21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Session (L-Iskozja), Edinburgh — Ir-Renju Unit) — Royal Bank of Scotland plc vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

(Kawża C-488/07) (1)

(Is-Sitt Direttiva tal-VAT - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Oġġetti u servizzi użati kemm għall-operazzjonijiet taxxabbli u għall-operazzjonijiet eżentati - Tnaqqis proporzjonali - Kalkolu - Metodi previsti fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) - Obbligu ta' applikazzjoni tar-regola ta' arrotondament tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1))

(2009/C 44/31)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Session (L-Iskozja), Edinburgh

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Royal Bank of Scotland plc

Konvenuti: The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Session (L-Iskozja), Edinburgh — Interpretazzjoni tal-Artikoli 17(5) u 19(1) tad-Direttiva 77/388/KEE: Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Oġġetti u servizzi użati fl-istess ħin għal tranżazzjonijiet taxxabbli u għal tranżazzjonijiet eżenti — Kalkolu tal-proporzjon imnaqqas — Regoli dwar l-arrotondament.

Dispożittiv

L-Istati Membri mhumiex marbuta li japplikaw ir-regola ta' arrotondament prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, meta l-proporzjon tad-dritt għal tnaqqis mit-taxxa tal-input huwa kkalkulat skont wieħed mill-metodi speċjali abbażi tal-punti (a), (b), (ċ) jew (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) ta' din id-direttiva.


(1)  ĠU C 8, 12.1.2008.