Taxxa addizzjonali)

(2009/C 55/05)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: K-1 sp.zo.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Bydgoszczy

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) — Interpretazzjoni tal-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 2 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE, tal-11 ta' April 1967, fuq l-armonizazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU L 71 p. 1301) u tal-Artikoli 2, 10(1)(a), 10(2), 27(1) u 33 tad-Direttiva 77/388/KEE: is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145 p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-impożizzjoni ta' taxxa addizzjonali fil-każ li jiġu stabbiliti irregolaritajiet fid-dikjarazzjoni tal-persuna taxxabbli għall-VAT.

Dispożittiv

1)

Is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, kif iddefinita fl-ewwel u fit-tieni paragrafi tal-Artikolu 2 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE, tal-11 ta' April 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ, kif ukoll fl-Artikoli 2 u 10(1)(a) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta' Mejju 1997, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE, tas-26 ta' April 2004, ma tipprekludix li Stat Membru jipprovdi, fil-leġiżlazzjoni tiegħu, penali amministrattiva li tista' tiġi imposta fuq il-persuni taxxabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud bħat-“taxxa addizzjonali” prevista fl-Artikolu 109(5) u (6) tal-liġi dwar it-taxxa fuq l-oġġetti u fuq is-servizzi (ustawa o podatku od towarów i usług), tal-11 ta' Marzu 2004.

2)

Dispożizzjonijiet bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 109(5) u (6) tal-liġi dwar il-VAT, tal-11 ta' Marzu 2004, ma jikkostitwixxux “miżuri speċjali għal deroga” sabiex jevitaw ċerti frodi jew evażjonijiet fiskali, fis-sens tal-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva 77/388.

3)

L-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva 77/388 ma jipprekludix iż-żamma fis-seħħ ta' dispożizzjonijiet bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 109(5) u (6) tal-liġi dwar il-VAT, tal-11 ta' Marzu 2004.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.