52012PC0238

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern /* COM/2012/0238 final - 2012/0146 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Dan il-memorandum jispjega qafas legali propost maħsub biex iżid il-fiduċja u l-kunfidenza fit-tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern.

Il-bini tal-fiduċja fl-ambjent online huwa kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku. In-nuqqas ta’ fiduċja ġġiegħel lill-konsumaturi, lin-negozji u lill-amministrazzjonijiet joqgħodu lura milli jwettqu tranżazzjonijiet b’mod elettroniku u milli jadottaw servizzi ġodda.

L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa[1] tidentifika l-ostakli eżistenti għall-iżvilupp diġitali tal-Ewropa u tipproponi leġiżlazzjoni dwar il-firem elettroniċi (l-Azzjoni Prinċipali 3) u r-rikonoxximent reċiproku tal-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni elettroniċi (Azzjoni Prinċipali 16), billi tistabbilixxi qafas legali ċar sabiex telimina l-frammentazzjoni u n-nuqqas ta’ interoperabilità, ittejjeb iċ-ċittadinanza diġitali u tipprevjeni ċ-ċiberkriminalità. Leġiżlazzjoni li tiżgura r-rikonoxximent reċiproku ta’ identifikazzjoni u awtentikazzjoni elettroniċi fl-UE kollha u l-analiżi tad-Direttiva dwar il-Firem Elettroniċi hija wkoll azzjoni ewlenija fl-Att dwar is-Suq Uniku[2], għat-twettiq tas-suq uniku diġitali. Il-Pjan Direzzjonali lejn l-Istabbiltà u t-Tkabbir[3] jenfasizza r-rwol prinċipali għall-iżvilupp tal-ekonomija diġitali tal-bażi legali komuni futura għar-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni reċiproċi tal-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni elettroniċi tul il-fruntieri.

Il-qafas legali propost, li jikkonsisti minn ‘Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjari għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern’, ifittex li jippermetti interazzjonijiet elettroniċi siguri u konsistenti bejn in-negozji, iċ-ċittadini u l-awtoritajiet pubbliċi, biex b’hekk iżid l-effikaċja tas-servizzi pubbliċi u privati online, tan-negozju u tal-kummerċ elettroniċi fl-UE.

Il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE, jiġifieri d-Direttiva 1999/93/KE dwar ‘Kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi’[4], essenzjalment tkopri l-firem elettroniċi biss. Ma jeżisti l-ebda qafas transkonfinali u transettorjali komprensiv tal-UE għal tranżazzjonijiet elettroniċi siguri, affidabbli u faċli biex jintużaw li jinkludi kemm l-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni u l-firem elettroniċi.

L-għan huwa li tittejjeb il-leġiżlazzjoni eżistenti u li din tiġi estiża biex tkopri r-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni reċiproċi fil-livell tal-UE tal-iskemi tal-identifikazzjoni elettronika nazzjonali u servizzi fiduċjarji elettroniċi essenzjali oħra relatati.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Din l-inizjattiva hija r-riżultat ta’ konsultazzjonijiet estensivi dwar analiżi tal-qafas legali attwali għal firem elettroniċi li matulhom il-Kummissjoni ġabret kummenti mill-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u partijiet oħra interessati[5]. Il-konsultazzjoni pubblika on line kienet ikkumplimentata minn ‘Bord bi Prova tal-SMEs’ biex jiġu identifikati l-fehmiet u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs. u konsultazzjonijiet immirati oħrajn ma' partijiet interessati[6][7]. Il-Kummissjoni nediet ukoll għadd ta’ studji dwar l-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni, il-firem elettroniċi u s-servizzi fiduċjarji relatati (eIAS).

Matul il-konsultazzjonijiet, il-maġġoranza l-kbira tal-partijiet interessati qablu li hemm ħtieġa għal reviżjoni tal-qafas attwali sabiex jiġu koperti n-nuqqasijiet li ħalliet id-Direttiva dwar il-firem elettroniċi. Inħass li dan għandu jipprovdi rispons aħjar għall-isfidi li jirriżultaw mill-iżvilupp mgħaġġel tat-teknoloġiji ġodda (b’mod partikolari l-aċċess online u ċellulari) u miż-żieda fil-globalizzazzjoni, filwaqt li tinżamm in-newtralità teknoloġika tal-qafas legali.

B’konformità mal-politika tagħha ta’ ‘Regolamentazzjoni Aħjar’, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt tal-alternattivi politiċi. Tliet settijiet ta’ għażliet ta’ politika ġew ivvalutati, li jittrattaw rispettivament (1) il-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas il-ġdid, (2) l-istrument legali u (3) il-livell ta’ superviżjoni meħtieġ[8]. L-għażla ta’ politika preferuta kienet it-titjib taċ-ċertezza legali, it-titjib fil-koordinazzjoni tas-superviżjoni nazzjonali, l-iżgurar tar-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni reċiproċi tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika u l-inkorporazzjoni ta’ servizzi fiduċjarji relatati essenzjali. Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li dan għandu jwassal għal titjib konsiderevoli fiċ-ċertezza legali, is-sigurtà u l-fiduċja f'termini ta’ tranżazzjonijiet elettroniċi transkonfinali, li jirriżulta f’inqas frammentazzjoni tas-suq.

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

3.1 Il-Bażi Legali

Din il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-TFEU, li jikkonċerna l-adozzjoni ta' regoli li jneħħu l-ostakoli eżistenti għat-tħaddim tas-suq intern. Iċ-ċittadini, in-negozji u l-amministrazzjonijiet ikunu jistgħu jibbenefikaw mir-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni reċiproċi tal-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni, il-firem elettroniċi, u s-servizzi oħra fiduċjarji tul il-fruntieri meta meħtieġa għall-aċċess għal proċeduri jew tranżazzjonijiet elettroniċi u t-twettiq tagħhom.

Regolament huma meqjus bħala l-aktar strument legali xieraq. L-applikabbiltà diretta ta’ Regolament skont l-Artikolu 288 tat-TFUE għandha tnaqqas il-frammentazzjoni legali u tipprovdi ċertezza legali akbar billi tintroduċi sett armonizzat ta’ regoli ewlenin li jkun jikkontribwixxi għat-tħaddim tas-suq intern.

3.2 Sussidjarjetà u proporzjonalità

Sabiex l-azzjoni tal-UE tkun iġġustifikata, il-prinċipju ta’ sussidjarjetà għandu jiġi osservat:

a) In-natura transnazzjonali tal-problema (test tal-ħtieġa)

In-natura transnazzjonali tal-eIAS teħtieġ azzjoni tal-UE. Azzjoni domestika (jiġifieri nazzjonali) waħedha ma tkunx biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet u jinkisbu l-miri stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020[9]. Għall-kuntrarju, l-esperjenza turi li l-miżuri nazzjonali ħolqu de facto ostakoli għall-interoperabilità mal-UE tal-firem elettroniċi, u li dawn fil-preżent għandhom l-istess effett fuq l-identifikazzjoni elettronika, l-awtentikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji relatati. Għalhekk jeħtieġ li l-UE toħloq qafas li jippermetti l-indirizzar tal-interoperabbiltà transkonfinali u l-koordinazzjoni aħjar tal-iskemi nazzjonali ta’ superviżjoni. Madankollu, l-identifikazzjoni elettronika ma tistax tiġi indirizzata fir-Regolament propost bl-istess mod ġeneriku bħas-servizzi elettroniċi fiduċjarji l-oħra għaliex il-ħruġ ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni huwa prerogattiva nazzjonali. Il-proposta, għalhekk, tiffoka strettament fuq l-aspetti transkonfinali għall-identifikazzjoni elettronika.

Ir-Regolament propost joħloq sitwazzjoni ugwali għan-negozji li jipprovdu servizzi fiduċjarji meta d-differenzi attwali eżistenti f'leġiżlazzjoni nazzjonali ta' sikwit iwasslu għal inċertezza legali u piż addizzjonali. Iċ-ċertezza legali tiżdied b’mod sinifikanti permezz ta’ obbligi ċari ta' aċċettazzjoni minn Stati Membri ta' servizzi fiduċjarji kwalifikati li ser joħolqu inċentiv addizzjonali biex negozji jmorru 'l hin minn xtuthom. Pereżempju kumpanija ser tkun tista’ tipparteċipa elettronikament f’sejħa pubblika għall-offerti mnedija minn amministrazzjoni ta’ Stat Membru differenti mingħajr mal-firma elettronika tagħha tiġi bblukkata minħabba rekwiżiti nazzjonali speċifiċi u problemi ta’ interoperabbiltà. Hekk ukoll, kumpanija ser ikollha l-opportunità li tiffirma kuntratti elettronikament ma’ parti oħra bbażata fi Stat Membru differenti mingħajr il-biżgħa ta’ rekwiżiti legali differenti għal servizzi fiduċjarji bħal siġilli elettroniċi, dokumenti elettroniċi jew ittimbrar tal-ħin. Fl-aħħarnett, ser jintbagħat avviż ta’ ksur minn Stat Membru wieħed għal ieħor biċ-ċertezza tal-validità legali tiegħu fiż-żewġ Stati Membri. Finalment, il-kummerċ online ser ikun iżjed affidabbli meta x-xerrejja jkollhom il-mezzi li jivverifikaw li verament jaċċessjaw il-websajt tan-negozjant li jagħżlu flok websajt li jista' jkun falz.

Mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika rikonoxxuta reċiprokament u firem elettroniċi aċċettati b’mod ġenerali ser jiffaċilitaw il-forniment transkonfinali ta’ diversi servizzi fis-suq intern u jipperemettu li n-negozji jaqsmu l-fruntieri mingħajr ostakoli fl-interazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi. Fil-prattika dan ser iffisser titjieb sinifikanti fl-effiċjenza kemm għal negozji kif ukoll għal ċittadini meta jikkonformaw mal-formalitajiet amministrattivi. Pereżempju, student jingħata opportunità li jirreġistra elettronikament f’università barra, ċittadin jissottometti dikjarazzjoni tat-taxxa online lil Stat Membru ieħor jew pazjent ikollu aċċess online għad-dejta dwar is-saħħa tiegħu/tagħha. Jekk ma jeżistux mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika bħal dawn, rikonoxxuti reċiprokament, tabib ma jkunx jista' jkollu aċċess għal dejta medika ta' pazjent meħtieġa biex ifejqu/jaqha u t-testijiet mediċi u tal-laboratorju li pazjent ikun diġà għamel ikollhom jiġu ripetuti.

b) Valur miżjud (test tal-effikaċja)

L-għanijiet spjegati hawn fuq bħalissa mhumiex qed jintlaħqu minn koordinazzjoni volontarja fost Stati Membri, lanqas ma huwa raġonevolment mistenni li dan iseħħ fil-futur. Dan iwassal għal dupplikazzjoni tal-isforzi, stabbiliment ta’ standards differenti, karatteristiċi transnazzjonali tal-konsegwenzi mifruxa ġġenerati mill-ICT, u l-kumplessità amministrattiva tal-istabbiliment ta’ koordinazzjoni bħal din permezz ta’ ftehimiet bilaterali u multilaterali.

Barra minn hekk, il-ħtieġa li jingħelbu problemi bħal (a) in-nuqqas ta’ ċertezza legali minħabba dispożizzjonijiet nazzjonali eteroġeni li joriġinaw minn interpretazzjonijiet differenti tad-Direttiva dwar il-firem elettroniċi u (b) in-nuqqas ta’ interoperabbiltà tas-sistemi tal-firem elettroniċi stabbiliti fil-livell nazzjonali minħabba l-applikazzjoni mhux uniformi tal-istandards tekniċi jeħtieġ it-tip ta’ koordinazzjoni mal-Istati Membri tal-UE li tista’ titwettaq aktar b’mod effikaċi fil-livell tal-UE.

3.3 Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

3.3.1      KAPITOLU I – DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Artikolu 1 jiddefinixxi s-suġġett tar-Regolament.

L-Artikolu 2 jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni materjali tar-Regolament.

L-Artikolu 3 jinkludi definizzjonijiet tat-termini użati fir-Regolament. Filwaqt li wħud mid-definizzjonijiet huma meħuda mid-Direttiva 1999/93/KE, oħrajn huma ċċarati, issupplimentati b’elementi addizzjonali, jew introdotti bħala ġodda.

L-Artikolu 4 jiddetermina l-prinċipji tas-suq intern fir-rigward tal-applikazzjoni territorjali tar-Regolament. Issir referenza espliċita għall-impożizzjoni tal-ebda restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ provvista ta’ servizzi u ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti.

3.3.2      KAPITOLU II – IDENTIFIKAZZJONI ELETTRONIKA

L-Artikolu 5 jipprovdi għar-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni reċiproċi ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika li jaqgħu taħt skema li tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni dwar il-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament. Il-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE introduċew xi forma ta’ sistema ta’ identifikazzjoni elettronika. Madankollu, dawn ivarjaw f’ħafna aspetti. In-nuqqas ta’ bażi legali komuni li teħtieġ li kull Stat Membru jirrikonoxxi u jaċċetta mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika maħruġa fi Stati Membri oħra biex ikollhom aċċess għal servizzi online, flimkien mal-interoperabbiltà transkonfinali mhux xierqa tal-identifikazzjonijiet nazzjonali elettroniċi, joħolqu ostakoli li jipprevjenu liċ-ċittadini u lin-negozji milli jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku diġitali. Ir-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni reċiproċi ta’ kwalunkwe mezz ta’ identifikazzjoni elettronika li taqa’ taħt skema ta’ notifika skont dan ir-Regolament ineħħu dawn l-ostakoli legali.

Ir-Regolament ma jobbligax lill-Istati Membri jintroduċu jew jinnotifikaw l-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika, iżda li jirrikonoxxu u jaċċettaw identifikazzjonijiet elettroniċi notifikati għal dawk is-servizzi online fejn tkun meħtieġa l-identifikazjoni elettronika biex jinkiseb aċċess fil-livell nazzjonali. Iż-żieda potenzjali tal-ekonomiji ta’ skala maħluqa permezz tal-użu transkonfinali ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika u sistemi ta’ awtenikazzjoni notifikati tista’ tistimula l-Istati Membri biex jinnotifikaw l-iskemi tagħhom ta’ identifikazzjoni elettronika. L-Artikolu 6 jistipula il-ħames kundizzjonijiet għan-notika ta’ skemi ta’ identifikazzjoni elettronika.

l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw l-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika li jaċċettaw taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom fejn l-identifikazzjoni elettronika tkun meħtieġa għas-servizzi pubbliċi. Rekwiżit ieħor huwa li l-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika rispettivi għandhom jinħarġu minn, f’isem jew mill-anqas taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru li jkun qed jinnotifika skema.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu rabta mhux ambigwa bejn l-identifikazzjoni elettronika u l-persuna kkonċernata. Dan l-obbligu ma jfissirx li persuna ma jkunx jista’ jkollha mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika diversi, iżda dawn kollha għandhom ikunu relatati mal-istess persuna.

L-affidabbiltà ta’ identifikazzjoni elettronika tiddependi fuq id-disponibbiltà ta’ mezzi ta’ awtentikazzjoni (jiġifieri l-possibbiltà li tiġi vverifikata l-validità tad-dejta ta' identifikazzjoni elettronika. Ir-Regolament jobbliga lill-Istati Membri li jinnotifikaw biex jipprovdu awtentikazzjoni online mingħajr ħlas lil partijiet terzi. Din il-possibbiltà ta’ awtentikazzjoni għandha tkun disponibbli mingħajr interruzzjoni. L-ebda rekwiżit tekniku speċifiku, bħal hardware jew softwer ma għandhom jiġu imposti fuq il-partijiet li jiddependu fuq awtentikazzjoni bħal din. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal kwalunkwe rekwiżit fir-rigward tal-utenti (detenturi) tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika li huma meħtieġa teknikament għall-użu tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika, bħall-qarrejja (readers) tal-kards.

L-Istati Membri għandhom jaċċettaw ir-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ ambigwità tar-rabta (jiġifieri li d-dejta ta’ identifikazzjoni attribwita mal-persuna ma tkunx relatata ma’ ebda persuna oħra) u l-possibbiltà tal-awtentikazzjoni (jiġifieri li l-possibbiltà li tiġi vverfikata l-validità ta’ dejta dwar identifkazzjoni elettronika). Ir-responsabbiltà tal-Istati Membri ma tkoprix aspetti oħra tal-proċess ta’ identifikazzjoni jew kwalunkwe tranżazzjoni li tkun teħtieġ identifikazzjoni.

L-Artikolu 7 fih regoli dwar notifika lill-Kummissjoni ta’ skemi ta’ identifikazzjoni elettronika.

L-Artikolu 8 għandu l-għan li jiżugura l-interoperabbiltà teknika tal-iskemi ta’ identifikazzjoni notifikati permezz ta’ approċċ ta’ koordinazzjon, inkluż atti delegati.

3.3.3      KAPITOLU III – SERVIZZI FIDUĊJARJI

3.3.3.1 Taqsima 1 – Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikolu 9 jistabbilixxi l-prinċipji relatati mar-responsabbiltà tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kemm kwalifikati kif ukoll dawk li mhumiex. Dan jibni fuq l-Artikolu 6 tad-Direttiva 1999/93/KE u jestendi l-intitolament għal kumpens għad-danni kkawżati minn kwalunkwe fornitur ta’ servizzi fiduċjarji negliġenti li jonqos milli jikkonforma mal-prattiki tajba ta’ sigurtà li jirriżulta fi ksur tas-sigurtà b’impatt sinifikanti fuq is-servizz.

L-Artikolu 10 jiddeskrivi l-mekkaniżmu għar-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati pprovduti minn fornitur stabbilit f’pajjiż terz. Dan jibni fuq l-Artikolu 7 tad-Direttiva 1999/93/KE iżda jżomm biss l-unika għażla fattibbli b’mod prattiku li hija li jiġi permess rikonoxximent bħal dan taħt ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

L-Artikolu 11 jistabbilixxi l-prinċipji ta’ ħarsien u minimizzazzjoni tad-dejta. Dan jibni fuq l-Artikolu 8 tad-Direttiva 1999/93/KE.

L-Artikolu 12 jagħmel is-servizzi fiduċjari aċċessibbli għal nies b’diżabbiltà.

3.3.3.2 Taqsima 2 – Superviżjoni

L-Artikolu 13 jobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu korpi ta’ superviżjoni, abbażi tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 1999/93/KE, filwaqt li jiċċara u jkabbar il-mandat tagħhom fir-rigward kemm tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kif ukoll tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati.

L-Artikolu 14 jintroduċi mekkaniżmu espliċitu ta’ assistenza reċiproka bejn il-korpi ta’ superviżjoni fl-Istati Membri sabiex tiġi ffaċilitata s-superviżjoni transkonfinali tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji. Dan jintroduċi regoli dwar l-operazzjonijiet konġunti u d-dritt tal-awtoritajiet superviżorji li jipparteċipaw f’operazzjonijiet bħal dawn.

L-Artikolu 15 jintroduċi obbligu għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kemm kwalifikati kif ukoll għal dawk li mhumiex biex jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa għas-sigurtà tal-attivitajiet tagħhom. Barra minn hekk, il-korpi superviżorji kompetenti u awtoritajiet oħra rilevanti għandhom ikunu infurmati dwar kwalunkwe ksur tas-sigurtà. Jekk xieraq, dawn għandhom imbagħad jinformaw lill-korpi superviżorji ta’ Stati Membri oħra u għandhom, direttament jew permezz tal-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kkonċernat, jinformaw lill-pubbliku.

L-Artikolu 16 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għas-superviżjoni tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u servizzi fiduċjari kwalifikati pprovduti minnhom. B’mod partikolari, dan jobbliga lill-fornituri tas-servizzi kwalifikati jkunu vverifikati fuq bażi annwali minn korp iċċertifikat indipendenti biex jikkonferma lill-korp superviżorju li dawn jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fir-Regolament. Barra minn hekk, l-Artikolu 16(2) jagħti lill-korp superviżorju d-dritt li jwettaq verifiki fuq il-post tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati fi kwalunkwe ħin. Il-korp superviżorju għandu s-setgħa wkoll li joħroġ istruzzjonijiet vinkolanti lill-fornituri ta’ servizzi fiduċjari kwalifikati biex jirrimedjaw, b’mod proporzjonali, kwalunkwe nuqqas li jissodisfaw obbligu li jiġi żvelat mill-verifika tas-sigurtà.

L-Artikolu 17 jikkonċerna l-attività mwettqa mill-korp superviżorju fuq it-talba ta’ fornitur ta’ servizzi fiduċjarji li jkun jixtieq jibda servizz fiduċjarju kwalifikat.

L-Artikolu 18 jistipula l-istabbiliment ta’ listi affidabbli[10] li jkun fihom informazzjoni dwar il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati li huma soġġetti għas-superviżjoni u dwar is-servizzi kwalifikati li joffru. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli pubblikament permezz ta’ mudell komuni sabiex jiġi ffaċilitat l-użu awtomatizzat tagħha u jiġi żgurat livell xieraq ta’ dettall.

L-Artikolu 19 jistabbilixxi r-rekwiżiti li l-fornituri tas-servizzi fiduċjari kwalifikati għandhom jissodisfaw sabiex ikunu rikonoxxuti bħala tali. Dan jibni fuq l-Anness II tad-Direttiva 1999/93/KE.

3.3.3.3 Taqsima 3 – Firma elettronika

L-Artikolu 20 jistabbilixxi r-regoli relatati mal-effett legali tal-firem elettroniċi tal-persuni fiżiċi. Dan jiċċara u jespandi l-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/93/KE li jintroduċi obbligu espliċitu li firem elettroniċi kwalifikati jingħataw l-istess effett legali bħala firem bil-miktub. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċettazzjoni transkonfinali ta’ firem elettroniċi kwalifikati, fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi pubbliċi, u dawn m’għandhom jintroduċu l-ebda rekwiżit addizzjonali li jista’ jirriżulta f’ostakli għall-użu ta’ firem bħal dawn.

L-Artikolu 21 jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikati tal-firem kwalifikati. Dan jiċċara l-Anness I tad-Direttiva 1999/93/KE u jneħħi dispożizzjonijiet li ma ħadmux fil-prattika (pereżempju limitazzjonijiet fuq il-valur tat-tranżazzjonijiet).

L-Artikolu 22 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati. Dan jiċċara r-rekwiżiti għal apparat għall-ħolqien sigur ta’ firem stabbiliti fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 1999/93/KE, li issa jrid ikun meqjus bħala apparat għall-ħolqien ta’ firem kwalifikati skont dan ir-Regolament. Dan jagħmilha ċara wkoll li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ apparat għall-ħolqien tal-firem jista’ jkun ferm usa’ minn sempliċiment oġġett li jkun fih dejta għall-ħolqien tal-firem. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi wkoll lista ta’ numri ta’ referenza ta’ standanr għal rekwiżiti ta’ sigurtà dwar apparat.

L-Artikolu 23, mibni fuq l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 1999/93/KE, jintroduċi l-kunċett ta’ ċertifikazzjoni ta’ apparat ta' firem elettroniċi kwalifikati biex jiddetermina l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta’ sigurtà stipulat fl-Anness II. Dan l-apparat għandu jkun rikonoxxut mill-Istati Membri kollha bħala konformi mar-rekwiżiti meta proċedura ta' ċertifikazzjoni titwettaq minn korp ta' ċertifikazzjoni maħtur minn Stat Membru. Il-Kummissjoni se tippubblika lista pożittiva ta’ apparat iċċertifikat bħal dan skont l-Artikolu 24. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi wkoll lista ta’ numri ta’ referenza ta’ standards għal valutazzjoni tas-sigurtà ta’ prodotti ta’ informazzjoni teknoloġika msemmija fl-Artikolu 23(1).

L-Artikolu 24 jikkonċerna pubblikazzjoni ta’ lista ta’ apparat ta’ ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati mill-Kummissjoni wara notifika ta’ konformità mill-Istati Membri.

L-Artikolu 25 jibni fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Anness IV tad-Direttiva 1999/93/KE biex jistabbilixxi rekwiżiti vinkolanti għall-validazzjoni ta’ firem elettroniċi kwalifikati bil-għan li tiżdied iċ-ċertezza legali ta’ validazzjoni bħal din.

L-Artikolu 26 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal servizzi ta’ validazzjoni kwalifikati.

L-Artikolu 27 jistabbilixxi l-kundizzjoni għall-preservazzjoni fit-tul tal-firem elettroniċi kwalifikati. Dan huwa possibbli minħabba l-użu ta’ proċeduri u teknoloġiji li huma kapaċi jestendu l-affidabbiltà tad-dejta tal-validazzjoni tal-firem elettroniċi kwalifikati lil hinn miż-żmien tal-validità teknoloġika tagħhom meta l-falsifikazzjoni tista’ ssir faċli għall-hackers.

3.3.3.4 Taqsima 4 – Siġilli elettroniċi

L-Artikolu 28 jikkonċerna l-effett legali ta’ siġilli elettroniċi ta’ persuni ġuridiċi. Preżunzjoni legali speċifika tingħata lil siġill elettroniku kwalifikat li jiggarantixxi l-awtentiċità u l-integrità tad-dokumenti elettroniċi li jkun relatat magħhom.

L-Artikolu 29 jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi.

L-Artikolu 30 jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni u għall-pubblikazzjoni ta’ lista ta’ apparat għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi kwalifikati.

L-Artikolu 31 jistabbilixxi l-kundizzjoni tal-validazzjoni u l-preservazzjoni tas-siġilli elettroniċi kwalifikati.

3.3.3.5 Taqsima 5 – Timbru tal-ħin elettroniku

L-Artikolu 32 jikkonċerna l-effett legali ta’ timpri elettroniċi tal-ħin. Preżunzjoni legali speċifika tingħata lit-timbri elettroniċi tal-ħin kwalifikati fir-rigward taċ-ċertezza tad-data.

L-Artikolu 33 jistabbilixxi r-rekwiżiti għal timbri tal-ħin elettroniċi kwalifikati.

3.3.3.6 Taqsima 6 – Dokumenti elettroniċi

L-Artikolu 34 jistabbilixxi l-effetti legali u l-kundizzjonijiet ta’ aċċettazzjoni tad-dokumenti elettroniċi. Hemm preżunzjoni legali speċifika tal-awtentiċità u l-integrità ta’ kwalunkwe dokument elettroniku li jkun iffirmat b’firma elettronika kwalifikata jew li jkollu siġill elettroniku kwalifikat. Rigward l-aċċettazzjoni ta’ dokumenti elettroniċi, meta dokument oriġinali jew kopja ċertifikati tkun meħtieġa għall-forniment ta’ servizz pubbliku, talanqas dokumenti elettroniċi maħruġa mill-persuni kompetenti li joħorġu d-dokumenti rilevanti u li huma kkunsidrati bħala oriġinali jew kopji ċertifikati skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tal-oriġini, għandhom jiġu aċċettati fi Stati Membri oħra mingħajr rekwiżiti addizzjonali.

3.3.3.7 Taqsima 7 – Servizzi ta’ forniment elettroniku

L-Artikolu 35 jikkonċerna l-effett legali ta’ dejta li tintbagħat jew li tiġi rċevuta bl-użu ta’ servizz ta’ forniment elettroniku. Preżunzjoni legali speċifika rigward l-integrità tad-dejta li tintbagħat jew tiġi rċevuta u l-eżattezza tal-ħin li fih id-dejta tinbagħat jew tiġi rċevuta hija ggarantita għas-servizzi ta’ forniment elettroniku kwalifikati. Dan jiżgura wkoll ir-rikonoxximent reċiproku tas-servizzi ta’ forniment elettroniku kwalifikati fil-livell tal-UE.

L-Artikolu 36 jistabbilixxi r-rekwiżiti għas-servizzi ta’ forniment elettroniku kwalifikati.

3.3.3.8 Taqsima 8 – Awtentikazzjoni ta’ websajts

Din it-taqsima hija maħsuba biex tiżgura li tkun iggarantita l-awtentiċità ta’ websajt fir-rigward tas-sid tas-sit.

L-Artikolu 37 jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikati ta’ awtentikazzjoni ta’ websajts kwalifikati, li jkunu jistgħu jintużaw biex jiggarantixxu l-awtentiċità ta’ websajt. Ċertifikat ta’ awtentifikazzjoni ta’ websajts kwalifikat se jipprovdi sett minimu ta’ informazzjoni affidabbli dwar il-websajt u dwar l-eżistenza legali tas-sid tagħha.

3.3.4      KAPITOLU IV – ATTI DELEGATI

L-Artikolu 38 fih id-dispożizzjonijiet standard għall-eżerċizzju tad-delegi b’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE (atti delegati). Dan jippermetti lil-leġiżlatur jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex temenda jew iżżid ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv.

3.3.5      KAPITOLU V – ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

L-Artikolu 39 fih id-dispożizzjoni li tkopri l-proċedura tal-Kumitat meħtieġa biex tikkonferixxi setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni kull fejn, skont l-Artikolu 291 tat-TFUE, ikunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ atti legalment vinkolanti tal-Unjoni. Tapplika l-proċedura ta’ eżami.

3.3.6      KAPITOLU VI – DISPOSIZZJONIJIET FINALI

L-Artikolu 40 jobbliga lill-Kummissjoni tevalwa r-Regolament u tirrapporta dwar is-sejbiet tagħha.

L-Artikolu 41 jirrevoka d-Direttiva 1999/93/KE u jipprovdi għal tranżizzjoni mingħajr xkiel tal-infrastruttura tal-firem elettroniċi eżistenti għar-rekwiżiti l-ġodda tar-Regolament.

L-Artikolu 42 jistabbilixxi d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

4.           L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-implikazzjonijiet speċifiċi għall-baġit tal-proposta jirrigwardaw il-kompiti allokati lill-Kontrollur Ewropew kif speċifikat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji leġiżlattivi li jakkumpanjaw din il-proposta.

Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni fuq l-ispiża operattiva.

Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpjan din il-proposta għal Regolament tkopri l-impatti baġitarji għar-Regolament innifsu.

2012/0146 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[11],

Wara li kkonsultat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta[12],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Il-bini tal-fiduċja fl-ambjent online huwa kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku. In-nuqqas ta’ fiduċja ġġiegħel lill-konsumaturi, lin-negozji u lill-amministrazzjonijiet joqgħodu lura milli jwettqu tranżazzjonijiet b’mod elettroniku u milli jadottaw servizzi ġodda.

(2)       Dan ir-Regolament ifittex li jsaħħaħ il-fiduċja fit-tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern billi jippermetti interazzjonijiet elettroniċi siguri u konsistenti bejn in-negozji, iċ-ċittadini u l-awtoritajiet pubbliċi, billi jżid l-effikaċja tas-servizzi pubbliċi u privati online, in-negozju elettroniku u l-kummerċ elettroniku fl-Unjoni Ewropea.

(3)       Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar Kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi[13], essenzjalment tkopri l-firem elettroniċi mingħajr ma tagħti qafas komprensiv transkonfinali u transettorjali għal tranżazzjonijiet elettroniċi siguri, affidabbli u faċli biex jintużaw. Dan ir-Regolament itejjeb u jespandi fuq l-acquis tad-Direttiva.

(4)       L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa tal-Kummissjoni[14] identifikat il-frammentazzjoni tas-suq diġitali, in-nuqqas ta’ interoperabilità u ż-żieda taċ-ċiberkriminalità bħala ostakli prinċipali għaċ-ċiklu virtuż tal-ekonomija diġitali. Il-Kummissjoni, fir-Rapport tagħha tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza kompliet issostni l-ħtieġa li jissolvew il-problemi ewlenin li jfixklu ċ-ċittadini Ewropej milli jgawdu l-benefiċċji ta' suq uniku diġitali u servizzi transkonfinali diġitali[15].

(5)       Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni toħloq suq uniku diġitali sal-2015[16] biex tagħmel progress mgħaġġel fl-oqsma prinċipali tal-ekonomija diġitali u tippromwovi suq uniku diġitali integrat kompletament[17] billi tiffaċilita l-użu transkonfinali tas-servizzi online, b’attenzjoni partikolari għall-faċilitazzjoni tal-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni siguri.

(6)       Il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni tikkontribwixxi għas-suq uniku diġitali billi toħloq kundizzjonijiet xierqa għar-rikonoxximent reċiproku ta’ instigaturi prinċipali tul il-fruntieri, bħall-identifikazzjoni elettronika, id-dokumenti elettroniċi, il-firem elettroniċi u s-servizzi ta’ forniment elettroniku, u għas-servizzi tal-gvern elettroniku interoperabbli fl-Unjoni Ewropea[18].

(7)       Il-Parlament Ewropew enfasizza l-importanza tas-sigurtà tas-servizzi elettroniċi, speċjalment tal-firem elettroniċi, u tal-ħtieġa li tinħoloq infrastruttura prinċipali pubblika fil-livell pan-Ewropew, u talab lill-Kummissjoni tistabbilixxi portal ta’ awtoritajiet ta’ validazzjoni Ewropej biex tiżgura l-interoperabilità transkonfinali tal-firem elettroniċi u żżid is-sigurtà tat-tranżazzjonijiet bl-użu tal-Internet[19].

(8)       Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern[20] titlob lill-Istati Membri jistabbilixxu ‘Punti Uniċi ta’ Servizz’ (Points of Single Contact - PSCs) biex jiżguraw li l-proċeduri u l-formalitajiet kollha relatati mal-aċċess għal attività ta’ servizz u tal-eżerċizzju tiegħu jistgħu jkunu kkompletati faċilment, mill-bogħod u permezz ta’ mezzi elettroniċi, permezz tal-punt uniku ta’ servizz xieraq u bl-awtoritajiet xierqa. Ħafna mis-servizzi online aċċessibbli permezz ta’ PSCs jeħtieġu identifikazzjoni, awtentikazzjoni u firma elettroniċi.

(9)       Fil-maġġoranza tal-każijiet, il-fornituri minn Stat Membru ieħor ma jkunux jistgħu jużaw l-identifikazzjoni elettronika tagħhom biex jiksbu aċċess għal dawn is-servizzi għaliex l-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika nazzjonali fil-pajjiż tagħhom ma jkunux rikonoxxuti u aċċettati fi Stati Membri oħra. Dan l-ostaklu elettroniku jeskludi l-fornituri tas-servizzi milli jgawdu l-benefiċċji sħaħ tas-suq intern. Mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika rikonoxxuta reċiprokament u firem elettroniċi aċċettati b’mod ġenerali ser jiffaċilitaw il-forniment transkonfinali ta’ diversi servizzi fis-suq intern u jipperemettu li n-negozji jaqsmu l-fruntieri mingħajr ostakoli fl-interazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi.

(10)     Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali[21] tistabbilixxi netwerk ta’ awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-Saħħa elettronika. Sabiex itejjeb is-sikurezza u l-kontinwità tal-kura tas-saħħa transkonfinali, in-netwerk huwa meħtieġ jipproduċi linji gwida dwar l-aċċess transkonfinali għad-dejta u s-servizzi tas-saħħa elettronika, inkluż bl-appoġġ ta’ ‘miżuri komuni ta’ identifikazzjoni u awtentikazzjoni għall-iffaċilitar tat-trasferabbiltà ta’ dejta fil-kura tas-saħħa transkonfinali’. Rikonoxximent u aċċettazzjoni reċiproċi ta’ identifikazzjoni u awtentikazzjoni elettroniċi huma kruċjali sabiex il-kura tas-saħħa transkonfinali ssir realtà għaċ-ċittadini Ewrpej. Meta n-nies jivvjaġġaw għal trattament, jeħtieġ li d-dejta medika tagħhom tkun aċċessibbli fil-pajjiż tat-trattament. Dan jirrekjedi qafas ta' identifikazzjoni elettronika solidu, sigur u affidabbli.

(11)     Wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huwa li jneħħi l-ostakli eżistenti għall-użu transkonfinali tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika użati fl-Istati Membri biex mill-anqas jaċċessaw is-servizzi pubbliċi. Dan ir-regolament m’għandux l-għan li jintervjeni fuq is-sistemi ta’ ġestjoni tal-identità elettronika u l-infrastrutturi relatati stabbiliti fl-Istati Membri. L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiżgura li għall-aċċess għas-servizzi online transkonfinali offruti mill-Istati Membri, ikun possibbli li jintlaħaq l-ogħla livell ta’ sigurtà fl-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni elettroniċi.

(12)     L-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jużaw jew jintroduċu mezzi, għall-finijiet ta’ identifikazzjoni elettronika, għall-aċċess għas-servizzi online. Dawn jistgħu jiddeċiedu wkoll jekk jinvolvux lis-settur privat fil-forniment ta’ dawn il-mezzi. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jinnotifikaw l-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika tagħhom. L-għażla li jew jinnotifikaw l-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika użati fil-livell nazzjonali kollha, xi wħud minnhom jew xejn, sabiex jagħtu aċċess tal-anqas għal servizzi pubbliċi online jew għal servizzi speċifiċi hija f’idejn l-Istati Membri.

(13)     Xi kundizzjonijiet jeħtieġ li jiġu stabbiliti fir-Regolament fir-rigward ta’ liema mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika għandhom jiġu aċċettati u kif l-iskemi għandhom jiġu notifikati. Dawn għandhom jgħinu lill-Istati Membri jibnu l-fiduċja reċiproka meħtieġa fl-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika ta’ xulxin u biex ikun hemm rikonoxximent u aċċettazzjoni reċiproċi tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika li jaqgħu taħt l-iskemi notifikati tagħhom. Il-prinċipju ta’ rikonoxximent u aċċettazzjoni reċiproċi għandu japplika jekk l-Istat Membru li jinnotifika jkun jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ notifika u n-notifika tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, l-aċċess għal dawn is-servizzi online u l-forniment finali tagħhom lill-applikant huma marbutin mill-qrib mad-dritt li wieħed jirċievi servizzi bħal dawn taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(14)     L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li jinvolvu s-settur privat fil-ħruġ ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika u li jippermettu s-settur privat juża l-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika taħt skema notifikata għal finijiet ta’ identifikazzjoni meta meħtieġa għal servizzi online jew tranżazzjonijiet elettroniċi. Il-possibbiltà tal-użu ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika bħal dawn għandha tippermetti lis-settur privat li jiddependi fuq identifikazzjoni u awtentikazzjoni elettroniċi li diġà jintużaw ħafna f’bosta Stati Membri tal-anqas għas-servizzi pubbliċi, u biex tagħmilha iktar faċli għan-negozji u ċ-ċittadini li jkollhom aċċess għas-servizzi online tagħhom b’mod transkonfinali. Sabiex l-użu ta’ mezzi ta’ identifkazzjoni elettronika bħal dawn ikun iktar faċli transkonfinalment għas-settur privat, il-possibbiltà ta’ awtentikazzjoni provduta mill-Istati Membri għandha tkun disponibbli lil partijiet dipendenti mingħajr diskriminazzjoni bejn is-settur pubbliku jew privat.

(15)     L-użu transkonfinali ta’ mezzi tal-identifikazzjoni elettronika taħt skema notifikata jeħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw fil-forniment tal-interoperabbiltà teknika. Dan jeskludi kwalunkwe regola teknika nazzjonali speċifika li teħtieġ partijiet mhux nazzjonali, bħal pereżempju l-kisba ta’ hardware jew softwer speċifiku għal verifika u l-validazzjoni tal-identifikazzjoni elettronika notifikata. Ir-rekwiżiti tekniċi fuq l-utenti, min-naħa l-oħra, li jkunu ġejjin mill-ispeċifikazzjonijiet inerenti ta’ jkun xi jkun il-mezz li jintuża (eż. Smartcards) huma inevitabbli.

(16)     Il-kooperazzjoni tal-Istati Membri għandha sservi l-interoperabbiltà teknika tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati bil-għan li jrawmu livell għoli ta’ fiduċja u sigurtà adattata għall-grad tar-riskju. L-iskambju ta’ informazzjoni u l-qsim tal-aqwa prassi bejn l-Istati Membri bil-għan li jkun hemm rikonoxximent reċiproku għandhom jgħinu kooperazzjoni bħal din.

(17)     Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll qafas legali ġenerali għall-użu ta’ servizzi fiduċjarji elettroniċi. Madankollu, dan ma joħloqx obbligu ġenerali li jintużaw. B’mod partikolari, dan ma jkoprix il-forniment ta’ servizzi abbażi ta’ ftehimiet volontarji taħt il-liġi privata. Lanqas ma jkopri l-aspetti relatati mal-konklużjoni u l-validità tal-kuntratti jew obbligi legali oħra fejn ikun hemm rekwiżiti fir-rigward tal-forma preskritta mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

(18)     Sabiex jikkontribwixxu għall-użu transkonfinali ġenerali tas-servizzi fiduċjarji elettroniċi, għandu jkun possibbli li dawn jintużaw bħala evidenza fi proċeduri legali fl-Istati Membri kollha.

(19)     L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jiddefinixxi tipi oħra ta’ servizzi fiduċjarji li ma jkunux parti mil-lista magħluqa ta’ servizzi fiduċjarji msemmija f’dan ir-Regolament, li jkunu jridu jiġu rikonoxxuti fil-livell nazzjonali bħala servizzi fiduċjarji kwalifikati.

(20)     Minħabba l-pass tal-bidla teknoloġika, dan ir-Regolament għandu jadotta approċċ li jkun miftuħ għall-innovazzjonijiet.

(21)     Dan ir-Regolament huwa teknoloġikament newtrali. L-effetti legali li jagħti jistgħu jinkisbu permezz ta’ kwalunkwe mezz tekniku sakemm jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

(22)     Sabiex titjieb il-fiduċja tan-nies fis-suq intern u jiġi promoss l-użu tas-servizzi u prodotti fiduċjarji, ġew introdotti l-kunċetti ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati u ta’ fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat bil-għan li jindikaw ir-rekwiżiti u l-obbligi li jiżguraw sigurtà ta’ livell għoli ta’ kwalunkwe servizz u prodott fiduċjarju kwalifikat użat jew fornut.

(23)     Skont l-obbligi taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà li daħlet fis-seħħ fl-UE, persuni b’diżabbiltajiet għandhom ikunu jistgħu jużaw servizzi fiduċjarji u prodotti ta’ utenti aħħarin użati fil-forniment ta’ dawk is-servizzi fuq bażi ugwali ma’ konsumaturi oħra.

(24)     Fornitur ta’ servizzi fiduċjarji huwa kontrollur tad-dejta personali u għalhekk għandu jkun konformi mal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[22]. B’mod partikulari, il-ġbir ta’ dejta għandu jkun mill-inqas kemm jista’ jkun, filwaqt li jitqies l-għan tas-servizz provdut.

(25)     Korpi ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta sabiex jiżguraw l-implementazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta mill-fornituri tas-servizzi. L-iskambju ta’ informazzjoni għandu partikularment ikopri inċidenti ta’ ksur tas-sigurtà u ta’ dejta personali.

(26)     Hija r-responsabbiltà tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kollha li japplikaw prattika tajba ta’ sigurtà adegwata għar-riskji relatati mal-attivitajiet tagħhom sabiex iżidu l-fiduċja tal-utenti fis-suq uniku.

(27)     Dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ psewdonimi fiċ-ċertifikati m’għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jeħtieġu l-identifikazzjoni tal-persuni skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

(28)     L-Istati Membri kollha għandhom isegwu rekwiżiti komuni għal superviżjoni essenzjali sabiex jiżguraw livell ta’ sigurà komparabbli ta' servizzi fiduċjarji kwalifikati. Sabiex titħaffef l-applikazzjoni konsistenti ta’ dawn ir-rekwiżiti madwar l-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jadottaw proċeduri komparabbli u għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom ta’ superviżjoni u l-aqwa prassi fil-qasam.

(29)     In-notifika ta’ ksur tas-sigurtà u l-valutazzjonijiet tar-riskju tas-sigurtà huma essenzjali sabiex tingħata informazzjoni xierqa lill-partijiet ikkonċernati fil-każ ta’ ksur tas-sigurtà jew telf ta’ integrità.

(30)     Sabiex jippermettu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw l-effikaċja tal-mekkaniżmu ta’ notifika ta’ ksur introdott b'dan ir-Regolament, il-korpi superviżorji huma mitluba jipprovdu informazzjoni fil-qosor lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (European Network and Information Security Agency – ENISA).

(31)     Sabiex jippermettu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw l-impatt ta’ dan ir-Regolament, il-korpi ta’ superviżjoni huma mitluba jipprovdu statistika dwar is-servizzi fiduċjarji kwalifikati u l-użu tagħhom.

(32)     Sabiex jippermettu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw l-effikaċja tal-mekkaniżmu ta’ superviżjoni mtejjeb introdott minn dan ir-Regolament, il-korpi superviżorji huma mitluba jirrapportaw dwar l-attivitajiet tagħhom. Dan għandu jkun strumentali fl-iffaċilitar tal-iskambju tal-prassi tajba bejn il-korpi superviżorji u għandu jiżgura l-verifika li r-rekwiżiti ta’ superviżjoni essenzjali jiġu implimentati b’mod konsistenti u effiċjenti fl-Istati Membri kollha.

(33)     Sabiex jiġu żgurati s-sostenibbiltà u d-durabbiltà tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u biex titkabbar il-fiduċja tal-utenti fil-kontinwità tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati, il-korpi superviżorji għandhom jiżguraw li d-dejta tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati tkun ippreservata u miżmuma aċċessibbli għal perjodu adegwat anki jekk fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat ma jibqax jeżisti.

(34)     Sabiex tiġi ffaċilitata s-superviżjoni tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati, pereżempju meta fornitur ikun qed jipprovdi s-servizzi tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u ma jkunx soġġett għal superviżjoni hemmhekk, jew meta l-kompjuters ta’ fornitur jkunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, għandha tiġi stabbilita sistema ta’ assistenza reċiproka bejn il-korpi ta’ superviżjoni fl-Istati Membri.

(35)     Hija r-responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizzi fiduċjarji li jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament għall-forniment ta’ servizzi fiduċjarji, partikularment għal servizzi fiduċjarji kwalifikati. Il-korpi ta’ superviżjoni għandhom ir-responsabbiltà li jissorveljaw kif il-fornituri tas-servizzi fiduċjarji jirrispettaw dawn ir-rekwiżiti.

(36)     Sabiex jippermettu proċess inizjattiv effiċjenti, li għandu jwassal għall-inklużjoni ta’ fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu f'listi affidabbli, għandhom jiġu mħeġġa interazzjonijiet preliminari bejn fornituri prospettivi ta' servizzi fiduċjarji kwalifikati u l-korp kompetenti ta' superviżjoni bil-għan li tiġi faċilitata diliġenza adegwata li twassal għall-forniment ta' servizzi fiduċjarji kwalifikati.

(37)     Listi affidabbli huma elementi essenzjali biex tinbena fiduċja fost l-operaturi tas-suq, billi jindikaw l-istatus kwalifikat tal-fornitur tas-servizzi fil-waqt ta' superviżjoni, min-naħa l-oġra ma humiex prirekwiżit għall-kisba tal-istatus kwalifikat u l-forniment ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati li jirriżultaw mill-ħarsien tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

(38)     Servizz fiduċjarju kwalifikat, hekk kif ikun soġġett għal notifika, ma jistax ma jiġix aċċettat għat-twettiq ta’ proċedura amministrattiva jew formalità mill-korp tas-settur pubbliku konċernat, talli ma jiġix inkluż fil-listi affidabbli stabbiliti mill-Istati Membri. Għal fini preżenti, korp tas-settur pubbliku jirreferi għal kwalunkwe awtorità pubblika jew entità oħra fdata mill-forniment ta’ servizzi tal-Gvern elettroniku bħal dikjarazzjoni tat-taxxa u talba għal ċertifikati tat-twelid online, parteċipazzjoni fi proċeduri tal-akkwist pubbliku elettroniku, eċċ.

(39)     Filwaqt li huwa meħtieġ livell għoli ta' sigurtà biex jiġi żgurat rikonoxximent reċiproku ta’ firem elettroniċi, f’każijiet speċifiċi, bħal fil-kuntest tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-"punti ta’ kuntatt waħdieni" skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern[23], firem elettroniċi b’assigurazzjoni aktar baxxa ta’ sigurtà għandhom jiġu aċċettati wkoll.

(40)     L-apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati għandu jkun jista’ jiġi fdat lil parti terza mill-firmatarju, sakemm jiġu implimentati mekkaniżmi u proċeduri xierqa biex jiġi żgurat li l-firmatarju jkollu kontroll uniku fuq l-użu tad-dejta għall-ħolqien tal-firma elettronika tiegħu, u li r-rekwiżiti tal-firem kwalifikati jiġu sodisfatti bl-użu tal-apparat.

(41)     Biex tkun żgurata ċertezza legali dwar il-validità tal-firma, jeħtieġ li jiġu definiti liema komponenti ta' firma elettronika kwalifikata għandhom jiġu vvalutati mill-parti dipendenti li twettaq il-validazzjoni. Barra minn hekk, id-definizzjoni tar-rekwiżit ta’ fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati li jistgħu jipprovdu servizz ta’ validazzjoni kwalifikat lil partijiet dipendenti li mhumiex lesti jew li ma jistgħux iwettqu l-validazzjoni huma stess ta’ firem elettroniċi kwalifikati, għandha tistimula lis-settur privat jew pubbliku biex jinvesti f'servizzi bħal dawn. Iż-żewġ elementi għandhom jagħmlu l-validazzjoni ta’ firma elettronika kwalifikata faċli u konvenjenti għall-partijiet kollha fil-livell tal-Unjoni.

(42)     Meta tranżazzjoni tkun teħtieġ siġill elettroniku kwalifikat minn persuna ġuridika, firma elettronika kwalifikata mir-rappreżentant awtorizzat tal-persuna ġuridika wkoll għandha tkun aċċettabbli.

(43)     Is-siġilli elettroniċi jservu bħala evidenza li dokument elettroniku nħareġ minn persuna ġuridika, li jiżgura ċ-ċertezza tal-awtentiċità u l-integrità tad-dokument.

(44)     Dan ir-Regolament jiżgura l-preservazzjoni fit-tul tal-informazzjoni, jiġifieri l-validità legali tal-firma elettronika u tas-siġilli elettroniċi fuq perjodi ta’ żmien estiżi, li jiżgura li dawn jistgħu jiġu vvalidati irrispettivament mill-bidliet teknoloġiċi futuri.

(45)     Sabiex itejjeb l-użu transkonfinali ta’ dokumenti elettroniċi, dan ir-Regolament għandu jipprovdi l-effett legali ta’ dokumenti elettroniċi li għandhom jiġu kkunsidrati bħala ugwali għal dokumenti stampat dipendenti fuq il-valutazzjoni tar-riskji u sakemm l-awtentiċita u l-integrità tad-dokumenti jkunu żgurati. Huwa wkoll importanti għal żvilupp ulterjuri ta’ tranżazzjonijiet elettroniċi transkonfinali fis-suq intern li dokumenti elettroniċi oriġinali jew kopji ċertifikati maħruġa minn korpi kompetenti rilevanti fi Stat Membru skont il-liġi nazzjonali tiegħu jiġu aċċettati bħala tali anke fi Stati Membri oħrajn. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jiddeterminaw x’jikkonsisti oriġinali jew kopja f’livell nazzjonali iżda għandu jiżgura li dawn jistgħu jintużaw bħala tali anke transkonfinalment.

(46)     Minħabba li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri bħalissa jużaw formati differenti ta’ firem elettroniċi avvanzati biex jiffirmaw id-dokumenti tagħhom b’mod elettroniku, huwa neċessarju li jiġi żgurat li mill-anqas numru ta’ formati ta’ firem elettroniċi avvanzati jkunu appoġġati teknikament mill-Istati Membri meta dawn jirċievu dokumenti ffirmati elettronikament. Bl-istess mod, meta l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jużaw siġilli elettroniċi avvanzati, se jkun neċessarju li jiġi żgurat li dawn tal-anqas ikunu jappoġġaw għadd ta’ formati ta’ siġilli elettroniċi avvanzati.

(47)     Minbarra l-awtentikazzjoni tad-dokument maħruġ minn persuna ġuridika, is-siġilli elettroniċi jistgħu jintużaw biex jawtentikaw kwalunkwe assi diġitali tal-persuna ġuridika, pereżempju kodiċi ta’ softwer, servers.

(48)     Il-possibbiltà tal-awtentikazzjoni ta’ websajts u tal-persuna li tkun is-sid tagħhom tagħmilha aktar diffiċli li jiġu ffalsifikati l-websajts u b’hekk tnaqqas il-frodi.

(49)     Sabiex jiġu jiġu kkumplimentati ċerti aspetti tekniċi dettaljati ta’ dan ir-Regolament b’mod flessibbli u rapidu, is-setgħa sabiex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-interoperabbiltà ta’ identifikazzjoni elettronika; miżuri ta’ sigurtà meħtieġa minn fornituri ta’ servizzi fiduċjarji; korpi indipendenti rikonoxxuti responsabbli mill-awditjar tal-fornituri tas-servizzi; listi affidabbli; rekwiżiti relatati mal-livelli ta’ sigurtà ta’ firem elettroniċi; rekwiżiti ta’ ċertifikati kwalifikati għal firem elettroniċi, il-validazzjoni u l-preservazzjoni tagħhom; il-korpi responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni ta’ apparat tal-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati; u r-rekwiżiti relatati mal-livelli ta’ sigurtà ta’ siġilli elettroniċi u ċ-ċertifikati kwalifikati għal siġilli elettroniċi; l-interoperabbiltà bejn servizzi tal-forniment. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-fażi tax-xogħol ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti.

(50)     Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(51)     Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni, b’mod partikolari għall-ispeċifikazzjoni ta’ numri ta’ referenza ta’ standards li l-użu tagħhom jiżgura l-konformità ma’ ċerti rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew definiti f’atti delegati. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[24].

(52)     Għal raġunijiet ta' sigurtà u ċarezza legali, id-Deċiżjoni 1999/93/KE għandha tiġi rrevokata.

(53)     Sabiex tkun żgurata ċertezza legali lill-operaturi tas-suq li diġà jużaw ċertifikati kwalifikati maħruġa skont id-Direttiva 1999/93/KE, jeħtieġ li jkun pprovdut perjodu ta’ żmien suffiċjenti għal finijiet tranżizzjonali. Jeħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tingħata l-mezzi biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni u atti delegati qabel dik id-data.

(54)     Ġaladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan, b’mod speċjali rigward ir-rwol tal-Kummissjoni bħala koordinatur tal-attivitajiet nazzjonali,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett

1. Dan ir-Regolament jistipula regoli għal identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji elettroniċi għal tranżazzjonijiet elettroniċi bil-għan li jiżgura t-tħaddim xieraq tas-suq intern.

2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu u jaċċettaw mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi li jaqgħu taħt skema ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata ta’ Stat Membru ieħor.

3. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas legali għall-firem elettroniċi, is-siġilli elettroniċi, it-timbri tal-ħin elettroniċi, id-dokumenti elettroniċi, is-servizzi ta’ forniment elettroniku u l-awtentikazzjoni tal-websajts.

4. Dan ir-Regolament jiżgura li l-prodotti u s-servizzi fiduċjarji li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament jkunu permessi li jiċċirkolaw liberament fis-suq intern.

Artikolu 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament japplika għal identifikazzjoni elettronika pprovduta minn, f'isem jew taħt ir-responsabbiltà ta' Stati Membri u għal fornituri tas-servizzi fiduċjarji stabbiliti fl-Unjoni.

2. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-forniment ta’ servizzi fiduċjarji elettroniċi abbażi ta’ ftehimiet volontarji taħt il-liġi privata.

3. Dan ir-Regolament ma japplikax għal aspetti relatati mal-konklużjoni u l-validità ta’ kuntratti jew obbligi oħra legali fejn ikun hemm rekwiżiti fir-rigward tal-forma preskritta bil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) ‘identifikazzjoni elettronika’ tfisser il-proċess tal-użu ta’ dejta ta’ identifikazzjoni ta’ persuna f’forma elettronika li tkun tirrapreżenta b’mod mhux ambigwu persuna fiżika jew ġuridika;

(2) ‘mezz ta’ identifikazzjoni elettronika’ tfisser unità fiżika jew le li jkun fiha dejta kif imsemmi fil-punt 1 ta’ dan l-Artikolu, u li tintuża għall-aċċess għas-servizzi online kif imsemmi fl-Artikolu 5;

(3) ‘skema ta’ identifikazzjoni elettronika’ tfisser sistema għal identifikazzjoni elettronika li skontha jinħarġu mezzi ta' identifikazzjoni elettronika lil persuni kif imsemmi fil-punt 1 ta' dan l-Artikolu;

(4) ‘awtentikazzjoni’ tfisser proċess elettroniku li jippermetti l-validazzjoni tal-identifikazzjoni elettronika ta’ persuna fiżika jew ġuridika; jew tal-oriġini u l-integrità ta’ dejta elettronika;

(5) ‘firmatarju’ tfisser persuna fiżika li toħloq firma elettronika;

(6) ‘firma elettronika’ tfisser dejta fil-forma elettronika li tiġi mehmuża jew assoċjata loġikament ma’ dejta oħra elettronika u li sservi għall-firmatarju biex jiffirma;

(7) ‘firma elettronika avvanzata’ tfisser firma elettronika li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) hija unikament marbuta mal-firmatarju;

(b) hija kapaċi li tidentifika l-firmatarju;

(c) tkun maħluqa bl-użu ta’ dejta għall-ħolqien ta’ firma elettronika li l-firmatarju jkun jista’ juża b’livell għoli ta’ kunfidenza, taħt il-kontroll uniku tiegħu; u

(d) tkun marbuta mad-dejta li jkun relatat magħha b’mod li kwalunkwe bidla sussegwenti fid-dejta tkun tista’ tiġi skoperta;

(8) ‘firma elettronika kwalifikata’ tfisser firma elettronika avvanzata li tkun maħluqa minn apparat għall-ħolqien tal-firem elettroniċi kwalifikati, u li tkun ibbażata fuq ċertifikat kwalifikat għall-firem elettroniċi;

(9) ‘dejta għall-ħolqien ta’ firma elettronika’ tfisser dejta unika li tintuża mill-firmatarju biex joħloq firma elettronika;

(10) ‘ċertifikat’ tfisser attestazzjoni elettronika li tikkollega firma elettronika jew dejta ta’ validazzjoni ta’ siġill ta’ persuna fiżika jew ġuridika rispettivament maċ-ċertifikat u tikkonferma dik id-dejta dwar dik il-persuna;

(11) ‘ċertifikat kwalifikat għall-firma elettronika’ tfisser attestazzjoni li tintuża biex tappoġġa firem elettroniċi, li tinħareġ minn fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati u tkun tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I;

(12) ‘servizz fiduċjarju’ tfisser kwalunkwe servizz elettroniku għall-ħolqien, il-verifika, il-validazzjoni, il-ġestjoni u l-preservazzjoni ta’ firem elettroniċi, siġilli elettroniċi, timbri tal-ħin elettroniċi, dokumenti elettroniċi, servizzi ta’ forniment elettroniku, awtentikazzjoni ta’ websajts u ċertifikati elettroniċi, inklużi ċertifikati għall-firem elettroniċi u għas-siġilli elettroniċi;

(13) ‘servizz fiduċjarju kwalifikat’ tfisser servizz fiduċjarju li jkun jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli stabbiliti f’dan ir-Regolament;

(14) ‘fornitur ta' servizzi fiduċjarji’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizz fiduċjarju wieħed jew aktar;

(15) ‘fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat’ tfisser fornitur ta’ servizzi fiduċjarji li jkun jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;

(16) ‘prodott’ tfisser hardware jew softwer, jew komponenti rilevanti tagħhom, li jkunu maħsuba biex jintużaw għal forniment ta’ servizzi fiduċjarji;

(17) ‘apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi’ tfisser softwer jew hardware konfigurat użat għall-ħolqien ta’ firma elettronika;

(18) ‘apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati’ tfisser apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness II;

(19) ‘kreatur ta’ siġill’ tfisser persuna ġuridika li toħloq siġill elettroniku;

(20) ‘siġill elettroniku’ tfisser id-dejta fil-forma elettronika li tiġi mehmuża jew assoċjata loġikament ma’ dejta elettronika oħra biex jiġu żgurati l-oriġini u l-integrità tad-dejta assoċjata;

(21) ‘siġill elettroniku avvanzat’ tfisser siġill elettroniku li jkun jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) ikun marbut unikament mal-kreatur tas-siġill;

(b) ikun kapaċi jidentifika l-kreatur tas-siġill;

(c) jinħoloq bl-użu ta’ dejta għall-ħolqien ta’ siġill elettroniku li l-kreatur tas-siġill ikun jista’ juża b'livell għoli ta’ kunfidenza, għall-ħolqien ta’ siġill elettroniku taħt il-kontroll tiegħu; u

(d) ikun marbut mad-dejta li jkun relatat magħha b’mod li kwalunkwe bidla sussegwenti fid-dejta tkun tista’ tiġi skoperta;

(22) ‘siġill elettroniku kwalifikat’ tfisser siġill elettroniku avvanzat li jinħoloq minn apparat għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi kwalifikat, u li jkun ibbażat fuq ċertifikat kwalifikat ta’ siġill elettroniku;

23. ‘dejta għall-ħolqien ta’ siġill elettroniku’ tfisser dejta unika li tintuża mill-kreatur tas-siġill eletroniku biex joħloq siġill elettroniku;

(24) ‘ċertifikat kwalifikat għall-siġill elettroniku’ tfisser attestazzjoni li tintuża biex tappoġġa siġill elettroniku, li jinħareġ minn fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati u tkun tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III;

(25) ‘timbru tal-ħin elettroniku’ tfisser dejta fil-forma elettronika li torbot dejta elettronika oħra ma’ ħin partikolari li tistabbilixxi evidenza li dik id-dejta kienet teżisti f’dak il-ħin;

(26) ‘timbru tal-ħin elettroniku kwalifikat’ tfisser timbru tal-ħin elettroniku li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 33;

(27) ‘dokument elettroniku’ tfisser dokument fi kwalunkwe format elettroniku;

(28) ‘servizz ta’ forniment elettroniku’ tfisser servizz li jrendi possibbli t-trażmissjoni ta’ dejta permezz ta’ mezzi elettroniċi u jipprovdi evidenza relatata mal-ġestjoni tad-dejta trażmessa, inkluż prova tat-trażmissjoni jew tar-riċeviment tad-dejta, u li jipproteġi d-dejta trażmessa kontra r-riskju ta’ telf, serq, ħsara jew kwalunkwe bidla mhux awtorizzata;

(29) ‘servizz ta’ forniment elettroniku kwalifikat’ tfisser servizz ta’ forniment elettroniku li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 36;

(30) ‘ċertifikat ta’ awtentikazzjoni ta’ websajts kwalifikat’ tfisser attestazzjoni li tagħmel possibbli l-awtentikazzjoni ta’ websajt u li jidentifika l-konnessjoni tal-websajt mal-persuna li lilha jinħareġ iċ-ċertifikat, li jinħareġ minn fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati u jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV;

(31) ‘dejta ta’ validazzjoni’ tfisser dejta li tintuża għall-validazzjoni ta’ firma elettronika jew ta’ siġill elettroniku.

Artikolu 4

Il-prinċipju tas-suq intern

1. M’għandux ikun hemm restrizzjoni fuq il-provvista ta’ servizzi fiduċjarji fit-territorju ta’ Stat Membru minn fornitur ta’ servizzi fiduċjarji stabbilit fi Stat Membru ieħor għal raġunijiet li jaqgħu fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament.

2. Il-prodotti elettroniċi li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu permessi jiċċirkolaw liberament fis-suq intern.

KAPITOLU II

L-IDENTIFIKAZZJONI ELETTRONIKA

Artikolu 5

Ir-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni reċiproċi

Meta tkun meħtieġa identifikazzjoni elettronika bl-użu ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika u awtentikazzjoni taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew il-prassi amministrattiva għall-aċċess għal servizz online, kwalunkwe mezz ta’ identifikazzjoni elettronika maħruġ fi Stat Membru ieħor u inkluż fi skema tal-lista ppubblikata mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7 għandu jiġi rikonoxxut u aċċettat għall-finijiet tal-aċċess għal dan is-servizz.

Artikolu 6

Il-kundizzjonijiet ta’ notifika tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika

1. Skemi ta’ identifikazzjoni elettronika ser ikunu eliġibbli għal notifika skont l-Artikolu 7 jekk dawn il-kundizzjonijiet jitħarsu:

(a) il-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika jinħarġu minn, f’isem jew taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru li jinnotifika;

(b) il-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika jkunu jistgħu jintużaw biex tal-anqas jinkiseb aċċess għas-servizzi pubbliċi li jkunu jeħtieġu identifikazzjoni elettronika fl-Istat Membru li jinnotifika;

(c) l-Istat Membru li jinnotifika jiżgura li d-dejta tal-identifikazzjoni tal-persuna tkun attribwita mingħajr ambigwità għall-persuna fiżika jew ġuridika msemmija fil-punt 1 tal-Artikolu 3;

(d) l-Istat Membru li jinnotifika jiżgura d-disponibilità tal-possibbiltà ta’ awtentikazzjoni online, fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas sabiex kwalunkwe parti dipendenti tkun tista’ tivvalida d-dejta ta’ identifikazzjoni tal-persuna li kienet riċevuta f’forma elettronika. L-Istati Membri m’għandhom jimponu l-ebda rekwiżit tekniku speċifiku fuq il-partijiet dipendenti stabbiliti barra mit-territorju tagħhom li jkollhom il-ħsieb li jwettqu tali awtentikazzjoni. Meta jew l-iskema ta’ identifikazzjoni notifikata jew il-possibbiltà tal-awtentikazzjoni jiġu miksura jew kompromessi parzjalment, l-Istati Membri għandhom jissospendu jew jirrevokaw mingħajr dewmien l-iskema ta’ identifikazzjoni notifikata jew il-possibbiltà tal-awtentikazzjoni jew il-partijiet kompromessi kkonċernati u jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7;

(e) l-Istat Membru li jinnotifika jieħu r-responsabbiltà għal:

– (i) l-attribuzzjoni mingħajr ambigwità ta’ dejta ta’ identifikazzjoni ta’ persuna msemmija fil-punt (c), u

– (ii) il-possibbiltà ta’ awtentikazzjoni speċifikata fil-punt d).

2. Il-punt (e) tal-paragrafu 1 huwa mingħajr ħsara għar-responsabbiltà ta’ partijiet għal tranżazzjoni li fiha jintużaw il-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika li jaqgħu taħt l-iskema notifikata.

Artikolu 7

Notifika

1. L-Istati Membri li jinnotifikaw skema ta’ identifikazzjoni elettronika għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja u mingħajr dewmien bla bżonn, kwalunkwe bidla sussegwenti li ssirilha:

(a) deskrizzjoni tal-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata;

(b) l-awtoritajiet responsabbli għall-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata;

(c) informazzjoni dwar min iġestixxi r-reġistrazzjoni tal-identifikaturi ta' persuna mhux ambigwa;

(d) deskrizzjoni tal-possibbiltà ta’ awtentikazzjoni;

(e) l-arranġamenti għas-sospensjoni jew għar-revoka tal-iskema ta’ identifikazzjoni notifikata jew tal-possibbiltà ta’ awtentikazzjoni jew tal-partijiet kompromessi kkonċernati.

2. Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-lista ta' skemi ta' identifikazzjoni elettronika li ġew notifikati skont il-paragrafu 1 u l-informazzjoni bażika tagħha.

3. Jekk il-Kummissjoni tirċievi notifika wara l-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, għandh temenda l-lista fi żmien tliet xhur.

4. Il-Kummissjoni tista, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi ċ-ċirkustanzi, il-formati u l-proċeduri tan-notifika msemmija fil-paragrafi 1 u 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

Artikolu 8

Koordinazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw l-interoperabbiltà ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika li jaqgħu taħt skema notifikata u biex iżidu s-sigurtà tagħhom.

2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-modalitajiet meħtieġa biex tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 bil-ħsieb li trawwam livell għoli ta’ fiduċja u sigurtà xierqa għall-grad ta’ riskju. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jikkonċernaw, b’mod partikulari, l-iskambju ta’ informazzjoni, esperjenzi u prassi tajba tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika, l-analiżi pari ta’ skemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati u l-eżami ta’ żviluppi rilevanti li jseħħu fis-settur ta’ identifikazzjoni elettronika mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 rigward il-faċilitazzjoni tal-interoperabbiltà transkonfinali ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika billi tistabbilixxi rekwiżiti tekniċi minimi.

KAPITOLU III

SERVIZZI FIDUĊJARJI

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 9

Responsabbiltà

1. Fornitur ta’ servizzi fiduċjarji għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe ħsara diretta kkawżata lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minħabba n-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 15(1), sakemm il-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji ma jippruvax li ma jkunx aġixxa b’mod negliġenti.

2. Fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe ħsara diretta kkawżata lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minħabba n-nuqqas li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fl-Artikolu 19, sakemm il-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji ma jippruvax li ma jkunx aġixxa b’mod negliġenti.

Artikolu 10

Fornituri ta’ servizzi fiduċjarji minn pajjiżi terzi

1. Servizzi fiduċjarji kwalifikati u ċertifikati kwalifikati pprovduti minn fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbiliti f’pajjiżi terzi għandhom jiġu aċċettati bħala servizzi fiduċjarji kwalifikati u ċertifikati kwalifikati pprovduti minn fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbiliti fit-territorju tal-Unjoni jekk is-servizzi fiduċjarji kwalifikati jew iċ-ċertifikati kwalifikati li joriġinaw minn pajjiż terzi ikunu rikonoxxuti taħt ftehim bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE.

2. B’referenza għall-paragrafu 1, ftehimiet bħal dawn għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti applikabbli għal servizzi fiduċjarji kwalifikati u ċ-ċertifikati kwalifikati provduti minn fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbilit fit-territorju tal-Unjoni jitħarsu minn fornituri ta’ servizzi fiduċjarji fil-pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, speċjalment fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali, is-sigurtà u s-superviżjoni.

Artikolu 11

Ipproċessar u protezzjoni ta’ dejta

1. Fornituri tas-servizzi fiduċjarji u korpi ta’ superviżjoni għandhom jiżguraw ipproċessar ekwu u legali skont id-Direttiva 95/46/KE meta jipproċessaw dejta personali.

2. Fornituri tas-servizzi fiduċjarji għandhom jipproċessaw dejta personali skont id-Direttiva 95/46/KE. Dan l-ipproċessar għandu jkun limitat strettament għad-dejta minima meħtieġa biex jinħareġ u jinżamm ċertifikat jew biex jingħata servizz fiduċjarju.

3. Il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji għandhom jiggarantixxu l-kunfidenzjalità u l-integrità tad-dejta relatata ma’ persuna li lilha jingħata servizz fiduċjarju.

4. Mingħajr ħsara għall-effett legali mogħti lill-psewdonimi taħt il-liġi nazzjonali, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu lill-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji milli jindikaw fiċ-ċertifikati tal-firma elettronika psewdonimu minflok l-isem tal-firmatarju.

Artikolu 12

L-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà

Servizzi fiduċjarji fornuti u prodotti ta’ utenti aħħarin użati fil-forniment ta’ dawn is-servizzi għandhom ikunu aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltajiet kull meta jkun possibbli.

Taqsima 2

Superviżjoni

Artikolu 13

Korp ta’ superviżjoni

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru korp xieraq stabbilit fit-territorju tagħhom jew, fuq ftehim reċiproku, fi Stat Membru ieħor taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru li jagħmel il-ħatra. Il-korpi ta’ superviżjoni għandhom jingħataw is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

2. L-korp superviżorju għandu jkun responsabbli għat-twettiq tal-kompiti li ġejjin:

(a) il-monitoraġġ tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji stabbiliti fit-territorju tal-Istat Membru li jaħtar biex jiżgura li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15;

(b) iwettaq superviżjoni ta' fornituri ta' servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbiliti fit-territorju tal-Istat Membru li jaħtar, u tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu sabiex jiżguraw li huma u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati provduti minnhom jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli stipulati f’dan ir-Regolament;

(c) jiżgura li l-informazzjoni rilevanti u d-dejta pprovduti taħt l-Artikolu 19(2)(g), u rreġistrati mill-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati jkunu ppreservati u miżmuma aċċessibbli wara li l-attivitajiet tal-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat ikunu ntemmu, għal tul ta’ żmien xieraq, bil-għan li tiġi ggarantita l-kontinwità tas-servizz.

3. Kull korp superviżorju għandu jissottometti rapport annwali dwar l-attivitajiet superviżorji tal-aħħar sena kalendarja lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sal-aħħar tal-ewwel trimestru tas-sena ta’ wara. Dan għandu jinkludi tal-anqas:

(a) informazzjoni dwar l-attivitajiet superviżorji tiegħu;

(b) sommarju tan-notifiki ta’ ksur irċevuti mill-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji skont l-Artikolu 15(2);

(c) statistika dwar is-suq u l-użu ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati, inkluż informazzjoni dwar il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati nfushom, is-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu, il-prodotti li jużaw u d-deskrizzjoni ġenerali tal-klijenti tagħhom.

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra bl-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi superviżorji maħtura tagħhom, rispettivament.

5. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 dwar id-definizzjoni tal-proċeduri applikabbali għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 2.

6. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi ċ-ċirkustanzi, il-formati u l-proċeduri għar-rapport msemmifil-paragrafi 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

Artikolu 14

Assistenza reċiproka

1. Il-korpi superviżorji għandhom jikkooperaw, bil-għan li jiskambjaw prassi tajba u jipprovdu lil xulxin, fl-inqas żmien possibbli, bl-informazzjoni rilevanti u assistenza reċiproka sabiex l-attivitajiet superviżorji jitwettqu b’mod konsistenti. L-assistenza reċiproka għandha tkopri, b’mod partikolari, it-talbiet għal informazzjoni u l-miżuri superviżorji, bħal talbiet biex jitwettqu spezzjonijiet relatati mal-awditjar tas-sigurtà kif imsemmi fl-Artikoli 15, 16 u 17.

2. Awtorità ta’ superviżjoni li tkun wasslitilha talba għall-assistenza ma tistax tirrifjuta li tikkonforma magħha sakemm:

(a) ma tkunx kompetenti biex tittratta t-talba; jew

(b) il-konformità mat-talba tkun inkompatibbli ma’ dan ir-Regolament.

3. Fejn xieraq, il-korpi superviżorji jistgħu jwettqu investigazzjonijiet konġunti li fihom ikun involut il-persunal minn korpi superviżorji ta’ Stati Membri oħra.

Il-korp superviżorju tal-Istat Membru fejn isseħħ l-investigazzjoni, b’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu stess, jista’ jiddelega l-kompiti investigattivi lill-persunal tal-korp superviżorju assistit. Setgħat bħal dawn jistgħu jiġu eżerċitati biss taħt il-gwida u l-preżenza tal-persunal mill-korp superviżorju ospitanti. Il-persunal tal-korp superviżorju assistit għandu jkun soġġett għal-liġi nazzjonali tal-korp superviżorju ospitanti. Il-korp superviżorju ospitanti għandu jassumi r-responsabbiltà għall-azzjonijiet tal-persunal tal-korp superviżorju assistit.

4. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika l-formati u l-proċeduri għall-assistenza reċiproka li hemm dispożizzjoni għaliha f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

Artikolu 15

Rekwiżiti ta’ sigurtà applikabbli għal fornituri ta’ servizzi fiduċjarji

1. Il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji li jkunu stabbiliti fit-territorju tal-Unjoni għandhom jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex iġestixxu r-riskji imposti fuq is-sigurtà tas-servizzi fiduċjarji li jipprovdu. B’kunsiderazzjoni tal-aħħar żviluppi, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw li l-livell ta’ sigurtà jkun xieraq għal-livell ta’ riskju. B’mod partikolari, għandhom jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-impatt ta’ inċidenti tas-sigurtà u dawk interessati jiġu infurmati dwar l-effetti avversi ta’ kwalunkwe inċident.

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 16(1), kwalunkwe fornitur ta’ servizzi fiduċjarji jista’ jissottometti r-rapport ta’ awditjar tas-sigurtà mwettaq minn korp indipendenti rikonoxxut lill-korp superviżorju biex jikkonferma li jkunu ttieħdu miżuri ta’ sigurtà xierqa.

2. Il-fornituri tas-servizzi fiduċjarji, għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, u meta fattibbli, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jindunaw bi kwalunkwe ksur ta’ sigurtà jew telf ta’ integrità li jkollu impatt sinifikanti fuq is-servizz fiduċjarju provdut u fuq id-dejta personali miżmuma minnu, jinnotifkaw lil korp superviżorju kompetenti, il-korp nazzjonali kompetenti għas-sigurtà tal-informazzjoni u l-partijiet terzi rilevanti oħrajn bħal awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta.

Fejn xieraq, b’mod partikolari jekk il-ksur ta’ sigurtà jew telf ta’ integrità jikkonċerna żewġ Stati Membri jew iżjed, il-korp superviżorju kkonċernat għandu jinforma lill-korpi superviżorji fi Stati Membri oħra u lill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (European Network and Information Security Agency - ENISA).

Il-korp superviżorju kkonċernat jista’ wkoll jinforma lill-pubbliku jew jeħtieġ lill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji jagħmel dan, fejn jiddetermina li l-iżvelar tal-ksur ikun fl-interess pubbliku.

3. Il-korp superviżorju għandu jipprovdi lill-ENISA u lill-Kummissjoni darba fis-sena b’sommarju ta’ notifiki ta’ ksur li waslu mingħand fornituri ta’ servizzi fiduċjarji.

4. Sabiex jimplimenta l-paragrafi 1 u 2, il-korp superviżorju kompetenti għandu jkollu s-setgħa li joħroġ struzzjonijiet vinkolanti lill-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji.

5. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 dwar l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

6. Il-Kummissjoni tista, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi ċ-ċirkustanzi, il-formati u l-proċeduri, inkluż id-data tal-għeluq, applikabbli għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

Artikolu 16

Is-superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati

1. Il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati għandhom jiġu awditjati minn korp indipendenti rikonoxxut darba fis-sena biex jiġi kkonfermat li huma u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu, jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, u għandhom jissottomettu rapport dwar l-awditjar tas-sigurtà lill-korp superviżorju.

2. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, il-korp superviżorju jista’ fi kwalunkwe ħin jawditja lill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati biex jikkonferma li dan u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdi, ikunu jissodisfaw l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew bi tweġiba għal talba mill-Kummissjoni. Il-korp superviżorju għandu jinforma l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta bir-riżultati tal-awditjar tiegħu, fil-każ li r-regoli tal-protezzjoni tad-dejta personali jidhru li nkissru.

3. Il-korp superviżorju għandu jkollu s-setgħa li joħroġ struzzjonijiet vinkolanti lill-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati biex jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fir-rapport tal-awditjar tas-sigurtà.

4. B’referenza għall-paragrafu 3, jekk fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati ma jirrimedjax kwalunkwe nuqqas bħal dan fil-limiti ta’ żmien stabbiliti mill-korp superviżorju, dan għandu jitlef l-istatus kwalifikat tiegħu, u għandu jkun informat mill-korp superviżorju li l-istatus tiegħu se jinbidel skont dan fil-listi affidabbli msemmija fl-Artikolu 18.

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 dwar l-ispeċifikazzjoni tal-kundizzjonijiet li bihom il-korp indipendenti li jagħmel l-awditjar imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 17(1) se jkun rikonoxxut.

6. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi ċ-ċirkustanzi, il-formati u l-proċeduri applikabbli għall-finijiet tal-paragrafi 1, 2 u 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

Artikolu 17

Il-bidu ta’ servizz fiduċjarju kwalifikat

1. Il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati għandhom jinnotifikaw il-korp superviżorju bil-ħsieb tagħhom li jibdew jipprovdu servizz fiduċjarju kwalifikat u għandhom jissottomettu rapport tal-awditjar tas-sigurtà mwettaq minn korp indipendenti rikonoxxut lil korp superviżorju, kif provdut fl-Artikolu 16(1). Il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati jistgħu jibdew jipprovdu servizz fiduċjarju kwalifikat wara li jkunu ssottomettew n-notifika u r-rapport tal-awditjar tas-sigurtà lil korp superviżorju.

2. Hekk kif id-dokumenti rilevanti jintbagħtu lil-korp superviżorju skont il-paragrafu 1, il-fornituri tas-servizzi kwalifikati għandhom jiġu inklużi fil-listi affidabbli msemmija fl-Artikolu 18, filwaqt li jiġi indikat li bagħtu n-notifika.

3. Il-korp superviżorju għandu jivverfika l-konformità tal-fornitur tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati provduti minnu mar-rekwiżiti tar-Regolament.

Il-korp superviżorju għandu jindika l-istatus kwalifikat tal-fornituri tas-servizzi kwalifikati u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu fil-listi affidabbli wara l-konklużjoni pożittiva tal-verifika, mhux aktar tard minn xahar minn meta ssir in-notifika skont il-paragrafu 1.

Jekk il-verifika ma tiġix konkluża fi żmien xahar, il-korp superviżorju għandu jinforma lil-fornitur tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati waqt li jispeċifika r-raġunijiet tad-dewmien u l-perjodu ta’ meta għandu tkun konkluża l-verifika.

4. Servizz fiduċjarju kwalifikat li kien soġġett għal notifika msemmija fil-paragrafu 1 ma jistax jiċċaħħad mit-twettiq ta' proċedura amministrattiva jew formalità mill-korp tas-settur pubbliku kkonċernat milli jiġi inkluż fil-listi msemmija fil-paragrafu 3.

5. Il-Kummissjoni, tista', permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi ċ-ċirkustanzi, il-formati u l-proċeduri għall-fini tal-paragrafi 1, 2 u 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

Artikolu 18

Listi affidabbli

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi, iżomm u jippubblika listi affidabbli bl-informazzjoni relatata mal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati li għalihom ikun kompetenti flimkien mal-informazzjoni relatata mas-servizzi fiduċjarji kwalifikati pprovduti minnhom.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, iżommu u jippubblikaw, b’mod sigur, listi affidabbli ffirmati jew issiġillati b’mod elettroniku, imsemmija fil-paragrafu 1 f’forma xierqa għall-ipproċessar awtomatizzat.

3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien bla bżonn, informazzjoni dwar il-korp responsabbli għall-istabbiliment, iż-żamma u l-pubblikazzjoni ta’ listi affidabbli nazzjonali, u dettalji ta’ fejn listi bħal dawn huma ppubblikati, iċ-ċertifikat użat għall-firma jew is-siġill tal-listi affidabbli u kwalunkwe bidla li ssirilhom.

4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku, permezz ta’ kanal sigur, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ffirmata jew ssiġillata b’mod elettroniku adattat għall-ipproċessar awtomatizzat.

5. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 dwar id-definizzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

6. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-formati għal-listi affidabbli, applikabbli għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

Artikolu 19

Rekwiżiti għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati

1. Meta joħroġ ċertifikat kwalifikat, fornitur ta’ servizzi kwalifikati għandu jivverifika, permezz ta’ mezzi xierqa u skont il-liġi nazzjonali, l-identità u, jekk applikabbli, kwalunkwe karatteristika speċifika tal-persuna fiżika jew ġuridika li lilha jinħareġ ċertifikat kwalifikat.

Informazzjoni bħal din għandha tkun ivverifikata minn fornitur ta’ servizzi kwalifikat jew minn parti terza awtorizzata li taġixxi taħt ir-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi kwalifikati:

(a) permezz tad-dehra fiżika tal-persuna fiżika jew ta’ rappreżentant awtorizzat tal-persuna ġuridika, jew

(b) mill-bogħod, bl-użu ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika skont skema notifikata maħruġa b'konformità mal-punt (a).

2. Il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu servizzi fiduċjarji kwalifikati għandhom:

(a) jimpjegaw persunal li għandu l-għarfien espert, l-esperjenza u l-kwalifiki meħtieġa u japplikaw proċeduri amministrattivi u ta’ ġestjoni li jikkorrispondu ma' standards Ewropej jew internazzjonali u jkunu ngħataw taħriġ xieraq rigward sigurtà u regoli tal-protezzjoni tad-dejta personali;

(b) jġorru r-riskju ta’ responsabbiltà għad-danni billi jżommu biżżejjed riżorsi finanzjarji jew billi jissieħbu fi skema ta’ assigurazzjoni fuq ir-responsabbiltà;

(c) qabel jidħlu f’relazzjoni kuntrattwali, jinfurmaw lil kwalunkwe persuna li tkun qed tfittex li tuża servizz fiduċjarju kwalifikat dwar it-termini u l-kundizzjonijiet preċiżi rigward l-użu ta’ dak is-servizz;

(d) jużaw sistemi u prodotti affidabbli li jkunu protetti kontra modifiki u jiggarantixxu s-sigurtà teknika u l-affidabbiltà tal-proċess appoġġat minnhom;

(e) jużaw sistemi affidabbli biex jaħżnu d-dejta mogħtija lilhom, f’forma verifikabbli sabiex:

– din tkun disponibbli pubblikament għall-irkupru biss fejn ikun inkiseb il-kunsens tal-persuna li lilha tkun inħarġet id-dejta,

– persuni awtorizzati biss jitgħu jdaħħlu entrati u tibdil,

– l-informazzjoni tkun tista’ tiġi vverifikata għall-awtentiċità;

(f) jieħdu miżuri kontra l-falsifikazzjoni u s-serq ta’ dejta;

(g) jirreġistraw l-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-dejta maħruġa u rċevuta mill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat għal perjodu ta’ żmien xieraq, b’mod partikolari sabiex tingħata evidenza fi proċeduri legali. Reġistrazzjoni bħal din tista’ ssir b’mod elettroniku;

(h) ikollhom pjan ta’ terminazzjoni aġġornat sabiex jiżguraw il-kontinwità tas-servizz skont l-arranġamenti maħruġa mill-korp superviżorju taħt l-Artikolu 13(2)(c);

(i) jiżguraw ipproċessar legali ta’ dejta personali skont l-Artikolu 11.

3. Fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati li joħorġu ċertifikati kwalifikati għandhom jirreġistraw fid-database taċ-ċertifikati tagħhom ir-revoka taċ-ċertifikat fi żmien għaxar minuti wara li revoka bħal din tkun saret effettivament.

4. B’referenza għall-paragrafu 3, il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati li joħorġu ċertifikati kwalifikati għandhom jipprovdu lil kwalunkwe parti dipendenti informazzjoni dwar l-istatus ta’ validità jew ta’ revoka ta’ ċertifikati kwalifikati maħruġa minnhom. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fi kwalunkwe ħin tal-anqas fuq bażi ta’ ċertifikat b’mod awtomatizzat li jkun affidabbli, mingħajr ħlas u effiċjenti.

5. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal sistemi u prodotti affidabbli. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19 fejn sistemi u prodotti affidabbli jkunu jissodisfaw dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn l-atti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Taqsima 3

Il-firma elettronika

Artikolu 20

L-effetti legali u l-aċċettazzjoni tal-firem elettroniċi

1. Firma elettronika m’għandhiex tiġi miċħuda effett legali u ammissibilltà bħala evidenza fi proċeduri legali sempliċiment minħabba li din tkun f’forma elettronika.

2. Firma elettronika kwalifikata għandu jkollha l-effett legali ekwivalenti għal firma bil-miktub.

3. Il-firem elettroniċi kwalifikati għandhom ikunu rikonoxxuti u aċċettati fl-Istati Membri kollha.

4. Jekk firma elettronika b’livell ta’ assigurazzjoni ta’ sigurtà li jkun inqas minn dak ta’ firma elettronika kwalifikata tkun meħtieġa, b'mod partikolari minn Stat Membru għal aċċess għal servizz online offrut minn korp tas-settur pubbliku abbażi ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskji involuti f’servizz bħal dan, il-firem elettroniċi kollha li jkollhom mill-anqas l-istess livell ta’ assigurazzjoni ta’ sigurtà għandhom jiġu rikonoxxuti u aċċettati.

5. L-Istati Membri m’għandhomx jitolbu firma elettronika għal aċċess transkonfinali għal servizz online offrut minn korp tas-settur pubbliku f’livell ogħla ta' assigurazzjoni ta’ sigurtà ta’ firma elettronika kwalifikata.

6. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 dwar id-definizzjoni tal-livelli differenti ta’ sigurtà ta’ firma elettronika msemmija fil-paragrafu 4.

7. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal livelli ta’ sigurtà tal-firem elettroniċi. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mal-livell ta’ sigurtà definiti f’att delegat adottat skont il-paragrafu 6 meta firma tkun tissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn l-atti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 21

Iċ-ċertifikati kwalifikati għall-firma elettronika

1. Iċ-ċertifikati kwalifikati tal-firma elettronika għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.

2. Ċertifikati kwalifikati għal firma elettronika ma għandhomx ikunu soġġetti għall-ebda rekwiżit obbligatorju minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.

3. Jekk ċertifikat kwalifikat għal-firma elettronika jkun ġie revokat wara l-attivazzjoni inizjali, dan għandu jitlef il-validità tiegħu, u l-istatus tiegħu taħt l-ebda ċirkostanza ma għandu jitreġġa’ lura billi tiġi mġedda l-validità tiegħu.

4. Il-Kummissjoni għandu jingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 38 dwar l-ispeċifikazzjoni ulterju tar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.

5. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal ċertifikati kwalifikati tal-firem elettroniċi. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I meta ċertifikat kwalifikat għal firma elettronika jkun jissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn l-atti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22

Rekwiżiti għal apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati

1. L-apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II.

2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II fejn apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati jkun jissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn l-atti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 23

Ċertifikazzjoni tal-apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati

1. Apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati jista’ jiġi ċċertifikat minn korpi pubbliċi jew privati xierqa maħtura mill-Istati Membri, sakemm dawn ikunu għaddew minn proċess ta’ evalwazzjoni tas-sigurtà mwettaq skont wieħed mill-istandards għal valutazzjoni tas-sigurtà ta’ prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni inklużi f’lista li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn l-atti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra bl-ismijiet u l-indirizzi tal-korp pubbliku jew privat maħtur minnhom kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 dwar l-istabbiliment ta’ kriterji speċifiċi li għandhom jitħarsu mill-korpi maħtura msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 24

Pubblikazzjoni ta’ lista ta’ apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati ċertifikati

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bla bżonn, bl-informazzjoni dwar apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati li ġew ċertifikati minn korpi msemmija fl-Artikolu 23. Għandhom jinnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien bla bżonn, bl-informazzjoni dwar apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi li mhux ser jibqa’ jiġi ċċertifikat.

2. Il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni mogħtija lilha, għandha tistabbilixxi, tippubblika u żżomm lista ta’ apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati ċertifikati.

3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi ċ-ċirkustanzi, il-formati u l-proċeduri applikabbli għall-fini tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

Artikolu 25

Rekwiżiti għall-validazzjoni ta’ firem elettroniċi kwalifikati

1. Firma elettronika kwalifikata għandha tiġi kkunsidrata bħala valida sakemm ikun jista’ jiġi stabbilit b'livell għoli ta' ċertezza, li fil-waqt tal-iffirmar:

(a) iċ-ċertifikat, li jappoġġa l-firma, huwa ċertifikat ta’ firma elettronika kwalifikata li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness I;

(b) iċ-ċertifikat kwalifikat meħtieġ huwa awtentiku u validu;

(c) id-dejta ta' validazzjoni tal-firma tikkorrespondi mad-dejta provduta lill-parti dipendenti;

(d) is-sett ta’ dejta li jirrapreżenta mingħajr ambigwità il-firmatarju tingħata b’mod korrett lill-parti dipendenti;

(e) l-użu ta’ kwalunkwe psewdonimu jkun indikat b’mod ċar lill-parti dipendenti jekk jintuża l-psewdonimu;

(f) il-firma elettronika nħalqet minn apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati;

(g) l-integrità tad-dejta ffirmata tkun ġiet stabbilita mingħajr kompromess;

(h) ir-rekwiżiti provduti fil-punt 7 tal-Artikolu 3 ntlaħqu;

(i) is-sistema użata għall-validazzjoni tal-firma tipprovdi lill-parti dipendenti r-riżultat korrett tal-proċess tal-validazzjoni u tippermetti lill-parti dipendenti li tiskopri kwalunkwe kwistjoni rilevanti għas-sigurtà.

2. Il-Kummissjoni għandu jingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 dwar l-ispeċifikazzjoni ulterju tar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.

3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għall-validazzjoni ta’ firem elettroniċi kwalifikati. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 meta l-validazzjoni tal-firem elettroniċi kwalifikati tkun tissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn l-atti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 26

Servizz ta’ validazzjoni kwalifikat għall-firem elettroniċi kwalifikati

1. Servizz ta’ validazzjoni kwalifikat għall-firem elettroniċi kwalifikati għandu jingħata minn fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat li:

(a) jipprovdi validazzjoni skont l-Artikolu 25(1), u

(b) jippermetti lil partijiet dipendenti li jirċievu r-riżulat tal-proċess ta’ validazzjoni b'mod awtomattizzat li jkun affidabbli, effiċjenti u li jkun fih il-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat tal-fornitur tas-servizz ta’ validazzjoni kwalifikat.

2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għas-servizz ta’ validazzjoni kwalifikat kif imsemmi fil-paragrafu 1. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 meta s-servizz ta’ validazzjoni tal-firem elettroniċi kwalifikati tkun tissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn l-atti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27

Il-preservazzjoni ta’ firem elettroniċi kwalifikati

1. Għandu jiġi pprovdut servizz tal-preservazzjoni tal-firem elettroniċi kwalifikati minn fornitur tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li juża proċeduri u teknoloġiji kapaċi li jestendu l-affidabilità tad-dejta tal-validazzjoni tal-firem elettroniċi kwalifikati lil hinn mill-perjodu ta’ validità teknoloġika.

2. Il-Kummissjoni għandu jingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 dwar l-ispeċifikazzjoni ulterju tar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.

3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għall-preservazzjoni ta’ firem elettroniċi kwalifikati. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 meta l-arranġamenti għall-preservazzjoni ta’ firem elettroniċi kwalifikati jkunu jissodisfaw dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn l-atti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Taqsima 4

Siġilli elettroniċi

Artikolu 28

L-effetti legali tas-siġilli elettroniċi

1. Siġill elettroniku ma għandux jiġi miċħud effett legali u ammissibilltà bħala evidenza fi proċeduri legali sempliċiment minħabba li dan ikun f’forma elettronika.

2. Siġill elettroniku għandu jgawdi mill-preżunzjoni legali li tiżgura l-oriġini u l-integrità tad-dejta li jkun marbut magħha.

3. Siġill elettroniku kwalifikat għandu jkun rikonoxxut u aċċettat fl-Istati Membri kollha.

4. Jekk ikun meħtieġ livell ta' assigurazzjoni tas-sigurtà ta' siġill elettroniku aktar baxx minn dak ta’ siġill elettroniku kwalifikat, b'mod partikolari minn Stat Membru għal aċċess għal servizz online offrut minn korp tas-settur pubbliku abbażi ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskji involuti f’servizz bħal dan, is-siġilli elettroniċi kollha li jkollhom mill-anqas l-istess livell ta’ assigurazzjoni ta’ sigurtà għandhom jiġu aċċettati.

5. L-Istati Membri m’għandhomx jitolbu siġill elettronika għal aċċess għal servizz online offrut minn korp tas-settur pubbliku f’livell ogħla ta' assigurazzjoni ta’ sigurtà ta’ siġilli elettroniċi kwalifikati.

6. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 dwar id-definizzjoni tal-livelli differenti ta’ assigurazzjoni ta’ sigurtà ta’ siġilli elettroniċi msemmija fil-paragrafu 4.

7. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal livelli ta’ assigurazzjoni ta’ sigurtà ta’ siġilli elettroniċi. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mal-livell ta’ assigurazzjoni tas-sigurtà definita f’att delegat adottat skont il-paragrafu 6 meta siġill elettroniku jkun jissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn l-atti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 29

Rekwiżiti għaċ-ċertifikati kwalifikati għal siġill elettroniku

1. Iċ-ċertifikati kwalifikati ta’ siġill elettronika għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.

2. Ċertifikati kwalifikati ta’ siġill elettroniku ma għandhomx ikunu soġġetti għall-ebda rekwiżit obbligatorju minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.

3. Jekk ċertifikat kwalifikat għal siġill elettronika jkun ġie revokat wara l-attivazzjoni inizjali, dan għandu jitlef il-validità tiegħu, u l-istatus tiegħu taħt l-ebda ċirkostanza ma għandu jitreġġa’ lura billi tiġi mġedda l-validità tiegħu.

4. Il-Kummissjoni għandu jingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 38 dwar l-ispeċifikazzjoni ulterju tar-rekwiżiti stipulati fl-Anness III.

5. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal ċertifikati kwalifikati tas-siġill elettroniku. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III meta ċertifikat kwalifikat għal siġill elettroniku jkun jissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn l-atti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 30

Apparat għal ħolqien ta’ siġilli elettroniċi kwalifikati

1. L-Artikolu 22 għandu japplika mutatis mutandis għar-rekwiżiti għal apparat għal ħolqien ta’ siġilli elettroniċi kwalifikati.

2. L-Artikolu 23 għandu japplika mutatis mutandis għaċ-ċertifikazzjoni ta’ apparat għal ħolqien ta’ siġilli elettroniċi kwalifikati.

3. L-Artikolu 24 għandu japplika mutatis mutandis għall–pubblikazzjoni ta’ lista ta’ apparat għal ħolqien ta’ siġilli elettroniċi kwalifikati ċertifikati.

Artikolu 31

Il-validazzjoni u l-preservazzjoni tas-siġilli elettroniċi kwalifikati

L-Artikoli 25, 26 u 27 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-validazzjoni u l-preservazzjoni tas-siġilli elettroniċi kwalifikati.

Taqsima 5

It-timbru tal-ħin elettroniku

Artikolu 32

L-effett legali tat-timbri tal-ħin elettroniċi

1. Timbru tal-ħin elettroniku ma għandux jiġi miċħud effett legali u ammissibilità bħala evidenza fi proċeduri legali sempliċiment minħabba li dan ikun f’forma elettronika.

2. Timbru tal-ħin elettroniku kwalifikat għandu jkun preżunt legalment li jiżgura l-ħin li jindika u l-integrità tad-dejta li magħha huwa marbut il-ħin.

3. Timbru tal-ħin elettroniku kwalifikat għandu jkun rikonoxxut u aċċettat fl-Istati Membri kollha.

Artikolu 33

Rekwiżiti għal timbri tal-ħin elettroniku kwalifikat

1. Timbru tal-ħin elettroniku kwalifikat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) ikun konness b’mod preċiż mal-Ħin Universali Koordinat (Coordinated Universal Time - UTC) b’mod li jipprekludi kwalunkwe possibbiltà li d-dejta tinbidel mingħajr ma dan jiġi skopert;

(b) ikun ibbażat fuq sors ta’ ħin preċiż;

(c) jinħareġ minn fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati;

(d) ikun iffirmat bl-użu ta’ firma elettronika avvanzata jew siġill elettroniku avvanzat tal-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati, jew minn metodu ekwivalenti.

2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal konnessjoni preċiża ta’ ħin ma’ dejta u sors ta' ħin preċiż. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 meta konnessjoni preċiża tal-ħin mad-dejta u s-sors tal-ħin preċiż tkun tissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn l-atti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Taqsima 6

Id-dokumenti elettroniċi

Artikolu 34

L-effetti legali u l-aċċettazzjoni tad-dokumenti elettroniċi

1. Dokument elettroniku għandu jitqies bħala ekwivalenti għal dokument stampat u ammissibbli bħala evidenza fi proċeduri legali,meta jitqies il-livell ta’ assigurazzjoni tiegħu ta’ awtentiċità u integrità.

2. Dokument li jkollu firma elettronika kwalifikata jew siġill elettroniku kwalifikat tal-persuna kompetenti li tkun ħarġet id-dokument rilevanti, għandu jgawdi mill-preżunzjoni legali tal-awtentiċità u l-integrità tiegħu sakemm id-dokument ma jkunx fih kwalunkwe karatteristika dinamika li kapaċi tbiddel id-dokument awtomatikament.

3. Meta jkun meħtieġ dokument oriġinali jew kopja ċertifikata għall-forniment ta’ servizz onlin offrut minn korp tas-settur pubbliku, talanqas dokumenti elettroniċi maħruġa mill-persuni kompetenti li joħorġu d-dokumenti rilevanti u li huma kkunsidrati bħala oriġinali jew kopji ċertifikati skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tal-oriġini, għandhom jiġu aċċettati fi Stati Membri oħra mingħajr rekwiżiti addizzjonali.

4. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi formati ta’ firem u siġilli elettroniċi, li għandhom jiġu aċċettati kull meta dokument iffirmat jew issiġillat jiġi mitlub minn Stat Membru għall-forniment ta’ servizz online offrut minn korp tas-settur pubbliku msemmi fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

Taqsima 7

Servizz ta’ forniment elettroniku kwalifikat

Artikolu 35

L-effett legali ta’ servizz ta’ forniment elettroniku

1. Id-dejta li tintbagħat jew li tasal bl-użu ta’ servizz tal-forniment elettroniku għandha tkun ammissibbli bħala evidenza fi proċeduri legali fir-rigward tal-integrità tad-dejta u taċ-ċertezza tad-data u l-ħin li fihom id-dejta tkun intbagħtet jew waslet mingħand destinatarju speċifikat.

2. Dejta mibgħuta jew li waslet bl-użu ta’ servizz ta’ forniment elettroniku kwalifikat għandha tibbenifika minn preżunzjoni legali tal-integrità tad-dejta u l-eżattezza tad-data u l-ħin ta’ meta ntbagħtet jew waslet id-dejta indikata bis-sistema ta’ forniment elettroniku kwalifikat.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 38, rigward l-ispeċfikazzjoni ta’ mekkaniżmi biex tintbagħat jew tasal dejta bl-użu ta’ sevizzi ta’ forniment elettroniku, li għandhom jintużaw bil-għan li jrawwmu interoperabbiltà bejn servizzi ta’ forniment elettroniku.

Artikolu 36

Rekwiżiti għas-servizzi ta’ forniment elettroniku kwalifikati

1. Is-servizzi ta’ forniment elettroniku kwalifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) jingħataw minn fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati wieħed jew iżjed minn wieħed;

(b) ikollhom l-identifikazzjoni mhux ambigwa tal-mittent u, jekk xieraq, tad-destinatarju;

(c) il-proċess ta’ trażmissjoni jew riċeviment tad-dejta għandu jkun żgurat b’firma elettronika avvanzata jew siġill elettroniku avvanzat ta’ fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat b’tali mod li jipprekludi l-possibbiltà li d-dejta tiġi mibdula mingħajr ma dan jiġi skopert;

(d) kwanlunkwe bidla fid-dejta meħtieġa għall-fini tat-trażmissjoni jew ir-riċeviment tad-dejta għandha tiġi indikata b’mod ċar lill-mittent u lid-destinatrarju tad-dejta;

(e) id-data tat-trażmissjoni, tar-riċeviment u kwalunkwe bidla tad-dejta għandha tkun indikata minn timbru tal-ħin elettroniku kwalifikat;

(f) fil-każ li d-dejta tiġi ttrasferita bejn żewġ fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati jew iżjed, ir-rekwiżiti fil-punti (a) sa (e) għandhom japplikaw għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati kollha.

2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal proċessi ta’ trażmissjoni u riċeviment ta’ dejta. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 meta l-proċess għat-trażmissjoni u r-riċeviment tad-dejta jkun jissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn l-atti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Taqsima 8

L-awtentikazzjoni ta’ websajts

Artikolu 37

Rekwiżiti għaċ-ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ websajts

1. Iċ-ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ websajts kwalifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV.

2. Iċ-ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ websajts għandhom ikunu rikonoxxuti u aċċettati fl-Istati Membri kollha.

3. Il-Kummissjoni għandu jingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 dwar l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tar-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV.

4. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal ċertifikati kwalifikati ta' awtentikazzjoni ta’ websajts. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV meta ċertifikat kwalifikat ta’ awtentikazzjoni ta’ websajt ikun jissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn l-atti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU IV

ATTI DELEGATI

Artikolu 38

L-eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti delegati msemmijin fl-Artikoli 8(3), 13(5), 15(5), 16(5), 18(5), 20(6), 21(4), 23(3), 25(2), 27(2), 28(6), 29(4), 30(2), 31, 35(3) u 37(3) għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 8(3), 13(5), 15(5), 16(5), 18(5), 20(6), 21(4), 23(3), 25(2), 27(2), 28(6), 29(4), 30(2), 31, 35(3) u 37(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni biex tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ mill-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 8(3), 13(5), 15(5), 16(5), 18(5), 20(6), 21(4), 23(3), 25(2), 27(2), 28(6), 29(4), 30(2), 31, 35(3) u 37(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn wara l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU V

ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 39

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament 182/2011.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJOIJIET FINALI

Artikolu 40

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-ewwel rapport għandu jkun sottomess sa mhux aktar tard minn erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Rapporti sussegwenti għandhom jiġu sottomessi kull erba’ snin minn dakinhar ’il quddiem.

Artikolu 41

Revoka

1. Id-Direttiva 1999/93/KE qiegħda tiġi revokata.

2. Ir-referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

3. Apparat għall-ħolqien ta’ firem siguri li ġie determinat bħala konformi mal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 1999/93/KE għandu jitqies bħala apparat għall-ħolqien ta’ firem kwalifikati taħt dan ir-Regolament.

4. Ċertifikati kwalifikati maħruġa taħt id-Direttiva 1999/93/KE għandhom jitqiesu bħala ċertifikati kwalifikati għal firem elettroniċi taħt dan ir-Regolament sakemm jiskadu, iżda għal mhux aktar minn ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 42

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS I

Rekwiżiti għaċ-ċertifikati kwalifikati għall-firem elettroniċi

Iċ-ċertifikati kwalifikati għall-firem elettroniċi għandu jkun fihom:

(a) indikazzjoni, tal-anqas f’forma xierqa għall-ipproċessar awtomatizzat, li ċ-ċertifikat ikun inħareġ bħala ċertifikat kwalifikat għall-firma elettronika;

(b) sett ta’ dejta li jirrappreżenta mingħajr ambigwità l-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati li joħroġ ċertifikati kwalifikati inkluż tal-anqas, l-Istat Membruli fih il-fornitur ikun stabbilit u

– għal persuna ġuridika: l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni kif jidhru fir-rekords uffiċjali;

– għal persuna fiżika: l-isem tal-persuna;

(c) sett ta’ dejta li jirrappreżenta mingħajr ambigwità l-firmatarju li għalilh ikun inħareġ iċ-ċertifikat inkluż tal-anqas l-isem tal-firmatarju jew psewdonimu, li għandu jkun identifikat bħala tali;

(d) dejta ta’ validazzjoni tal-firma elettronika li tikkorrispondi għad-dejta għall-ħolqien ta’ firma elettronika;

(e) dettalji tal-bidu u t-tmiem tal-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat;

(f) il-kodiċi tal-identità taċ-ċertifikat li għandu jkun uniku għall-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati;

(g) il-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat tal-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat li qed joħorġu;

(h) il-post fejn iċ-ċertifikat li jappoġġa l-firma elettronika jew is-siġill elettroniku avvanzat imsemmi fil-punt (g) ikun disponibbli mingħajr ħlas;

(i) il-post tas-servizzi dwar l-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat li jistgħu jintużaw biex wieħed jindaga dwar l-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat kwalifikat;

(j) fejn id-dejta għall-ħolqien tal-firma elettronika relatata mad-dejta ta’ validazzjoni tal-firma elettronika tkun tinsab f’apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati, indikazzjoni xierqa ta’ dan, mill-inqas f’forma adatta għall-ipproċessar awtomatizzat.

ANNESS II

Rekwiżiti għal apparat għall-ħolqien ta’ firem kwalifikati

1. Apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati għandu jiżgura, permezz ta’ mezzi tekniċi u proċedurali xierqa, li tal-anqas:

(a) tkun żgurata s-segretezza tad-dejta għall-ħolqien tal-firem elettroniċi użata għall-ġenerazzjoni tal-firem elettroniċi;

(b) id-dejta għall-ħolqien tal-firem użata għall-ġenerazzjoni tal-firem elettroniċi tkun tista’ sseħħ darba biss;

(c) id-dejta għall-ħolqien tal-firem elettroniċi użata għall-ġenerazzjoni tal-firem elettroniċi ma tistax, b’assigurazzjoni raġonevoli, tinkiseb u l-firma elettronika hija protetta kontra l-frodi bl-użu tat-teknoloġija disponibbli attwalment;

(d) id-dejta għall-ħolqien tal-firem elettroniċi użata għall-ġenerazzjoni tal-firem elettroniċi tista’ tkun protetta b’mod affidabbli mill-firmatarju leġittimu kontra l-użu minn oħrajn.

2. Apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati ma għandux ibiddel id-dejta li trid tiġi ffirmata jew jipprevjeni dejta bħal din milli tiġi ppreżentata lill-firmatarju qabel il-proċess tal-firma.

3. Il-ġenerazzjoni jew il-ġestjoni tad-dejta għall-ħolqien tal-firem elettroniċi f’isem il-firmatarju għandha titwettaq minn fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat.

4. Il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati li jġestixxu dejta għall-ħolqien tal-firem elettroniċi f’isem il-firmatarju jistgħu jidduplikaw id-dejta għall-ħolqien tal-firem elettroniċi għal skopijiet ta’ riżerva sakemm jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) is-sigurtà tas-settijiet tad-dejta duplikati għandha tkun tal-istess livell bħal dik għas-settijiet tad-dejta oriġinali;

(b) in-numru ta’ settijiet tad-dejta duplikati m’għandux jaqbeż il-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz.

ANNESS III

Rekwiżiti għaċ-ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi

Ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi għandu jkun fihom:

(a) indikazzjoni, tal-anqas f’forma xierqa għall-ipproċessar awtomatizzat, li ċ-ċertifikat ikun inħareġ bħala ċertifikat kwalifikat għall-siġill elettroniku;

(b) sett ta’ dejta li jirrappreżenta mingħajr ambigwità l-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati li joħroġ ċertifikati kwalifikati inkluż tal-anqas, l-Istat Membru li fih il-fornitur ikun stabbilit u

– għal persuna ġuridika: l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni kif jidhru fir-rekords uffiċjali;

– għal persuna fiżika: l-isem tal-persuna;

(c) sett ta’ dejta li jkun jirrappreżenta mingħajr ambigwità l-persuna ġuridika li jkun inħarġilha ċ-ċertifikat, inkluż tal-anqas l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni kif jidhru fir-rekords uffiċjali;

(d) dejta ta’ validazzjoni tas-siġill elettroniku li tkun tikkorrispondi għad-dejta għall-ħolqien ta’ siġill elettroniku;

(e) dettalji tal-bidu u t-tmiem tal-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat;

(f) il-kodiċi tal-identità taċ-ċertifikat li għandu jkun uniku għall-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati;

(g) il-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat tal-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat li qed joħorġu;

(h) il-post fejn iċ-ċertifikat li jappoġġa l-firma elettronika jew is-siġill elettroniku avvanzat imsemmi fil-punt (g) ikun disponibbli mingħajr ħlas;

(i) il-post tas-servizzi dwar l-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat li jistgħu jintużaw biex wieħed jindaga dwar l-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat kwalifikat;

(j) meta d-dejta għall-ħolqien tas-siġill elettroniku relatata mad-dejta ta’ validazzjoni tas-siġill elettroniku tkun tinsab f’apparat għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi kwalifikati, indikazzjoni xierqa ta’ dan, tal-anqas f’forma adatta għall-ipproċessar awtomatizzat.

ANNESS IV

Rekwiżiti għaċ-ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ websajts

Iċ-ċertifikati kwalifikat għal awtentikazzjoni ta’ websajts għandu jkun fihom:

(a) indikazzjoni, tal-anqas f’forma xierqa għall-ipproċessar awtomatizzat, li ċ-ċertifikat ikun inħareġ bħala ċertifikat kwalifikat għall-awtentikazzjoni ta’ websajts;

(b) sett ta’ dejta li jirrappreżenta mingħajr ambigwità l-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati li joħroġ ċertifikati kwalifikati inkluż tal-anqas, l-Istat Membru li fih il-fornitur ikun stabbilit u

– għal persuna ġuridika: l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni kif jidhru fir-rekords uffiċjali;

– għal persuna fiżika: l-isem tal-persuna;

(c) sett ta’ dejta li jkun jirrappreżenta mingħajr ambigwità l-persuna ġuridika li jkun inħarġilha ċ-ċertifikat, inkluż tal-anqas l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni kif jidhru fir-rekords uffiċjali;

(d) elementi tal-indirizz, inkluż tal-anqas il-belt u l-Istat Membru, tal-persuna ġuridika li għaliha nħareġ iċ-ċertifikat kif iddikjarat fir-rekords uffiċjali;

(e) l-isem/ismijiet tad-dominju mħaddma mill-persuna ġuridika li għaliha jkun inħareġ iċ-ċertifikat;

(f) dettalji tal-bidu u t-tmiem tal-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat;

(g) il-kodiċi tal-identità taċ-ċertifikat li għandu jkun uniku għall-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati;

(h) il-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat tal-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat li qed joħorġu;

(i) il-post fejn iċ-ċertifikat li jappoġġa l-firma elettronika jew is-siġill elettroniku avvanzat imsemmi fil-punt (h) ikun disponibbli mingħajr ħlas;

(j) il-post tas-servizzi dwar l-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat li jistgħu jintużaw biex wieħed jindaga dwar l-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat kwalifikat.

ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Din id-dikjarazzjoni finanzjarja tipprovdi dettalji tar-rekwiżiti f'termini ta’ nefqa amministrattiva sabiex jiġi implimentat ir-Regolament propost dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern.

Wara l-proċedura leġiżlattiva u d-diskussjoni għall-adozzjoni mill-PE u mill-Kunsill tar-Regolament propost, tnax-il FTE se jkunu meħtieġa mill-Kummissjoni biex tfassal l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni relatati, sabiex tiżgura d-disponibilità ta’ standards organizzattivi u tekniċi, sabiex tiġġestixxi l-informazzjoni notifikata mill-Istati Membri, b’mod partikolari biex izżomm l-informazzjoni relatata ma’ listi affidabbli, sabiex tiżgura l-għarfien tal-partijiet interessati - b'mod partikolari taċ-ċittadini u l-SMEs - tal-vantaġġi tal-użu tal-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni, il-firem u s-servizzi fiduċjarji relatati elettroniċi (eIAS) u twettaq diskussjonijiet ma’ pajjiżi terzi bil-għan li tinkiseb l-interoperabilità tal-eIAS fil-livell globali.

1.1.        It-titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern

1.2.        Qasam(oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[25]

09 SOĊJETÀ TAL-INFORMAZZJONI

1.3.        In-natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja[26]

¨ Il-proposta/inizjattiva hija marbuta mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

þ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għan(ijiet)

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

L-għanijiet ġenerali tal-proposta huma dawk tal-politiki ġenerali tal-UE li fihom tinsab il-proposta, bħall-Istrateġija UE 2020. Din għandha l-għan li tiżgura li l-Ewropa 'ssir ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva u twassal għal livelli għolja ta’ impjieg, produttività u koeżjoni soċjali.’

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ABM/ABB kkonċernata/i

Sabiex tiżdied il-fiduċja fit-tranżazzjonijiet elettroniċi pan-Ewropej u jiġi żgurat rikonoxximent legali transkonfinali tal-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni, il-firem u s-servizzi fiduċjarji relatati elettroniċi kif ukoll livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta u għoti ta’ setgħa lill-utent fis-suq uniku (ara l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, l-azzjonijiet prinċipali 3 u 16).

Attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernata(i)

09 02 – Qafas regolatorju għall-Aġenda Diġitali għall-Ewropa

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistenni(ja)

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Għandu jiġi stabbilit ambjent regolatorju ċar għas-servizzi eIAS li għandu jkabbar il-konvenjenza, il-fiduċja u l-kunfidenza tal-utenti fid-dinja diġitali.

1.4.4.     L-indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva

1. L-eżistenza ta’ fornituri tal-eIAS li għandhom attivitajiet fi Stati Membri tal-UE multipli:

2. Il-livell sa fejn l-apparat isir interoperazzjonali (eż. qarrejja tas-smartcards) bejn setturi u pajjiżi;

3. L-użu tal-eIAS mill-kategoriji kollha tal-popolazzjoni;

4. Il-punt sa fejn l-eIAS jintużaw mill-utenti aħħarin għal tranżazzjonijiet nazzjonali u tranżazzjonijiet (transkonfinali) internazzjonali;

5. Il-livell ta’ armonizzazzjoni madwar l-Istati Membri tal-leġiżlazzjoni dwar l-eIAS;

6. Skemi ta’ identifikazzjoni elettroniċi notifikati lill-Kummissjoni;

7. Is-servizzi aċċessibbli b’mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata fis-settur pubbliku (gvern elettroniku, Saħħa elettronika, Ġustizzja elettronika, Akkwist elettroniku)

8. Is-servizzi aċċessibbli b’mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati fis-settur privat (tranżazzjonijiet bankarji online, kummerċ elettroniku, logħob tal-azzard elettroniku, login għal websajts, servizzi tal-internet aktar siguri).

1.5.        Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

L-implimentazzjoni diverġenti fil-livell nazzjonali minħabba interpretazzjonijiet li jvarjaw tad-Direttiva dwar il-firem elettroniċi minn Stati Membri, twassal għal problemi ta' interoperabbiltà transkonfinali, u b’hekk għal pajsaġġ segmentat tal-UE u distorsjonijiet fis-suq intern. Barra minn hekk jeżisti wkoll nuqqas ta’ fiduċja u kunfidenza fis-sistemi elettroniċi li jimpedixxi liċ-ċittadini Ewropej milli jibbenefikaw mill-istess tip ta’ servizzi fid-dinja diġitali kif ukoll fid-dinja fiżika.

1.5.2.     Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-azzjoni fil-livell tal-UE tista’ toħloq benefiċċji ċari meta mqabbla ma’ azzjoni fil-livell tal-Istati Membri. L-esperjenza wriet fil-fatt li miżuri nazzjonali ma humiex biss insuffiċjenti biex jagħmlu tranżazzjonijiet elettroniċi possibbli b’mod transkonfinali, iżda ħolqu għall-kuntrarji ostakoli fl-interoperabbiltà madwar l-UE ta’ firem elettroniċi, u attwalment għandhom l-istess effett fuq l-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni elettroniċi, u s-servizzi fiduċjarji relatati.

1.5.3.     Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

Din il-proposta tibni fuq l-esperjenza bid-Direttiva dwar il-Firem Elettroniċi u l-problemi li tfaċċaw minħabba t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni frammentati ta’ dik id-Direttiva, li ostakolawha milli tikseb l-għanijiet tagħha.

1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

Id-Direttiva dwar il-Firem Elettroniċi hija msemmija f’diversi inizjattivi oħra tal-UE li ġew stabbiliti sabiex jiġu eliminati l-isfidi tal-interoperabilità u l-kwistjonijiet tar-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni transkonfinali relatati ma’ xi tipi ta’ interazzjonijiet elettroniċi, pereżempju d-Direttiva dwar is-Servizzi, id-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku, id-Direttiva dwar il-VAT (fatturar elettroniku) u r-Regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

Barra minn hekk, ir-Regolament propost se jipprovdi qafas legali li huwa ta’ benefiċċju għall-adozzjoni wiesgħa ta’ Proġetti Pilota fuq Skala Kbira (Large Scale Pilots - LSPs) stabbiliti fil-livell tal-UE biex jappoġġaw l-iżvilupp ta’ mezzi interoperabbli u affidabbli ta’ komunikazzjoni elettronika (inkluż SPOCS, li jappoġġa l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi; STORK, li jappoġġa l-iżvilupp u l-użu ta’ eIDs interoperabbli; PEPPOL, li jappoġġa l-iżvilupp u l-użu ta’ soluzzjonijiet tal-akkwist elettroniku interoperabbli; epSOS, li jappoġġa l-iżvilupp u l-użu ta’ soluzzjonijiet tas-saħħa elettronika interoperabbli; eCodex, li jappoġġa l-iżvilupp u l-użu ta’ soluzzjonijiet tal-ġustizzja elettronika interoperabbli).

1.6.        Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

– ¨  Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

– ¨  L-impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

þ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mhux limitat

1.7.        Mod(i) ta’ ġestjoni previst(i)[27]

þ Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

¨ Ġestjoni ċentralizzata indiretta b’delegazzjoni tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[28]

– ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (trid tiġi speċifikata)

Jekk aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni huma indikati, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

[//]

2.           IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-ewwel evalwazzjoni għandha sseħħ 4 snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Klawżola espliċita dwar ir-rapport, li permezz tiegħu il-Kummissjoni se tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tagħha, hija inkluża fir-regolament. Rapporti sussegwenti għandhom jiġu sottomessi kull 4 snin minn dakinhar ’il quddiem. Il-metodoloġija tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni se tiġi applikata. Dawn l-evalwazzjonijiet sejrin isiru bl-għajnuna ta’ studji mmirati fuq l-implimentazzjoni tal-istrumenti legali, kwestjonarji lill-awtoritajiet nazzjonali, diskussjonijiet tal-esperti, workshops, stħarriġ tal-Eurobarometru, u oħrajn.

2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Ir-riskju/i identifikat(i)

Twettqet Valutazzjoni tal-Impatt biex takkumpanja l-proposta għar-Regolament. L-istrument legali ġdid ser jipprovdi għal rikonoxximent u aċċettazzjoni reċiproċi ta’ identifikazzjoni elettronika transkonfinali, itejjeb il-qafas tal-firma elettronika attwali, isaħħa s-superviżjoni nazzjonali tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji u jagħti effett legali u rikonoxximent lis-servizzi fiduċjarji relatati. Ir-Regolament propost jintroduċi wkoll l-użu ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni bħala mekkaniżmu li jiżgura l-flessibbiltà fir-rigward tal-iżviluppi teknoloġiċi.

2.2.2.     Il-metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Il-metodi ta’ kontroll eżistenti applikati mill-Kummissjoni se jkopru l-approprjazzjonijiet addizzjonali.

2.3.        Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Il-miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi eżistenti applikati mill-Kummissjoni se jkopru l-approprjazzjonijiet addizzjonali.

3.           L-ISTIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata

· Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni……………………...……….] || Diff/Mhux diff. ([29]) || Minn pajjiżi tal-EFTA[30] || mill-pajjiżi kandidati[31] || Minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

5 || 09. 01 01 01 Nefqa relatata mal-persunal f’impjieg attiv fid-DĠ Soċjetà ta’ Informazzjoni u Midja || Ebda diff. || LE || LE || LE || LE

5 || 09. 01 02 01 Persunal estern || Ebda diff. || LE || LE || LE || LE

3.2.        L-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru || [Intestatura 1 Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv ……………...……………………………………………………………….]

DĠ: INFSO || || || Sena 2014 || Sena  2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit - Mhux Applikabbli || Impenji || (1) || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000

Pagamenti || (2) || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000

Numru tal-linja tal-baġit - Mhux Applikabbli || Impenji || (1a) || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000

Pagamenti || (2a) || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000

Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati  mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[32] || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000

Numru tal-intestatura tal-baġit || || (3) || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000

Approprjazzjonijiet TOTALI TOTAL DĠ INFSO || Impenji || =1+1a +3 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000

Pagamenti || =2+2a +3 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || " Nefqa amministrattiva "

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

DĠ: INFSO

Ÿ Riżorsi umani || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 9,408

Ÿ Infiq amministrattiv ieħor || || || || || || || ||

TOTAL DĠ INFSO || Approprjazzjonijiet || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 9,408

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 9,408

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI tal-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 9,408

Pagamenti || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 9,408

3.2.2.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– þ  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

3.2.3.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– þ  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| Sena N 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 9,408

Infiq amministrattiv ieħor || || || || || || || ||

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 9,408

Barra mill-INTESTATURA 5[33] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || || || || || || || ||

Subtotali barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

TOTAL || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 1,344 || 9,408

3.2.3.2.  Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

– þ  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f'ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020

Ÿ Pożizzjonijiet tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

09 01 01 01 (fil-kwartieri ġenerali u fl-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 9 || 9 || 9 || 9 || 9 || 9 || 9

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (Ekwivalenti tal-Unità Full Time: FTE)[34]

09 01 02 01 (AK, INT, ENS mill-"pakkett globali") || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 04 ss[35] || - fil-Kwartieri Ġenerali[36] || || || || || || ||

- fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

XX 01 05 02 (AK, INT, ENS - Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 02 (AK, INT, ENS - Riċerka diretta) || || || || || || ||

Linji oħra tal-baġit (speċifika) || || || || || || ||

TOTAL || 12 || 12 || 12 || 12 || 12 || 12 || 12

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà ġie assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie assenjat mill-ġdid fid-DĠ stess, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ responsabbli skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Iġestixxu l-proċeduri leġiżlattivi għall-adozzjoni mill-PE u mill-Kunsill tar-Regolament ippjanat u l-atti delegati/ta’ implimentazzjoni relatati. Oqsma ta’ Prijorità: 1.    L-istabbiliment ta’ qafas leġiżlattiv ġdid dwar is-servizzi fiduċjarji elettroniċi. 2.    It-trawwim tal-iskjerar tas-servizzi fiduċjarji elettroniċi billi jitqajjem l-għarfien fost l-SMEs u ċ-ċittadini dwar il-potenzjal tagħhom. 3.    Segwitu tad-Direttiva 1999/93/KE inklużi l-aspetti internazzjonali. 4.    L-ingranaġġ ta’ proġetti pilota fuq skala kbira sabiex jitħaffef it-twettiq konkret tal-għan tal-qafas leġiżlattiv il-ġdid.

Persunal estern || L-istess bħal hawn fuq.

3.2.4.     Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

– þ  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega x’tip ta’ programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[37].

Spjega dak li huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– þ Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għall-kofinanzjament min-naħa ta’ partijiet terzi

– ¨ Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament li l-istima tiegħu tidher hawn taħt:

3.3.      L-impatt stmat fuq id-dħul

– þ  Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

· ¨            fuq ir-riżorsi proprji

· ¨            fuq dħul mixxellanju

[1]               COM(2010) 245, 19.5.2010.

[2]               COM (2011) 206 finali, tat-13.4.2011

[3]               COM(2011) 669 tat-12.10.2011

[4]               ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12

[5]               Għad-dettalji dwar konsultazzjonijiet, ara http://ec.europa.eu/information_society/policy/esignature/eu_legislation/revision

[6]               Ġie organizzat grupp ta’ ħidma għall-partijiet interessati fl-10.3.2011 mar-rappreżentanti mis-setturi pubbliċi u privati u l-l-akkademja biex jiġi diskuss x’miżuri leġiżlattivi kienu meħtieġa sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-ġejjieni. Dan kien forum interattiv biex jiġu skambjati fehmiet u enfasizzati l-pożizzjonijiet differenti dwar il-kwistjonijiet li tqajmu fil-konsultazzjoni pubblika. Ħafna organizzazzjonijiet bagħtu dokumenti dwar il-pożizzjoni tagħhom b’mod spontanju.

[7]               B’mod partikolari, il-Presidenza tal-UE Pollakka organizzat laqgħa mal-Istati Membri dwar il-firem elettroniċi f’Varsavja fid-9.11.2011 u dwar l-identifikazzjoni elettronika f’Poznan fis-17.11.2011. Fil-25.1.2012, il-Kummissjoni organizzat grupp ta’ ħidma mal-Istati Membri biex jiġu diskussi l-bqija tal-kwistjonijiet dwar l-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni u l-firem elettroniċi.

[8]               Taħt l-ewwel sett, ġew eżaminati erba’ għażliet: ir-revoka tad-Direttiva dwar il-firem elettroniċi; l-ebda bidla politika; it-titjib taċ-ċertezza legali, it-titjib tal-koordinazzjoni tas-superviżjoni nazzjonali u l-iżgurar tar-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni reċiproċi tal-identifikazzjoni elettronika mal-UE kollha; u r-raba’, l-espansjoni biex jiġu inkorporati ċerti servizzi fiduċjarji relatati. It-tieni sett kien jikkonsisti mill-valutazzjoni tal-merti relattivi tal-opportunitajiet ta’ regolamentazzjoni permezz ta’ strument wieħed jew tnejn, u permezz ta’ direttiva kontra regolament. It-tielet sett eżamina l-possibbiltajiet offruti mill-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ superviżjoni nazzjonali abbażi ta’ rekwiżiti ta’ superviżjoni essenzjali komuni kontra sistema ta’ superviżjoni bbażata fl-UE. Kull għażla ta’ politika ġiet ivvalutata, bl-għajnuna ta’ grupp li ġab flimkien id-Direttorati Ġenerali kollha interessati tal-Kummissjoni, f’termini tal-effikaċja tagħha fil-kisba tal-għanijiet politiċi, l-impatt ekonomiku tagħha fuq il-partijiet interessati (inkluż fuq il-baġit tal-Istituzzjonijiet tal-UE), l-impatt soċjali u ambjentali tagħha, u l-effett tagħha fuq il-piż amministrattiv.

[9]               Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Ewropa 2020. Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, COM(2010) 2020, 3.3.2010.

[10]             Il-lista affidabbli kif stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE u kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/425/UE ser tkun il-bażi għal Deċiżjoni tal-Kummissjoni ġdida dwar listi affidabbli skont dan ir-Regolament.

[11]             ĠU C , , p. .

[12]             ĠU C, , p. .

[13]             ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12

[14]             COM(2010) 245 finali/2

[15]             Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE: Inwarrbu l-ostakli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE, COM(2010) 603 finali, il-punt 2.2.2, il-paġna 13.

[16]             4/2/2011: EUCO 2/1/11

[17]             23/10/2011: EUCO 52/1/11

[18]             Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għal Gvern elettroniku 2011-2015, it-3093 laqgħa tal-Kunsill tat-Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija , Brussell, 27 ta’ Mejju 2011.

[19]             Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21.9.2010 dwar l-ikkompletar tas-suq intern għall-kummerċ elettroniku, 21.9.10, P7_TA(2010)0320, u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15.6.2010 dwar il-governanza tal-internet: il-passi li jmiss, P7_TA(2010)0208.

[20]             ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36

[21]             ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45

[22]             ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31

[23]             ĠU L 274, 20.10.2009, p. 36

[24]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13

[25]             ABM : Activity-Based Management (Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività) – ABB: Activity-Based Budgeting (Ibbaġitjar Skont l-Attività)

[26]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[27]             Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[28]             Kif stipulat fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[29]             Diff = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff.

[30]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles

[31]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[32]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (intestaturi "BA" preċedenti), tar-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[33]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (intestaturi "BA" preċedenti), tar-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[34]             AK= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= “Jeune Expert en Délégation” (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); AL= Aġent Lokali; ENS= Espert Nazzjonali Sekondat;

[35]             Taħt il-limitu massimu għall-persunal esterni mill-approprjazzjonijiet operattivi (il-linji "BA" preċedenti)

[36]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[37]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.