52008PC0040




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 30.1.2008

KUMM(2008) 40 finali

2008/0028 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi

(preżentata mill-Kummissjoni){SEG(2008) 92}{SEG(2008) 93}{SEG(2008) 94}{SEG(2008) 95}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Il-kuntest tal-proposta

( Ir-raġunijiet għal u l-għanijiet tal-proposta

L-abbozz tal-proposta jikkonsolida u jaġġorna żewġ oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar it-tikkettjar, it-tikkettjar ġenerali ta' l-ikel u tan-nutrizzjoni rispettivament koperti bid-Direttivi 2000/13/KE u 90/496/KEE. Id-Direttiva 2000/13/KE ġiet emendata kemm-il darba u l-evoluzzjoni kemm tas-suq ta’ l-ikel kif ukoll ta’ l-aspettattivi tal-konsumaturi joħolqu l-ħtieġa biex tiġi aġġornata u modernizzata.

Id-Direttiva 90/496/KE tirrikjedi li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva. Il-proċeduri interistituzzjonali nbidlu u f’ċerti każijiet il-Kummissjoni trid tissottometti valutazzjoni ta’ l-impatt bi proposti għal leġiżlazzjoni ġdida. Ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tat-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni fiha wkoll valutazzjoni ta’ l-impatt li tagħti ħarsa ġenerali lejn l-applikazzjoni tad-Direttiva 90/496/KEE. Għalhekk, ma tħejjijx rapport separat dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva.

( Kuntest Ġenerali

Tikkettjar ġenerali – Ir-rieda politika ewlenija li ħeġġet l-ewwel strument leġiżlattiv “orizzontali” dwar it-tikkettjar fuq l-ikel (Direttiva 79/112/KE) kienet li tipprovdi regoli għat-tikkettjar ta’ ikel bħala għodda biex l-ikel ikun jista' jidħol fil-Komunità liberament. Maż-żmien il-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumaturi sar għan speċifiku tal-Komunità Ewropea.

Fl-2003 d-DĠ SANCO b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati, nieda valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-tikkettjar fuq l-ikel sabiex jevalwa mill-ġdid l-effettività tagħha kif ukoll il-bażi legali, u biex jidentifika l-bżonnijiet u l-aspettattivi tal-konsumaturi tal-lum għall-informazzjoni dwar l-ikel, billi qies l-limitazzjonijiet tekniċi u loġistiċi. Il-konklużjonijiet, ippubblikati fl-2004, identifikaw fuq xiex għandha tiffoka proposta futura.

Tikkettjar dwar in-nutrizzjoni – Il-White Paper riċenti dwar Strateġija għall-Ewropa fuq kwistjonijiet tas-saħħa marbuta man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità għamlet enfasi fuq il-bżonn li l-konsumaturi jkollhom aċċess għal informazzjoni ċara, konsistenti u bbażata fuq l-evidenza. It-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni hu mod stabbilit sabiex tingħata informazzjoni lill-konsumaturi għall-appoġġ ta' għażliet dwar l-ikel determinati b'kunsiderazzjoni għas-saħħa. Hemm qbil ġenerali li l-effettività tat-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni jista’ jissaħħaħ bħala mezz biex jgħin lill-konsumaturi jagħżlu dieta bilanċjata.

Saru inizjattivi minn partijiet interessati biex l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni tiddaħħal fuq il-faċċata tal-pakketti. Hemm diverġenza fl-iskemi tat-tikkettjar li qegħdin jintużaw b'mod li dawn jistgħu joħolqu ostakli għall-kummerċ.

( Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Il-proposta tamalgama u temenda l-leġiżlazzjoni li ġejja:

- Direttiva 2000/13/KE ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta mat-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel.

Din id-Direttiva tistipula rekwiżiti komuni għat-tikkettjar applikabbli għall-ikel kollu li jrid jasal għand il-konsumatur aħħari, u għall-ikel fornut lill- caterers kbar. Din tistabbilixxi l-informazzjoni obbligatorja fuq it-tikkettjar.

Il-proposta ddaħħal ċerti prinċipji ġenerali li jirrigwardaw l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel u tiżviluppa mekkaniżmu regolatorju biex iqis l-iżviluppi li jgħinu lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet għaqlin dwar l-ikel. Ir-rekwiżiti obbligatorji jibqgħu qisu l-istess iżda bl-għażla li l-Kummissjoni tipproponi rekwiżiti ġodda għal suġġetti speċifiċi.

- Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE ta’ l-24 ta’ Settembru 1990 dwar it-tikkettjar fuq in-nutrizzjoni għall-oġġetti ta’ l-ikel.

Il-proposta tintroduċi tikkettjar obbligatorju ta’ elementi kruċjali nutrizzjonali fil-post fejn jidher l-aktar.

Minbarra l-amalgamazzjoni tad-Direttivi 2000/13/KE u 90/496/KEE t-testi li ġejjin jitfasslu mill-ġdid fit-test:

- Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE tal-15 t’April 1987 dwar l-indikazzjoni tas-saħħa alkoħolika skond il-volum fit-tikkettjar ta' xorb alkoħoliku għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari

- Direttiva tal-Kummissjoni 94/54/KE tat-18 ta’ Novembru 1994 li tikkonċerna l-indikazzjoni obbligatorja ta’ dettalji fuq it-tikkettjar ta’ ċerti oġġetti ta’ l-ikel barra minn dawk previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE

- Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE tat-8 ta’ Marzu 1999 li tipprovdi għal derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KE fir-rigward tat-tikkettjar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel

- Direttiva tal-Kummissjoni 2002/67/KE tat-18 ta’ Lulju 2002 dwar it-tikkettjar ta’ oġġetti ta’ l-ikel li fihom il-kinina, u ta’ oġġetti ta’ l-ikel li fihom il-kafeina

- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 tal-31 ta’ Marzu 2004 li jikkonċerna t-tikkettjar ta’ ikel u ingredjenti ta’ l-ikel li għandhom miżjud phytosterols, phytosterol esters, phytostanols u/jew phytostanol esters

- Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/77/KE tad-29 t’April 2004 li temenda d-Direttiva 94/54/KE fir-rigward tat-tikkettjar ta’ ċertu ikel li fih aċidu glycyrrhizinic u l-imluħa ta’ l-ammonju tiegħu.

( Il-konsistenza mal-politika l-oħra u l-għanijiet ta’ l-Unjoni

Il-proposta taqbel mal-Politika tal-Kummissjoni dwar Regolamenti Aħjar, l-Istrateġija ta' Liżbona u l-istrateġija ta' l-UE dwar l-Iżvilupp Sostenibbli. L-enfasi huwa fuq li jiġi simplifikat il-proċess regolatorju, b’mod li jnaqqas il-piż amministrattiv u jtejjeb il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea ta' l-ikel, filwaqt li jassigura s-sigurtà ta' l-ikel, li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika u jqis aspetti globali. Hemm eżerċiżżju li għadu għaddej dwar il-kejl ta' spejjeż amministrattivi mid-dispożizzjonijiet orizzontali ta' tikketjar, li r-riżultat tiegħu jista' jipprovdi informazzjoni relevanti.

2. KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT

( Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu

Saru servejs wiesa’ mal-partijiet kollha interessati biex tittieħed l-opinjoni tagħhom dwar id-dispożizzjonijiet u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti u l-bżonnijiet għal bidla. Ir-rispondenti minn sezzjonijiet governattivi u minn NGOs, mill-industrija u individwi. Uħud mill-konsultazzjonijiet kienu immirati lejn l-Istati Membri, l-industrija jew il-konsumaturi.

It-tweġibiet fil-qosor u kif tqiesu

Il-konsumaturi jirrikjedu informazzjoni aktar u “aħjar” fuq it-tikketti u huma interessati f'informazzjoni li tkun ċara, sempliċi, komprensiva, standardizzata u awtoritattiva. L-industrija tqis li hemm wisq rekwiżiti dwar it-tikkettjar li jinvolvu l-implimentazzjoni ta’ regoli tekniċi, dettaljati. Il-volum u l-firxa tat-testi huma ta’ ħsara għaċ-ċarezza u l-koerenza tar-regoli. L-ispejjeż tal-bidliet joħolqu tħassib għall-industrija. L-Istati Membri jixtiequ joħolqu bilanċ bejn il-bżonnijiet tal-konsumaturi u dawk ta’ l-industrija, billi jqisu, kull kwistjoni speċifika għal pajjiżhom.

Uħud mill-aspetti speċifiċi li ssemmew waqt il-konsultazzjoni fuq it-tikkettjar ġenerali kienu:

- il-konsumaturi jsibu diffikultà biex jaqraw u jifhmu t-tikketti;

- hemm għadd ta’ ikel li ma fihx informazzjoni dwar l-allerġens;

- it-tikkettjar dwar l-oriġini huwa qasam problematiku;

- hemm negliġenza legali fejn tidħol il-lista ta' ingredjenti ta' xorb alkoħoliku.

Għat-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni hu maħsub li l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni li tingħata hija sors importanti ta’ informazzjoni għall-konsumatur. Il-partijiet interessati mhumiex sodisfatti bil-leġiżlazzjoni iżda għandhom opinjonijiet diversi dwar kif jistgħu jtejbuha.

- Uħud mill-konsumaturi jeħtieġu jew jippreferu deskrizzjoni ġenerali komprensiva tal-kontenut tan-nutrijenti, filwaqt li oħrajn għandhom tħassib dwar parti żgħira biss minn din. Il-konsumaturi u l-NGOs tas-saħħa pubblika jridu tikkettjar obbligatorju sħiħ bid-dettalji kollha dwar in-nutrizzjoni u li jkun faċli biex jinftiehem.

- L-industrija hi mħassba bin-natura preskrittiva tal-leġiżlazzjoni u l-effett li dan ikollu fuq id-disinn tal-pakkett. Huma jridu approċċ volontarju aktar flessibbli.

- L-Istati Membri huma konxji mill-bżonn li jitnaqqsu l-ostakli għas-suq intern li hu faċilitat b’approċċ armonizzat. Minkejja dan, qed tiżdied il-pressjoni għal xi wħud biex ikun hemm aktar flessibbilità fuq livell nazzjonali, partikolarment, fejn qed jintużaw sistemi innovattivi ta' tikkettjar dwar in-nutrizzjoni.

Saret konsultazzjoni miftuħa fuq l-internet mill-13.3.2006 sal-16.6.2006. Il-Kummissjoni rċeviet 175 risposta(/i). Ir-riżultati jinstabu fuq: http://ec/europa.eu/food/food/labellingnutrition/betterregulation/index_en.htm.

( Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert

Ma kienx hemm bżonn ta’ kompetenza esterna.

( Il-valutazzjoni ta’ l-impatt

Ġew meqjusa ċerti approċċi alternattivi bażiċi:

L-ebda intervent – Dan iżomm il-qagħda preżenti b’xi ftit tal-leġiżlazzjoni b’dawn l-effetti negattivi li ġejjin:

- regoli parzjali u li jħawdu li jfixklu milli jsir implimentazzjoni effettiva;

- piżijiet mhux ġustifikati fuq in-negozju ta' l-ikel minħabba rekwiżiti mhux aġġornati, skaduti jew mhux ċari;

- użu inkonsistenti tat-tikketti mill-konsumaturi;

- ineffettività tat-tikkettjar bħala għodda ta’ komunikazzjoni;

- falliment tal-leġiżlazzjoni biex tadatta għal swieq li qed jinbidlu u għat-talbiet leġittimi tal-konsumaturi.

L-intervent tqis fil-kuntest ta’ tneħħija ta’ regolamenti, leġiżlazzjoni nazzjonali, approċċ mhux meħtieġ jew aġġornament tal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Tneħħija ta’ regolamenti – Dan ikun jitlob li jitneħħew l-istrumenti politiċi bażiċi fuq ir-regoli ġeneriċi dwar it-tikkettjar fuq l-ikel b’impatt dirett fuq ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettjar.

Għalkemm il-fabbrikanti ta’ l-ikel jibqgħu japplikaw ir-regoli preżenti għal perjodu qasir ta’ żmien, huma jibdew ineħħew bil-mod l-informazzjoni li jqisu li hija ta’ piż għalihom. Ir-regoli li mhumiex armonizzati jfixklu s-suq intern, iwasslu għal informazzjoni nieqsa u jnaqqsu l-livell ta’ protezzjoni għall-konsumatur. Ir-regoli eżistenti urew kemm kienu tajbin għax taw lok għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti u għall-protezzjoni tal-konsumaturi. Jekk jitneħħew ikun hemm reżistenza minn ħafna mill-Istati Membri u mill-konsumaturi minħabba li ntużaw biex jilħqu r-rekwiżiti preżenti u kull bidla li tista’ titqies bħala abbandun ta' "acquis" prezzabbli. Għalhekk, it-tneħħija ta’ regolamenti ma tqisetx li kienet approċċ vijabbli.

Leġiżlazzjoni nazzjonali – It-tħassir tar-regoli armonizzati jwasslu għall-ħolqien ta' regoli nazzjonali li jkollhom dawn il-konsegwenzi li ġejjin:

- regoli nazzjonali differenti li jfixklu s-suq intern;

- tgħawwiġ tal-kompetizzjoni ġusta;

- żieda fil-piż amministrattiv għall-industrija;

- approċċ inkonsistenti fil-kontenut u d-disponibbiltà ta' informazzjoni li toħloq konfużjoni għall-konsumaturi;

- livell differenti ta’ protezzjoni għaċ-ċittadini ta’ l-UE.

Approċċ alternattiv mhux obbligatorju (regolamenti fuqhom infushom, ko-regolamenti, gwida) – Il-karatteristiċi differenti ta’ l-informazzjoni u xejriet preżenti lejn l-iżvilupp ta’ “kultura leġiżlattiva ġdida” kien jeħtieġ li ssir valutazzjoni ta’ approċċ li seta’ joħloq bilanċ bejn il-flessibbiltà u l-preskrizzjoni u bejn l-azzjoni fuq livell nazzjoni u azzjoni fuq il-livell ta’ l-UE. Tmexxija fuq diversi livell minn isfel għal fuq (lokali/nazzjonali/komunitarja) ibbażata fuq il-prinċipju ta’ impenn għall-aħjar prassi formali, li tista’ titkejjel tista’ tkun alternattiva vijabbli.

Jekk ir-rekwiżiti armonizzati dettaljati li diġà jeżistu jitqarrbu lejn dak l-approċċ ma jiżdiedx il-valur minħabba li jikkumplikaw għal xejn il-ftehim preżenti li jeżisti bejn il-partijiet interessati u jistgħu jitqiesu bħala tneħħija tar-regolamenti. Minkejja dan, fejn jidħlu l-kwistjonijiet politiċi ġodda, l-introduzzjoni ta' approċċ aktar elaborat u sostenibbli dwar l-informazzjoni għall-konsumatur li joħroġ mill-aħjar prassi u minn djalogu kontinwu mal-partijiet interessati għandu l-potenzjal li jkollu riżultati li jkunu ta' benefiċċju kemm għall-industrija kif ukoll għall-konsumaturi.

L-impatti ta’ l-għażliet ewlenin għar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali u t-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni ġew eżaminati biex jitqies jekk m'għandhiex tittieħed azzjoni, jekk għandhiex tittieħed azzjoni volontarja jew ir-rekwiżiti preskrittivi Komunitarji ġew eżaminati fil-valutazzjoni ta' l-impatt.

Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni ta’ l-impatt li tniżżel fil-Programm ta’ Ħidma, liema rapport hu aċċessibbli fuq is-sit ta’ l-internet tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni mliet ir-rapporti dwar il-valutazzjoni ta’ l-impatt fuq l-għażliet għar-reviżjoni tad-Direttiva 2000/13/KE u d-Direttiva 90/496/KEE li huma preżentati fl-istess waqt ma' din il-proposta bħala d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni.

L-istima ta' l-impatt indikat li l-impatt fuq il-fabbrikanti jista’ jiġi mminimizzat billi jingħataw perjodi tranżitorji li jippermettu t-tibdil fl-ittikkettjar isir matul iċ-ċiklu normali għal bidliet fit-tikketti li qed jitħaddmu fi ħdan negozju.

3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

( Taqsira ta’ l-azzjoni proposta

L-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi. Il-proposta timmodernizza, tissimplifika u tiċċara x-xenarju preżenti dwar it-tikkettjar. B’mod partikolari:

- Tfassil mill-ġdid tad-dispożizzjonijiet tat-tqegħid tat-tikketti orrizontali differenti. L-amalgamazzjoni ta' dawk it-testi (direttivi) f'parti unika ta' leġiżlazzjoni (regolament) għandha timmassimizza s-sinerġiji u żżid iċ-ċarezza u l-konsistenza tar-regoli Komunitarji. Dan hu metodu qawwi ta’ simplifikazzjoni li għandu jipprovdi lill-operaturi ekonomiċi u lill-awtoritajiet ta’ infurzar b’qafas regolatorju aktar ċar u armonizzat;

- L-iżgurar ta' koerenza bejn ir-regoli orizzontali u vertikali;

- Razzjonalizzazzjoni (aġġornament, kjarifika) tat-tagħrif obbligatorju mitlub mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/13/KE;

- Twaqqif ta’ mekkaniżmu flessibbli minn isfel għal fuq (permezz ta' skemi nazzjonali) li għandu jippermetti lill-industrija li ddaħħal innovazzjonijiet, u li tippermetti għal xi aspetti tar-regoli tat-tikkettjar biex jiġu adattati għal swieq u talbiet tal-konsumaturi differenti u kontinwament jinbidlu.

Minbarra dan iddaħħal prinċipji ċari biex ikun hemm firda aktar ċara bejn l-informazzjoni obbligatorja u dik volontarja. Il-bidliet ewlenin fir-rigward tal-kwistjonijiet ġenerali tat-tikkettjar huma:

- Il-kjarifika tar-responsabilitajiet fir-rigward tat-tikketjar ta' l-ikel għall-operaturi differenti ta' l-ikel matul il-katuina ta' l-ikel;

- Sabiex titjieb il-leġibilità ta' l-informazzjoni mogħtija fuq it-tikketta ġie introdott daqs minimu tat-tipa għall-informazzjoni mandatorja;

- L-introduzzjoni ta' rekwiżit li l-informazzjoni dwar ingredjenti allerġeniċi għandhom ikunu disponibbli għall-ikel li ma jkunx ippakkjat bil-lest li jinbiegħ permezz ta' ħwienet tal-merċa u ħwienet tal- catering .

- Fid-dawl ta' l-ispeċifiċitajiet ta' l-inbid, l-ispirti u l-birra, il-proposta tipprevedi li l-Kummissjoni tirrapporta dwar l-applikazzjoni tar-regoli attwali dwar l-elenkar ta' l-ingredjenti u t-tikkettjar mandatorju ta' nutrizzjoni fuq dawn il-prodotti bil-possibilità li jiġu adottati miżuri speċifiċi.

- Fir-rigward tat-tikkettjar tal-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' l-ikel, ir-rekwiżit bażiku fil-leġiżlazzjoni jibqa' l-istess. Għalhekk, dan it-tip ta' tikkettjar huwa volontarju, iżda jekk ikun hemm nuqqas ta' din it-tip ta' informazzjoni li twassal sabiex tqarraq bil-konsumatur, it-tikkettjar isir obbligatorju. Kemm l-indikazzjoni obbligatorja kif ukoll dik volontarja tal-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel bħala għodda tal-kummerċjalizzazzjoni, ma għandhomx jiżgwidaw il-konsumatur u għandhom ikunu bbażati fuq kriterji stabbiliti. Il-pajjiż ta' l-oriġini għandu jiġi ddeterminat skodn id-dispożizzjonijiet ta' oriġini mhux preferenzjali skond il-Kodiċi Doganali tal-Komunità. Il-pajjiż ta' l-oriġini għandu jiġi ddeterminat skond id-dispożizzjonijiet ta' oriġini mhux preferenzjali skond il-Kodiċi Doganali tal-Komunità. Ir-regoli li jiddeterminaw il-post ta' provenjenza għandhom jiġu adottati wara proċedura tal-Komitoloġija. Barra minn dan, il-kriterji huma introdotti għad-dikjarazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' prodotti li fihom ħafna ingredjenti u l-pajjiż ta' l-oriġini jew post ta' provenjenza ta' laħam, minbarra ċ-ċanga u l-vitella. Dawn il-kriterji għandhom japplikaw bl-istess mod għad-dikjarazzjoni volontarja tat-tikkettjar ta' oriġini tal-"KE";

- Il-proposta tiċċara l-kondizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali dwar it-tikkettjar ta' l-oriġini.

Ir-regoli fuq it-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni huma magħmula f'forma ġdida bi qbil mad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar ġenerali fuq l-ikel. Bil-proposta t-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni jsir obbligatorju fil-post fejn jidher l-aktar fuq it- tikketta fuq l-ikel. Tħalli spazju għall-iżvilupp ta' l-aqwa prassi fil-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni tan-nutrizzjoni, inklużi forom alternattivi ta' espressjoni ta' l-informazzjoni tan-nutrizzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti totali ta' nutrijenti ta' kuljum jew forom grafiċi ta' preżentazzjoni.

L-aspetti l-ġodda ewlenin tal-proposta dwar l-ittikkettjar tan-nutrizzjoni huma:

- Id-dikjarazzjoni obbligatorja hija għall-enerġija, ix-xaħam, is-saturati, il-karboidrati b'referenza speċifika għal zokkor u melħ bħala ammonti għal kull 100 g jew għal kull 100 ml jew għal kull porzjon li tiġi ppreżentata fejn l-aktar tidher fuq it-tikketta (fuq quddiem tal-pakkett) filwaqt li n-nutrijenti minn lista definita jistgħu jiġu ddikjarati volontarjamaent. Fl-għażla ta' l-elementi obbligatorji ġew ikkunsidrati: riċerka li tindika li l-konsumaturi jistgħu jħossuhom intimidati minn informazzjoni eċċessiva; il-parir xjentifiku dwar l-aktar nutrijenti importanti li għandhom relazzjoni mar-riskju ta' l-iżvilupp ta' l-obeżità u mard li mhuwiex komunikabbli; u fl-istess waqt jiġievitat il-piż żejjed fuq in-negozji ta' l-ikel, b'mod partikolari intrapriżi żgħar u ta' daqs medju;

- Fil-każ ta' xorb alkoħoliku, hemm derogi għall-inbid, spirti u birra, u għandu jkun soġġett għal rapport futur tal-Kummissjoni;

- L-elementi obbligatorji jridu wkoll jiġu ddikjarati fir-rigward ta' dożi ta' referenza filwaqt li formati oħra ta' preżentazzjoni jistgħu jiġu żviluppati permezz ta' skemi nazzjonali volontarji.

Sabiex tindirizza l-problemi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni progressiva, il-proposta l-ġdida għandha temenda, tfassal mill-ġdid u tissostitwixxi dispożizzjonijiet li huma diġà stabbiliti li jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni orizzontali attwali tat-tikketjar ta' l-ikel li twassal għar-revoka tal-leġiżlazzjoni li ġejja:

Direttivi 2000/13/KE, 90/496/KEE, 87/250/KEE, 94/54/KE, 1999/10/KE, 2002/67/KE, 2004/77/KE u Regolament (KE) Nru 608/2004.

( Il-bażi legali

Artikolu 95

( Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika in kwantu li l-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità.

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għal dawn ir-raġuni(jiet) li ġejjin.

It-tikkettjar fuq l-ikel jipproteġi lill-konsumaturi u jiggwidahom biex jieħdu deċiżjoni. Hu meqjus li l-azzjoni fuq il-livell ta’ l-UE tagħti riżultati aħjar minn sensiela ta’ azzjonijiet individwali mill-Istati Membri minħabba:

(i) li approċċ armonizzat jista’ jissimplifika l-piż amministrattiv fuq il-kumpaniji ta’ l-ikel li joperaw jew fuq livell trans-nazzjonali jew mal-Komunità kollha, u

(ii) l-azzjoni uniformi tassigura li jkun hemm standards minimi mal-Komunità kollha li jnaqqsu l-inekwità għaċ-ċittadini ma' l-UE kollha. Ir-rekwiżiti differenti fuq it-tikkettjar jistgħu jfixklu l-opportunitajiet preżenti ta’ suq wieħed għall-katina ta' l-ikel b'impatt kbir fuq il-kummerċ minħabba l-volum kbir ta' kummerċ intra-Komunitarju li fl-2003 kien jammonta għal 75% tal-kummerċ kollu li ġġenera madwar € 120 biljun. Waħda mis-servejs ta’ l-industrija ta’ l-ikel tindika li 65% tal-kumpaniji esportaw il-prodotti tagħhom lejn Stati Membri oħra u f'dan is-servej 'l fuq minn 60% ta' dawk li wieġbu kienu favur l-armonizzazzjoni tat-tikkettjar ġenerali fuq l-ikel permezz tal-leġiżlazzjoni Ewropea.

Il-qofol ta’ l-azzjoni Komunitarja qed tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għat-tikkettjar ta’ l-ikel fl-UE li ma jistax jiġi indirizzat kif imiss mill-Istati Membri waħedhom jekk is-suq intern komuni jrid jaħdem sew. Fir-rigward tad-dettalji tar-Regolamenti applikabbli, mod aktar parteċipattiv u flessibbli ta' kif tiġi disinjata u infurzata se jkun possibbli permezz tal-mudell ta' tmexxija għall-amministrazzjoni ta' skemi nazzjonali.

L-azzjoni Komunitarja se tikseb aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġuni(jiet) li ġejjin.

L-esperjenza turi li l-Istati Membri ma jistgħux jiksbu suq komuni armonizzat b’mod sodisfaċenti u li l-UE tista’ tagħmel aktar u taħdem b’mod aktar effiċjenti fl-għoti ta' informazzjoni lill-konsumaturi. Il-proposta l-ġdida tipprovdi anki spazju għal mekkaniżmu ta’ intervent aktar artab fuq il-livell nazzjonali u ta’ l-UE.

Il-kompetenza tal-Komunità tintuża’ billi tqis bis-sħiħ il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità billi tirrikonoxxi li, fir-rigward ta’ ċerti aspetti, l-uniformità totali tat-tikketti ma’ l-UE kollha mhux neċessarjament l-unika mod mixtieq biex jintlaħqu l-għanijiet konċernati. Anzi, din għall-kuntrarju, tista’ tneħħi l-potenzjal għal aġġustament mgħaġġel għall-bżonnijiet li qed jinbidlu u għaċ-ċirkostanzi tar-regoli applikabbli.

L-armonizzazzjoni previsti għall-ikel ippakkjat bil-lest li jista' jkun sew parti mill-kummerċ intrakomunitarju. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu regoli meta l-prodotti ma jkunux soġġetti għall-kummerċ intrakomunitarju, bħal ikel mhux ippakkjat bil-lest u ikel fornut minn caterers bl-ingrossa.

Il-proposta għalhekk tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarità.

( Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejjin.

Il-proposta tarmonizza l-qafas regolatorju għad-dispożizzjonijiet ġenerali li jirrigwardaw it-tikkettjar fuq l-ikel u għalhekk tikkontribwixxi għall-protezzjoni għall-konsumaturi billi tassigura li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni xierqa biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati, siguri, tajbin għal saħħithom u sostenibbli. Il-miżuri proposti huma biżżejjed biex jilħqu l-għanijiet li jassiguraw li l-konsumaturi jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u biex jassiguraw li s-suq intern jiffunzjona b’mod ħarir. Fl-istess waqt ma jimponux piż eċċessiv jew mhux ġustifikat.

In-nuqqas ta’ armonizzazzjoni jwassal għal żieda fir-regoli nazzjonali li jwasslu għal piż akbar għall-industrija u nuqqas ta' ċarezza għall-konsumaturi. Il-piż finanzjarju jitnaqqas peress li ħafna mid-dispożizzjonijiet preżenti jeżistu filwaqt li jingħata ħin biżżejjed għal kull rekwiżit ġdid biex ikun parti mill-modifikazzjoni regolari tat-tikketti mill-fabbrikanti.

( L-għażla ta’ strumenti

Strumenti proposti: regolamenti, ko-regolamenti.

Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni(jiet) li ġejjin.

Ir-regoli eżistenti huma, ġeneralment, preskrittivi u ma tantx iħallu flessibbiltà lill-Istati Membri fil-mod kif għandhom jiġu applikati. Direttiva kieku wasslet għal approċċ inkonsistenti fil-Komunità li jwassal għal inċertezza kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-industrija. Regolament jipprovdi approċċ konsistenti għall-industrija u jnaqqas il-piż amministrattiv għaliex ma jkollhomx għalfejn ikunu jafu r-Regolamenti individwali fl-Istati Membri. Linji ta’ gwida, approċċi li jirregolaw lilhom infushom jew approċċi volontarji setgħet iwasslu għal inkonsistenza u tnaqqis sew fl-ammont ta’ informazzjoni mogħtija lill-konsumaturi, li ma tkunx aċċettabbli. Minkejja dan, hemm aspetti tal-leġiżlazzjoni li għalihom tqis iktar xieraq approċċ flessibbli u għal dawk l-aspetti ġiet żviluppata forma ta’ tmexxija alternattiva bbażata fuq liġi mhux retta u impenji volontarji fl-abbozz tal-proposta.

4. L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA

Xejn.

5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

( Simulazzjoni, fażi pilota u fażi tranżitorja

Se jkun hemm perjodu tranżitorju għall-proposta.

( Simplifikazzjoni

Il-proposta tipprovdi għal simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni.

L-użu ta’ Regolament bħala strument legali jappoġġja l-għan ta' simplifikazzjoni minħabba li jiggarantixxi li l-partijiet kollha jkollhom isegwu fl-istess waqt l-istess regoli.

It-twaħħid tad-Direttiva 2000/13/KE mad-Direttiva 90/498/KEE dwar it-tikkettjar tan-nutrizzjoni fi strument wieħed jissimplifika l-qafas regolatorju. Barra minn dan, il-proposta tissimplifika l-istruttura tal-leġiżlazzjoni 2000/13/KE, billi jiġu mfassla mill-ġdid u jiġi mibdula d-dispożizzjonijiet li hemm diġà fis-seħħ taħt il-leġiżlazzjoni preżenti ġenerika tat-tikkettjar ta’ l-ikel. Billi tindirizza ċerti kwistjonijiet politiċi speċifiċi l-proposta se tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal konformità aktar faċli u ċarezza akbar għall-partijiet interessati.

Il-proposta hi mdaħħla fil-programm li l-Kummissjoni għandha fis-seħħ dwar l-aġġornament u s-simplifikazzjoni ta' l-acquis communautaire u l-Programm tagħha ta' Ħidma u Leġiżlazzjoni taħt ir-referenza 2006/SANCO/001.

( Ir-revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-adozzjoni tal-proposta se jwassal biex tiġi revokata l-leġiżlazzjoni eżistenti.

( Tfassil mill-ġdid

Il-proposta tinvolvi tfassil mill-ġdid

( Iż-Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

( Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

Ir-Regolament jipprovdi l-bażi għall-assigurazzjoni ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur b’rabta ma’ l-ikel biex jiġu stabbiliti prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi bl-informazzjoni dwar l-ikel (Kapitoli II u III).

Kapitolu IV (informazzjoni obbligatorja) jissimplifika l-leġiżlazzjoni eżistenti filwaqt li jżomm id-dettalji prinċipali obbligatorji dwar it-tikkettjar. Meta wieħed iqis id-definizzjonijiet u r-regoli dettaljati jew speċifiċi fl-annessi, jara li t-test hu aktar faċli biex jiġi segwit u emendat.

Ir-regoli dwar it-tikkettjar ta' dettalji tal-post ta' l-oriġini huma ċċarati.

Taqsima 3 tal-Kapitolu IV tispeċifika l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-valur ta’ enerġija u l-ammonti ta’ xaħam, saturati, karboidrati b'referenza speċifika għal zokkor u melħ hija obbligatorja, u tirrikjedi li tiġi ppreżentata fejn l-aktar tidher fuq it-tikketta.

Fil-Kapitolu VII sistema ta’ tmexxija ta’ informazzjoni dwar l-ikel għal skemi nazzjonali tinħoloq sabiex tħeġġeġ it-twaqqif fil-livell ta' Stat Membru ta' proċess interattiv u ssuktat ta’ skambju ta’ informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu żviluppati skemi nazzjonali li ma jorbtux u li jirfdu fuq l-aħjar prassi. Fil-livell ta' Komunità l-Kummissjoni għandha tħeġġeġ u torganizza l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u magħha nnfisha dwar attivitajiet relatati ma' l-iżvilupp ta' skemi nazzjonali.

2008/0028 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[3],

Billi:

(1) L-Artikolu 153 tat-Trattat jipprovdi li l-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur permezz tal-miżuri li hi tadotta skond l-Artikolu 95 tiegħu.

(2) Il-moviment ħieles ta’ ikel sigur u tajjeb għas-saħħa huwa parti essenzjali mis-suq intern u jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-saħħa u l-benefiċċju taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom.

(3) Sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa għall-konsumaturi u sabiex ikun garantit id-dritt tagħhom għall-informazzjoni, għandu jiġi assigurat li l-konsumaturi jkunu infurmati sew dwar l-ikel li jikkonsmaw. L-għażliet tal-konsumaturi jistgħu jiġu influwenzati, inter alia , permezz ta' konsiderazzjonijiet sanitarji, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u etiċi.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 jistipula l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel[4] u jistipula l-proċeduri f’kwistjonijiet ta’ sigurtà fl-ikel jipprovdi li huwa prinċipju ġenerali tal-liġi dwar l-ikel li toffri bażi biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati fl-ikel li jikkonsmaw u biex jinżamm milli jkun hemm xi prassi li tista’ tiżgwida lill-konsumatur.

(5) Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 li tikkonċerna prassi kummerċjali mhux ġusti min-negozji għall-konsumatur fis-suq intern[5] tkopri ċerti aspetti ta' l-għoti ta' informazzjoni lill-konsumaturi bil-għan speċifiku li żżomm milli jsiru azzjonijiet li jiżgwidaw u milli titħalla barra informazzjoni. Il-prinċipji ġenerali dwar prassi kummerċjali inġusti għandhom jiġu kumplimentati minn regoli speċifiċi li jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

(6) Ir-regoli Komunitarji dwar it-tikkettjar fuq l-ikel applikabbli għall-ikel kollu huma stipulati fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri marbuta mat-tikkettjar, preżentazzjoni u reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel[6]. Il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dik id-Direttiva jmorru lura għall-1978 u għalhekk għandhom jiġu aġġornati.

(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE ta’ l-24 ta' Settembru 1990 dwar it-tikkettjar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta’ l-ikel[7] tistipula r-regoli dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq in-nutrizzjoni ta’ ikel ippakkjat bil-lest. Iż-żieda ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni hi volontarja sakemm ma ssirx talba marbuta man-nutrizzjoni li tikkonċerna l-ikel. Il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet stipulati f’dik id-Direttiva jmorru lura għall-1990 u għalhekk għandhom jiġu aġġornati.

(8) Ir-rekwiżiti ġenerali dwar it-tikkettjar huma kumplimentati b’għadd ta’ dispożizzjonijiet applikabbli għall-ikel kollu f’ċerti ċirkostanzi jew għal ċerti kategoriji ta’ ikel. Barra minn hekk, hemm numru ta’ regoli speċifiċi li huma applikabbli għal ikel speċifiku.

(9) Filwaqt li l-għanijiet oriġinali u l-komponenti ewlenin tal-leġiżlazzjoni preżenti dwar it-tikkettjar għadhom validi xorta, jeħtieġ li tiġi simplifikata sabiex ikun hemm konformità aktar faċli u ċarezza akbar għall-partijiet interessati u biex tiġi modernizzata sabiex tqis l-iżviluppi l-ġodda fil-qasam ta' l-informazzjoni dwar l-ikel.

(10) Hemm interess pubbliku fir-relazzjoni bejn id-dieta u s-saħħa u fl-għażla ta’ dieta adattata li tgħodd għall-bżonnijiet individwali. Il- White Paper tal-Kummissjoni dwar Strateġija għall-Ewropa f’kwistjonijiet tas-saħħa marbuta man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità[8] nnutat li t-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni huwa għodda importanti biex jgħarraf lill-konsumaturi dwar il-kompożizzjoni ta’ l-ikel u tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati. L-istrateġija tal-politika tal-konsumatur 2007-2013 enfasizzat li l-fatt li l-konsumaturi jkunu permessi jagħmlu għażliet informati huwa essenzjali kemm għal kompetizzjoni effettiva kif ukoll għal benesseru tal-kosnumatur. L-għarfien dwar il-prinċipji bażiċi tan-nutrizzjoni u informazzjoni tan-nutrizzjoni adattata dwar l-ikel kieku tikkontribwixxi sew biex il-konsumatur ikun jista’ jagħmel għażla infurmata.

(11) Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali u jkun assigurat li l-infurzar isir b’mod razzjonali u konsistenti, jixraq li jitħassru d-Direttivi 90/496/KEE u 2000/13/KE u jiġu mibdula b’Regolament wieħed li jassigura ċ-ċertezza kemm għall-konsumaturi ta’ l-industrija kif ukoll li jnaqqas il-piż amministrattiv.

(12) Għall-fini ta’ ċarezza, jixraq li jitħassru u jiddaħħlu f’dan ir-Regolament atti oħra ġeneriċi, prinċipalment id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE tal-15 ta’ April 1987 dwar l-indikazzjoni tas-saħħa alkoħolika bil-volum fit-tikkettjar ta’ xorb alkoħoliku għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari[9], id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/54/KE tat-18 ta’ Novembru 1994 li tikkonċerna l-indikazzjoni obbligatorja dwar it-tikkettjar ta’ ċerti oġġetti ta’ l-ikel bid-dettalji barra dawk previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE[10], id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE tat-8 ta’ Marzu 1999 li tipprovdi għal derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE fir-rigward tat-tikkettjar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel[11], id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/67/KE tat-18 ta’ Lulju 2002 dwar it-tikkettjar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li fihom il-kinina, u ta’ oġġetti ta’ l-ikel li fihom il-kafeina[12], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 tal-31 ta’ Marzu 2004 li jikkonċerna t-tikkettjar ta' ikel u ingredjenti ta' l-ikel li fihom miżjud magħhom phytosterols, phytosterol esters, phytostanols u/jew phytostanol esters[13] u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/77/KE tad-29 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 94/54/KE fir-rigward tat-tikkettjar ta' ċertu ikel li fih l-aċidu glycyrrhizinic u l-melħ ta' l-ammonju tiegħu[14].

(13) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti definizzjonijiet, prinċipji, rekwiżiti u proċeduri komuni sabiex jiġi ffurmat qafas ċar u bażi komuni għall-miżuri Komunitarji u nazzjonali li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel.

(14) Sabiex jiġi segwit approċċ komprensiv u evoluzzjonarju għall-informazzjoni provduta lill-konsumaturi marbuta ma’ l-ikel li jikkonsmaw, għandu jkun hemm tifsira wiesgħa tal-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel li tkopri r-regoli ta’ natura orizzontali u speċifika kif ukoll definizzjoni wiesgħa ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel li tkopri l-informazzjoni provduta b’mezzi oħra barra t-tikketta.

(15) Ir-regoli tal-Komunità għandhom japplikaw biss għal impriżi, li l-kunċett tagħhom jimplika ċerta kontinwità ta' attivitajiet u ċertu grad ta' organizzazzjoni. Operat bħalma huma t-trattament okkażjonali, li jisserva u jinbiegħ ikel minn persuni privati f'okkażjonijiet bħalma huma karitajiet, jew fieri lokali tal-komunità u laqgħat mhumiex koperti fl-ambitu ta' dan ir-regolament.

(16) Il-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għandha tipprovdi flessibbiltà biżżejjed sabiex tkun tista’ tibqa’ aġġornata mar-rekwiżiti ġodda ta' informazzjoni mill-konsumaturi u sabiex ikun assigurat bilanċ bejn il-ħarsien tas-suq intern u bejn id-differenzi fil-perċezzjoni tal-konsumaturi fl-Istati Membri.

(17) Il-konsiderazzjoni ewlenija biex tintalab informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tkun biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikaw u jagħmlu użu kif imiss ta’ l-ikel u biex jagħmlu għażliet li jaqblu mal-bżonnijiet tad-dieta tagħhom individwali.

(18) Sabiex il-liġi ta’ informazzjoni dwar l-ikel tkun tista’ tadatta għat-tibdil fil-bżonnijiet ta' informazzjoni tal-konsumaturi, kull konsiderazzjoni dwar il-bżonn ta' informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tqis l-interess wiesa' muri mill-maġġoranza tal-konsumaturi fil-kxif ta' ċerta informazzjoni.

(19) Ir-rekwiżiti ġodda obbligatorji ta’ informazzjoni dwar l-ikel għandhom iżda jiġu stabbiliti biss jekk u fejn meħtieġ, bi qbil mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà, proporzjonalità u sostenibbiltà.

(20) Ir-regoli ta’ informazzjoni dwar l-ikel għandhom jipprojbixxu l-użu ta’ informazzjoni li tista’ tiżgwida lill-konsumatur jew tattribwixxi karatteristiċi mediċinali lill-ikel. Biex tkun effettiva, din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll għar-reklamar u l-preżentazzjoni ta’ l-ikel.

(21) Sabiex ma jiġux imkissra f'biċċiet ir-regoli li jikkonċernaw ir-responsabbiltà ta' l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel fir-rigward ta' l-informazzjoni dwar l-ikel jixraq li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet ta' l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel f'dan il-qasam.

(22) Għandha tissawwar lista ta’ l-informazzjoni kollha obbligatorja li fil-prinċipju għandha tingħata għall-ikel kollu intiż għall-konsumatur aħħari u għall- caterers tal-massa. Dik il-lista għandha żżomm l-informazzjoni li hi diġà meħtieġa fil-leġiżlazzjoni eżistenti peress li ġeneralment titqies bħala akkwist ta’ valur għall-informazzjoni għall-konsumatur.

(23) Sabiex jitqiesu l-bidliet u l-iżviluppi fil-qasam ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex jagħtu saħħa lill-Kummissjoni li temenda l-lista ta' informazzjoni mandatorja billi jiżdiedu jew jitneħħew dettalji u biex ċerti dettalji jkunu disponibbli b'mezzi alternattivi. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati għandha tgħin biex isiru bidliet fil-ħin u immirati sew tar-rekwiżiti ta' l-informazzjoni dwar l-ikel.

(24) Meta jintużaw fil-produzzjoni ta’ l-ikel u xorta jkunu għadhom preżenti, ċerti ingredjenti jew sustanzi oħra jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi lill-konsumaturi, u xi wħud minn dawk l-allerġiji jew l-intolleranzi joħolqu periklu għal saħħet dawk konċernati. Hu importanti li tingħata informazzjoni dwar il-preżenza ta’ addittivi fl-ikel, għajnuniet għall-ipproċessar u sustanzi oħra b’effett allerġeniku sabiex il-konsumaturi li jbatu minn allerġija ta’ ikel jew intolleranza jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u siguri.

(25) It-tikketti ta’ l-ikel għandhom ikunu ċari u jinftiehmu sabiex jgħinu lill-konsumaturi li jridu jagħmlu għażliet infurmati aħjar u dwar id-dieta. Xi studji juru li l-leġibbiltà hija element importanti biex tkabbar il-possibbiltà ħalli l-informazzjoni fuq it-tikketta tkun tista’ tinfluwenza l-udjenza tagħha u l-istampar b’daqs żgħir huwa wieħed mill-kawżi ewlenin għaliex il-konsumaturi ma jkunux kuntenti bit-tikketti dwar l-ikel.

(26) Sabiex ikun assigurat l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati l-modi kollha ta’ kif għandha tingħata l-informazzjoni lill-konsumaturi, inkluż il-bejgħ ta' l-ikel permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod. Għalkemm hu ċar li kull ikel fornut permezz ta’ bejgħ mill-bogħod għandu jissodisfa l-istess rekwiżiti ta’ informazzjoni bħall-ikel mibjugħ fil-ħwienet, jeħtieġ li jiġi ċċarat li f'każijiet bħal dawn l-informazzjoni rilevanti obbligatorja dwar l-ikel għandha tkun disponibbli wkoll qabel max-xirja tiġi konkluża.

(27) Bil-ħsieb li jagħtu lill-konsumatur informazzjoni dawr l-ikel meħtieġa sabiex issir għażla informata, ix-xarbiet alkoħoliċi mħallta wkoll għandhom jagħtu informazzjoni dwar l-ingredjenti tagħhom.

(28) Huwa importanti wkoll li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni dwar xarbiet alkoħoliċi oħra. Jeżistu diġà regoli speċifiċi tal-Komunità dwar it-tikkettjar ta' l-inbid. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid[15] jipprovdi sett eżawrjenti ta' standards tekniċi li jkopru kompletament il-prattiċi enoloġiċi kollha, il-metodi ta' manifattura u l-mod ta' preżentazzjoni u t-tikkettjar ta' l-inbejjed, u permezz ta' hekk jiżgura li l-istadji kollha fil-katina jkunu koperti u li l-konsumaturi huma protetti u informati kif suppost. B'mod partikolari, din il-leġiżlazzjoni tiddeskrivi f'mod preċiż u eżawrjenti s-sustanzi li probabbli se jintużaw fil-proċess ta' produzzjoni, flimkien mal-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom permezz ta' lista pożittiva ta' prattiċi u trattamenti enoloġiċi; kwalunkwe prassi li mhijiex inkluża f'din il-lista hija pprojbita. Għalhekk, huwa xieraq li l-inbid jiġi eżentat f'dan l-istadju mill-obbligu li jelenka l-ingredjenti u li jipprovdi dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni. F'dak li għandu x'jaqsam mal-birra, u l-ispirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru […] ta' […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni il-preżentazzjoni, it-tikkettjar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tas- soft drinks u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1567/89[16], u sabiex tiġi żgurata strateġija konsistenti u koerenza mal-konsizzjonijiet stabbiliti mill-inbid, għandhom japplikaw l-istess tip ta' eżenzjonijiet. Minkejja dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara ħames snin tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u tista' tipproponi, jekk ikun meħtieġ, rekwiżiti speċifiċi fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.

(29) L-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' l-ikel għandu jingħata kull meta n-nuqqas tagħha probabbli jiżgwida l-konsumaturi fir-rigward tal-pajjiż veru ta' oriġini jew il-post veru ta' provenjenza ta' dak il-prodott. F'każijiet oħra, il-forniment ta' l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza jitħalla f'idejn l-approvazzjoni ta' l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel. Fil-każijiet kollha, l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza għandha tingħata f'mod li ma jiżgwidax lill-konsumatur u abbażi ta' kriterji definiti b'mod ċar li jiżguraw kondizzjonijiet ugwali għall-industrija u jtejbu l-għarfien tal-konsumatur ta' l-informazzjoni relatata mal-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel. Kriterji bħal dawn ma għandhomx japplikaw għal indikazzjonijiet relatati ma' l-isem jew l-indirizz ta' l-operatur tan-negozju ta' l-ikel.

(30) F'uħud mill-każijiet, l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel jista' jkun li jixtiequ jindikaw li l-oriġini ta' dak l-ikel hija l-Komunità Ewropea sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għall-kwalitajiet tal-prodott tagħhom u għall-istandards ta' produzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea. Indikazzjonijiet bħal dawn għandhom ukoll jikkonformaw ma kriterji armonizzati.

(31) Ir-regoli mhux preferenzjali dwar l-oriġini tal-Komunità Ewropea huma stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t'Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità[17] u d-dispożizzjonijiet tiegħu li jimplimentaw fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regoli tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità[18]. Id-determinazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini ta' l-ikel għandha tkun ibbażata fuq dawn ir-regoli, li huma magħrufa tajjeb ma' l-operaturi u l-amministraturi kummerċjali u għandhom jagħmlu l-implimentazzjoni tagħha aktar faċli.

(32) Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq xi ikel tikkonċerna informazzjoni dwar il-preżenza ta' l-enerġija u ċerti nutrijenti fl-ikel. L-għoti ta’ informazzjoni obbligatorju dwar in-nutrizzjoni għandu jgħin l-azzjoni f’dan il-qasam ta’ edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-pubbliku u jappoġġja l-għażla infurmata dwar l-ikel.

(33) Il- White Paper tal-Kummissjoni dwar Strateġija għall-Ewropa f’kwistjonijiet marbuta mas-saħħa dwar in-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità enfasizzaw ċerti elementi nutrizzjonali ta’ importanza għas-saħħa pubblika. Għalhekk, jixraq li r-rekwiżiti dwar l-għoti obbligatorju ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandhom iqisu dawk l-elementi.

(34) Ġeneralment, il-konsumaturi mhumiex konxji mill-kontribut potenzjali tax-xorb alkoħoliku għad-dieta totali tagħhom. Għalhekk, jixraq li jiġi żgurat li tingħata informazzjoni dwar il-kontenut ta’ nutrijenti ta' b'mod partikolari xorb alkoħoliku mħallat.

(35) Sabiex ikun hemm konsistenza u koerenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja t-tniżżil volontarju ta’ kummenti dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa fuq it-tikketti ta’ l-ikel għandu jkun skond ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar it-talbiet tan-nutrizzjoni u tas-saħħa li saru fuq l-ikel[19].

(36) Sabiex jiġi evitat li jkun hemm piż mhux meħtieġ fuq l-industrija, huwa xieraq li ċerti kategoriji ta’ ikel mhux ipproċessat jew li għalih l-informazzjoni tan-nutrizzjoni mhuwiex fattur determinanti għall-għażla tal-konsumatur jiġu eżentati mill-inklużjoni obbligatorja ta' dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni ħlief jekk l-obbligu ta' forniment ta' informazzjoni bħal din hija prevista f'leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità.

(37) Sabiex tattira lill-konsumatur medju u sabiex isservi l-għan informattiv li għalih iddaħħlet, u minħabba l-livell ta’ għarfien preżenti fuq is-suġġett ta’ nutrizzjoni, l-informazzjoni provduta għandha tkun sempliċi u tinftiehem faċilment. Ir-riċerka turina li l-konsumaturi jsibu utli l-informazzjoni li tidher fil-parti prinċipali jew fuq “quddiem tal-pakkett" meta jkunu qed jieħdu deċiżjonijiet biex jixtru. Għalhekk, sabiex ikun assigurat li l-konsumaturi jistgħu jaraw malajr l-informazzjoni essenzjali dwar in-nutrizzjoni meta jixtru l-ikel dik l-informazzjoni għandha tkun fejn tidher l-aktar fuq it-tikketta.

(38) Żviluppi riċenti fl-għoti tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, minbarra għal kull 100g/100ml/porzjon, minn xi Stati Membri u organizzazzjonijiet fis-settur ta' l-ikel jissuġġerixxu li l-konsumaturi jogħġbuhom dawk l-iskemi għaliex jistgħu jgħinuhom jagħmlu malajr għażliet infurmati. Minkejja dan, hemm evidenza mal-Komunità kollha dwar kif il-konsumatur medju jifhem u juża’ l-mod alternattiv kif tingħata l-informazzjoni. Għalhekk, jixraq li jitħallew jiġu żviluppati skemi differenti u li tibqa’ ssir riċerka dwar kif jifhmu l-konsumaturi fi Stati Membri differenti sabiex, jekk jixraq, jiddaħħlu skemi armonizzati.

(39) Id-dikjarazzjoni fuq iż-żona viżiva prinċipali ta’ l-ammonti ta’ elementi nutrizzjonali u ta’ l-indikaturi komparattivi f’forma li tingħaraf malajr sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-proprjetajiet nutrizzjonali ta’ ikel għandha titqies fit-totalità tagħha bħala parti mid-dikjarazzjoni ta' nutrizzjoni u ma għandhiex tiġi ttrattata bħala grupp ta’ talbiet individwali.

(40) L-esperjenza turi li f’ħafna każijiet informazzjoni volontarja dwar l-ikel tingħata għad-detriment taċ-ċarezza ta’ l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel. Għalhekk, għandhom jiġu provduti kriterji biex jgħinu lill-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel u lill-awtoritajiet ta’ l-infurzar biex joħolqu bilanċ bejn l-għoti ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel u dik volontarja.

(41) L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt, skond kundizzjonijiet u ċirkostanzi prattiċi lokali, biex jistipulaw regoli fir-rigward ta' l-għoti ta' informazzjoni li tikkonċerna ikel li mhux ippakkjat bil-lest. Għalkemm f’dawk il-każijiet it-talba tal-konsumatur għal informazzjoni oħra hi limitata, l-informazzjoni dwar allerġens potenzjali titqies li hi importanti ħafna. L-evidenza tissuġġerixxi li ħafna inċidenti dwar allerġija għall-ikel jistgħu jiġu kkawżati minn ikel li mhux ippakkjat bil-lest. Għalhekk dik l-informazzjoni għandha dejjem tingħata lill-konsumatur.

(42) L-Istati Membri m'għandhomx ikunu jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet oħra barra dawk stipulati f'dan ir-Regolament fil-qasam li dan jarmonizza, sakemm ma jkunx indikat speċifikament fih.

(43) Ir-regoli ta' l-informazzjoni dwar l-ikel għandhom ikunu jistgħu jadattaw għal ambjent soċjali, ekonomiku u teknoloġiku li qed jinbidel b’rata mgħaġġla.

(44) Fir-rigward ta’ ċerti aspetti ta’ informazzjoni dwar l-ikel li jwasslu għall-iżvilupp tta' prassi innovativi u kummerċjali moderni, jeħtieġ li jsiru esperimenti biżżejjed u riċerka dwar il-konsumaturi u tingħata evidenza soda dwar l-aħjar sistemi. Għalhekk, f'każijiet bħal dawn il-liġi Komunitarja ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun ristretta biex tistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali obbligatorji li jiddeterminaw il-livell ta' protezzjoni u informazzjoni għall-konsumatur u tħalli flessibbiltà biex ikunu jistgħu jintlaħqu dawk ir-rekwiżiti, f'mod li huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tas-suq intern.

(45) Sabiex ikun assigurat li jiġu disinjati aktar rekwiżiti dettaljati ta’ informazzjoni dwar l-ikel u jiġu stabbiliti b’mod dijalettiku u li qed jirfdu mill-aħjar prassi, għandu jkun hemm mekkaniżmi flessibbli fuq il-livell Komunitarju u dak nazzjonali bbażati fuq konsultazzjoni pubblika miftuħa u trasparenti u interazzjoni kontinwa bejn firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati rappreżentattivi. Mekkaniżmu bħal dan jista' jirriżulta fl-iżvilupp ta' skemi nazzjonali li ma jorbtux fuq il-bażi ta' riċerka solida tal-konsumatur u konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati. Għandu jkun hemm mekkaniżmi għall-konsumaturi sabiex ikunu kapaċi jidentifikaw ikel li huwa ttikkettjatbħala konformi ma' l-iskema nazzjonali bħal pereżempju permezz ta' numru jew simbolu ta' identifikazzjoni.

(46) Sabiex jiġi żgurat livell ta’ konsistenza fir-riżultati li nkisbu fl-Istati Membri differenti, jeħtieġ li jkun hemm promozzjoni ta' l-iskambju u d-distribuzzjoni kostanti ta’ l-aħjar prassi u esperjenza bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni u tiġi promossa l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati għal skambju bħal dawn.

(47) L-Istati Membri għandhom jagħmlu kontrolli uffiċjali sabiex jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(48) Referenzi għad-Direttiva 90/496/KEE fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u fir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel[20] għandhom jiġu aġġornati biex iqisu dan ir-Regolament. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 għandhom għalhekk jiġu emendati skond il-bżonn.

(49) Sabiex il-partijiet interessati, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, ikunu jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq il-prodotti tagħhom, l-applikazzjoni tal-miżuri biex l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni ssir obbligatorja għandha tiddaħħal bil-mod permezz ta' perjodi ta' transizzjoni estiżi b'perjodu ta' transizzjoni addizzjonali maħsub għall-mikro-negozji.

(50) Peress li l-għanijiet ta’ l-azzjonijiet li jridu jittieħdu ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hemm minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(51) Bil-għan li tiġi simplifikata u mgħaġġla l-proċedura, il-Kummissjoni għandha tiġi afdata bil-kompitu li tadotta l-miżuri implimentattivi ta’ natura teknika.

(52) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni[21].

(53) Għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex temenda u taġġorna l-Annessi ta’ dan ir-Regolament. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma disinjati biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, u biex jissupplimentaw dan ir-Regolament biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li hemm provdut għalih fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(54) Abbażi ta’ l-urġenza jeħtieġ li tiġi applikata l-proċedura ta’ urġenza li hemm provdut għaliha fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta’ l-emendi għall-Annessi II u III ta’ dan ir-Regolament,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1 Is-suġġett u l-ambitu

1. Dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi biex jiġi assikurat livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur b’rabta ma' l-informazzjoni dwar l-ikel, billi jqis id-differenzi fil-perċezzjoni tal-konsumaturi u l-bżonnijiet tagħhom għal informazzjoni filwaqt li jassigura li s-suq intern jiffunzjona b’mod ħarir.

2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali, ir-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel, u b’mod partikolari t-tikkettjar dwar l-ikel. Hu jistipula l-mezzi biex ikun garantit id-dritt tal-konsumaturi għal informazzjoni u proċeduri għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel, billi jqis il-bżonn li tiġi provduta flessibbiltà biżżejjed biex tlaħħaq ma’ l-iżviluppi futuri u rekwiżiti ġodda għal informazzjoni.

3. Dan ir-Regolament japplika għall-istadji kollha tal-proċess ta’ l-ikel, fejn l-atttivitajiet tan-negozji ta’ l-ikel jolqtu l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

Hu għandu japplika għall-ikel kollu intiż għall-konsumatur aħħari, inkluż l-ikel li jitwassal minn caterers tal-massa u l-ikel intiż li jiġi fornut lill- caterers tal-massa.

4. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' tikketjar previsti f'leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità applikabbli għal ikel partikolari.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) id-definizzjonijiet ta’ ‘ikel’, ‘liġi dwar l-ikel’, ‘negozju ta’ l-ikel’, ‘operatur tan-negozju dwar l-ikel’, ‘bejgħ bl-imnut’, tqegħid fis-suq’ u ‘konsumatur aħħari’ fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 3(1), (2), (3), (7), (8) u (18) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(b) id-definizzjoni ta’ ‘ipproċessar’, ‘prodotti mhux ipproċessati’ u ‘prodotti pproċessati’ fl-Artikolu 2(1) (m), (n) u (o) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlemnt Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel[22].

(c) id-definizzjonijiet ta’ 'l-addittivi fl-ikel' u 'l-għajnuniet għall-ipproċessar' fl-Artikolu 1(2) u fin-nota fil-qiegħ 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li tikkonċerna l-addittivi fl-ikel awtorizzati għall-użu fl-ikel intiż għall-konsum uman[23];

(d) id-definizzjoni ta’ ‘ħwawar’ fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta mal-ħwawar għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel u għall-materjal mhux maħdum għall-produzzjoni tagħhom[24];

(e) id-definizzjonijiet ta’ ‘laħam’ ‘laħam separat b’mod mekkaniku’ fil-punti 1.1 u 1.14 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(f) id-definizzjonijiet ta’ ‘talba’, ‘nutrijent’, ‘sustanza oħra’, ‘talba dwar in-nutrizzjoni’ u ‘talba għas-saħħa’ fl-Artikolu 2(2) (1) sa (5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

2. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(a) ‘l-informazzjoni dwar l-ikel’ tfisser l-informazzjoni li tikkonċerna xi ikel u li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur aħħari permezz ta’ tikketta, materjal ieħor li jkollha magħha, jew xi mezzi oħra inkluż għodda teknoloġiċi moderni jew komunikazzjoni verbali. Ma tkoprix komunikazzjonijiet kummerċjali kif imfissra fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali ta’ servizzi ta’ informazzjoni għas-soċjetà, b’mod partikolari l-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern[25];

(b) ‘il-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel’ tfisser id-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel, u b'mod partikolari t-tikkettjar, inkluż regoli ta' natura ġenerali applikabbli għall-ikel kollu jew għal ikel speċifiku u regoli li japplikaw biss għal ikel speċifiku;

(c) ‘informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel’ tfisser id-dettalji mitluba li jiġu provduti lill-konsumatur finali skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità;

(d) ‘ caterers tal-massa’ tfisser kull stabbiliment (inkluż vettura jew stall fiss jew mobbli), bħal ristoranti, kantins, skejjel u sptarijiet, fejn, waqt in-negozju, jiġi mħejji l-ikel biex jitwassal lill-konsumatur aħħari u jkun lest għall-konsum mingħajr aktar preparamenti;

(e) ‘ikel ippakkjat bil-lest’ tfisser kull oġġett wieħed li jrid jiġi preżentat kif inhu lill-konsumatur aħħari u lill- caterers tal-massa, magħmul minn xi ikel u l-pakkett li tpoġġa fih qabel ma tqiegħed għall-bejgħ, sew jekk dak il-pakkett jgħatti l-ikel kollu sew jekk parzjalment biss, iżda fi kwalunkwe każ b'tali mod li l-kontenut ma jistax jiġi mibdul mingħajr ma jinfetaħ jew jinbidel il-pakkett;

(f) ‘ingredjent’ tfisser kull sustanza, inkluż l-addittivi ta’ l-ikel u l-enżimi ta’ l-ikel, u kull kostitwent ta’ xi ingredjent kompost, użat fil-produzzjoni jew fit-tħejjija ta’ xi ikel u li jkun għadu hemm fil-prodott lest, anki jekk f’forma mibdula; ir-residwi m’għandhomx jitqiesu bħala ingredjenti;

(g) 'post ta' provenjenza' tfisser kwalunkwe post minn fejn l-ikel hu indikat li ġej, u li mhuwiex il-'pajjiż ta' l-oriġini' kif determinat skond l-Artikolu 23 sa 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92;

(h) ‘ingredjent kompost’ huwa ingredjent li fih innifsu huwa r-riżultat ta' aktar minn ingredjent wieħed;

(i) ‘tikketta’ tfisser kull tabella, ditta, marka, stampa jew materjal deskrittiv miktub, stampat, stensilljat, immarkat, ibbuzzat ‘l barra jew imprimat fuq, xi kontenitur ta’ l-ikel, jew imwaħħal miegħu;

(j) ‘tikkettjar’ tfisser kull kelma, dettalji, trejdmarks, isem tad-ditta, materjal jew simbolu bl-istampi marbut ma' xi ikel u mqiegħed fuq xi pakkett, dokument, avviż, tikketta, ċirku jew għonq li jkun hemm ma' dak l-ikel jew li jirreferi għalih;

(k) ‘parti viżiva’ tfisser l-uċuh kollha ta’ xi pakkett li jistgħu jinqraw minn naħa waħda, li jagħtu aċċess malajr u faċli għall-informazzjoni ta’ l-ittikkettjar billi jagħtu lok biex il-konsumatur ikun jista' jaqra din l-informazzjoni mingħajr ma jkollu bżonn idawwar il-pakkett ‘l hawn u 'l hemm;

(l) ‘isem ġuridiku’ tfisser l-isem ta’ xi ikel preskritt fid-dispożizzjonijiet Komunitarji applikabbli għalih jew, fin-nuqqas ta’ dawk id-dispożizzjonijiet Komunitarji, l-isem previst fil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru li fih jinbiegħ l-ikel lill-konsumatur aħħari jew lill- caterers tal-massa;

(m) ‘isem tradizzjonali’ tfisser xi isem li hu aċċettat bħala l-isem ta’ l-ikel mingħajr ma l-konsumaturi jkunu jeħtieġu aktar spjegazzjoni dwaru fl-Istat Membru li fih jinbiegħ;

(n) ‘isem deskrittiv’ tfisser xi isem li jipprovdi deskrizzjoni ta’ l-ikel, u jekk hemm bżonn ta’ l-użu tiegħu, li hu ċar biżżejjed biex jgħin lill-konsumaturi ħalli jsiru jafu n-natura vera tiegħu u jiddistingwuh minn prodotti oħra li magħhom jista’ jiġi mħawwad;

(o) 'ingredjent(i) primarju/primarji' tfisser l-ingredjenti sinifikanti u/jew karatterizzanti ta' ikel;

(p) 'ingredjent(i) sinifikanti' tfisser l-ingredjenti ta' ikel li jirrappreżenta(w) aktar minn 50 % ta' dan l-ikel;

(q) 'ingredjent(i) karatterizzanti' tfisser kwalunkwe ingredjenti ta' ikel li normalment huwa assoċjat ma' l-isem ta' l-ikel mill-konsumatur u li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet tintalab indikazzjoni kwantitattiva;

(r) ‘rekwiżiti essenzjali’ tfisser ir-rekwiżiti li bihom il-livell ta’ protezzjoni għall-konsumatur u l-informazzjoni dwar l-ikel tiġi determinata fir-rigward ta’ xi suġġett partikolari u li huma stipulati f’xi att Komunitarju li jagħti lok għall-iżvilupp ta’ skemi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 44;

(s) ‘data ta’ durabbiltà minima ta’ xi ikel’ tfisser id-data sa meta l-ikel jibqa' jżomm il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu jekk ikun maħżun sew;

(t) ‘l-aħjar prassi’ tfisser l-istandards, l-iskemi, l-inizjattivi, jew xi attivitajiet oħra approvati mill-awtoritajiet kompetenti li mill-esperjenza u r-riċerka rriżulta li huma l-aktar effettivi għall-maġġoranza tal-konsumaturi u huma meqjusa bħala mudell għall-oħrajn li jridu jsegwuhom.

3. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament il-pajjiż ta' l-oriġini ta' ikel għandu jirreferi għall-oriġini ta' ikel kif iddeterminata skond l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92.

4. Id-definizzjonijiet speċifiċi mogħtija fl-Anness I għandhom japplikaw ukoll.

KAPITOLU II

PRINĊIPJI ĠENERALI DWAR L-INFORMAZZJONI TA' L-IKEL

Artikolu 3 Għanijiet ġenerali

1. Il-forniment ta' l-informazzjoni dwar l-ikel għandu jsegwi livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħet il-konsumaturi u ta’ l-interessi tagħhom billi jipprovdi bażi għall-konsumaturi finali biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u biex jużaw l-ikel b’mod sigur, b’mod partikolari fir-rigward ta’ konsiderazzjonijiet sanitarji, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u etiċi.

2. Il-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għandha timmira biex fil-Komunità jintlaħaq iċ-ċaqliq ħieles ta' l-ikel magħmul u mibjugħ legalment, billi jitqies, fejn jixraq, il-bżonn li jiġu mħarsa l-interessi leġittimi tal-produtturi u biex issir promozzjoni tal-produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità.

3. Meta l-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel tistabbilixxi rekwiżiti ġodda, għandha tingħata konsiderazzjoni lill-bżonn ta’ perjodu tranżitorju wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti l-ġodda, li matulu l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda jista' jitqiegħed fis-suq u għall-ħażniet ta' dak l-ikel li tqiegħdu fis-suq qabel ma jintemm il-perjodu tranżitorju jibqgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw.

Artikolu 4 Prinċipji li jirregolaw l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel

1. Fejn l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel hi meħtieġa bil-liġi dwar l-informazzjoni ta' l-ikel, din għandha tikkonċerna informazzjoni li taqa', b'mod partikolari, f'waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a) informazzjoni dwar l-identità u l-kompożizzjoni, kontenut jew karatteristiċi oħra ta’ l-ikel;

(b) informazzjoni dwar il-ħarsien ta’ saħħet il-konsumaturi u l-użu sigur ta’ xi ikel. B’mod partikolari, din għandha tikkonċerna informazzjoni dwar:

(i) kwalitajiet kompożizzjonali li jistgħu jkunu ta’ ħsara għal saħħet ċerti gruppi ta’ konsumaturi;

(ii) durabbiltà, ħżin u użu sigur;

(iii) l-impatt fuq is-saħħa, inkluż ir-riskji u l-konsegwenzi marbuta mal-konsum dannuż u perikoluż ta’ xi ikel;

(c) informazzjoni dwar il-karatteristiċi nutrizzjonali sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu, inkluż dawk b’rekwiżiti speċjali tad-dieta, jagħmlu għażliet infurmati.

2. Meta wieħed iqis il-bżonn ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel, wieħed għandu jqis il-bżonn wiesa’ min-naħa tal-maġġoranza tal-konsumaturi għal ċerta informazzjoni li hi ta’ valur sinifikanti għalihom jew ta’ kull benefiċċju għall-konsumatur aċċettat b'mod ġenerali biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati.

Artikolu 5 Konsultazzjoni ta’ l-Awtorità

Kwalunkwe miżura tal-liġi dwar l-informazzjoni ta' l-ikel probabbilment li se jkollha effett fuq is-saħħa pubblika għandha tiġi adottata wara konsultazzjoni ma' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel.

KAPITOLU III

REKWIŻITI ĠENERALI TA’ INFORMAZZJONI DWAR L-IKEL U RESPONSABBILTAJIET TA’ L-OPERATURI TAN-NEGOZJI TA’ L-IKEL

Artikolu 6 Rekwiżit bażiku

Kull ikel intiż li jiġi fornut lill-konsumatur aħħari jew lill- caterers tal-massa għandu jkollu miegħu l-informazzjoni dwar l-ikel skond dan ir-Regolament.

Artikolu 7 Prassi ġusta dwar l-informazzjoni

1. L-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tiżgwida fir-rigward tal-materjal, speċjalment:

(a) fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ l-ikel u, b’mod partikolari, fir-rigward tan-natura tiegħu, l-identità, il-proprjetajiet, il-kompożizzjoni, il-kwantità, id-durabbiltà, il-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza, il-metodu ta’ fabbrikazzjoni jew produzzjoni;

(b) billi tattribwixxi għall-ikel l-effetti jew il-karatteristiċi li ma fihx;

(c) billi tissuġġerixxi li l-ikel fih karatteristiċi speċjali meta fil-fatt l-ikel kollu simili fih dawk il-karatteristiċi.

2. L-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun preċiża, ċara, u li tinftiehem malajr mill-konsumatur.

3. Skond derogi previsti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli għall-ilma minerali naturali u għall-ikel għal użu nutrizzjonali partikolari, l-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tattribwixxi lil xi ikel il-karatteristika li tipprevjeni, tittratta jew tfejjaq xi mard uman, u lanqas tirreferi għal dawk il-karatteristiċi.

4. Il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tapplika wkoll għal:

(a) reklamar;

(b) il-preżentazzjoni ta’ ikel b’mod partikolari l-forma tiegħu, l-apparenza jew l-ippakkjar, il-materjal ta’ l-ippakkjar użat, il-mod li bih hu rranġat u l-ambjent li fih jiġi esebit.

Artikolu 8 Responsabbiltajiet

1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, l-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel, fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom, għandhom jassiguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel li huma rilevanti għall-attivitajiet tagħhom u għandhom jivverifikaw li dawk ir-rekwiżiti jintlaħqu.

2. L-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel, fi ħdan in-negozju taħt il-kontroll tagħhom, m’għandhomx jimmodifikaw l-informazzjoni li jkun hemm ma’ xi ikel jekk dik il-modifikazzjoni tiżgwida lill-konsumatur aħħari jew inkella tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni għall-konsumatur, b’mod partikolari fir-rigward tas-saħħa.

3. L-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel li jqiegħdu għall-ewwel darba fis-suq xi ikel intiż li jiġi fornut lill-konsumatur aħħari jew lill- caterers tal-massa għandhom jassigura li jkun fih l-informazzjoni dwar l-ikel u li din tkun preċiża skond il-liġi ta’ l-informazzjoni applikabbli dwar l-ikel.

4. L-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel responsabbli għall-attivitajiet ta’ bejgħ jew distribuzzjoni li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel għandhom jaġixxu b’attenzjoni biex jassiguraw, fi ħdan il-limiti ta’ l-attivitajiet rispettivi tagħhom, li jkun hemm ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar l-ikel applikabbli, b'mod partikolari billi ma jagħtux ikel li jafu jew jaħsbu li ma jikkonformax, abbażi ta' l-informazzjoni li għandhom bħala nies professjonali.

5. L-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel fi ħdan in-negozju li għandhom kontroll fuqu għandhom jiżguraw li l-informazzjoni marbuta ma’ ikel mhux ippakkjat bil-lest għandha tiġi mgħoddija lill-operatur li jirċievi l-ikel sabiex tkun tista’, fejn jixraq, tingħata l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel speċifikata fl-Artikolu 9(1) punti (a) sa (ċ) u (f) lill-konsumatur aħħari.

6. Fil-każijiet li ġejjin, l-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel, fi ħdan in-negozji li fuqhom għandhom kontroll għandhom jassiguraw li d-dettalji obbligatorji meħtieġa skond l-Artikolu 9 jidhru fuq il-pakkett ta' barra li fih jiġi ppreżentat l-ikel għall-bejgħ, jew fuq id-dokumenti kummerċjali li jirreferu għall-ikel fejn jista' jkun garantit li dawk id-dokumenti jew jiġu ma' l-ikel li jirreferu għalih jew intbagħtu qabel jew fl-istess ħin li jasal:

(a) fejn l-ikel ippakkjat bil-lest hu intiż għall-konsumatur aħħari iżda mibjugħ fi stadju qabel il-bejgħ lill-konsumatur aħħari u fejn il-bejgħ lil xi caterer tal-massa mhux involut f’dak l-istadju;

(b) fejn l-ikel ippakkjat bil-lest hu intiż li jiġi fornut lill- caterers tal-massa biex jiġi ppreparat, ipproċessat, maqsum jew imqatta'.

Minkejja s-subparagrafu 1, l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel għandhom jassiguraw li d-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1) (a), (f) u (h) jidhru wkoll fuq il-pakkett estern li fih jiġi preżentat l-ikel għall-bejgħ.

KAPITOLU IV

INFORMAZZJONI OBBLIGATORJA DWAR L-IKEL

TAQSIMA 1

KONTENUT U PREŻENTAZZJONI

Artikolu 9 Lista ta’ dettalji obbligatorji

1. Skond l-Artikoli 10 sa 34 u skond l-eċċezzjonijiet li hemm f’dan il-Kapitolu, għandhom jiġu indikati b’mod obbligatorju d-dettalji li ġejjin.

(a) l-isem ta’ l-ikel;

(b) il-lista ta’ ingredjenti;

(c) kull ingredjent imniżżel fl-Anness II li jikkawża allerġiji jew intolleranzi, u kull sustanza meħuda minnu;

(d) il-kwantità ta’ ċerti ingredjenti jew kategoriji ta’ ingredjenti;

(e) il-kwantità netta ta’ l-ikel;

(f) id-data ta’ kemm iservi l-inqas jew id-data sa 'meta jrid jintuża';

(g) kull kondizzjonijiet speċjali tal-ħżin jew kondizzjonijiet dwar l-użu;

(h) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-fabbrikant jew ta' min ippakkjah, jew ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità;

(i) il pajjiż ta’ l-oriġini jew il-post tal-provenjenza fejn jekk ma jingħatawx dawn id-dettalji l-konsumatur jista’ jiġi żgwidat fir-rigward tal-materjal dwar il-pajjiż veru ta' l-oriġini ta' l-ikel jew il-post veru ta' provenjenza tiegħu, b'mod partikolari jekk l-informazzjoni li jkun hemm ma' l-ikel jew it-tikketta b'mod globali tista' inkella timplika li l-ikel għandu pajjiż differenti ta' oriġini jew post differenti ta' provenjenza; f'każijiet bħal dawn l-indikazzjoni għandha tkun skond ir-regoli stipulati fl-Artikolu 35(3) u (4) u dawk stabbiliti skond l-Artikolu 35(5);

(j) struzzjonijiet dwar l-użu meta jkun impossibli li l-ikel jintuża’ kif suppost mingħajr dawk l-istruzzjonijiet;

(k) fir-rigward ta’ xorb li fih aktar minn 1.2 % bil-volum ta’ alkoħol, is-saħħa alkoħolika proprja skond il-volum;

(l) dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

2. Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indikati bi kliem u numri sakemm il-konsumaturi jkunu infurmati, fir-rigward ta' dettall wieħed jew aktar, b'forom oħra ta' espressjoni stabbiliti b'miżuri ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

3. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-lista ta’ dettalji obbligatorji stipulati fil-paragrafu 1. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

Artikolu 10 Dettalji oħra obbligatorji għal tipi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel

1. Minbarra d-dettalji mniżżla fl-Artikolu 9(1) dettalji oħra obbligatorji għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel huma stipulati fl-Anness III.

2. Il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness III. Dawk il-miżuri li tfasslu sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jżidu xi elementi miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(4).

Artikolu 11 Derogi mir-rekwiżit għal dettalji obbligatorji

Għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi għal derogi, f’każijiet rari, mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9(1) (b) u (f), dejjem jekk dawk id-derogi ma jwasslux biex il-konsumatur aħħari u l- caterers tal-massa ma jiġux infurmati biżżejjed. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

Artikolu 12 Piżijiet u miżuri

L-Artikolu 9 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet Komunitarji aktar speċifiċi li jirrigwardaw il-piżijiet u l-miżuri.

Artikolu 13 Disponibbiltà u tqegħid ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel

1. Għandu jkun hemm informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel u għandha tkun faċilment aċċessibbli, skond dan ir-Regolament għall-ikel kollu.

2. Fil-każ ta’ ikel ippakkjat bil-lest, l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tidher fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu.

3. Id-disponibbiltà ta’ ċerti dettalji obbligatorji b’mezzi oħra minbarra fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta tista’ tiġi stabbilita mill-Kummissjoni dejjem jekk jintlaħqu l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri mfasslin sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissuplementawh għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

4. Fil-każ ta' ikel li mhux ippakkjat bil-lest, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 41.

Artikolu 14 Preżentazzjoni ta’ dettalji obbligatorji

1. Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità applikabbli għal ikel partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 9(1) sa (k), meta jidhru fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla fuqu, id-dettalji obbligatorji elenkati fl-Artikolu 9(1) għandhom jiġu stampati fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta f'ittri b'tipa ta' mill-inqas 3 mm u għandhom jiġu preżentati b'tali mod li jiżguraw kuntrast sinifikanti bejn l-istampar u l-isfond.

2. Id-dettalji elenkati fl-Artikolu 9(1) (a), (e) u (k) għandhom jidhru fl-istess parti viżiva.

3. Jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni regoli dettaljati li jikkonċernaw id-dettalji obbligatorji u l-estensjoni tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 mad-dettalji obbligatorji l-oħra għal kategoriji speċifiċi jew tipi speċifiċi ta' ikel imsemmija fl-Artikoli 10 u 38. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

4. Id-daqs minimu tat-tipa msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' imballaġġ jew f’kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu erja ta’ inqas minn 10 ċm2.

5. Il-paragrafu 2 m’għandux japplika fil-każ ta’ ikel speċifikat fl-Artikolu 17(1) u (2).

6. L-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tiġi mmarkata f’post li jidher b’tali mod li tkun tidher faċilment, tinqara sew u, fejn jixraq, ma titħassarx. M’għandhiex tkun moħbija bl-ebda mod, mgħottija, imnaqqsa jew imfixkla b'xi kitba oħra jew stampi jew xi materjal oħra li jintervjeni.

Artikolu 15 Bejgħ mill-bogħod

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fl-Artikolu 9, fil-każ ta’ ikel imqiegħed għall-bejgħ permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod kif imfisser fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti mill-bogħod[26]:

(a) l-informazzjoni obbligatorja għandha tkun disponibbli qabel ma tiġi konkluża x-xirja u għandha tidher fuq il-materjal li jappoġġja l-bejgħ mill-bogħod jew tingħata b’mezzi oħra adattati;

(b) id-dettalji previsti fl-Artikolu 9(1) punti (d), (f), (g), (h) u (k) mhux se jkunu obbligatorji biss fil-mument tal-forniment.

Artikolu 16 Rekwiżiti lingwistiċi

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2), l-informazzjoni obbligatorja ta' l-ikel għandha tidher f'ilsien mifhum faċilment mill-konsumaturi ta' l-Istat membru fejn ikel qed jiġi kkummerċjalizzat.

2. Fi ħdan it-territorju tagħhom stess, l-Istati Membri li fihom jinbiegħ l-ikel jistgħu jistipulaw li d-dettalji għandhom ikunu b’xi waħda mil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Komunità.

3. Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx iżommu milli d-dettalji jiġu indikati b’diversi lingwi.

Artikolu 17 Ċerti dettalji obbligatorji mħollija barra

1. Fil-każ ta’ fliexken tal-ħġieġ maħsuba biex jerġgħu jintużaw li huma mmarkati b’mod li ma jitħassrux u li għalhekk m’għandhomx tikketta, ċirku jew għonq id-dettalji obbligatorji biss imniżżla fl-Artikolu 9(1) (a), (c), (e), (f) u (l) għandhom ikunu obbligatorji.

2. Fil-każ ta’ l-ippakkjar jew ta’ kontenituri li l-ikbar wiċċ tagħhom fih erja ta’ inqas minn 10 cm2 d-dettalji biss elenkati fl-Artikolu 9(1) (a), (c), (e) u (f) għandhom ikunu obbligatorji fuq il-pakkett jew it-tikketta. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1) (b) għandhom jiġu provduta b’mezzi oħra jew għandhom ikunu disponibbli meta jitlobhom il-konsumatur.

3. Mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità li tirrikjedi dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni, id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)(l) m'għandhiex tkun obbligatorja għall-ikel elenkat fl-Anness IV.

TAQSIMA 2

DISPOŻIZZJONIJIET DETTALJATI DWAR DETTALJI OBBLIGATORJI

Artikolu 18 L-isem ta’ l-ikel

1. L-isem ta’ l-ikel għandu jkun l-isem ġuridiku tiegħu. Jekk ma jkunx hemm dak l-isem, l-isem ta’ l-ikel għandu jkun l-isem tradizzjonali tiegħu, jew, jekk ma jkollux isem tradizzjonali jew l-isem tradizzjonali ma jintużax, għandu jingħata l-isem deskrittiv ta’ l-ikel.

2. Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar kif għandu jintuża’ l-isem ta’ l-ikel u d-dettalji li għandu jkollu miegħu huma stipulati fl-Anness V.

Artikolu 19 Lista ta’ ingredjenti

1. Il-lista ta’ ingredjenti għandha tkun intitolata jew preċeduta minn titolu adattat li jkun magħmul minn jew jinkludi l-kelma 'ingredjenti'. Għandu jinkludi l-ingredjenti kollha ta’ l-ikel, f’ordni li tonqos skond l-użin, kif innutati meta ntużaw fil-fabbrikazzjoni ta' l-ikel.

2. L-ingredjenti għandhom jiġu nnominati bl-isem speċifiku tagħhom, fejn japplika, skond ir-regoli stipulati fl-Artikolu 18 u fl-Anness V.

3. Regoli tekniċi dwar kif għandhom jiġu applikati l-paragrafi 1 u 2 huma stipulati fl-Anness VI.

Artikolu 20 Lista ta’ ingredjenti mħollija barra

L-ikel li ġej m’għandux ikun meħtieġ li jkollu lista ta’ ingredjenti:

(a) frott u ħaxix frisk, inkluż patata, li ma tqaxxritx, tqattgħetx jew ġiet trattatta b'mod simili;

(b) ilma karbonat, liema deskrizzjoni tiegħu tindika li ġie karbonat;

(c) ħall tal-fermentazzjoni mnissel esklussivament minn prodott bażiku wieħed, dejjem jekk l-ebda ingredjent ieħor ma ġie miżjud miegħu;

(d) ġobon, butir, ħalib u krema fermentata, li l-ebda ingredjent ieħor ma ġie miżjud magħhom minbarra prodotti tal-ħalib, enżimi u kulturi tal-mikro-organiżmi essenzjali għall-fabbrikazzjoni, jew fil-każ tal-ġobon minbarra ġobon frisk u ġobon ipproċessat il-melħ meħtieġ għall-fabbrikazzjoni tiegħu;

(e) inbid kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, birra, u ispirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru […] ta' […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni il-preżentazzjoni, it-tikkettjar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta xorb bl-ispirtu u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1567/89. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara [ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ] dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 19 dwar dawn il-prodotti u tista' takkumpanja dan ir-rapport b'miżuri speċifiċi li jiddeterminaw ir-regoli għat-tikkettjar ta' l-ingredjenti. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3);

(f) ikel magħmul minn ingredjent wieħed, fejn:

(i) l-isem ta’ l-ikel hu identiku għall-isem ta’ l-ingredjent; jew

(ii) l-isem ta’ l-ikel jgħin biex tkun identifikata sew in-natura ta’ l-ingredjent.

Artikolu 21 Kostitwenti ta' ikel li tħallew barra mil-lista ta’ ingredjenti

Il-kostitwenti li ġejjin ta’ xi ikel m'għandhomx ikunu meħtieġa li jiddaħħlu fil-lista ta' ingredjenti:

(a) il-kostitwenti ta’ xi ingredjent li ġew temporanjament separati waqt il-proċess ta’ fabbrikazzjoni u ddaħħlu mill-ġdid aktar tard iżda mhux aktar mill-proporzjonijiet oriġinali tagħhom;

(b) addittivi ta’ l-ikel u enżimi:

(i) li jinsabu biss f'xi ikel partikolari minħabba l-fatt li kienu jinsabu f’xi ingredjent jew ingredjenti ta’ dak l-ikel, dejjem jekk m'għandhomx xi funzjoni teknoloġika fil-prodott lest; jew

(ii) li jintużaw bħala għajnuniet fl-ipproċessar;

(c) sustanzi użati fil-kwantitajiet meħtieġa bilfors bħala solvents jew mezzi għal sustanzi nutrizzjonali, addittivi ta’ l-ikel jew ħwawar;

(d) sustanzi li mhumiex addittivi ta’ l-ikel iżda li huma użati bl-istess mod u bl-istess għan bħall-għajnuniet għall-ipproċessar u xorta għadhom jinsabu fil-prodott lest, anki jekk f’forma mibdula;

(e) ilma:

(i) fejn l-ilma hu użat biss waqt il-proċess ta’ fabbrikazzjoni għall-ħolqien mill-ġdid ta’ ingredjent użat f’forma konċentrata jew deidrata; jew

(ii) fil-każ ta’ mezz likwidu li mhux normalment ikkonsmat.

Artikolu 22 Tikkettjar ta’ ċerti sustanzi li jikkawżaw l-allerġiji jew l-intolleranzi

1. Kull ingredjent imniżżel fl-Anness II jew kull sustanza li toriġina minn xi ingredjent imniżżel f’dak l-Anness, dejjem skond l-eċċessjonijiet tiegħu kif hemm provdut f’dak l-Anness, għandu jkun indikat fuq it-tikketta b’referenza preċiża għall-isem ta’ l-ingredjent.

Dik l-indikazzjoni m’għandhiex tintalab f’każijiet fejn:

(a) l-isem ta’ l-ikel jirreferi biċ-ċar għall-ingredjent konċernat; jew

(b) l-ingredjent imniżżel fl-Anness II li minnu tkun ġejja xi sustanza huwa diġà mniżżel fil-lista ta’ ingredjenti.

2. Il-lista fl-Anness II għandha tiġi eżaminata mill-ġdid sistematikament u, fejn ikun meħtieġ, tiġi aġġornata mill-Kummissjoni abbażi ta’ l-aktar tagħrif xjentifiku u tekniku riċenti.

Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(4).

3. Fejn jeħtieġ, jistgħu jinħarġu linji ta’ gwida tekniċi għall-interpretazzjoni tal-lista fl-Anness II, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2).

Artikolu 23 Indikazzjoni kwantitattiva ta’ l-ingredjenti

1. L-indikazzjoni tal-kwantità ta’ xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti użati fil-fabbrikazzjoni jew preparazzjoni ta’ xi ikel għandha tkun meħtieġa meta:

(a) l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati jidhru fl-isem ta' l-ikel jew normalment huma assoċjati ma' dak l-isem mill-konsumatur; jew

(b) l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati huma enfasizzati fuq it-tikkettjar bi kliem, stampi jew grafika; jew

(c) l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati huma essenzjali biex jikkaratterizzaw xi ikel u jiddistingwuh mill-prodotti li magħhom jista’ jiġi mfixkel minħabba ismu jew id-dehra tiegħu.

2. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-paragrafu 1 billi żżid każijiet oħra. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

3. Regoli tekniċi biex jiġi applikat il-paragrafu 1, inkluż każijiet speċifiċi fejn l-indikazzjoni kwantitattiva mhix se tkun meħtieġa fil-każ ta’ ċerti ingredjenti, huma stipulati fl-Anness VII.

Artikolu 24 Kwantità netta

1. Il-kwantità netta ta’ xi ikel għandha tiġi mfissra, bl-użu ta’ litri, ċentrilitri, millilitri, kilogrammi jew grammi, kif jixraq:

(a) f’unitajiet ta’ likwidu fil-każ tal-likwidi;

(b) f’unitajiet ta’ piż fil-każ ta’ prodotti oħra.

2. L-espressjoni tal-kwantità netta għal ċertu ikel speċifikat b’mod differenti minn dak deskritt fil-paragrafu 1 tista’ tiġi stabbilita mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

3. Regoli tekniċi biex jiġi applikat il-paragrafu 1, inkluż każijiet speċifiċi fejn l-indikazzjoni tal-kwantità netta m'għandhiex tkun meħtieġa, huma stipulati fl-Anness VIII.

Artikolu 25 Data minima sakemm iservi u data ‘sa meta għandu jintuża’

1. Fil-każ ta’ ikel li, minn punt di vista mikrobijoloġiku, imur malajr ħafna u għalhekk wara perjodu taż-żmien qasir x’aktarx jista’ jkun ta’ periklu imminenti għal saħħet il-bniedem, id-data ta’ kemm iservi l-inqas għandha tinbidel bid-data ‘sa meta għandu jintuża’.

2. Id-data adattata għandha tiġi mfissra skond l-Anness IX.

3. Il-mod ta’ kif tiġi indikata d-data ta’ kemm iservi l-inqas imsemmija fil-punt 1(ċ) ta’ l-Anness IX tista’ tiġi speċifikata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2).

Artikolu 26 Struzzjonijiet dwar l-użu

1. L-istruzzjonijiet dwar l-użu ta’ xi ikel għandhom jiġu indikati b’tali mod li jkun jista’ jintuża’ kif suppost.

2. Il-Kummissjoni tista’ tistipula regoli dwar il-mod kif dawk l-istruzzjonijiet għandhom jiġu indikati fil-każ ta' ċertu ikel. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

Artikolu 27 Saħħa alkoħolika

1. Ir-regoli li jikkonċernaw l-indikazzjoni tas-saħħa alkoħolika bil-volum għandhom ikunu, fil-każ tal-prodotti kklassfikati taħt it-titoli 22.04 u 22.05 tat-Tariffa Doganali Komuni, dawk stipulati fid-dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi applikabbli għal dawk il-prodotti.

2. Is-saħħa alkoħolika proprja skond il-volum tax-xorb li fih aktar minn 1,2% bil-volum ta’ alkoħol barra dak imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi indikata skond l-Anness X.

TAQSIMA 3

DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI

Artikolu 28 Relazzjoni ma' leġiżlazzjoni oħra

1. Id-dispożizzjonijiet ta' din is-Sezzjoni m'għandhomx japplikaw għall-ikel fi ħdan l-ambitu tal-leġiżlazzjoni li ġejja:

(a) Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta mas-supplimenti ta’ l-ikel[27];

(b) Id-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri marbuta ma' l-esplojtazzjoni u l-bejgħ ta' ilma minerali naturali[28].

2. Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima japplikaw mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel intiżi għal użu nutrizzjonali partikolari[29] u Direttivi speċifiċi kif imsemmija fl-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 29 Kontenut

1. Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tinkludi dan li ġej (minn issa 'l quddiem magħruf bħala "dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni"):

(a) valur enerġetiku;

(b) l-ammonti ta’ xaħam, saturati, karboidrati b'referenza speċifika għaż-żokkor, u l-melħ.

Dan il-pargrafu ma għandux japplika għall-inbid kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, birra, u ispirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru […] ta' […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni il-preżentazzjoni, it-tikkettjar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta xorb bl-ispirtu u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1567/89. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara [ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ] dwar l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu dwar dawn il-prodotti u tista' takkumpanja dan ir-rapport b'miżuri speċifiċi li jiddeterminaw ir-regoli għal dikjarazzjoni obbligatorja ta' nutrizzjoni ta' dawn il-prodotti. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

2. Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni jista' jkun fiha wkoll l-ammonti ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) trans fats;

(b) mono-unsaturates;

(c) polyunsaturates;

(d) polyols;

(e) lamtu;

(f) fajber;

(g) proteini;

(h) kwalunkwe minerali jew vitamini mniżżla fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness XI, u li jeżistu f’ammonti sinifikanti kif imfissra fil-punt 2 tal-Parti A ta' l-Anness XI.

3. Id-dikjarazzjoni ta' l-ammont ta' sustanzi li jappartjenu jew huma komponenti ta' waħda mill-kategoriji ta' nutrijenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu meħtieġa meta ssir talba dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa.

4. Il-listi fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

Artikolu 30 Kalkolu

1. L-ammont ta’ enerġija għandha tiġi kkalkulata permezz tal-fatturi ta’ konverżjoni fl-Anness XII.

2. Il-fatturi ta’ konverżjoni għall-vitamini u l-minerali msemmija fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness XI, sabiex jiġi kkalkulat b’mod aktar preċiż il-kontenut tagħhom fl-ikel, jistgħu jiġu stabbiliti u mdaħħla fl-Anness XII mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

3. L-ammonti ta’ enerġija u nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(1) u (2) għandhom ikunu dawk ta’ kif jinbiegħ l-ikel.

Fejn jixraq, l-informazzjoni tista’ tkun marbuta ma’ l-ikel wara l-preparazzjoni, dejjem jekk jingħataw struzzjonijiet dettaljati biżżejjed dwar il-preparazzjoni u l-informazzjoni tkun marbuta ma’ l-ikel kif jiġi mħejji għall-konsum.

4. Il-valuri dikjarati għandhom, skond kull każ individwali, ikunu valuri medji bbażati fuq:

(a) l-analiżi ta’ l-ikel magħmula mill-fabbrikant; jew

(b) kalkolu mill-valuri medji magħrufa jew proprja ta’ l-ingredjenti użati; jew

(c) kalkolu mid-data li ġeneralment hi stabbilita u aċċettata.

Ir-regoli biex tiġi implimentata d-dikjarazzjoni dwar l-enerġija u n-nutrijenti fir-rigward tal-preċiżjoni tal-valuri dikjarati bħad-differenzi bejn il-valuri dikjarati u dawk stabbiliti waqt spezzjonijiet uffiċjali jistgħu jiġu deċiżi bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 49(2).

Artikolu 31 Forom ta’ espressjonijiet

1. L-ammont ta’ enerġija u nutrijenti jew il-komponenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 29(1) u (2) għandhom jiġu mfissra permezz ta’ l-unitajiet tal-kejl imniżżla fil-Parti A ta’ l-Anness XIII.

2. L-ammont ta’ enerġija u nutrijenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu mfissra għal kull 100g jew għal kull 100 ml jew, skond l-Artikolu 32(2) u (3), għal kull porzjon.

3. Id-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandha tiġi mfissra, kif jixraq, bħala persentaġġ ta’ konsum referenzjali stipulat fil-Parti B ta’ l-Anness XI b’rabta ma’ kull 100 g jew kull 100 ml jew kull porzjon. Meta provduta, id-dikjarazzjoni dwar il-vitamini u l-minerali għandha wkoll tiġi mfissra bħala persentaġġ tal-konsum referenzjali stipulat fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness XI.

4. Id-dikjarazzjoni tal-polyols u/jew tal-lamtu u d-dikjarazzjoni dwar it-tip ta’ aċidi bix–xaħam, minbarra d-dikjarazzjoni obbligatorja ta’ saturati msemmija fl-Artikolu 29(1)(b), għandha tiġi preżentata skond l-Anness XIII Parti B.

Artikolu 32 Espressjoni abbażi ta’ kull porzjon

1. Minbarra d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għal kull 100g jew għal kull 100ml imsemmija fl-Artikolu 31(2), l-informazzjoni tista’ tiġi mfissra bħala porzjon kif kwantifikat fuq it-tikketta, dejjem jekk jingħata n-numru ta' porzjonijiet li hemm fil-pakkett.

2. Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tista’ tiġi mfissra abbażi ta’ kull porzjon biss jekk l-ikel ikun ippakkjat bil-lest bħala porzjon individwali.

3. L-espressjoni abbażi ta’ kull porzjon biss għall-ikel preżentat f’pakketti li fihom ħafna porzjonijiet ta’ l-ikel, li ma ġewx ippakkjati bil-lest f’porzjonijiet individwali, għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

Artikolu 33 Forom oħra ta’ espressjoni

1. Minbarra l-forom ta’ espressjoni msemmija fl-Artikolu 31(2) u (3), id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tista’ tingħata f’xi forom oħra ta’ espressjoni dejjem jekk ir-rekwiżiti essenzjali li ġejjin jintlaħqu:

(a) il-forma ta’ espressjoni timmira biex tiffaċilita l-mod kif il-konsumatur jifhem il-kontribut jew l-importanza ta’ l-ikel fir-rigward ta’ l-enerġija u kontenut ta’ nutrijent ta’ xi dieta; u

(b) hi bbażata jew fuq konsum referenzjali armonizzat, jew jekk ma jeżistix, fuq parir xjentifiku aċċettat b’mod ġenerali dwar il-konsum ta’ enerġija jew nutrijenti; u

(c) hi appoġġjata b’evidenza dwar kemm il-konsumatur medju jifhem u juża’ l-informazzjoni preżentata.

2. Dawk il-forom addizzjonali ta’ espressjoni mfissra fil-paragrafu 1 għandhom jiġu identifikati taħt skema nazzjonali msemmija fl-Artikolu 44.

Artikolu 34 Preżentazzjoni

1. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 31(2) marbuta mad-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandhom jiddaħħlu fejn jidhru l-aktar. Huma għandhom jiġu preżentati, fejn jixraq, flimkien f’forma ċara fl-ordni li ġejja: enerġija, xaħam, saturati, karboidrati b'referenza speċifika għaż-żokkor, u l-melħ.

2. Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni marbuta man-nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(2) għandha tidher flimkien f’post wieħed u, kif jixraq, fl-ordni ta’ preżentazzjoni provduta fil-Parti Ċ ta’ l-Anness XIII.

Meta din id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni ma tidhirx fil-post viżiv prinċipali, hi għandha tiġi preżentata f’forma ta’ tabella, bin-numri mqegħdin f’linja jekk ikun hemm spazju. Jekk ma jkunx hemm spazju, id-dikjarazzjoni għandha tidher f’forma lineari.

3. Jekk id-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni tidher flimkien mad-dikjarazzjoni dwar in-nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(2), l-ordni tal-preżentazzjoni ta’ l-enerġija u tan-nutrijenti mdaħħla fid-dikjarazzjoni għandha tkun, kif xieraq, skond l-ordni mogħtija fil-Parti C ta’ l-Anness XIII.

4. F’każijiet fejn l-ammont ta’ enerġija jew nutrijent(i) fi prodott huwa/huma negliġibbli, id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni f’dawk l-elementi tista’ tinbidel bi stqarrija bħal ‘Fih ammonti negliġibbli ta’ ...’ qrib sew tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni meta preżenti.

5. Jistgħu jintużaw forom jew simboli grafiċi għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni skond xi skema nazzjonali msemmija fl-Artikolu 44 dejjem jekk jintlaħqu r-rekwiżiti essenzjali li ġejjin.

(a) dawk il-forom ta’ preżentazzjoni m’għandhomx jiżgwidaw lill-konsumatur; u

(b) għandu jkun hemm evidenza li l-konsumatur medju jifhem dawk il-forom ta’ preżentazzjoni.

6. Ir-regoli marbuta ma' aspetti oħra ta' preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 5, jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

KAPITOLU V

INFORMAZZJONI VOLONTARJA DWAR L-IKEL

Artikolu 35 Rekwiżiti applikabbli

1. Fejn l-informazzjoni dwar l-ikel koperta b’dan ir-Regolament tingħata b’mod volontarju, dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi rilevanti stipulati f’dan ir-Regolament.

2. Mingħajr preġudizzju għat-tikkettjar skond il-leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità, il-pargrafi 3 u 4 għandhom japplikaw fejn il-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel ikun volontarjament indikat sabiex jinforma lill-konsumaturi li l-ikel joriġina jew ġej mill-Komunità Ewropea jew minn pajjiż jew post speċifiku.

3. Meta l-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' l-ikel mhuwiex l-istess bħal dak ta' wieħed mill-ingrdjent(i) tiegħu, il-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' dak/dawk l-ingredjent(i) għandu jingħata wkoll.

4. Fil-każ tal-laħam, barra miċ-ċanga u l-vitella, l-indikazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza tista’ tingħata bħala post uniku fejn twieldu trabbew u nqatlu l-annimali fl-istess pajjiż jew post. F’każijiet oħra għandha tingħata l-informazzjoni dwar kull wieħed mill-postijiet differenti ta' tewelid, trobbija jew qatla.

5. Ir-regoli ta' implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

6. Ir-regoli ta' implimentazzjoni dwar il-kondizzjonijiet u l-kriterji ta' użu ta' dettalji mogħtija volontarjament jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

Artikolu 36 Preżentazzjoni

L-informazzjoni volontarja m'għandhiex tintwera għad-detriment ta' l-ispazju li hemm provdut għall-informazzjoni obbligatorja.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET NAZZJONALI

Artikolu 37 Il-Prinċipju

L-Istati Membri jistgħu jadottaw biss dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għall-konsumatur fejn dan ikun previst b'dan ir-Regolament.

Artikolu 38 Dispożizzjonijiet nazzjonali u dettalji obbligatorji ulterjuri

1. Minbarra d-dettalji partikolari msemmija fl-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10, l-Istati Membri jistgħu, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 42, jirrikjedu partikolari obbligatorji ulterjuri għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta' ikel, iġġustifikati b'raġunijiet ta':

(a) il-ħarsien tas-saħħa pubblika;

(b) il-ħarsien tal-konsumaturi;

(c) il-prevenzjoni ta’ frodi;

(d) il-ħarsien tad-drittijiet industrijali u kummerċjali tal-proprjetà, indikazzjonijiet tal-provenjenza, postijiet ta’ l-oriġini reġistrati u l-prevenzjoni ta’ kompetizzjoni inġusta.

2. Permezz tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri li jikkonċernaw l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel biss fejn hemm rabta ppruvata bejn ċerti kwalitajiet ta' l-ikel u l-oriġini jew il-provenjenza tiegħu. Meta jinnotifikaw miżuri bħal dawn lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu evidenza li l-maġġoranza tal-konsumaturi jorbtu valur sinifianti mal-forniment ta' din l-informazzjoni.

Artikolu 39 Ħalib u prodotti tal-ħalib

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jidderogaw mill-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(2) fil-każ tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib preżentati fi fliexken tal-ħġieġ intiżi biex jiġu użati mill-ġdid.

Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri minnufih.

Artikolu 40 Xorb alkoħoliku

L-Istati Membri jistgħu, fl-istennija ta' l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 20(e), jippreservaw ir-regoli nazzjonali fir-rigwrad ta' l-elenkar ta' ingredjenti fil-każ ta' xorb li fih aktar minn 1.2% bħala volum ta’ alkoħol.

Artikolu 41 Miżuri nazzjonali għall-ikel li mhux ippakkjat bil-lest

1. Fejn prodotti ta l-ikel huma offruti għall-bejgħ lill-konsumatur finali jew lil caterers tal-massa mingħajr ma jukunu ppakkjati bil-lest, jew fejn oġġetti ta' l-ikel jiġu ppakkjati fuq il-post fejn jinbiegħu fuq talba tal-konsumatur jew ikunu ppakkjati bil-lest għall-bejgħ dirett, l-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli dettaljati dwar il-mod kif id-dettalji speċifikati fl-Artikolu 9 u 10 għandhom jintwerew.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirrikjedux il-forniment ta' wħud mid-dettalji msemmija fil-paragrafu 1, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 9(1) (c), sakemm il-konsumatur jew il- caterers tal-massa jibqa' jirċievi informazzjoni suffiċjenti.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomumikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 mingħajr dewmien.

Artikolu 42 Proċedura ta’ notifika

1. Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, l-Istat Membru li jqis li hu meħtieġ li tiġi adottata l-leġiżlazzjoni ġdida ta’ informazzjoni dwar l-ikel, għandu jgħarraf bil-quddiem lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri maħsuba u jagħti r-raġunijiet li jiġġustifikawhom.

2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Imwaqqaf dwar il-Proċess ta’ l-Ikel u Saħħet l-Annimali mwaqqaf bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jekk tqis li dik il-konsultazzjoni hi utli jew jekk xi Stat Membru jitlob hekk.

3. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jieħu l-miżuri maħsuba biss tliet xhur wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, dejjem jekk ma jkunx irċieva opinjoni negattiva tal-Kummissjoni.

4. Jekk l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, hi għandha tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2) qabel ma jiskadi dak il-perjodu ta' tliet xhur sabiex tiddetermina jekk il-miżuri maħsuba jistgħux jiġu implimentati. Il-Kummissjoni tista’ titlob li jsiru ċerti emendi għall-miżuri maħsuba. L-Istat Membru kkonċernat jista' jieħu l-miżuri previsti biss wara li l-Kummissjoni tkun adottat id-deċiżjoni finali tagħha.

5. Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistipula proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti[30] tekniċi m’għandhiex tapplika għall-miżuri li jaqgħu fi ħdan il-proċedura ta' notifika speċifikata fil-paragrafi 1 sa 4.

Artikolu 43 Regoli dettaljati

Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2).

KAPITOLU VII

L-IŻVILUPP TA' SKEMI NAZZJONALI

Artikolu 44 Skemi Nazzjonali

1. L-Istati Membri jistgħu jadottaw, jirrakkomandaw jew inkella japprovaw skemi nazzjonali magħmula minn regoli li ma jorbtux, bħal rakkomandazzjonijiet, gwida, standards jew xi regoli oħra li ma jorbtux, (minn issa 'l quddiem ‘l-iskemi nazzjonali’) immirati biex jassiguraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet li ġejjin u li jkunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali mogħtija fihom:

(a) l-Artikolu 33(2), marbuta ma’ forom addizzjonali ta’ espressjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni;

(b) l-Artikolu 34(5), marbut mal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

2. L-implimentazzjoni permezz ta’ skemi nazzjonali ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-liġi ta' l-informazzjoni dwar l-ikel, flimkien ma’ dawk imniżżla fil-paragrafu 1, u r-rekwiżiti rilevanti essenzjali jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

3. Jistgħu jiġu żviluppati skemi nazzjonali mill-Istati Membri fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-partijiet interessati b'konformità mal-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali stipulati fil-Kapitolu II u III ta' dan ir-Regolament, u:

(a) riżultat ta’ riċerka tajba dwar il-konsumatur; u

(b) wara li ssir konsultazzjoni estensiva ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati billi jibnu fuq l-aħjar prassi.

4. Skemi nazzjonali għandhom jinkludu mekkaniżmi xierqa li jippermettu lill-konsumaturi sabiex jidentifikaw l-ikel, li huwa ttikketjat skond l-iskemi nazzjonali, sabiex isir sabiex ikun hemm monitoraġġ tal-livell ta' konformità ma' l-iskema u sabiex jiġi vverifikat l-impatt tagħha.

5. L-Istati Membri għandhom ifornu lill-Kummissjoni bid-dettalji ta' l-iskemi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, inkluż identifikatur għall-ikel li huma ttikkettjati skond dik l-iskema nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dawk id-dettalji, partikolarment permezz ta' paġna ddedikata fuq l-Internet.

6. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ u torganizza l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u magħha nnfisha dwar attivitajiet relatati ma' l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-iskemi nazzjonali. Hija għandha tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati għal skambju ta' dan it-tip, partikolarment permezz ta' Grupp Konsultattiv dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali mwaqqaf permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/613/KE tas-6 ta’ Awissu 2004 li tikkonċerna l-ħolqien ta’ grupp konsultattiv dwar il-katina alimentari u s-saħħa ta’ l-annimali u l-pjanti[31].

7. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, tista’ tadotta Linji ta’ gwida li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 45 Preżunzjoni tal-konformità

1. Kull informazzjoni dwar l-ikel mogħtija b’konformità ma’ skema nazzjonali għandha tgawdi minn preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 44(1) u (2).

2. L-applikazzjoni nazzjonali ma għandhomx jagħtu lok għal ostakli għall-moviment ħieles tal-prodotti.

Artikolu 46 Miżuri tal-Komunità

1. Jekk il-Kummissjoni tqis li skema nazzjonali mhijiex f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, tista' tadotta deċiżjoni, wara li tkun informat lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 49(1), li tirrikjedi Stat Membru sabiex jirrevoka jew jemenda dik l-iskema nazzjonali.

2. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni dwar id-dispożizjonijiet imsemmija fl-Artikolu 44(1) u (2). Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

Artikolu 47 Regoli ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2).

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET TA' IMPLIMENTAZZJONI, TA' EMENDAR U FINALI

Artikolu 48 Adattamenti tekniċi

Skond id-dispożizzjonijiet marbuta ma’ l-emendi ta’ l-Annessi II u III imsemmija fl-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 22(2), l-Annessi jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

Artikolu 49 Kumitat

1. Il-Kumitat għandu jkun megħjun mill-Kumitat Imwaqqaf dwar il-Katina ta’ l-Ikel u Saħħet l-Annimali.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'referenza għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’referenza għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 50 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-ewwel u t-tieni paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“L-obbligu u l-modalitajiet biex tingħata l-informazzjoni skond il-[Kapitolu IV, It-Taqsima 3 tar-Regolament (KE) Nru. ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill]* meta ssir talba dwar in-nutrizzjoni u/jew is-saħħa għandhom japplikaw mutatis mutandis , bl-eċċezzjoni ta' reklamar ġeneriku.

Barra minn hekk, u kif jista’ jagħti l-każ, l-ammont(i) tas-sustanza(/i) li miegħu hi marbuta talba dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa li ma jidhirx fuq it-tikketta tan-nutrizzjoni għandu jitniżżel fl-istess post viżiv bħad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni u għandu jiġi mfisser skond l-Artikoli 30 sa 32 tar-[Regolament (KE) Nru …].

* ĠU L …,dd/mm/yyyy, p. ...”.

Artikolu 51 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1925/2006

1. Fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) 1925/2006 il-paragrafu 6 hu mibdul b’dan li ġej:

“6. Iż-żieda ta’ xi vitamini jew minerali f’xi ikel għandha twassal biex dawk il-vitamini jew minerali fl-ikel ikunu talanqas f’ammont sinifikanti fejn dan hu definit skond il-[punt 2 tal-Parti A ta’ l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru …]*. L-ammonti minimi, inkluż kull ammont ibaxx, b’deroga mill-ammonti sinifikanti msemmija hawn fuq, għal ikel jew kategoriji ta' ikel speċifiċi għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).

* ĠU L …,dd/mm/yyyy, p. ...”.

2. Fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) 1925/2006 il-paragrafu 3 hu mibdul b’dan li ġej:

“3. It-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni ta’ prodotti li magħhom ġew miżjuda vitamini u minerali li huma koperti b’dan ir-Regolament għandu jkun obbligatorju. L-informazzjoni li trid tingħata għandha tkun magħmula minn dik speċifikata fl-Artikolu 29(1) tar-[Regolament (KE) Nru …] u ta’ l-ammonti totali preżenti tal-vitamini u l-minerali meta jiġu miżjuda ma’ l-ikel”.

Artikolu 52 Revoka

1. Id-Direttivi 2000/13/KE, 87/250/KE, 94/54/KE, 1999/10/KE, 2002/67/KE, 2004/77/KE u r-Regolament (KE) Nru 608/2004 huma revokati b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2. Id-Direttiva 90/496/KEE hi revokata minn [5 snin wara d-dħul fis-seħħ].

3. Ir-Referenzi għall-atti rrevokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 53 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

L-Artikolu 14(1) għandu japplika minn [ l-ewwel jum tax-xahar 3 snin wara li jidħol fis-seħħ ].

L-Artikoli 29 sa 34 għandhom japplikaw minn [ l-ewwel jum tax-xahar 3 snin wara li jidħol fis-seħħ ] minbarra fil-każ ta’ ikel ittikketjat minn operaturi tan-negozju ta' l-ikel li għandhom, fid-data ta' dħul fis-seħħ, inqas minn 10 impjegati u li l-fatturat annwali tagħhom u/jew it-total annwali fuq il- balance sheet ma jkunx aktar minn EUR 2 miljun fejn għandhom japplikaw [ l-ewwel jum tax-xahar 5 snin wara li jidħol fis-seħħ ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI Kif imsemmija fl-Artikolu 2(4)

1. ‘dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni’ jew ‘tikkettjar dwar in-nutrizzjoni’ tfisser informazzjoni li hi magħmula minn:

(a) valur enerġetiku; jew

(b) valur enerġetiku u wieħed jew aktar min-nutrijenti li ġejjin:

- xaħam,

- karboidrati,

- fajber,

- proteina,

- melħ,

- vitamini u minerali mniżżla fl-Anness XI, il-Parti A; il-punt 1 u preżenti f’ammonti sinifikanti kif imfissra fl-Anness XI, il-Parti A; il-punt 2.

2. ‘xaħam’ ifisser lipids totali, u jinkludi l-phospholipids;

3. ‘saturati’ tfisser aċidi tax-xaħam mingħajr rbit doppju;

4. ‘trans fat’ tfisser aċidi tax-xaħam b’talanqas wieħed mhux konjugat, (jiġifieri interrot b'mill-inqas grupp wieħed tal-metilenu) rbit doppju tal-karbonju-karbonju fit-trans konfigurazzjoni;

5. ‘mono-unsaturates' tfisser l-aċidi tax-xaħam b'cis rbit doppju wieħed;

6. ‘polyunsaturates’ tfisser aċidi tax-xaħam b’rbit cis, cis-metilenu interrot doppju;

7. ‘karboidrat’ tfisser kull karboidrat li hu metabolizzat fil-bniedem, u jinkludi l-polyols;

8. ‘zokkrijiet’ tfisser il-monosaccharidi u d-disaccharidi li jkun hemm fl-ikel, iżda teskludi l-polyols;

9. ‘polyols’ tfisser l-alkoħol li jkun fih aktar minn żewġ gruppi ta’ hydroxyl;

10 ‘proteina’ tfisser il-kontenut ta’ proteina kkalkulat permezz tal-formula: protein = total Kjeldahl nitroġenu × 6.25;

11. ‘melħ’ tfisser il-kontenut ta’ melħ ikkalkulat permezz tal-formula: salt = sodju × 2.5;

12 ‘valur medju’ tfisser il-valur li jirrappreżenta l-aħjar l-ammont tan-nutrijent li jkun fih xi ikel partikolari, u jirrifletti l-lok li jkun tħalla għal varjabbiltà staġonali, xejriet ta' konsum u fatturi oħra li jistgħu jikkawżaw varjazzjonijiet fil-valur proprja;

13. ‘post viżiv prinċipali’ tfisser il-post viżiv li għandu l-aktar tendenza li jiġi esebit jew jidher taħt kondizzjonijiet normali jew tradizzjonali ta’ bejgħ jew użu.

ANNESS II

INGREDJENTI LI JIKKAWŻAW L-ALLERĠIJI JEW L-INTOLLERANZI

1. Iċ-ċereali li fihom il-glutina (prinċipalment il-qamħ, is-segala, il-barli, il-ħafur, l-ispelt, il-kamut jew il-pjanti ibridizzati tagħhom) u prodotti tagħhom, minbarra:

(a) ġulepp tal-glukosju bbażat fuq qamħ inkluż id-destrosju[32];

(b) maltodextrins li fihom il-qamħ1;

(c) ġulepp tal-glukows li fihom il-barli;

(d) ċereali użati biex jagħmlu d-distillati jew alkoħol ta’ l-etilu ta’ oriġini agrikola għal spirti u xorb ieħor li fih aktar minn 1,2% bil-volum ta’ alkoħol.

2. Krustaċew u prodotti tagħhom.

3. Bajd u prodotti tagħhom.

4. Ħut u prodotti tagħhom, minbarra:

(a) il-ġelatina tal-ħut użata biex iġġorr il-vitamina jew preparamenti tal-carotenoid;

(b) il-ġelatina tal-ħut jew Isinglass użati bħala aġent li jirfina fil-birra u l-inbid.

5. Il-karawett u prodotti minnu.

6. Is-soybeans u prodotti minnhom, minbarra:

(a) żejt u xaħam tas-soybean irfinat għal kollox1;

(b) tocopherols imħallta b’mod naturali (E306), D-alpha tocopherol naturali, D-alpha tocopherol acetate naturali, D-alpha tocopherol succinate naturali minn sorsi tas-soybean;

(c) żjut veġetali mnissla minn phytosterols u phytosterol esters minn sorsi tas-soybean;

(d) stanol ester tal-pjanti magħmul minn sterols taż-żejt veġetali minn sorsi tas-soybean.

7. Ħalib u prodotti minnu (inkluż il-lattosju), minbarra:

(a) ix-xorrox użat biex jagħmlu distillati jew alkoħol ta’ l-etile ta’ oriġini agrikola għal spirti u xorb ieħor li fih aktar minn 1,2% bil-volum ta’ alkoħol;

(b) lactitol.

8. Ġewż, l-aktar lewż ( Amygdalus communis L. ), ġellewż ( Corylus avellana ), ġewż ( Juglans regia ), anakardji ( Anacardium occidentale ), ġewż Amerikan ( Carya illinoiesis ( Wangenh .) K . Koch ), ġewż tal-Brażil ( Bertholletia excelsa ), pistaċċi ( Pistacia vera ), macadamia nuts u Queensland nuts ( Macadamia ternifolia ), u prodotti tagħhom, minbarra:

(a) ġewż użat biex jagħmlu d-distillati jew l-alkoħol ta’ l-etile ta’ oriġini agrikola għal spirti u xorb ieħor li fih aktar minn 1,2% bil-volum ta’ alkoħol.

9. Karfus u prodotti minnu.

10. Mustarda u prodotti tagħha.

11. Ġulġlien u prodotti minnu.

12. Dijossidu tal-kubrit u sulfiti f’konċentrazzjonijiet ta’ aktar minn 10 mg/kg jew 10 mg/litru mfissra bħala SO2.

13. Lupin u prodotti minnu.

14. Molluski u prodotti minnhom.

ANNESS III

IKEL LI T-TIKKETTJAR TIEGĦU JRID JINKLUDI DETTALL WIEĦED JEW AKTAR ADDIZZJONALI

TIP JEW KATEGORIJA TA' IKEL | DETTALJI |

1. IKEL IPPAKKJAT F’ċERTI GASSIJIET |

1.1 Ikel li d-durabbiltà tiegħu ġiet estiża permezz ta’ gassijiet użati għall-ippakkjar awtorizzati skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE[33] | 'Ippakkjati f’atmosfera protetta' |

2. IKEL LI FIH IL-ħLEWWIET |

2.1 Ikel li fih xi ħlewwa jew ħlewwiet awtorizzati skond id-Direttiva 89/107/KEE | 'bil-ħlewwa(/iet)', din l-istqarrija għandha tkun ma’ l-isem ta’ l-ikel. |

2.2 Ikel li fih kemm zokkor jew zokkrijiet miżjuda flimkien ma’ ħlewwa jew ħlewwiet skond id-Direttiva 89/107/KEE | 'biz-zokkor/zokkriet u ħlewwa(/iet)' din l-istqarrijiet għandha tkun ma’ l-isem ta’ l-ikel. |

2.3 Ikel li fih l-aspartame awtorizzat skond id-Direttiva 89/107/KEE | 'fih sors ta’ phenylalanine' |

2.4 Ikel li fih aktar minn 10% polyols miżjuda awtorizzati skond id-Direttiva 89/107/KEE | 'konsum eċċessiv jista’ jkollu effetti lassattivi' |

3. IKEL LI FIH L-AċIDU GLYCYRRHIZINIC JEW IL-MELħ TA’ L-AMMONJU TIEGħU |

3.1 Il-ħelu jew xorb li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta’ l-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(sustanzi) kif inhuma jew il-pjanta likurizja Glycyrrhiza glabra, f'konċentrazzjoni ta' 100 mg/kg jew 10 mg/l jew aktar. | 'fiha l-likurizja' għandha tiżdied immedjament wara l-lista ta’ ingredjenti, sakemm il-kelma “likurizja” mhix diġà mniżżla fil-lista ta' ingredjenti jew fl-isem ta' l-ikel. Jekk ma jkunx hemm lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem ta' l-ikel. |

3.2 Il-ħelu li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta’ l-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(sustanzi) kif inhi jew il-pjanta tal-likurizja Glycyrrhiza glabra f'konċentrazzjonijiet ta' 4 g/kg jew aktar. | 'fiha l-likurizja – nies li jbatu minn ipertensjoni għandhom jevitaw il-konsum eċċessiv' għandha titniżżel immedjatament wara l-lista ta' ingredjenti. Jekk ma jkunx hemm il-lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem ta' l-ikel. |

3.3 Xorb li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta' l-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(/i) kif inhi jew il-pjanta tal-likorizja Glycyrrhiza glabra f'konċentrazzjonijiet ta’ 50 mg/l jew aktar, jew ta’ 300 mg/l jew aktar fil-każ ta’ xorb li fih aktar minn 1,2% bil-volum ta’ alkoħol[34]. | 'fiha l-likurizja – nies li jbatu minn ipertensjoni għandhom jevitaw il-konsum eċċessiv' għandha titniżżel immedjatament wara l-lista ta' ingredjenti. Jekk ma jkunx hemm il-lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem ta' l-ikel. |

4. XORB B’KONTENUT GħOLI TA’ KAFFEINA |

4.1 Xorb, minbarra dak ibbażat fuq il-kafe, it-te jew il-kafe jew l-estratt tat-te fejn l-isem ta’ l-ikel jinkludi l-kelma “kafe’” jew “te”, li: hu intiż għall-konsum mingħajr modifikazzjoni u li fih il-kafeina, minn kwalunkwe sors, f'proporzjon ta' aktar minn 150 mg/l, jew hu f’forma konċentrata jew imnixxfa u wara r-rikostruzzjoni fih il-kafeina, minn kwalunkwe sors, f’proporzjon ta’ aktar minn 150 mg/l | 'Kontenut għoli ta’ kafeina' fl-istess post viżiv bħall-isem tax-xorb, flimkien ma’ referenza fil-parentesi u skond l-Artikolu 14(5) ta’ dan ir-Regolament għall-kontenut ta’ kafeina mfisser f’mg/100 ml. |

5. IKEL B’PHYTOSTEROLS MIżJUDA, PHYTOSTEROL ESTERS, PHYTOSTANOLS JEW PHYTOSTANOL ESTERS |

5.1 Ikel jew ingredjenti ta’ l-ikel b’phytosterols miżjuda, phytosterol esters, phytostanols jew phytostanol esters | (1) 'bi sterols tal-pjanti miżjuda' jew 'bi stanols tal-pjanti miżjuda' fl-istess parti viżiva bħall-isem ta' l-ikel; (2) l-ammont ta’ kontenut ta’ fotosteroli, l-esteri fitosteroli, l-fitostanoli jew l-esteri fitostanoli miżjud (espress bħala % jew bħala g ta’ steroli/stanoli ħielsa tal-pjanti kull 100 g jew 100 ml tal-ikel) għandu jiġi dikjarat fil-lista ta' l-ingredjenti; (3) stqarrija li l-ikel hu intiż esklussivament għan-nies li jixtiequ jbaxxu l-livell ta’ kolesterol fid-demm tagħhom; (4) stqarrija li l-pazjenti li qed jieħdu medikazzjoni biex ibaxxu l-kolesterol għandhom jikkonsmaw il-prodott biss taħt superviżjoni medika; (5) stqarrija li tidher mall-ewwel li l-ikel jista’ ma jkunx adattat b’mod nutrizzjonali għal ommijiet tqal jew li qed ireddgħu u għal tfal taħt il-ħames snin; (6) parir li l-ikel irid jintuża’ bħala parti minn dieta bilanċjata u varjata, inkluż konsum regolari ta’ frott u ħaxix biex iżomm għolja l-livelli ta' carotenoid; (7) fl-istess parti viżiva bħad-dettall meħtieġ taħt il-punt 3) ta’ hawn fuq, stqarrija li l-konsum ta’ aktar minn 3 g kuljum ta’ sterols tal-pjanti miżjuda/stanols tal-pjanti għandu jiġi evitat; (8) definizzjoni ta’ porzjon ta’ l-ikel jew ingredjent ta’ l-ikel konċernat (preferibbilment fi g jew ml) bl-ammont ta' l-isterol tal-pjanti/stanol tal-pjanti li fih kull porzjon. |

ANNESS IV

IKEL LI HU EŻENTAT MIR-REKWIŻIT DWAR ID-DIKJARAZZJONI TAN-NUTRIZZJONI OBBLIGATORJA

- prodotti mhux ipproċessati li fihom ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

- prodotti pproċessati li għaddew biss minn ipproċessar wieħed li hu affumikazzjoni jew maturazzjoni u li magħmulin minn ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

- ilmijiet intiżi li jiġu kkonsmati min-nies, inkluż dawk fejn l-unika ingredjenti miżjuda huma d-dijossidu tal-karbonju u/jew ħwawar;

- ħxejjex aromatiċi, ħwawar jew taħlitiet tagħhom;

- melħ u sostituti tal-melħ;

- prodotti koperti bid-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 marbuta ma’ estratti tal-kafe u estratti taċ-ċikwejra[35], żerriegħa tal-kafe sħiħa jew mitħuna jew żerriegħa tal-kafe dekafinat sħiħa jew mitħuna;

- infużjoni tal-ħxejjex aromatiċi, te, te dekafinat, te magħmul malajr jew li jinħall jew estratt tat-te, dekafinat magħmul malajr jew te li jinħall jew estratt tat-te, li ma fihomx ingredjenti miżjuda;

- ħall fermentat u sostituti tal-ħall, inkluż dawk fejn l-unika ingredjenti miżjuda huma l-ħwawar;

- ħwawar;

- addittivi ta’ l-ikel;

- għajnuniet għall-ipproċessar;

- enżimi ta’ l-ikel;

- ġelatina;

- ġelatina jew komposti biex jgħaqad il-ġamm;

- ħmira;

- ikel f’pakketti jew f’kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu erja ta’ inqas minn 25 ċm2;

- ikel mibjugħ minn nies privati fil-kuntest ta’ attivitajiet okkażjonali, u mhux bħala parti minn intrapriża li tkun timplika ċerta kontinwità ta’ attivitajiet u ċertu ammont ta’ organizzazzjoni;

- ikel fornut direttament mill-fabbrikant ta’ kwantitajiet żgħar ta’ prodotti lill-konsumatur aħħari jew lil stabbilimenti lokali ta’ bejgħ bl-imnut li jfornu direttament lill-konsumatur aħħari;

- ikel f’pakkett intern mhux maħsub li jinbiegħ mingħajr il-pakkett ta' barra (l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tingħata fuq il-pakkett ta' barra sakemm ma tkunx tappartjeni għall-kategoriji ta' ikel li huma eżentati taħt dan l-Anness).

ANNESS V

L-ISEM TA’ L-IKEL U D-DETTALJI SPEĊIFIĊI LI JKOLLU MIEGĦU

PARTI A – L-ISEM TA’ L-IKEL

1. Għandu jitħalla jintuża fl-Istat Membru fejn isir ir-reklamar l-isem ta’ l-ikel li bih il-prodott jiġi fabbrikat legalment u mibjugħ fl-Istat Membru tal-produzzjoni.

Minkejja dan, meta l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk imniżżla fl-Artikolu 9, ma jgħinux lill-konsumaturi fl-Istat Membru fejn isir ir-reklamar biex isiru jafu n-natura vera ta’ l-ikel u biex jiddistingwuh mill-ikel li miegħu jista’ jiġi mħawwad, l-isem ta’ l-ikel għandu jkollu miegħu informazzjoni oħra deskrittiva li għandha tidher ħdejn l-isem ta’ l-ikel.

2. F’każijiet rari, l-isem ta’ l-ikel ta’ l-Istat Membru tal-produzzjoni m'għandux jintuża’ fl-Istat Membru tal-bejgħ meta l-ikel li hu jsemmi jkun differenti, fir-rigward tal-kompożizzjoni jew il-fabbrikazzjoni tiegħu, mill-ikel magħruf taħt dak l-isem li d-dispożizzjonijiet tal-punt 1 mhumiex biżżejjed biex jassiguraw, fl-Istat Membru tal-bejgħ, li tingħata informazzjoni korretta lix-xerrej.

3. L-ebda isem protett bħala proprjetà intelletwali, isem tad-ditta jew isem ornamentali ma jista’ jiġi sostitwit ma’ l-isem ta’ l-ikel.

PARTI B – DETTALJI OBBLIGATORJI LI JINSABU MA’ L-ISEM TA’ L-IKEL

1. L-isem ta’ l-ikel għandu jinkludi jew ikollu miegħu d-dettalji dwar il-kondizzjoni fiżika ta’ l-ikel jew it-trattament speċifiku li jkun għadda minnu (pereżempju, bit-trab, imnixxef iffriżat, iffriżat għal kollox, iffriżat malajr, konċentrat, affumikat) fil-każijiet kollha fejn jekk dik l-informazzjoni titħalla barra tista' tiżgwida lix-xerrej.

2. L-ikel trattat b’radjazzjoni jonizzanti għandu jkollu waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

‘irradjat’ jew ‘trattat b’radjazzjoni jonizzanti’.

PARTI Ċ – REKWIżITI SPEċIFIċI LI JIKKONċERNAW L-GħOTI TA’ ISEM TA’ ‘LAħAM IKKAPULJAT’

1. Kriterji ta’ kompożizzjoni ċċekkjati abbażi ta’ medja ta’ kuljum:

Kontenut ta’ xaħam | Tessut li jgħaqqad: meat protein ratio |

— laħam ikkapuljat dgħif | ≤ 7 % | ≤ 12 |

— ikkapuljat taċ-ċanga pura | ≤ 20 % | ≤ 15 |

— laħam ikkapuljat li fih il-majjal | ≤ 30 % | ≤ 18 |

— laħam ikkapuljat ta’ speċi oħra | ≤ 25 % | ≤ 15 |

2. Permezz ta' deroga mir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IV tas-Taqsima V ta' l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-kliem li ġej għandu jidher fuq it-tikkettjar:

- ‘persentaġġ ta’ xaħam taħt ...’,

- ‘tessut li jgħaqqad: proporzjon ta’ proteini fil-laħam taħt ...’.

3. L-Istati Membri jistgħu jagħtu lok li jitqiegħed fis-suq nazzjonali tagħhom laħam ikkapuljat li ma jikkonformax mal-kriterji stipulati fil-punt 1 ta’ din il-Parti taħt marka nazzjonali li ma tistax tiġi mħawda mal-marki previsti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

ANNESS VI

INDIKAZZJONI U GĦOTI TA’ ISEM LILL-INGREDJENTI

PARTI A – DISPOżIZZJONIJIET SPEċIFIċI LI JIKKONċERNAW L-INDIKAZZJONI TA’ INGREDJENTI F’ORDNI LI TONQOS SKOND L-UżIN

Kategorija ta’ ingredjenti | Dispożizzjoni li tikkonċerna l-indikazzjoni bl-użin |

1. Ilma miżjud u prodotti volatili | Għandhom jitniżżlu fl-ordni skond il-piż tagħhom tal-prodott lest. L-ammont ta’ ilma miżjud bħala ingredjent f’xi ikel għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas mill-ammont totali tal-prodott lest l-ammont totali ta’ l-ingredjenti l-oħra użati. Dan l-ammont m’għandux jitqies jekk ma jaqbiżx il-5% bil-piż tal-prodott lest. |

2. Ingredjenti użati f’forma konċentrata jew deidrata u magħmula mill-ġdid waqt il-fabbrikazzjoni | Jistgħu jitniżżlu fl-ordni skond il-piż tagħhom kif irreġistrat qabel il-konċentrazzjoni jew id-dijadrizzazzjoni tagħhom. |

3. L-ingredjenti użati f'ikel konċentrat jew deiderat, li huma intiżi biex jiġu magħmula mill-ġdid biż-żieda ta' ilma | Jistgħu jitniżżlu f’ordni proporzjonali tal-prodott magħmul mill-ġdid dejjem jekk il-lista ta' ingredjenti jkollha magħha espressjoni, bħala 'ingredjenti tal-prodott magħmul mill-ġdid' jew 'ingredjenti tal-prodott lest biex jintuża’. |

4. Il-frott, il-ħaxix jew il-faqqiegħ, li ma tantx jippredominaw f’termini ta’ użin u li huma użati fi proporzjonijiet li x’aktarx ivarjaw, użati f’taħlita bħala ingredjenti ta' xi ikel | Jistgħu jitqiegħdu flimkien fi grupp fil-lista ta' ingredjenti taħt l-isem 'frott', 'ħxejjex' jew 'faqqiegħ' flimkien mal-frażi ' fi proporzjonijiet li jvarjaw', segwiti immedjatament b'lista tal-frott, ħxejjex jew faqqiegħ li jkun fihom. F’dawk il-każijiet, it-taħlita għandha titniżżel fil-lista ta’ ingredjenti skond l-Artikolu 19(1), abbażi tal-piż totali tal-frott, ħxejjex jew faqqiegħ li jkun fiha. |

5. Ingredjenti f’taħlitiet ta’ ħwawar jew ħxejjex aromatiċi, fejn l-ebda minnhom ma tippredomina sew fil-proporzjon bl-użin | Jistgħu jitniżżlu f’ordni oħra dejjem jekk dik il-lista ta' ingredjenti fiha magħha l-espressjoni bħal 'fi proporzjon varjabbli'. |

6. Ingredjenti li jiffurmaw inqas minn 2% tal-prodott lest | Jistgħu jitniżżlu f’ordni differenti wara l-ingredjenti l-oħra. |

7. Ingredjenti li huma simili jew li jistgħu jiġu sostwiti b’xulxin, li x’aktarx jintużaw fil-fabbrikazzjoni jew preparazzjoni ta’ xi ikel mingħajr ma jbiddlu l-kompożizzjoni tiegħu, in-natura tiegħu jew il-valur tiegħu li jidher, u sakemm jiffurmaw inqas minn 2% tal-prodott lest | Tista’ ssir referenza għalihom fil-lista ta’ ingredjenti permezz tal-frażi ‘fihom ... u/jew ...’, fejn talanqas wieħed minn mhux aktar minn żewġ ingredjenti jinsab fil-prodott lest. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal addittivi ta’ l-ikel jew għall-ingredjenti mniżżla fil-Parti Ċ ta’ dan l-Anness. |

PARTI B – ĊERTI INGREDJENTI JISSEMMEW BL-ISEM TAL-KATEGORIJA AKTAR MILLI B’ISEM SPEċIFIKU

L-ingredjenti li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji ta’ ikel imniżżla hawn taħt u li huma kostitwenti ta’ xi ikel ieħor għandhom ikunu meħtieġa jissemmew biss bl-isem ta’ dik il-kategorija.

Definizzjoni tal-kategorija ta’ ikel | Għoti ta’ isem |

1. Żjut raffinati apparti milli żejt taż-żebbuġa | ‘Żejt’, flimkien ma’ jew l-aġġettiv “veġitali” jew mill-“annimali”, skond kif xiraq, jew b'indikazzjoni ta' l-oriġini veġitali jewmill-annimali tagħhom. L-aġġettiv ‘idroġenizzat’ irid ikun ma’ l-indikazzjoni ta’ żejt idroġenizzat sakemm l-ammonti ta’ saturati u trans xaħmijiet ma jkunux imniżżla fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni |

2. Xaħmijiet raffinati | 'Xaħam’, flimkien ma’ jew l-aġġettiv “veġitali” jew mill-“annimali”, skond kif xiraq, jew b'indikazzjoni ta' l-oriġini veġitali jewmill-annimali tagħhom. L-aġġettiv 'idroġenizzat’ irid ikun ma’ l-indikazzjoni ta’ xaħam idroġenizzat sakemm l-ammont ta’ saturati u trans xaħmijiet ma jkunux imniżżla fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni |

3. Taħlitiet ta' tqiq akwistati minn tnejn jew aktar speċje taċ-ċereali | ‘Dqiq’, segwit minn lista taċ-ċereali li minnhom inkiseb, f’ordni li tonqos skond l-użin |

4. Lamtijiet, u lamtijiet immodifikati b'meżżi fiżiċi jew bl-enżimi | ‘Lamtu’ |

5. L-ispeċi kollha tal-ħut fejn il-ħut jifforma ingredjent ta’ xi ikel ieħor u dejjem jekk l-isem u l-preżentazzjoni ta’ dak l-ikel ma jirreferix għal speċi speċifika ta’ ħut | ‘Ħut’ |

6. It-tipi kollha ta’ ġobon fejn il-ġobon jew taħlita ta’ ġobnijiet tifforma ingredjent ta’ xi ikel u dejjem jekk l-isem u l-preżentazzjoni ta’ dak l-ikel ma tirreferix għal tip speċifiku ta’ ġobon | ‘Ġobon’ |

7. Il-ħwawar kollha li ma jeċċedux 2 % bil-piż ta' l-ikel | ‘Ħwawar’ jew ‘ħwawar imħallta’ |

8. Il-ħxejjex aromatiċi kollja jew partijiet minn ħxejjex aromatiċi li ma jeċċedux 2 % bil-piż ta' l-ikel | ‘Ħxejjex aromatiċi’ jew ‘ħxejjex aromatiċi mħallta’ |

9. It-tipi tal-preparazzjonijiet kollha tal-gomma (għelk) użati fil-manifattura tal-bażi tal-gomma għal chewing gum | ‘Bażi tal-gomma’ |

10. It-tipi kollha ta' prodotti ta' ċereeali moħmija u mfarrka | ‘Frak’ jew ‘qriemeċ’ kif jixraq |

11. It-tipi kollha tas-sokrosju | ‘Zokkor’ |

12. Anhydrous dextrose jew dextrose monohydrate | ‘Dextrose’ |

13. Xirop tal-glukosju u xirop tal-glikosju aniħidrat | ‘Ġulepp tal-glukows’ |

14. It-tipi kollha tal-proteina tal-ħalib (proteini tal-kaseini, tal-kasinati, u tax-xorrox) u t-taħlitiet tagħhom | ‘Proteini tal-ħalib’ |

15. Butit tal-kokotina, ippressat, mislut jew raffinat | ‘Butir tal-kuddina’ |

16. It-tipi kollna ta' nbejjed kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 | ‘Inbid’ |

17. Il-muskoli skeletriċi[36] ta’ l-ispeċi mammiferi u ta’ l-għasafar meqjusa tajbin biex jiġu kkonsmati min-nies b’tessut inkluż b’mod naturali jew imwaħħal, fejn ix-xaħam totali u l-kontenut tat-tessut konnettiv ma jeċċedux il-valuri indikati hawn taħt u fejn il-laħam jikkostitwixxi ingredjent ta’ xi ikel ieħor. Il-prodotti koperti bid-definizzjoni ta’ ‘laħam separat b’mod mekkaniku’ huma esklużi minn din id-definizzjoni. Xaħam massimu u kontenut massimu ta’ tessut konnettiv għall-ingredjenti msemmija bit-terminu ‘... laħam’ | ‘... laħam’ u l-isem(/ismijiet)[37] ta’ l-ispeċi ta’ l-annimali li minnu ġej. |

Speċi | Xaħam (%) | Tessut li jgħaqqad[38] (%) |

Mammiferi (minbarra fniek u qżieqeż) u taħlitiet ta' speċi mal-mammiferi predominanti | 25 | 25 |

Qżieqeż | 30 | 25 |

Għasafar u fniek | 15 | 10 |

Jekk jinqabżu dawn il-limiti massimi, iżda l-kriterji l-oħra kollha għad-definizzjoni ta’ ‘laħam’ jiġu sodisfatti, il-kontenut ta’ ‘... laħam’ irid ikun aġġustat ‘l isfel skond il-bżonn u l-lista ta’ ingredjenti trid issemmi, flimkien mat-terminu ‘... laħam’, il-preżenza ta’ xaħam u/jew tessut konnettiv. |

18. It-tipi kollha ta’ prodotti koperti bid-definizzjoni ta’ ‘laħam separat b’mod mekkaniku’. | ‘laħam separat b’mod mekkaniku’ u l-isem(/ismijiet) (3) ta’ l-ispeċi ta’ annimali li minnu ġej. |

PARTI Ċ – ĊERTI INGREDJENTI JISSEMMEW BL-ISEM TAL-KATEGORIJA TAGħHOM SEGWITI BL-ISEM SPEċIFIKU TAGħHOM JEW IN-NUMRU TAL-KE TAGħHOM

Addittivi ta' l-ikel u l-enżimi barra minn dawk speċifikati fl-Artikolu 21(b) li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji mniżżla f’din il-Parti jridu jingħataw l-isem ta’ dik il-kategorija, flimkien ma’ l-isem speċifiku tagħhom jew, jekk jixraq, in-numru tal-KE tagħhom. Jekk l-ingredjent jappartjeni għal aktar minn waħda mill-kategoriji, għandha tiġi indikata l-kategorija adattata għall-funzjoni prinċipali fil-każ ta' l-ikel imsemmi. Minkejja dan, l-għoti ta’ l-isem ‘lamtu modifikat’ irid ikollu dejjem miegħu l-indikazzjoni ta’ l-oriġini speċifika veġetali tiegħu, meta dak l-ingredjent jista’ jkun fih il-glutina.

Aċtu |

Regolatur ta’ l-aċidità |

Aġent ta’ kontra l-caking |

Aġent ta’ kontra l-fowm |

Antiossidant |

Bulking agent |

Kulur |

Emulsjonant |

Melħ emulsifikat[39] |

Kimika li ssaħħaħ |

Dak li jtejjeb it-togħma |

Kimika li tittratta d-dqiq |

Kimika tal-ġel |

Kimika tal-kisi |

Humectant |

Lamtu mmodifikat[40] |

Preservattiv |

Gass ikkompressat |

Kimika li tgħolli |

Stabbilizzatur |

Ħlewwa |

Materjal li jħaxxen |

PARTI D – L-GħOTI TA’ ISEM LILL-ħWAWAR FIL-LISTA TA’ INGREDJENTI

1. Il-ħwawar għandhom jiġu msemmija jew bil-kelma ‘ħwawar’ jew b’isem jew deskrizzjoni aktar speċifika tal-ħwawar.

2. Il-kinina u/jew il-kafeina użati bħala ħwawar fil-produzzjoni jew fil-preparazzjoni ta’ xi ikel għandhom jissemmew bl-isem fil-lista ta’ ingredjenti eżatt wara l-kelma ‘ħwawar’.

3. Il-kelma 'naturali' jew xi kelma oħra li jkollha kważi l-istess tifsira tista’ tintuża’ biss għall-ħwawar li fihom il-komponent tal-ħwawar fih esklussivament sustanzi tal-ħwawar kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) tad-Direttiva 88/388/KEE u/jew il-preparazzjonijiet tal-ħwawar kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(ċ) ta' dik id-Direttiva.

4. Jekk l-isem tal-ħwawar fih referenza għan-natura jew oriġini veġetali jew ta' l-annimali tas-sustanzi inkorporati, il-kelma 'naturali' jew xi kelma oħra li jkollha kważi l-istess tifsira ma tistax tintuża' sakemm il-komponent tal-ħwawar ma jkunx ġie iżolat permezz ta’ proċessi fiżiċi, enżimatiċi jew mikrobijoloġiċi adattati jew proċessi ta' preparazzjoni ta' l-ikel tradizzjonali biss jew kważi biss mill-ikel jew mis-sors ta' ħwawar konċernati.

PARTI E – L-GħOTI TA’ ISEM LILL-INGREDJENTI KOMPOSTI

1. Ingredjent kompost jista’ jiġi inkluż fil-lista ta’ ingredjenti, taħt l-isem tiegħu stess sakemm dan ikun stipulat bil-liġi jew stabbilit bit-tradizzjoni, fir-rigward tal-piż globali tiegħu, u jkun segwit immedjatament b’lista ta’ ingredjenti tiegħu.

2. Il-lista ta’ ingredjenti għall-ingredjenti komposti m’għandhiex tkun obbligatorja:

(a) fejn il-kompożizzjoni ta' l-ingredjent kompost huwa mfisser fil-leġiżlazzjoni Komunitarja preżenti, u sakemm l-ingredjent kompost jikkostitwixxi inqas minn 2% tal-prodott lest; iżda, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għall-addittivi ta’ l-ikel, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 21(a) sa (d); jew

(b) għall-ingredjenti komposti magħmula minn taħlitiet ta’ speċi u/jew ħxejjex aromatiċi li jikkostitwixxu inqas minn 2% tal-prodott lest, minbarra l-addittivi ta’ l-ikel, dejjem skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 21 (a) sa (d); jew

(c) fejn l-ingredjent kompost huwa ikel li għalih mhix meħtieġa lista ta’ ingredjenti taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja.

ANNESS VII

INDIKAZZJONI KWANTITATTIVA TA’ INGREDJENTI

1. L-indikazzjoni kwantitattiva m’għandhiex tkun meħtieġa:

(a) għal xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti:

(i) li l-piż nett mingħajr ilma tagħhom hu indikat skond il-punt 5 ta’ l-Anness VIII; jew

(ii) il-kwantitajiet ta’ liema kienu diġà obbligatorji fuq it-tikkettjar skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji; jew

(iii) li huma użati fi kwantitajiet żgħar għall-finijiet ta’ ħwawar; jew

(iv) li, filwaqt li jidhru fl-isem ta’ l-ikel, mhumiex tali li jikkmandaw l-għażla tal-konsumatur fil-pajjiż fejn jiġu mibjugħa minħabba li l-varjazzjoni fil-kwantità mhix essenzjali biex tikkaratterizza l-ikel jew ma tiddistingwihx minn ikel simili; jew

(b) fejn id-dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi jistipulaw b’mod preċiż il-kwantità ta' xi ingredjent jew kategorija ta' ingredjenti mingħajr ma jaħsbu għall-indikazzjoni tiegħu fuq it-tikkettjar; jew

(c) fil-każijiet imsemmija fil-punti 4 u 5 tal-Parti A ta’ l-Anness VI.

2. L-Artikolu 23(1) (a) u (b) m’għandux japplika fil-każ ta’:

(a) xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti koperti bl-indikazzjoni ‘bil-ħwawar’ jew ‘biz-zokkor’ jekk dik l-indikazzjoni tkun ma’ l-ikel, skond l-Anness III; jew

(b) xi vitamini u minerali miżjuda jekk dik is-sustanza tkun soġġetta għad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

3. L-indikazzjoni tal-kwantità ta’ xi ingredjent jew kategorija ta’ l-ingredjenti għandha:

(a) tkun imfissra bħala persentaġġ, li għandha tikkorrispondi mal-kwantità ta’ l-ingredjent jew ingredjenti meta jintuża’/jintużaw; u

(b) tidher jew fl-isem jew eżatt ħdejn l-isem ta' l-ikel jew fil-lista ta' ingredjenti b'konnessjoni ma' l-ingredjent jew kategorija ta' ingredjenti konċernati.

4. B’deroga mill-punt 3,

(a) fejn l-ikel ikun tilef mill-irtubija tiegħu minħabba trattament bis-sħana jew trattament ieħor, il-kwantità għandha tiġi mfissra bħala persentaġġ li għandu jikkorrispondi mal-kwantità ta’ l-ingredjent(i) użat, marbut mal-prodott lest, sakemm dik il-kwantità jew il-kwantità totali ta’ l-ingredjenti kollha indikati fuq it-tikkettjar taqbeż il-100%, f’liema każ il-kwantità għandha tiġi indikata abbażi tal-piż ta’ l-ingredjent(i) użat biex tiġi preparata 100g tal-prodott lest;

(b) il-kwantità ta’ l-ingredjenti volatili għandha tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin fil-prodott lest;

(c) il-kwantità ta’ ingredjenti użati f’forma konċentrata jew deidrata u magħmula mill-ġdid waqt il-fabbrikazzjoni tista’ tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin kif meħud waqt il-konċentrazzjoni jew id-deidrazzjoni tagħhom;

(d) fil-każ ta’ ikel konċentrat jew deidrat li hu intiż li jiġi magħmul mill-ġdid biż-żieda ta’ ilma, il-kwantità ta’ l-ingredjenti tista’ tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin fil-prodott magħmul mill-ġdid.

ANNESS VIII

DIKJARAZZJONI DWAR IL-KWANTITA` NETTA

1. Il-kwantità netta ma għandhiex tkun obbligatorja fil-każ ta’ ikel:

(a) li hu soġġett għal telf konsiderevoli fil-volum jew piż tiegħu u li jinbiegħ bil-wieħed jew jintiżen fil-preżenza tax-xerrej; jew

(b) il-kwantità netta tiegħu li hi inqas minn 5 g jew 5 ml; iżda, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għall-ħwawar u l-ħxejjex aromatiċi.

2. Fejn l-indikazzjoni ta’ ċertu tip ta’ kwantità (bħall-kwantità nominali, il-kwantità minima, il-kwantità medja) hi meħtieġa bid-dispożizzjonijiet Komunitarji jew, fejn m’hemm xejn, bid-dispożizzjonijiet nazzjonali, din il-kwantità għandha titqies bħala l-kwantità netta għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

3. Meta oġġett ippakkjat bil-lest ikun magħmul minn żewġ oġġetti jew aktar ippakkjati bil-lest li fihom l-istess kwantità ta’ l-istess prodott, il-kwantità netta għandha tiġi indikata billi tissemma l-kwantità netta li hemm f’kull pakkett individwali u n-numru totali ta’ dawk il-pakketti. L-indikazzjoni ta’ dawk id-dettalji m'għandhiex, iżda, tkun obbligatorja fejn in-numru totali ta' pakketti individwali jista' jidher sew u jiġi magħdud faċilment minn barra u fejn talanqas tidher sew minn barra indikazzjoni waħda tal-kwantità netta li hemm f’kull pakkett individwali.

4. Meta oġġett ippakkjat bil-lest ikun magħmul minn żewġ pakkett individwali jew aktar li mhumiex meqjusa bħala unitajiet għall-bejgħ, il-kwantità netta għandha tingħata billi tiġi indikata l-kwantità netta totali u n-numru totali ta' pakketti individwali.

5. Meta ikel solidu jiġi preżentat f’forma likwida, il-piż nett ta’ l-ikel imsoffi mil-likwidu għandu jiġi indikat ukoll.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, ‘il-forma likwida’ għandha tfisser il-prodotti li ġejjin, possibbilment f’taħlitiet u anki meta ffriżati jew iffriżati malajr, dejjem jekk il-likwidu hu biss żieda ma’ l-elementi essenzjali ta’ dik il-preparazzjoni u għalhekk mhux fattur deċiżiv għax-xiri: ilma, taħlitiet ta’ melħ fl-ilma, salmura, taħlitiet ta’ ilma ta’ aċidi fl-ikel, ħall, taħlitiet fl-ilma taz-zokkor, taħlitiet fl-ilma ta' sostanzi oħra ħelwin, ġulepp tal-froxx jew tal-ħaxix fil-każ ta' frott jew ħxejjex.

ANNESS IX

DATA TA’ DURABBILTA` MINIMA

1. Id-data tad-durabbiltà minima għandha tiġi indikata kif ġej:

(a) Id-data għandu jkollha quddiemha l-kliem:

- ‘Uża qabel ...’ fejn id-data tinkludi indikazzjoni tal-ġurnata,

- ‘Uża qabel l-aħħar ta’ ...’ f’każijiet oħra.

(b) Il-kelmiet imsemmija fil-punt (a) għandu jkollhom magħhom:

- jew id-data nnifisha, jew

- referenza għal fejn tidher id-data fuq it-tikkettjar.

Jekk hemm bżonn, dawn id-dettalji għandu jkollhom warajhom deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-ħżin li jridu jiġu osservati jekk il-prodott irid jinżamm għall-perjodu speċifikat.

(c) Id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u s-sena f’forma kronoloġika mhux kodifikata.

Iżda, fil-każ ta’ l-ikel:

- li ma jżommx għal aktar minn tliet xhur, għandha tkun biżżejjed indikazzjoni tal-ġurnata u x-xahar,

- li jżomm għal aktar minn tliet xhur iżda mhux għal aktar minn 18-il xahar, għandha tkun biżżejjed indikazzjoni tax-xahar u tas-sena,

- li jżomm għal aktar minn 18-il xahar, għandha tkun biżżejjed indikazzjoni tas-sena.

(d) Skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji li jimponu tipi oħra ta’ indikazzjoni tad-data m’għandhiex tkun meħtieġa indikazzjoni tad-data tad-durabbiltà minima għal:

- frott u ħaxix frisk, inkluż patata, li ma tqaxxritx, tqattgħetx jew ġiet trattatta b'mod simili; din id-deroga m'għandhiex tapplika għal żerriegħa li qed tarmi u prodotti simili bħal legumi ta' l-isprouts,

- inbid, inbejjed tal-likur, inbejjed bil-gass, inbejjed aromatizzati u prodotti simili miksuba mill-frott minbarra l-għeneb, u xorb li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 22060091, 22060093 u 22060099 u fabbrikati mill-għeneb jew mill-għeneb magħsur,

- xorb li fih 10% jew aktar bil-volum ta’ alkoħol,

- soft drinks , juices tal-frott, nektars tal-frott u xarbiet alkoħolici li fihom iktar minn 1.2 % mil-lat ta' volum ta' alkoħol f'reċipjenti individwali ta' aktar minn ħames litri, intenzjonati għall-forniment lil mass-caterers ,

- oġġetti magħmula mill-furnara jew mill-kokijiet tal-pasti li, minħabba n-natura tal-kontenut tagħhom, normalment jiġu kkunsmati fi żmien 24 siegħa mindu jintgħamlu,

- ħall,

- melħ tat-tisjir,

- zokkor sħiħ,

- prodotti tal-pasti magħmula kważi għal kollox minn zokkor bil-ħwawar u/jew ikkulurit,

- chewing gums u prodotti simili li tomgħodhom,

- porzjonijiet individwali ta’ġelat.

2. Id-data ‘uża’ sa’ għandha tiġi indikata kif ġej:

(a) Din għandu jkollha qabilha l-kelmiet ‘uża sa ...’:

(b) Il-kliem fil-punt (a) għandu jkollu miegħu:

- jew id-data nfisha, jew

- referenza għal fejn tidher id-data fuq it-tikkettjar.

Dawk id-dettalji għandu jkollhom magħhom deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet dwar il-ħżin li jridu jiġu osservati.

(c) Id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u, jekk jista' jkun, is-sena, f'dik l-ordni u f'forma mhux kodifikata.

ANNESS X

SAĦĦA ALKOĦOLIKA

Is-saħħa alkoħolika proprja bil-volum ta’ xorb li fih aktar minn 1,2% bil-volum ta’ alkoħol għandha tiġi indikata permezz ta’ numru sa mhux iktar minn post wieħed deċimali. Dan għandu jkun segwit bis-simbolu ‘%vol.’ u jista’ jkollu quddiemu l-kelma ‘alkoħol’ jew l-abbrevazzjoni ‘alc’.

Is-saħħa alkoħolika għandha tiġi determinata f'temperatura ta' 20°C.

It-tolleranzi pożittivi u negattivi mħollija fir-rigward ta’ l-indikazzjoni tas-saħħa alkoħolika bil-volum u mfissra f’valuri assoluti għandhom jidhru kif imniżżla fit-tabella li ġejja. Dawn għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għat-tolleranzi li joħorġu mill-metodu ta’ analiżi użat biex tiġi determinata s-saħħa alkoħolika.

Deskrizzjoni tax-xorb | Tolleranza pożittiva jew negattiva |

1. Birer li jkollhom qawwa alkoħolika li ma taqbiżx il-5,5 % tal-vol.; xorb klassifikat taħt is-subtitolu 22.07 B II tat-Tariffa Komuni Doganali u magħmul mill-għeneb: | 0,5 % vol. |

2. Birer li jkollhom qawwa alkoħolika li taqbeż il-5,5 % tal-vol.; ix-xorb klassifikat taħt is-subtitolu 22.07 B I tat-Tariffa Doganali Komuni u magħmula mill-għeneb; sajder, perries, inbejjed tal-frott u oħrajn ta' din ix-xorta, miksuba mill-frott minbarra mill-għeneb, sew jekk ikun semi-gassjat jew iggassjat; xorb ibbażat fuq għasel iffermentat | 1 % vol. |

3. Xorb li jkollu frott imxarrab jew partijiet ta' pjanti | 1,5 % vol. |

4. Kull xorb ieħor li fih aktar minn 1,2% bil-volum ta’ alkoħol | 0.3 % vol. |

ANNESS XI

KONSUM REFERENZJALI

PARTI A – KONSUM REFERENZJALI TA’ VITAMINI U MINERALI (ADULTI)

1. Vitamini u minerali li jistgħu jiġu dikjarati u kemm hu rakkomandat li għandu jittieħed kuljum minnhom (RDAs)

Vitamin A (µg) Vitamin D (µg) Vitamin E (mg) Vitamin C (mg) Thiamin (mg) Riboflavin (mg) Niacin (mg) Vitamin B6 (mg) Folacin (µg) | 800 5 10 60 1,4 1,6 18 2 200 | Vitamin B12 (µg) Biotin (mg) Pantothenic acid (mg) Calcium (mg) Phosphorus (mg) Iron (mg) Magnesium (mg) Zinc (mg) Iodine (µg) | 1 0,15 6 800 800 14 300 15 150 |

2. Ammont sinifikanti ta’ vitamini u minerali

Ġeneralment, 15% ta’ l-ammont rakkomandat speċifikat fil-punt 1 mogħti b’100 g jew 100 ml jew għal kull pakkett jekk il-pakkett ikun fih porzjon wieħed biss għandu jitqies meta jiġi deċiż x’jikkostitwixxi ammont sinifikanti.

PARTI B – KONSUM REFERENZJALI TA’ ENERġIJA U NUTRIJENTI MAGħżULA MINBARRA VITAMINI U MINERALI (ADULTI)

Enerġija jew nutrijent | Konsum Referenzjali |

Enerġija | 8400 kJ (2000 kcal) |

Xaħam totali | 70 g |

Saturati | 20 g |

Karboidrati | 230 g |

Zokkor | 90 g |

Melħ | 6 g |

ANNESS XII

FATTURI TA’ KONVERŻJONI

FATTURI TA’ KONVERżJONI BIEX TIġI KKALKULATA L-ENERġIJA

Il-valur ta’ enerġija li jrid jiġi dikjarat għandu jiġi kkalkulat permezz tal-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin:

— karboidrati (ħlief polyols) | 4 kcal/g — 17 kJ/g |

— polyols | 2.4 kcal/g — 10 kJ/g |

— proteini | 4 kcal/g — 17 kJ/g |

— xaħam | 9 kcal/g — 37 kJ/g |

— salatrims | 6 kcal/g — 25 kJ/g |

— alkoħol (ethanol) | 7 kcal/g — 29 kJ/g |

— aċidu organiku | 3 kcal/g — 13 kJ/g |

ANNESS XIII

ESPRESSJONI U PREŻENTAZZJONI TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI

PARTI A – ESPRESSJONI TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI

L-unitajiet li jridu jintużaw fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:

— enerġija | Kj u kcal |

— xaħam | grammi (g) |

— karboidrati |

— fajber |

— proteini |

— melħ |

— vitamini u minerali | l-unitajiet speċifikati fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness XI |

— sustanzi oħrajn | unitajiet kif jixraq għas-sustanzi individwali konċernati |

PARTI B – ORDNI TA’ PREżENTAZZJONI TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI TAL-KOMPONENTI TA’ KARBOIDRATI U XAħAM

1. Fejn il-polyols u/jew il-lamtu huma dikjarati, din id-dikjarazzjoni għandha tiġi inkluża fl-ordni li ġejja:

karboidrati | g |

li minnu: |

— zokkor | g |

— polyols | g |

— lamtu | g |

2. Fejn l-ammont u/jew tip ta' aċtu tax-xaħam hu dikjarat, din id-dikjarazzjoni għandha tiġi inkluża fl-ordni li ġejja:

xaħam | g |

li minnu: |

— saturati | g |

— trans fats | g |

— mono-unsaturates | g |

— polyunsaturates | g |

PARTI C – ORDNI TA’ PREżENTAZZJONI TA’ ENERġIJA U NUTRIJENTI LI JIDHRU F'DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI

L-ordni tal-preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni ta’ l-enerġija u n-nutrijenti, kif jixraq, għandha tkun kif ġej:

enerġija | Kj u kcal |

xaħam | g |

li minnhom |

— saturati | g |

— trans fats | g |

— mono-unsaturates | g |

— polyunsaturates | g |

karboidrati | g |

li minnhom |

— zokkor | g |

— polyols | g |

— lamtu | g |

fajber | g |

proteini | g |

melħ | g |

vitamini u minerali | l-unitajiet speċifikati fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness XI |

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. L-ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi

2. IL-QAFAS ABM/ ABB

Qasam(/oqsma) Politiku konċernat u Attività/Attivitajiet assoċjati: Protezzjoni tas-Saħħa u tal-Konsumatur - Is-Sikurezza ta’ l-Ikel, is-Saħħa ta’ l-Annimali, il-Benessri ta’ l-Annimali u s-Saħħa tal-Pjanti

3. IL-VOTI BAĠITARJI

3.1. Linji baġitarji (linji operazzjonali u linji għall-għajnuna teknika u amministrattiva relatata (ex- linji B..A) inklużi t-titoli:

L-ebda implikazzjoni finanzjarja.

3.2. It-tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

Miftuħa

3.3. Il-karatteristiċi baġitarji:

Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Titolu f’perspettiva finanzjarja |

4. TAQSIRA TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Taqsira ta' approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u approprjazzjonijiet ta’ ħlas (AĦ)

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Tip ta’ nefqa | Nru. tat-taqsima | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

Spiża operattiva[41] |

Flus Allokati (CA) | 8.1. | A |

Pagament Allokati (PA) | B |

Nefqa amministrattiva iklu¿a fl-ammont ta’ referenza[42] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | C |

AMMONT TA’ REFERENZA TOTALI |

Flus Allokati | a+c |

Pagamenti Allokati | b+c |

Nefqa amminstrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[43] |

Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | d |

Spejjeż amministrattivi, għajr għal riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6. | E |

Spiża finanzjarja indikattiva totali ta’ l-intervenzjoni |

AI TOTALI inkluża l-ispiża ta' Riżorsi Umani | a+c+d+e |

AĦ TOTALI inkluża l-ispiża ta’ Riżorsi Umani | b+c+d+e |

Dettalji tal-kofinanzjament

Dettalji ta’ ko-finanzjament Jekk il-proposta tinvolvi l-ko-finanzjament mill-Istati Membri, jew minn korpi oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), stima tal-livell ta’ dan il-ko-finanzjament għandha tiġi indikata fit-tabella t’hawn taħt (voti addizzjonali jistgħu jiġu miżjuda jekk korpi differenti huma previsti għall-għoti tal-ko-finanzjament):

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Korp ko-finanzjarju | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

…………………… | F |

AI TOTALI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Kompatibbiltà mal-Programmar Finanzjarju

X Il-proposta hi kompatibbli mal-programmar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta se tinvolvi programmar mill-ġdid tat-titolu rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ tirrikjedi li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[44] (jiġifieri l-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul

X Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul hu kif ġej:

EUR miljun (sa post wieħed deċimali)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Għadd totali ta’ riżorsi umani |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

Id-dettalji tal-kuntest tal-proposta huma meħtieġa fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Din it-taqsima tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-informazzjoni speċifika kumplimentari li ġejja:

5.1. Jeħtieġ li jintlaħaq f’terminu ta’ żmien qasir jew twil

Ir-Regolament propost dwar il-forniment ta' l-informazzjoni ta' l-ikel lill-konsumaturi tfassal mill-ġdid u taġġorna r-regoli attwali fit-tikkettjar ta' l-ikel li huma applikabbli għall-ikel b'mod ġenerali. Huwa jistabbilixxi mekkaniżmu flessibbli minn isfel għal fuq (li jippermetti l-partijiet interessati sabiex jagħmlu innovazzjoni fit-tikkettjar fuq l-ikel, u biex ir-regoli dwar it-tikkettjar jadattaw għal swieq differenti u li qed jinbidlu kontinwament u għat-talbiet tal-konsumaturi.

Ir-regoli fuq it-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni huma mfassla mill-ġdid skond id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar ġenerali fuq l-ikel. Il-proposta tagħmel lit-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni obbligatorju fil-post fejn jidher l-aktar fuq it- tikketta fuq l-ikel u tippermetti l-iżvilupp ta' l-aqwa prassi fil-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni tan-nutrizzjoni.

Hemm perjodu ta' tranżizzjoni ta' 3 snin għall-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda.

5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

L-għanijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni huma li:

- tippermetti lill-konsumaturi li jagħmlu għażliet informati, siguri, sani u sostenibbli;

- tipprovdi lill-konsumaturi b’tagħrif relevanti, utli u mistenni leġittimament;

- tiżgura t-tħaddim bla problemi tas-suq intern;

- trawwem ambjent tas-suq favur il-kompetizzjoni.

B’kunsiderazzjoni ta’ dawn l-għanijiet, l-ambitu wiesa’ tar-reviżjoni jirrifletti l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

- jiżguraw konsistenza u ċarezza fl-għoti ta’ tagħrif;

- iħarsu s-saħħa tal-konsumaturi u jindirizzaw talbiet speċifiċi tal-konsumatur għat-tagħrif;

- jevitaw it-tikkettar li jiżgwida;

- jippermettu l-innovazzjoni ta’ l-industrija li tippermettilhom li jagħmlu użu mit-tikkettjar biex jippromwovu l-prodotti tagħhom.

L-indikaturi li ġejjin se jiġu sorveljati: in-notifika mill-Istati membri ta' skemi nazzjonali relatati mal-forniment ta' informazzjoni ta' l-ikel lill-konsumaturi.

5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

Uri hawn taħt il-metodu(metodi)[46] magħżula għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni.

X Ġestjoni Ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delegazzjoni lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni għas-settur pubbliku

( Ġestjoni distribwita jew deċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ Pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

6. IS-SORVELJANZA U L-VALUTAZZJONI

6.1. Sistema ta' monitoraġġ

Il-monitoraġġ ġenerali tal-leġiżlazzjoni dwar it-tikkettjar hu inkluż fir-Regolament 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali fuq l-ikel u l-għalf. Dan ir-Regolament jipprevedi li l-Istati Membri jimplimentaw b'mod effiċjenti r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel. Il-Kummissjoni (l-Uffiċċju Veterinarju u ta’ l-Ikel) jikkontrolla l-infurzar kif imiss ta' l-Istati Membri.

Il-monitoraġġ irid isir mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri per eżempju permezz ta' rapporti mill-Istati Membri, NGOs u attivitajiet ta' monitoraġġ li l-industrija tagħmel fuqha nnifisha.

6.2. Il-valutazzjoni

6.2.1. Valutazzjoni minn qabel

6.2.2. Miżuri meħuda wara valutazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat)

6.2.3. Termini u frekwenza tal-valutazzjoni futura

Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida minn 5 sa 7 snin wara l-applikazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni sabiex tiġi evalwata r-rilevanza tagħha għall-bżonnijiet tal-partijiet interessati. B’mod partikolari, dik il-valutazzjoni għandha tiffoka fuq kemm jittieħdu u jkunu effiċjenti l-iskemi nazzjonali biex jiġi evalwat il-bżonn ta' regoli Komunitarji fuq aspetti li għalihom ġew adottati skemi nazzjonali li ma jorbtux.

7. MIżURI TA’ KONTRA L-FRODI

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta fir-rigward ta’ l-ispiża finanzjarja tagħha

Flus allokati f’EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew persunal temporanju[48] (XX 01 01) | B*, C*/AST | 3,5 | 3,5 | 3,5 | 3,5 | 3,5 | 3,5 |

Persunal iffinanzjat mill-art. | 1/0.2 | 1/0.2 | 1/0.2 | 1/0.2 | 1/0.2 | 1/0.2 |

Persunal iffinanzjat[49] mill-art. XX 01 02 |

Persunal ieħor[50] iffinanzjat mill-art. XX 01 04/05 |

TOTAL | 4,7 | 4,7 | 4,7 | 4,7 | 4,7 | 4,7 |

8.2.2. Deskrizzjoni ta’ ħidmiet maħruġa mill-azzjoni

L-implimentazzjoni tar-Regolament, eż. l-adozzjoni tal-linji gwida u l-miżuri ta' l-implimentazzjoni, il-ġestjoni tan-notifika ta' miżuri nazzjonali b'konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. Il-Kummissjoni għandha wkoll tiffaċilita l-iskambju ta' informazjoni bejn l-Istati membri u hija nnfisha dwar skemi nazzjonali u għandha tagħmel id-dettalji ta' l-iskemi nazzjonali disponibbli għall-pubbliku u tissorvelja l-iżvilupp u l-applikazzjoni tagħhom.

8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutarji)

Meta jiġi dikjarat aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika n-numru ta’ postijiet li joriġinaw minn kull wieħed mis-sorsi.

X Postijiet li bħalissa huma allokati għat-tmexxija tal-programm li jridu jiġu mibdula jew estiżi

( Postijiet pre-allokati fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Postijiet li jridu jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Postijiet li jridu jiġu riorganizzati permezz tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz tat-tmexxija (riorganizzazzjoni interna)

( Postijiet meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena konċernata

8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta' referenza (XX 01 04/05 – In-nefqa fuq tmexxija amministrattiva)

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Linja tal-baġit (Nru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

Għajnuna teknika u amministrattiva totali |

8.2.5. Spiża finanzjarja ta’ riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) |

Persunal iffinanzjat mill-Art. XX 01 02 (awżiljarju, Esperti Nazzjonali Ssekondati, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-vot tal-baġit) |

Spiża totali ta’ Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu – Ufffiċjali u Aġenti Temporanji

Għandha ssir referenza għal Punt 8.2.1, jekk japplika

Kalkolu - Persunal iffinanzjat taħt art. XX 01 02

Għandha ssir referenza għal Punt 8.2.1, jekk japplika

8.2.6. Nefqiet oħra amministrattivi mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza EUR miljun (sa 3 punti deċimali) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat & Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[52] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni |

2. Total ta’ Nfiq Ieħor ta’ Ġestjoni (XX 01 02 11) |

3. Nefqiet oħra ta’ natura amministrattiva (ippreċiża billi tindika l-linja tal-baġit) |

Nefqa Totali Amministrattiva, minbarra r-riżorsi umani u spejjeż marbuta (MHUX inkluża fl-ammont ta' referenza) |

Kalkolu - Nefqa oħra amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta' referenza

[1] ĠU C xxx, xx.xx.xxxx. p. xx.

[2] ĠU C xxx, xx.xx.xxxx. p. xx.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ …………….., Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta’ …………..

[4] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

[5] ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

6 ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KE (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110).

[6] ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/120/EC (ĠU L 333, 20.12.2003, p. 51).

[7] KUMM(2007) 279.

[8] ĠU L 113, 30.4.1987, p. 57.

[9] ĠU L 300, 23.11.1994, p. 14. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/77/KE (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 76).

[10] ĠU L 69, 16.3.1999, p. 22.

[11] ĠU L 191, 19.7.2002, p. 20.

[12] ĠU L 97, 1.4.2004, p. 44.

[13] ĠU L 162, 30.4.2004, p. 76.

[14] ĠU LL 179, 14.7.1999, p. 1.

[15] ĠU L […], […], p. […].

[16] ĠU LL 302, 19.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

[17] ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2005 (ĠU L 148, 11.6.2005, p. 5).

[18] ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9. Regolament kif emendat minn ...

[19] ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

[20] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[21] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

[22] ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27.

[23] ĠU L 184, 15.7.1988, p. 61.

[24] ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

[25] ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.

[26] ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

[27] ĠU L 229, 30.8.1980, p. 1.

[28] ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27.

[29] ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

[30] ĠU L 275, 25.8.2004, p. 17.

[31] U l-prodotti tagħhom, sakemm il-proċessi li għaddew minnhom m'għandhomx tendenza li jżidu l-livell ta' allerġeniċità evalwata mill-Awtorità għall-prodott rilevanti li minnu oriġinaw.

[32] ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27.

[33] Il-livell għandu japplika għall-prodotti kif propost lesti li jiġu kkonsmati jew magħmula mill-ġdid skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikanti.

[34] ĠU L 66, 13.3.1999, p. 26.

[35] Id-dijaframma u l-masseters huma parti mill-muskoli skeletriċi, filwaqt li l-qalb, l-ilsien, il-muskoli tar-ras (minbarra l-masseters), il-muskoli tal-carpus, it-tarsus u d-denb huma esklużi.

[36] Għat-tikkettjar bl-Ingliż, dan l-isem jista’ jiġi mibdul bl-isem ġeneriku ta’ l-ingredjent għall-ispeċi ta’ l-annimal konċernat.

[37] Il-kontenut tat-tessut konnettiv hu kkalkulat abbażi tal-proporzjon bejn il-kontenut ta’ collagen u l-kontenut ta’ proteini tal-laħam. Il-kontenut ta’ collagen ifisser l-kontenut idroksiprolina multiplikat b’fattur ta’ 8.

[38] Għal ġobon ipproċessat biss u prodotti bbażati fuq ġobon ipproċessat.

[39] L-isem speċifiku jew in-numru tal-KE m’għandux ikun meħtieġ li jiġi indikat.

[40] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx konċernat.

[41] Nefqa fi ħdan l-artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[42] Nefqa fi ħdan il-kapitolu xx 01 minbarra l-artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[43] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali.

[44] Għandhom jiġu miżjuda kolonni addizzjonali jekk ikun hemm bżonn jiġifieri jekk it-tul ta’ l-azzjoni jaqbeż is-6 snin.

[45] Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed jekk jogħġbok agħti dettalji addizzjonali fit-taqsima "Kummenti rilevanti" f'dan il-punt.

[46] Kif deskritt taħt it-Taqsima 5.3.

[47] L-ispiża tiegħu MHIX koperta bl-ammont ta’ referenza.

[48] L-ispiża tiegħu MHIX koperta bl-ammont ta’ referenza.

[49] L-ispiża tiegħu hi inkluża fl-ammont ta’ referenza.

[50] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni leġiżlattiva finanzjarja speċifika għall-Aġenzija(Aġenziji) Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

[51] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.