20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Regeringsrätten — Żvezja) — Kollektivavtalsstiftelsen TRR Trygghetsrådet vs Skatteverket

(Kawża C-291/07) (1)

(VAT - Post ta' operazzjonijiet taxxabbli - Rabta fiskali - Fornitur ta' servizzi stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak li jirċievi s-servizzi - Kwalità ta' persuna taxxabbli - Servizzi pprovduti lil fondazzjoni nazzjonali li teżerċita attività ekonomika u attività li mhijiex ekonomika)

(2008/C 327/06)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Regeringsrätten

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kollektivavtalsstiftelsen TRR Trygghetsrådet

Konvenuta: Skatteverket

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Regeringsrätten — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9(2)(e) u l-Artikolu 21(1)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE, Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1), u tal-Artikolu 56(1)(ċ) u l-Artikolu 196 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Fondazzjoni nazzjonali, li fl-istess ħin twettaq attivitajiet ekonomiċi u attivitajiet oħra, li tuża servizzi ta' konsulenza mingħand persuna taxxabbli fi Stat Membru ieħor, fil-kuntest ta' dawk l-attivitajiet tagħha li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva

Dispożittiv

l-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, u l-Artikolu 56(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li dak li jirċievi servizzi ta' konsulent mingħand persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor, u li jeżerċita fl-istess waqt attivitajiet ekonomiċi u attivitajiet barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, għandu jitqies bħala persuna taxxabbli, anki jekk l-imsemmija provvista hija użata biss għall-bżonnijiet ta' dawn l-attivitajiet tal-aħħar.


(1)  ĠU C 183, 4.8.2007.