41999D0013



Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0317 - 0404


Id-Deċiżjoni Tal-Kumitat Eżekuttiv

tat-28 ta' April 1999

dwar il-verżjonijiet definittivi tal-Manwali Komuni u l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni

(SCH/COM-ex (99) 13)

IL-KUMITAT EŻEKUTTIV,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 tal-Konvenzjoni ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Schengen,

Wara li kkunsidra wkoll, min-naħa l-waħda, l-Artikoli 3, 5, 6, 7, 8, 11, 12 17, 18 u 25 tal-Konvenzjoni msemmija hawn fuq, u l-Artikoli 9 u 17 tagħha, min-naħa l-oħra,

Billi huwa fl-interess ta' l-Istati Schengen kollha biex japplikaw regoli uniformi għal kwistjoni tal-viżi fil-kuntest ta' l-istrateġija komuni dwar il-moviment ta' persuni, bil-għan li jkunu pprevenuti konsegwenzi possibbli negattivi fir-rigward tad-daħla fit-territorju ta' Schengen u s-sigurtà interna,

Imħeġġeġ mix-xewqa li jibni fuq l-esperjenzi s'issa pożittivi dwar l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u biex jarmonizza aktar il-proċedura għall-ħruġ tal-viża,

Mgħejjun mill-prinċipju ta' solidarjetà bejn l-Istati ta' Schengen,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

I. 1. Il-verżjoni riveduta ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni (Appendiċi 1 [1] u l-Annessi tiegħu, u

2. Il-verżjoni riveduta tal-Manwali Komuni (Appendiċi 2 [2] u l-Annessi tiegħu,

u huma hawnhekk adottati.

L-emendi li ġejjin ittieħdu f'konsiderazzjoni fit-tħejjija ta' dawn il-verżjonijiet l-emendi għall-Annessi 1, 2, 3, 5, 7, 10, 12 u 15 ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Annessi korrispondenti 5, 5A, 14B, 10, 6B, 6Ċ u 14A tal-Manwali Komuni.

II. Id-dokumenti li huma relatati mal-verżjonijiet preċedenti ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni, tal-Manwali Komuni u ta' l-Annessi tagħhom u li huma msemmija fl-Appendiċi 3 għandhom ikunu mħassra ladarba l-verżjonijiet riveduti jiġu adottati.

III. Id-dokument li hu relatat mar-rappreżentanza b'konnessjoni mal-kwistjoni tal-viżi hu mehmuż għall-iskopijiet ta' l-informazzjoni fl-Appendiċi 4 [3].

IV. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha tkun adottata.

Il-Lussemburgu, it-28 ta' April 1999.

Il-President

C. H. Schapper

[1] L-Annessi 5, 9 u 10 huma kunfidenzjali. Ara SCH/COM-ex (98) 17.

[2] Dokument konfidenzjali. Ara SCH/Com-ex (98) 17.

[3] Dokument SCH/II (95) 16, rev. 19: mhux ippubblikat.

--------------------------------------------------

Appendiċi 1

ISTRUZZJONIJIET KONSULARI KOMUNI GĦALL-MISSJONIJIET DIPLOMATIĊI U POSIZZJONIJIET KONSULARI

WERREJ

I. | Disposizzjonijiet Ġenerali |

1. | Għan |

2. | Definizzjoni u tipi ta' viża 2.1Viżas uniformi2.1.1Viżas ta' transitu f'ajruport2.1.2Viżas ta' transitu2.1.3Viżas ta' waqfa qasira jew ta' vjaġgar: viżas ta' dħul multiplu2.1.4Viżas ta' grupp2.2Viżas ta' waqfa twila2.3Viżas b'validità territorjali limitata2.4Viżas maħruġa fil-konfini |

II. | Missjoni Diplomatika u Post Konsulari responsabbli |

1. | Determinazzjoni ta' l-Istat responsabbli 1.1Stat responsabbli għad-deċiżjoni dwar applikazzjoni1.2Stat li jirrapreżenta l-Istat responsabbli |

2. | Applikazzjonijiet ta' viżas li jeħtieġu konsultazzjoni ma' l-awtorità ċentrali nazzjonali jew l-awtorità ta' waħda jew aktar mill-Partijiet Kontraenti, skond l-Artikolu 17(2). 2.1Konsultazzjoni ma' l-awtorità ċentrali nazzjonali2.2Konsultazzjoni ma' l-awtorità ċentrali ta' waħda jew aktar mill-Partijiet Kontraenti2.3Proċedura ta' konsultazzjoni fi ħdan l-istruttura ta' rappresentazzjoni |

3. | Applikazzjonijiet ta' viżas ta' persuni mhux residenti |

4. | Awtorizzazzjoni biex joħorġu viżas uniformi |

III. | Bidu tal-proċedura ta' l-applikazzjoni |

1. | Formoli għall-applikazzjoni tal-viżas – numru ta' formoli għall-applikazzjoni |

2. | Dokumenti li għandhom ikunu mehmuża |

3. | Garanziji ta' mezzi ta' ritorn u mezzi ta' sostenn |

4. | Intervisti personali ma' l-applikanti |

IV. | Bażi Legali |

V. | Eżaminazzjoni ta' l-applikazzjonijiet u deċiżjonijiet meħuda |

Kriterji bażiċi għall-eżaminazzjoni ta' l-applikazzjonijiet

1. | Eżaminazzjoni ta' applikazzjonijiet għall-viżas 1.1Verifika ta' l-applikazzjoni għall-viża1.2Verifika ta' l-identità ta' l-applikant1.3Verifika tad-dokumenti ta' l-ivjaġġar1.4Verifika ta' dokumenti oħra skond l-applikazzjoniDokumenti ta' sostenn dwar l-għan tal-vjaġġDokumenti ta' sostenn dwar mezzi ta' trasport u ta' ritornDokumenti ta' sostenn dwar mezzi ta' sostennDokumenti ta' sostenn dwar akkomodazzjoniDokumenti oħra fejn meħtieġa1.5Stima tal-bona fede ta' l-applikant |

2. | Proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-applikazzjonijiet tal-viża 2.1Għażla tat-tip ta' viża u numru ta' dħul2.2Ir-responsabbilità amministrattiva ta' l-awtorità li tintervjeni2.3Proċedura li għandha tkun segwita f'każijiet li jeħtieġu konsultazzjoni minn qabel ma' l-awtoritajiet ċentrali tal-Partijiet Kontraenti l-oħra.(a)Proċedura(b)Tibgħat l-applikazzjonijiet lill-awtorità ċentrali nazzjonali(c)Informazzjoni mibgħuta lill-awtorità ċentrali(d)Tibgħat l-applikazzjonijiet bejn awtoritajiet ċentrali(e)Żmien ta' tweġiba: Estenzjoni(f)Deċiżjoni bbażata fuq ir-riżultat tal-konsultazzjoni(g)Trasmissjoni tad-dokumenti speċifiċi2.4Ċaħda għall-eżaminazzjoni ta' applikazzjoni, għall-ħruġ ta' viża |

3. | Viżas b'validità territorjali limitata |

VI. | Kif timla tikketti tal-viża |

1. | Sezzjoni ta' dħul komuni (TAQSIMA 8) 1.1titolu "VALIDU GĦAL"1.2titolu "MINN… SA"1.3titolu "NUMRU TA' DĦUL"1.4titolu "TUL TAŻ-ŻJARA… JIEM"1.5titolu "MAĦRUĠA F'… FIL-…"1.6titolu "NUMRU TA' PASSAPORT"1.7titolu "TIP TA' VIŻA" |

2. | Taqsima ta' dħul Nazzjonali (kummenti) (Taqsima 9) |

3. | Taqsima dwar it-timbru tal-missjoni jew post li qed joħroġ il-viża (Taqsima 4) |

4. | Sezzjoni i għandha tkun scanned elettronikament (Taqsima 5) |

5. | Aspetti oħra relatati mal-ħruġ tal-viżas 5.1Iffirmar ta' viżas5.2Tħassir ta' tikketti tal-viża kompluti5.3Twaħħil ta' tikketti tal-viża mal-passaporti5.4Passaporti u dokumenti ta' l-ivjaġġar li jistgħu jitwaħħlu magħhom viżas uniformi. |

VII. | Maniġġjar Amministrattiv u Organizzazzjoni |

1. | Organizzazzjoni ta' taqsimiet ta' viżas |

2. | Filing |

3. | Reġistri tal-viżas |

4. | Ħlas li għandu jkun impost għall-ħruġ ta' viżas |

VIII. | Koperazzjoni Konsulari fuq livell lokali |

1. | Linji ġenerali tal-koperazzjoni konsulari fuq livell lokali |

2. | Kif tevita applikazzjonijiet multipli jew applikazzjonijiet mdaħħla wara ċaħda reċenti għall-ħruġ |

3. | Stima tal-bona fede ta' l-applikant |

4. | Skambju ta' statistika |

--------------------------------------------------

ANNESSI GĦALL-ISTRUZZJONIJIET KONSULARI KOMUNI DWAR IL-VIŻAS

1. - Lista konġunta ta' Stati li ċ-ċittadini tagħhom huma mitluba jkollhom viża mill-Istati kollha ta' Schengen

- Lista aġġornata ta' Stati li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti milli jkollhom viża mill-Istati kollha ta' Schengen

- Lista aġġornata ta' Stati li ċ-ċittadini tagħhom huma mitluba jkollhom viża minn uħud mill-Istati ta' Schengen

2. Regolamenti li jirregolaw iċ-ċaqliq ta' persuni li għandhom passaporti diplomatiċi, uffiċjali u tas-servizz u dawk li għandhom laissez-passers li ċerti organizzazzjonijiet intergovernattivi joħorġu lill-uffiċċjali tagħhom.

3. Lista ta' Stati li ċ-ċittadini tagħhom huma soġġetti għal viża għal transitu mill-ajruport, fejn persuni li għandhom dokumenti ta' l-ivjaġġar maħruġa minn dawn l-Istati huma ukoll soġġetti għal din il-ħtieġa tal-viża.

4. Lista ta' dokumenti li jintitolaw persuna biex tidħol mingħajr viża.

5. Lista ta' applikazzjonijiet li jeħtieġu konsultazzjoni minn qabel ma' l-awtoritajiet ċentrali, skond l-Artikolu 17 (2).

6. Lista ta' konsli onorarji awtorizzati, f'każi eċċezzjonali u fuq bażi temporanja, li joħorġu viżas uniformi.

7. Ammonti ta' referenza għal qsim ta' fruntieri ffissati kull sena mill-awtoritajiet nazzjonali.

8. Format uniformi għal tikketti tal-viża u informazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u karatteristiċi ta' sigurtà.

9. Dħul li l-Partijiet Kontraenti għandhom jiktbu, fejn meħtieġ, fis-sezzjoni tal-"kummenti".

10. Struzzjonijiet dwar il-kitba ta' dħul fis-sezzjoni li jridu jkunu skenjati elettronikament.

11. Kriterji għal dokumenti ta' l-ivjaġġar li magħhom tistá titwaħħal viża.

12. Miżati, f'euro, li jridu jinżammu meta jinħarġu viżas uniformi.

13. Linji-gwida dwar kif jimtlew it-tikketti tal-viża.

14. Ħtiġijiet li jirregolaw l-informazzjoni għall-Partijiet Kontraenti meta joħorġu viżas b'validità territorjali limitata, jew meta jiddikjaraw invalida, jirrevokaw jew inaqqsu l-validità ta' viżas uniformi u meta joħorġu permessi ta' residenza nazzjonali.

15. Formoli ta' mudell armonizzat li jipprovdu xhieda ta' stedina, sponsorizazzjoni u akkomodazzjoni mfassla mill-Partijiet Kontraenti.

--------------------------------------------------

STRUZZJONIJIET KOMUNI

għall-missjonijiet diplomatiċi u posizzjonijiet konsulari tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Schengen

KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW IL-ĦRUĠ TA' VIŻAS UNIFORMI, VALIDI GĦAT-TERRITORJU KOLLU TAL-PARTIJIET KONTRAENTI

I. DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

1. Għan

Id-disposizzjonijiet komuni li ġejjin li huma bbażati fuq id-disposizzjonijiet ta' Kapitolu 3 (taqsimiet 1 u 2) tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni (minn hawn 'l quddiem imsejħa "il-Konvenzjoni") iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, u li minn dakinhar l-Italja, Spanja, il-Portugall, il-Greċja u l-Awstrija aderixxu għaliha, għandha tapplika għall-eżaminazzjoni ta' applikazzjonijiet tal-viża għal żjara li ma teċċedix it-tliet xhur, inklużi viżas ta' transizzjoni validi għat-territorju kollu tal-Partijiet Kontraenti [1].

Viżas għal żjarat li jeċċedu t-tliet xhur għandhom ikunu viżas nazzjonali, u jagħtu dritt biss lil min għandu dawn it-tip ta' viżas li joqgħod f'dak it-territorju nazzjonali. Madankollu, dawn il-viżas għandhom jintitolaw lid-detentur tagħhom għal transitu mit-territorji tal-Partijiet Kontraenti l-oħra sabiex jasal fit-territorju tal-Parti Kontraenti li ħarġet il-viża, diment li ma jonqsux li jilħqu l-kondizzjonijiet tad-dħul imsemmija fl-Artikolu 5(1)(a), (d) u (e) jew qegħdin fuq il-lista nazzjonali ta' twissija tal-Parti Kontraenti li jridu jgħaddu mit-territorju tagħha.

2. Definizzjoni u tipi ta' viża

2.1. Viżas uniformi

Viżas uniformi huma l-awtorizzazzjoni jew deċiżjoni mogħtija fil-forma ta' tikketta imwaħħla minn Parti Kontraenti ma' passaport, dokument ta' l-ivjaġġar jew dokument ieħor li jintitola lid-detentur tiegħu jaqsam il-fruntiera. Tħalli lill-aljeni, soġġetti għall-ħtieġa ta' viża, li jippreżentaw irwieħhom fil-fruntiera esterna tal-Parti Kontraenti li ħarġet il-viża jew dik ta' Parti Kontraenti oħra u jitolbu, skond it-tip ta' viża, transitu jew residenza, basta li l-kondizzjonijiet oħra ta' transitu jew kondizzjonijiet ta' dħul ikunu milħuqa. Is-sempliċi pussess ta' viża uniformi ma jintitolax għal dritt awtomatiku ta' dħul.

2.1.1. Viżas ta' transitu mill-ajruport

Din il-viża tintitola aljeni li jinħtieġu li jkollhom din il-viża, li jgħaddu mill-arja internazzjonali ta' transitu fl-ajruporti, mingħajr ma fil-fatt jidħlu fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż ikkonċernat, waqt waqfa jew trasferiment bejn żewġ sezzjonijiet ta' titjira internazzjonali. Il-bżonn li jkollhom din il-viża huwa eċċezzjoni għad-dritt ġenerali ta' transitu mingħajr viża mill-arja internazzjonali ta' transitu msemmija hawn fuq.

Ċittadini minn pajjiżi msemmija fl-Anness 3 u persuni li mhumiex neċessarjament ċittadini ta' dawk il-pajjiżi imma li għandhom dokumenti ta' l-ivjaġġar maħruġa mill-awtoritajiet, huma mitluba li jkollhom din it-tip ta' viża.

Eżenzjonijiet mill-bżonn ta' viża għal transitu minn ajruport huma stabbiliti f'Sezzjoni III ta' Anness 3.

2.1.2. Viżas ta' transitu

Din il-viża tintitola lill-aljeni li jkunu qed jivjaġġaw bejn Stat terz wieħed u Stat Terz ieħor biex jgħaddu mit-territorji tal-Partijiet Kontraenti.

Din il-viża tintitola lid-detentur tagħha li jgħaddi darba, darbtejn jew eċċezzjonalment diversi drabi, iżda li l-ebda transitu ma jeċċedi l-ħamest ijiem.

2.1.3. Viżas ta' żjara qasira jew ta' l-ivjaġġar: viżas ta' dħul multiplu

Din il-viża tintitola lill-aljeni li jridu jidħlu fit-territorji tal-Partijiet Kontraenti, għal raġunijiet oħra li mhumiex biex jimmigraw, iwettqu żjara kontinwa jew diversi żjarat li l-dewmien tagħhom ma jeċċedix it-tliet xhur f'kull nofs sena mid-data ta' l-ewwel dħul. Bħala regola ġenerali, din il-viża tista tinħareġ għall-daħla waħda jew għal ħafna.

Fil-każ ta' ċerti aljeni li jkollhom bżonn jivjaġġaw ta' sikwit lejn wieħed jew diversi mill-Istati ta' Schengen, per eżempju fuq negozju, viżas għal żjara qasira jistgħu jinħarġu għal diversi żjarat, iżda li d-dewmien totali ta' dawn iż-żjarat ma jeċċedix it-tliet xhur f'kull nofs sena. Din il-viża ta' dħul ta' aktar minn darba tista' tkun valida għal sena, u f'każi eċċezzjonali, għal aktar minn sena għal ċerti kategoriji ta' persuni. (ara V 2, 2.1)

2.1.4. Viżas ta' gruppi

Din hija viża biex tgħaddi jew viża limitata għal massimu ta' tletin ġurnata, li tista' titwaħħal ma' passaport ta' grupp - ħlief meta l-liġi nazzjonali titlob mod ieħor – maħruġ lill-grupp ta' aljeni ffurmat qabel id-deċiżjoni biex jivjaġġaw, iżda li l-membri tal-grupp jidħlu fit-territorju, joqgħodu hemm u jħallu t-territorju bħala grupp.

Viżas ta' grupp jistgħu jinħarġu lill-gruppi ta' bejn 5 u 50 ruħ. Il-persuna li tkun qed tieħu ħsieb il-grupp għandha jkollha passaport individwali u, fejn meħtieġ viża individwali.

2.2. Viżas għal żjara twila

Viżas għal żjarat li jeċċedu t-tliet xhur għandhom ikunu viżas nazzjonali maħruġa minn wieħed mill-Partijiet Kontraenti skond il-liġi nazzjonali tagħha.

Madankollu, dawn il-viżas għandhom jaġixxu ta' viżas uniformi għal transitu li jħallu lid-detenturi tagħhom jivvjaġaw għat-territorju ta' Parti Kontraenti li tkun ħarġet il-viża, iżda li d-dewmien totali tat-transitu ma jaqbiżx il-ħamest ijiem mid-data ta' l-ewwel dħul, u iżda li jintlaħqu l-kondizzjonijiet tad-dħul u li ma jkunux fuq il-lista nazzjonali ta' twissija tal-Parti Kontraenti jew Partijiet li mit-territorju tagħhom qed ifittxu t-transitu (ara l-Anness 4).

2.3. Viżas b'validità territorjali limitata

Din il-viża titwaħħal f'każi eċċezzjonali ma' passaport, dokument ta' l-ivjaġġar jew dokument ieħor li jintitola lid-detentur tiegħu li jaqsam il-fruntiera, fejn iż-żjara hija awtorizzata biss fit-territorju nazzjonali ta' wieħed jew aktar mill-Partijiet Kontraenti, iżda li kemm id-dħul kif ukoll il-ħruġ huma mit-territorju ta' dak jew dawn il-Partijiet Kontraenti (ara V 3).

2.4 Viżas li jinħarġu fil-fruntiera [2]

II. MISSJONI DIPLOMATIKA JEW POSIZZJONI KONSULARI RESPONSABBLI

Aljeni li huma soġġetti għal ħtieġa ta' viża (ara l-Anness 1), u li jridu jidħlu fit-territorju ta' Parti Kontraenti, huma obbligati li japplikaw lis-sezzjoni tal-viża fil-missjoni diplomatika jew post konsulari responsabbli.

1. Determinazzjoni ta' l-Istat responsabbli

1.1. Stat responsabbli biex jiddeċiedi dwar applikazzjoni

Dawn li ġejjin huma responsabbli biex jeżaminaw applikazzjonijiet għall-viżas għal perjodu qasir jew ta' transitu uniformi:

(a) - Il-Parti Kontraenti li t-territorju tagħha hu d-destinazzjoni unika jew prinċipali taż-żjara. Taħt l-ebda ċirkostanzi Parti Kontraenti ta' transitu m'għandha titqies bħala l-pajjiż ta' destinazzjoni prinċipali.

Il-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari li magħha ssir l-applikazzjoni għandha tiddeċiedi, fuq bażi ta' każ b'każ, liem hi l-Parti Kontraenti ta' destinazzjoni prinċipali, filwaqt li tqis, fl-istima tagħha, il-fatti kollha u b'mod partikolari r-raġuni wara ż-żjara, it-triq u t-tul taż-żjara jew żjarat. Meta tħares lejn dawn il-fatti, il-missjoni jew posizzjoni għandha prinċipalment tiffoka fuq id-dokumenti ta' sostenn sottomessi mill-applikant.

- Għandha speċifikament tiffoka fuq ir-raġuni prinċipali għal jew l-għan taż-żjara meta destinazzjoni waħda jew aktar huma r-riżultat dirett jew jikkumplimentaw destinazzjoni oħra.

- Għandha tiffoka speċifikatament fuq l-itwal żjara meta l-ebda destinazzjoni ma hi r-riżultat dirett jew komplimentari ta' destinazzjoni oħra fejn iż-żjarat ikunu ta' tul indaqs, l-ewwel destinazzjoni għandha tkun il-fattur determinanti.

(b) - Il-Parti Kontraenti ta' l-ewwel daħla, meta l-Parti Kontraenti ta' destinazzjoni prinċipali ma tistax tkun determinata.

Il-Parti Kontraenti ta' l-ewwel daħla għandha tkun dak l-Istat li l-applikant jaqsam il-fruntiera esterna tiegħu sabiex jidħol fiż-żona ta' Schengen wara li d-dokumenti tiegħu/tagħha jkunu ġew iċċekkjati.

- Meta l-Parti Kontraenti ta' l-ewwel daħla ma tkunx teħtieġ viża, ma hijiex obbligata li toħroġ viża, u sakemm ma toħroġx viża volontarjament, soġġetta għall-qbil tal-persuna kkonċernata r-responsabbilità hija trasferita lill-ewwel Parti Kontraenti ta' destinazzjoni jew ta' transitu li tirrikjedi viża.

- L-eżaminazzjoni ta' l-applikazzjonijiet u l-ħruġ ta' viżas b'validità territorjali limitata (limitata għat-territorju ta' Parti Kontraenti jew għat-territorju ta' l-Istati tal-Benelux) għandhom ikunu r-responsabbilità ta' Parti jew Partijiet Kontraenti kkonċernati.

1.2. Stat li jirrappreżenta lill-Istat responsabbli

(a) Jekk l-Istat responsabbli ma għandux missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari fi Stat imsemmi, il-viża uniformi tista' tinħareġ skond il-missjoni jew posizzjoni tal-Parti Kontraenti li tirrappreżenta l-Istat responsabbli. Il-viża tinħareġ f'isem il-Parti Kontraenti rrappreżentata, soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel tagħha, u fejn meħtieġ, konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali. Jekk wieħed mill-Istati tal-Benelux għandu missjoni jew posizzjoni, huwa għandu awtomatikament jirrappreżenta l-Istati l-oħra tal-Benelux.

(b) Jekk l-Istat responsabbli għandu missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari fil-belt kapitali ta' pajjiż, iżda mhux f'żona fejn tiddaħħal l-applikazzjoni, jekk Parti Kontraenti waħda jew aktar oħra għandhom missjoni jew posizzjoni, il-viża tista', f'każi eċċezzjonali u biss f'pajjiżi li huma ġeografikament kbar ħafna, tinħareġ minn Parti Kontraenti oħra li tirrappreżenta l-Istat responsabbli, iżda li jkun hemm qbil speċifiku dwar ir-rappreżentazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet Kontraenti kkonċernati u din l-azzjoni hija fi qbil mat-termini ta' l-imsemmi ftehim.

(c) Skond id-disposizzjonijiet li hemm f'(a) u (b), għandu jkun f'kwalunkwe każ dak li japplika għal viża li jiddeċiedi jekk jikkuntattjax jew lill-missjoni diplomatika jew lill-posizzjoni konsulari li qed tirrappreżenta l-Istat responsabbli jew dak ta' l-Istat responsabbli.

(d) Is-Sub-Grupp dwar il-Viżas għandu jħejji rapport ġenerali ta' l-arranġamenti miftiehma dwar ir-rappreżentazzjoni li għandu jaġġorna regolarment.

(e) Il-proċedura biex jinħarġu viżas ta' Schengen b'referenza għall-Artikolu 30(1)(a) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen fi Stati terzi li fihom mhux l-Istati ta' Schengen kollha huma rappreżentati għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:

- Ir-regoli dwar ir-rappreżentazzjoni għandhom japplikaw għall-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għal viżas ta' transitu uniformi fl-ajruport, viżas ta' transitu u viżas għal żjara qasira maħruġa wara l-Konvenzjoni ta' Schengen u skond l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni. L-Istat li jirrappreżenta huwa obbligat japplika d-disposizzjonijiet ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni bl-istess diliġenza u veloċità kif joħroġ il-viżas tiegħu ta' l-istess kategorija u bl-istess perjodu ta validità.

- Ħlief fejn speċifikament provdut fil-ftehim bilaterali, ir-regoli tar-rappreżentazzjoni m'għandhomx japplikaw għal viżas maħruġa bil-għan ta' impjieġ bi ħlas jew attività li teħtieġ permess minn qabel mill-Istat li fih se titwettaq. L-applikant għandu jikkuntattja l-posizzjoni konsulari akkreditata fejn se titwettaq l-attività.

- L-Istati ta' Schengen m'għandhomx ikunu obbligati li jassiguraw li huma rappreżentati għal raġunijiet ta' viża f'kull Stat terz. Jistgħu jiddeċiedu li f'ċerti Stati terzi applikazzjonijiet tal-viża jew applikazzjoni għal tip partikolari ta' viża jridu jsiru f'posizzjoni konsulari jew missjoni diplomatika ta' l-Istat li huwa d-destinazzjoni prinċipali.

- Il-missjonijiet diplomatiċi u posizzjoni konsulari għandhom ikollhom ir-responsabbiltá huma biss biex jaraw x'riskju ta' immigrazzjoni illegali hemm permezz tal-applikazzjoni għall-viża.

- L-Istat rappreżentat għandu jassumi r-responsabbilità għall-applikazzjonijiet ta' ażil magħmula minn min għandu viżas li t-timbru tal-viża espressamnent juri li nħarġet minn Stati rappreżentattivi għan-nom ta' Stati rappreżentati.

- F'każi eċċezzjonali, ftehim bilaterali jistgħu jistipulaw li applikazzjonijiet għall-viżas minn ċerti kategoriji ta' aljeni għandhom jew ikunu sottomessi mill-Istat li jirrappreżenta lill-awtoritajiet ta' l-Istat rappreżentat li fih tinsab id-destinazzjoni prinċipali jew mibgħuta lill-rappreżentazzjoni permanenti konsulari ta' dak l-Istat. Il-kategoriji in kwistjoni jridu jinkitbu (jekk meħtieġ għal kull missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari). Għandu jassumi li l-viża nħarġet fuq l-awtorizzazzjoni ta' l-Istat rappreżentat skond l-Artikolu 30(1)(a) tal-Konvenzjoni ta' Schengen.

- Ftehim bilaterali jistgħu jkunu emendati tul iż-zmien fuq bażi ta' deċiżjonijiet magħmula minn Stati individwali dwar applikazzjonijiet għall-ażil li jiddaħħlu f'terminu speċifiku ta' ħin minn min għandu viżas maħruġa fil-qasam ta' rappreżentazzjoni u informazzjoni oħra rilevanti għall-ħruġ tal-viżas. Ftehim jista' jintlaħaq ukoll dwar ir-rinunzja tar-regoli dwar ir-rappreżentazzjoni fil-każ ta' ċerti missjonijiet diplomatiċi u posizzjonijiet konsulari.

- Rappreżentazzjoni għandha tapplika biss fil-kuntest tal-ħruġ ta' viżas. Aljeni li ma jistgħux japplikaw għall-viża għax ma jistgħux juru biżżejjed provi li jistgħu jilħqu l-kondizzzjonijiet rilevanti jridu jkunu nfurmati li jistgħu japplikaw għall-viża f'posizzjoni permanenti konsulari jew missjoni diplomatika ta' l-Istat ta' Schengen li jkun id-destinazzjoni prinċipali.

- Ir-regoli dwar ir-rappreżentazzjoni jistgħu jkunu rfinuti b'riżultat ta' progress fis-software li jħalli posizzjonijiet konsulari u missjonijiet diplomatiċi li jirrappreżentaw biex jikkonsultaw ma' l-awtoritajiet ċentrali tal-pajjiż rappreżentat mingħajr sforz addizzjonali sustanzjali.

- Il-lista li fiha r-regoli dwar ir-rappreżentazzjoni fir-rigward tal-ħruġ ta' viża ta' Schengen fi Stati terzi li fihom mhux l-Istati ta' Schengen kollha huma rappreżentati hija mehmuża ma' dan id-dokument. Emendi magħmula lil din il-lista bi ftehim komuni bejn l-Istati ta' Schengen ikkonċernati għandhom ikunu sottomessi lill-Grupp Ċentrali għall-għarfien.

2. Applikazzjonijiet tal-viża li jitolbu konsultazzjoni ma' l-awtorità ċentrali nazzjonali jew awtorità ta' Parti Kontraenti jew aktar, skond l-Artikolu 17(2)

2.1. Konsultazzjoni ma' l-awtorità ċentrali nazzjonali

Il-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari li teżamina l-applikazzjoni, għandha tfittex l-awtorizzazzjoni mill-awotrità ċentrali tagħha, tikkonsultaha jew tinformaha bid-deċiżjoni li qed tippjana li tieħu f'każ, skond l-arranġamenti u termini stipulati mill-liġi nazzjonali u l-prattika. Każijiet li jeħtieġu konsultazzjoni nazzjonali huma mniżżla fl-Anness 5A.

2.2. Konsultazzjoni ma' l-awtorità ċentrali ta' Parti Kontraenti jew aktar

Il-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari li magħha saret applikazzjoni għandha tfittex l-awtorizzazzjoni mill-awtorità ċentrali tagħha, li, għall-parti tagħha, għandha tibgħat l-applikazzjoni lill-awtoritajiet ċentrali kompetenti ta' Parti Kontraenti waħda jew aktar (ara parti V, 2, 2.3). Sakemm l-aħħar lista ta' każijiet ta' konsultazzjoni reċiproka kienet approvata mill-Kumitat Eżekuttiv, il-lista mehmuża ma' dawn l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni għandha tapplika (ara l-Anness 5B).

2.3. Proċedura ta' konsultazzjoni fil-qasam ta' rappreżentazzjoni

(a) Meta applikazzjonijiet tal-viża huma mdaħħla minn ċittadini ta' pajjiżi mniżżla fl-Anness 5C f'ambaxxata jew rappreżentazzjoni konsulari ta' Stat ta' Schengen, li jirrapreżenta Stat ta' Schengen ieħor, l-Istat rappreżentat għandu jkun ikkonsultat.

(b) L-informazzjoni skambjata dwar dawk l-applikazzjonijiet għall-viża għandha tkun l-istess bħal dik li hija skambjata fil-qasam tal-konsultazzjoni taħt l-Anness 5B. Intestatura obbligatorju għandu, madankollu, jkun provdut fuq il-formola għal riferenzi għal territorju ta' Stat rappreżentat.

(c) Id-disposizzjoijiet kurrenti ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni għandhom japplikaw għat-termini ta' ħin, l-estenzjoni tagħhom u l-forma tar-risposta.

(d) Il-konsultazzjoni msemmija fl-Anness 5B għandha ssir mill-Istat rappreżentat.

3. Applikazzjonijiet għall-viża magħmula minn persuni li mhumiex residenti

Meta applikazzjoni ssir ma' Stat li mhuwiex l-Istat tar-residenza ta' l-applikant u hemm dubju dwar l-intenzjonijiet tal-persuna (partikolarment meta jkun innutat li hemm riskju ta' immigrazzjoni illegali), il-viża għandha tinħareġ biss wara li tkun saret konsultazzjoni mal-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari ta' l-Istat fejn l-applikant huwa residenti u/jew l-awtorità ċentrali tiegħu.

4. Awtorizzazzjoni biex jintużaw viżas uniformi

Il-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari tal-Partijiet Kontraenti biss għandhom ikunu ntitolati li joħorġu viżas uniformi, bl-eċċezzjoni tal-każijiet mniżżla fl-Anness 6.

III. BIDU TAL-PROĊEDURA TA' L-APPLIKAZZJONI

1. Formoli ta' l-applikazzjoni għall-viża – numru ta' formoli ta' applikazzjoni

Aljeni għandhom jintlabu wkoll biex jimlew il-formola tal-viża uniformi.

Ta' l-anqas kopja waħda tal-formola ta' l-applikazzjoni għandha timtela sabiex tintuża waqt il-konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet ċentrali. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu, safejn meħtieġ mill-proċeduri amministrattivi nazzjonali, jitolbu diversi kopji ta' l-applikazzjoni.

2. Dokumenti li jridu jkunu mehmuża

Aljeni għandhom jinkludu dawn id-dokumenti ma' l-applikazzjoni:

(a) dokument validu ta' l-ivjaġġar li fuqu tista' titwaħħal viża (ara l-Anness 11);

(b) fejn meħtieġ, dokumenti li jsostnu l-għan u l-kondizzjonijiet taż-żjara maħsuba.

Jekk l-informazzjoni provduta hija biżżejjed biex tippermetti l-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari li tassigura li l-applikant qed jaġixxi bona fede, il-persunal responsabbli biex jinħarġu l-viżas jista' jeżenta l-applikant milli jissottometti d-dokumenti msemmija hawn fuq.

3. Garanziji ta' mezzi ta' ritorn u mezzi ta' sostenn

Aljeni għandhom ikollhom il-faċilità li joffru lill-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari li magħha jagħmlu l-applikazzjoni tagħhom, garanzija li għandhom mezzi adegwati għas-sostenn tagħhom u għar-ritorn tagħhom.

4. Intervisti personali ma' l-applikanti

Bħala regola ġenerali, l-applikant għandu jissejjaħ biex jidher personalment sabiex verbalment jiġġustifika r-raġunijiet għall-applikazzjoni, speċjalment fejn hemm dubji dwar ir-raġuni attwali wara l-btala jew dwar ir-ritorn tal-persuna lura għall-pajjiż tat-tluq.

Din il-ħtieġa tista' tkun rinunzjata f'każi fejn l-applikant hu magħruf jew fejn id-distanza mill-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari hija kbira wisq, dejjem jekk m'hemmx dubju dwar il-bona fede ta' l-applikant u fil-każ ta' gruppi kbar, korp ta' fama u ta' fiduċja jista' jiggarantixxi għal bona fede ta' dawk il-persuni kkonċernati.

IV. BAŻI LEGALI

Viżas uniformi jistgħu jinħarġu biss ladarba l-kondizzjonijiet ta' l-entratura mniżżla fl-Artikoli 15 u 5 tal-Konvenzjoni kienu milħuqa. Dawn l-Artikoli jaqraw kif ġej:

Artikolu 15

Fil-prinċipju, il-viża msemmija fl-Artikolu 10 tista' tinħareġ biss jekk aljen jissodisfa l-kondizzjonijiet ta' entratura mniżżla fl-Artikolu 5(1)(a), (ċ), (d) u (e).

Artikolu 5

1. Għal żjarat li ma jeċċedux it-tliet xhur, aljeni li jilħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin jistgħu jitħallew jidħlu fit-territorji tal-Partijiet Kontraenti:

(a) il-pussess ta' dokument validu jew dokumenti, kif definiti mill-Kumitat Eżekuttiv, tawtorizzahom jaqsmu l-fruntiera;

(b) il-pussess ta' viża valida jekk mitluba;

(c) jekk applikabbli, l-aljeni għandhom jipproduċu dokumenti li jissustanzjaw l-għan u l-kondizzjonijiet taż-żjara maħsuba u li jkollhom mezzi adegwati ta' appoġġ, kemm għall-perjodu taż-żjara maħsuba kif ukoll ir-ritorn fil-pajjiż ta' oriġini jew transitu għal Stat Terz, fejn l-ammissjoni tagħhom hija garantita, jew għandhom ikunu f'posizzjoni li jkollhom dawn il-mezzi b'mod legali;

(d) l-aljeni ma jistgħux ikunu persuni li għalihom ħareġ avviż għall-għan li jkunu mċaħħda milli jidħlu;

(e) l-aljeni m'għandhomx jitqiesu bħala theddida għal politika pubblika, sigurtà nazzjonali jew relazzjonijiet internazzjonali ta' kull wieħed mill-Partijiet Kontraenti.

2. Id-dħul fit-territorji tal-Partijiet Kontraenti jrid ikun imċaħħad lil kull aljen li ma jilħaqx il-kondizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq kemm-il darba Parti Kontraenti tikkunsidra deroga mill-prinċipju għal raġunijiet umanitarji bħala meħtieġa, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali. F'każi simili awtorizzazzjoni biex tidħol għandha tkun ristretta għat-territorju tal-Parti Kontraenti kkonċernata, li trid tinforma lill-Partijiet Kontraenti l-oħra wkoll.

Dawn ir-regoli m'għandhomx itellfu l-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet speċjali dwar id-dritt ta' l-ażil jew id-disposizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 18.

Viżas b'validità territorjali limitata jistgħu jinħarġu soġġetti għall-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 11(2), 14(1) u 16 flimkien ma' l-Artikolu 5(2) (ara V, 3).

Artikolu 11 (2)

2. Paragrafu 1 m'għandux iwaqqaf Parti Kontraenti milli toħroġ viża ġdida, li l-validità tagħha hija limitata għat-territorju tagħha biss, fin-nofs sena in kwistjoni jekk meħtieġ.

Artikolu 14 (1)

1. L-ebda viża ma tista' titwaħħal ma' dokument ta' l-ivjaġġar jekk id-dokument ta' l-ivjaġġar mhux validu għal kull wieħed mill-Partijiet Kontraenti. Jekk dokument ta' l-ivjaġġar huwa validu biss għal Parti Kontraenti waħda jew għal numru ta' Partijiet Kontraenti l-viża li trid titwaħħal għandha tkun limitata għal Parti jew Partijiet Kontraenti in kwistjoni.

Artikolu 16

Jekk Parti Kontraenti tikkunsidra neċessarju li tidderoga, taħt waħda mir-raġunijiet imniżżla fl-Artikolu 5(2) mill-prinċipju mniżzel fl-Artikolu 15, billi toħroġ viża lill aljen li ma jilħaqx il-kondizzjonijiet ta' dħul kollha msemmija fl-Artikolu 5(1), il-validità ta' din il-viża għandha tkun ristretta għat-territorju ta' dik il-Parti Kontraenti, li trid tinforma lill-Partijiet Kontraenti l-oħra wkoll.

V. EŻAMINAZZJONI TA' L-APPLIKAZZJONIJIET U DEĊIŻJONIJIET MEĦUDA

Il-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari għandhom l-ewwel jiċċekkjaw id-dokumenti mogħtija (1) u imbagħad għandha tibbaża d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-viża fuq dawn id-dokumenti (2):

Kriterji bażiċi biex ikunu eżaminati l-applikazzjonijiet

Il-punti ewlenin li jridu jinżammu fil-moħħ waqt l-eżaminazzjoni ta' l-applikazzjonijiet tal-viża huma: is-sigurtà tal-Partijiet Kontraenti u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali kif ukoll aspetti oħra relatati mar-relazzjonijiet internazzjonali. Skond il-pajjiż konċernat, waħda minn dawn tista' tieħu preċedenza fuq l-oħra, imma fl-ebda stadju m'għandha tintesa kwalunkwe waħda minnhom.

F'dik li hi sigurtà, huwa rakkomandat li jiċcekkjaw li l-kontrolli meħtieġa jkunu saru: tiftixa fid-dokumenti li fihom twissijiet (twissijiet għar-raġuni li jiċċaħħad id-dħul) fis-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen, konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet ċentrali tal-pajjiżi soġġetti għal din il-proċedura.

Il-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari għandha tassumi r-responsabbilità kollha meta tqis jekk hemmx riskju ta' immigrazzjoni. Ir-raġuni għaliex l-applikazzjonijiet jkunu eżaminati hija biex jinqabdu dawk l-applikanti li qed ifittxu li jimmigraw lejn it-territorji tal-Partijiet Kontraenti u jistabbilixxu ruħhom hemmhekk, u jużaw raġunijiet bħat-turiżmu, studji, negozju jew żjarat lill-familja bħala skuża. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jkunu partikolarment attenti meta jkollhom "kategoriji ta' riskju", f'termini oħra persuni bla xogħol, u dawk li m'għandhomx dħul regolari eċċ. Jekk hemm xi dubju dwar l-awtentiċità tal-karti u dokumenti ta' sostenn preżentati, il-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari għandha toqgħod lura milli toħroġ il-viża.

Minn naħa l-oħra, għandhom jitnaqqsu l-kontrolli meta l-applikant huwa magħruf li huwa persuna bona fede, u din l-informazzjoni kienet skambjata permezz ta' koperazzjoni konsulari.

1. Eżaminazzjoni ta' applikazzjonijiet għall-viża

1.1. Verifika ta' l-applikazzjoni għall-viża

- it-tul mitlub taż-żjara għandu jikkorrispondi ma' l-għan taż-żjara

- it-tweġibiet għall-mistoqsijiet fil-formola għandhom ikunu kompluti u koerenti. Il-formola għandha tinkludi ritratt ta' l-identità ta' l-applikant tal-viża u għandha tindika, sa fejn hu possibbli, id-destinazzjoni prinċipali taż-żjara.

1.2. Verifika ta' l-identità ta' l-applikant u verifika dwar jekk it-twissija ħarġitx fuq l-applikant fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) għall-għanijiet li jiċċaħħad id-dħul jew il-verifika dwar jekk humiex ta' kwalunkwe theddida oħra (lis-sigurtà) li kieku toħloq raġunijiet għaċ-ċaħda mill-ħruġ tal-viża jew jekk, mill-punt ta' immigrazzjoni, l-applikant huwa ta' theddida għax fiż-żjara li huwa għamel qabel, huwa/hija dam aktar miż-żmien li kien awtorizzat li jdum.

1.3. Verifika tad-dokument ta' l-ivjaġġar

- Verifika dwar jekk id-dokument hux regolari jew le: għandu jkun komplet u m'għandux ikun la emendat, falsifikat jew manipulat.

- Verifika tal-validità territorjali tad-dokument ta' l-ivjaġġar: għandu jkun validu għad-dħul fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti.

- Verifika tal-perjodu ta' validità tad-dokument ta' l-ivjaġġar: il-perjodu ta' validità tad-dokument ta' l-ivjaġġar għandu jeċċedi dak tal-viża bi tliet xhur (Artikolu 13(2) tal-Konvenzjoni).

- Madankollu, għal raġunijiet umanitarji urġenti, fuq bażi ta' raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali, għandu jkun possibbli, f'każi eċċezzjonali, li jitwaħħlu viżas ma' dokumenti ta' l-ivjaġġar li l-perjodu ta' validità tagħhom hu anqas minn dak speċifikat fil-paragrafu ta' qabel (tliet xhur), iżda li l-perjodu tal-validità jeċċedi dak tal-viża u l-garanzija tar-ritorn mhix fil-periklu.

- Verifika tat-tul ta' żjarat li saru qabel lit-territorju tal-Partijiet Kontraenti.

1.4. Verifika ta' dokumenti oħra dipendenti fuq l-applikazzjoni

In-numru u tip ta' dokumenti ta' sostenn meħtieġa jiddependu fuq ir-riskju possibbli ta' immigrazzjoni illegali u s-sitwazzjoni lokali (per eżempju jekk il-munita hix konvertibbli) u tista' tvarja minn pajjiż għall-ieħor. Dwar l-ispezzjoni tad-dokumenti ta' sostenn, il-missjonijiet diplomatiċi jew posizzjonijiet konsulari tal-Partijiet Kontraenti jistgħu jaqblu dwar l-arranġamenti prattiċi addattati sabiex jixirqu maċ-ċirkostanzi lokali.

Id-dokumenti ta' sostenn għandhom ikopru r-raġuni tal-vjaġġ, mezz tat-trasport u ritorn, mezzi ta' sostenn u akkomodazzjoni:

- dokumenti ta' sostenn dwar ir-raġuni tal-vjaġġ għandhom ifissru per eżempju:

- ittra ta' stedina;

- taħrika;

- vjaġġ organizzat.

- dokumenti ta' sostenn dwar il-mezzi tat-trasport u ta' ritorn għandhom ifissru per eżempju:

- biljett tar-ritorn;

- flus għal petrol jew assigurazzjoni tal-karrozza.

- dokumenti ta' sostenn dwar il-mezzi ta' sostenn:

Dan li ġej jista' jkun aċċettat bħala prova tal-mezzi ta' sostenn: flus likwidi f'munita konvertibbli, travellers cheques, cheque books għal kont bi flus barranin, credit cards jew kull mezz ieħor li jiggarantixxi l-fondi fi flus proprji.

Il-livell tal-mezzi ta' sostenn għandu jkun proporzjonat mat-tul u l-għan taż-żjara, kif ukoll l-għoli tal-ħajja fl-Istat jew Stati ta' Schengen li se ssir żjara fihom. Għal dan il-għan, ammonti ta' riferenza għandhom ikunu ffissati ta' kull sena għal qsim tal-fruntiera mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Partijiet Kontraenti (ara l-Anness 7) [3].

- dokumenti ta' sostenn li jirrigwardaw l-akkomodazzjoni:

Id-dokumenti li ġejjin, inter alia, jistgħu jkunu aċċettati bħala prova ta' akkomodazzjoni:

(a) reservazzjoni ta' lukanda jew stabbiliment simili;

(b) dokumenti li jipprovaw l-eżistenza ta' drittijiet ta' kera jew proprjetà, f'isem l-applikant, li jipprovaw il-pussess ta' proprjetà li tinsab fil-pajjiż li se ssir iż-żjara fih;

(c) Meta aljen jgħid li hu/hi se joqgħod f'dar għall-persuni jew f'istituzzjoni, il-missjonijiet diplomatiċi u l-posizzjonijiet konsulari għandhom jivverifikaw jekk l-aljen hux vera se jkun akkomodat hemmhekk.

- jew billi jiċċekkjaw ma' l-awtoritajiet nazzjonali, fejn dan huwa meħtieġ;

- jew billi jitolbu ċertifikat li jrid jiġi preżentat li jiggarantixxi għall-intrapriża li takkomoda, fil-forma ta' formola armonizzata mimlija minn min qed jospita u ttimbrata mill-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti, skond id-disposizzjonijiet imniżżla fil-liġi nazzjonali tagħha. Mudell tal-formola jista' jkun addottat mill-Kumitat Eżekuttiv;

- jew billi jitolbu li ċertifikat jew dokument uffiċjali jew pubbliku jiġi preżentat li jiggarantixxi għall-intrapriża li takkomoda, miktuba u ċċekkjata skond il-liġi nterna tal-Parti Kontraenti kkonċernata.

Il-preżentazzjoni tad-dokumenti relatati ma' l-impenn biex jakkomodaw imsemmi fiż-żewġ inċiżi ta' qabel mhix kondizzjoni ġdida għal ħruġ tal-viżas. Dawn id-dokumenti għandhom għan prattiku, immirat biex jixhdu li akkomodazzjoni hija disponibbli u, fejn jixraq, l-eżistenza tal-mezzi ta' sostenn. Jekk Parti Kontraenti tuża dan it-tip ta' dokument, ikollha f'kull każ, tispeċifika l-identità ta' min qed jospita u l-mistieden jew mistednin, l-indirizz ta' l-akkomodazzjoni, it-tul u l-għan taż-żjara, kwalunkwe rabtiet familjari possibli, u tindika jekk min qed jospita hux qed joqgħod legalment fil-pajjiż.

Wara li joħorġu l-viża, il-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari għandha twaħħal it-timbru tagħha u tikteb in-numru tal-viża fuq id-dokument sabiex tevita li dan jintuża mill-ġdid.

Dawn il-kontrolli huma mmirati sabiex jevitaw kwalunkwe stedina jew stedin falza/foloz minn aljeni llegali jew possibbilment illegali.

Qabel japplikaw għal viża uniformi, l-applikanti jistgħu jkunu eżentati mill-ħtieġa li jipprovdu dokumenti ta' sostenn dwar l-akkomodazzjoni jekk huma jistgħu jippruvaw li għandhom mezzi finanzjarji biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż ta' sostenn u l-akkomodazzjoni fl-Istat jew Stati ta' Schengen li huma jippjanaw li jżuru.

- Dokumenti oħra fejn meħtieġ

Skond il-każ in kwistjoni, dokumenti oħra jistgħu jkunu meħtieġa, per eżempju:

- xhieda tal-post tar-residenza u prova tar-rabtiet mal-pajjiż tar-residenza;

- awtorizzazzjoni mingħand il-ġenituri fil-każ ta' minuri;

- xhieda ta' l-istatus soċjali u professjonali ta' l-applikant.

Fejn il-liġijiet nazzjonali ta' l-Istati ta' Schengen jitolbu xhieda ta' l-istedin minn individwi privati jew għal żjarat tan-negozju, dikjarazzjonijiet ta' sponsorizzazzjoni jew xhieda ta' akkomodazzjoni, għandha tintuża formola armonizzata.

1.5. Stima tal-bona fede ta' l-applikant

Sabiex jeżaminaw il-bona fede ta' l-applikant, il-missjoni jew posizzjoni għandha tiċċekkja jekk l-applikant huwiex rikonoxxut bħala persuna bona fede fl-istruttura tal-koperazzjoni konsulari lokali.

Aktar minn hekk, huma għandhom jikkonsultaw ma' l-informazzjoni skambjata, kif imsemmija fil-Kapitolu VIII, 3., ta' dawn l-Istruzzjonijiet.

2. Proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-applikazzjonijiet tal-viża

2.1. Għażla tat-tip ta' viża u n-numru ta' dħul

Viża uniformi skond l-Artikolu 11 tista' tkun:

- viża ta' l-ivjaġġar valida għal dħul wieħed jew aktar, iżda li la t-tul ta' żjara kontinwa u lanqas it-tul totali ta' żjarat suċċessivi ma jaqbeż t-tliet xhur għal kull nofs sena, mid-data ta' l-ewwel dħul;

- viża valida għal sena, li tintola għal żjara ta' tliet xhur waqt kull nofs sena u diversi dħul; din il-viża tista' tinħareġ lil persuni li joffru l-garanziji meħtieġ u persuni li l-Partijiet Kontraenti wrew interess partikolari fihom. F'każi eċċezzjonali, viża valida għal aktar minn sena, imma għal massimu ta' ħames snin, tista' tinħareġ lil ċerti kategoriji ta' persuni għal diversi dħul;

- viża ta' transitu li tawtorizza lid-detentur tagħha li jgħaddi mit-territorji tal-Partijiet Kontraenti darba, darbtejn jew f'każi eċċezzjonali diversi drabi matul it-triq lejn territorju ta' Stat Terz, kemm-il darba l-ebda transitu m'għandu jaqbeż il-ħamest ijiem u kemm-il darba l-entratura ta' l-aljen fit-territorju ta' l-Istat Terz tad-destinazzjoni hu garantit u li r-rotta li qed tkun segwita normalment tirrikjedi transitu minn territorji tal-Partijiet Kontraenti.

2.2. Ir-responsabbilità amministrattiva ta' l-awtorità li qed tintervjeni

Ir-rappreżentant diplomatiku jew il-kap tas-sezzjoni konsulari għandu jassumi, skond il-poteri nazzjonali tiegħhu, ir-responsabbilità kollha fir-rigward ta' l-arranġamenti prattiċi għal ħruġ ta' viżas mill-missjonijiet jew posizzjonijiet tagħhom u għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar il-kwistjoni.

Il-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fuq il-bażi ta' l-informazzjoni kollha disponibbli lilha u jżommu f'moħħhom is-sitwazzjoni speċifika ta' kull applikant.

2.3. Proċedura li trid tiġi segwita f'każijiet ta' konsultazzjoni minn qabel ma' l-awtoritajiet ċentrali tal-Partijiet Kontraenti kollha.

Il-Partijiet Kontraenti ddeċidew li jistabbilixxu sistema bil-għan li ssir konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet ċentrali.

Il-miżuri li ġejjin jistgħu jkunu applikati temporanjament jekk is-sistema ta' konsultazzjoni teknika tinkiser u skond is-sitwazzjoni:

- limitu tan-numru ta' każijiet ta' konsultazzjoni għal dawk fejn il-konsultazzjoni hija meqjusa bħala importanti;

- użu tan-network lokali ta' ambaxxati u konsulati tal-Partijiet Kontraenti kkonċernati sabiex tkun indirizzata l-konsultazzjoni;

- użu tan-network ta' ambaxxati tal-Partijiet Kontraenti li jinsabu (a) fil-pajjiż li qed jagħmel il-konsultazzjoni, (b) fil-pajjiż li jrid jiġi konsultat;

- użu ta' mezzi konvenzjonali ta' komunikazzjoni bejn punti ta' kuntatt: fax, telefon, eċċ.;

- jkunu aktar viġilanti għall-ġid ta' l-interess komuni.

F'każijiet fejn l-applikanti jaqgħu taħt il-kategoriji mniżżla fl-Anness 5B soġġett għall-konsultazzjoni ma' awtorità ċentrali – tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jew ta' korp ieħor – (Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni), viżas għandhom jinħarġu skond il-proċedura mniżżla hawn taħt.

Il-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari li magħha saret l-applikazzjoni minn persuna minn waħda minn dawn il-kategoriji għandha, l-ewwel ħaġa, tiċċekkja, billi twettaq tiftixa fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, jekk twissija harġitx fuq l-applikant għal raġunijiet li jiċċaħħad id-dħul.

Għandha imbagħad issegwi l-proċedura mniżżla hawn taħt:

(a) Proċedura

Il-proċedura taħt (b) m'għandhiex tapplika meta l-applikant tal-viża nħarġitlu twissija fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen bl-għan li jiċċaħħad id-dħul.

(b) Tibgħat applikazzjonijiet lill-awtorità ċentrali nazzjonali

Il-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari li magħha saret l-applikazzjoni minn persuna minn waħda minn dawn il-kategoriji soġġetta għall-konsultazzjoni għandha tibgħat din l-applikazzjoni immedjatament lill-awtorità ċentrali f'pajjiżha.

- Jekk l-awtorità ċentrali tiddeċiedi li tiċħad l-applikazzjoni li għaliha hi responsabbli l-Parti Kontraenti li magħha saret l-applikazzjoni, mhuwiex meħtieġ li tinbeda jew titkompla proċedura konsultattiva ma' l-awtoritajiet ċentrali tal-Partijiet Kontraenti li talbu li jkunu kkonsultati.

- Fil-każ ta' applikazzjoni eżaminata mir-rappreżentant ta' l-Istat responsabbli, l-awtorità ċentrali tal-Parti Kontraenti li magħha saret l-applikazzjoni għandha tibgħatha lill-awtorità ċentrali ta' l-Istat responsabbli. Jekk l-awtorità ċentrali ta' l-Istat li qed ikun rappreżentat jew, l-awtorità ċentrali ta' l-Istat li jirrappreżenta, fejn speċifikament provdut fil-ftehim ta' rappreżentazzjoni tiddeċiedi li tiċħad l-applikazzjoni għall-viża, mhuwiex neċessarju tinbeda jew titkompla proċedura konsultattiva ma' l-awtoritajiet ċentrali tal-Partijiet Kontraenti li talbu li jkunu kkonsultati.

(c) Informazzjoni mibgħuta lill-awtorità ċentrali

Bħala parti mill-konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet ċentrali, il-missjonijiet diplomatiċi u posizzjonijiet konsulari li magħhom tkun saret l-applikazzjoni għandhom jibgħatu l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità ċentrali:

1. Missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari li magħha saret l-applikazzjoni.

2. Kunjom u ismijiet, data u post tat-twelid u, fejn magħruf, l-ismijiet tal-ġenituri ta' l-applikant.

3. Nazzjonalità ta' l-applikant(i) u, fejn magħruf, kwalunkwe nazzjonalitajiet li kellhom qabel.

4. Tip u numru ta' dokument(i) ta' l-ivjaġġar mogħtija, id-data ta' meta nħarġu u d-data ta' meta jiskadu.

5. Tul u raġuni taż-żjara maħsuba.

6. Dati maħsuba tal-vjaġġ.

7. Residenza, professjoni, min iħaddem lill-applikant għall-viża.

8. Riferenzi mill-Istati Membri, partikolarment, kwalunkwe applikazzjonijiet jew żjarat li saru qabel lill-Istati Firmatarji.

9. Fruntiera li l-applikant jippjana li jaqsam sabiex jidħol fit-territorju ta' Schengen.

10. Kwalunkwe isem ieħor (isem qabel iż-żwieġ, jew fejn applikabbli, isem wara ż-żwieġ, sabiex titlesta l-identifikazzjoni skond il-ħtiġijiet taħt il-liġi nazzjonali tal-Partijiet Kontraenti u l-liġi nazzjonali ta' l-Istat fejn l-applikant huwa ċittadin).

11. Kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa bħala neċessarja mill-missjonijiet diplomatiċi jew posizzjonijiet konsulari, li tikkonċerna per eżempju l-mara jew tfal li jkunu qed jakkumpanjaw il-persuna kkonċernata, kull viżas li nħarġu qabel lill-applikant u applikazzjonijiet għall-viża għall-istess destinazzjoni.

Din l-informazzjoni għandha tittieħed mill-formola ta' l-applikazzjoni tal-viża, fl-ordni li tidher fil-formola hawn fuq imsemmija.

It-intestatura ta' hawn fuq għandhom iservu bħala l-bażi ta' l-informazzjoni li trid tintbgħat f'konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali. Il-Parti Kontraenti li qed tagħmel il-konsultazzjoni għandha bħala regola tkun responsabbli għall-mod ta' kif tibgħat l-informazzjoni, fil-ftehim li d-data u l-ħin li tintbgħat u meta tkun riċevuta mill-awtoritajiet ċentrali li jirċievuha għandhom ikunu indikati b'mod ċar.

(d) It-trasferiment ta' l-applikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet ċentrali

L-awtorità ċentrali tal-Parti Kontraenti li l-missjoni jew posizzjoni rċeviet l-applikazzjoni għandha tikkonsulta, minn naħa tagħha, l-awtorità ċentrali jew awtoritajiet tal-Parti jew Partijiet Kontraenti li talbu li jkunu kkonsultati. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet indikati mill-Partijiet Kontraenti għandhom jitqiesu bħala awtoritajiet ċentrali.

Wara li jkunu għamlu l-kontrolli meħtieġa, dawn l-awtoritajiet għandhom jibgħatu l-analiżi totali tagħhom ta' l-applikazzjoni għall-viża lill-awtorità ċentrali li kkonsultathom.

(e) Żmien ta' tweġiba: Estensjoni

It-terminu massimu stipulat li għandhom l-awtoritajiet ċentrali kkonsultati biex jibgħatu tweġiba lill-awtorità ċentrali li staqsiet għall-konsultazzjoni għandha tkun ta' seba' t'ijiem tal-kalendarju. Iż-żmien inizjali għat-tweġiba jittieħed miż-żmien li fih l-applikazzjoni ntbgħatet mill-awtorità ċentrali li trid twettaq il-konsultazzjoni tagħha.

Jekk, matul dawn is-seba' t'ijiem, waħda mill-awtoritajiet ċentrali kkonsultati titlob li ż-żmien stipulat ikun estiż, dan jista' jiżdied b'seba' t'ijiem.

F'każi eċċezzjonali, l-awtorità ċentrali kkonsultata tista' tagħti talba ġustifikata għal estenzjoni ta' aktar minn seba' t'ijiem.

L-awtoritajiet li qed ikunu kkonsultati għandhom jassiguraw li f'każijiet ta' urġenza, it-tweġiba tintbagħat lura mill-aktar fis possibli.

Fejn ma tkun riċevuta l-ebda tweġiba sat-terminu stipulat inizjalment jew, fejn applikabbli, sat-terminu stipulat estiż għandha tkun ekwivalenti għall-awtorizzazzjoni u għandha tfisser li hemm, safejn il-Parti jew Partijiet Kontraenti huma kkonċernati, l-ebda raġunijiet għall-oġġezzjoni tal-ħruġ ta' viża.

(f) Deċiżjoni bbażata fuq ir-riżultat tal-konsultazzjoni

La darba t-terminu stipulat skada, l-awtorità ċentrali tal-Parti Kontraenti li magħha saret l-applikazzjoni tista' tawtorizza l-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari biex toħroġ viża uniformi.

Fejn m'hemmx deċiżjoni ċara minn naħa ta' l-awtorità ċentrali, il-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari li magħha saret l-applikazzjoni tista' toħroġ il-viża wara perjodu ta' 14-il ġurnata, miż-żmien li fih l-applikazzjoni ntbagħtet mill-awtorità ċentrali li qed twettaq il-konsultazzjoni. Huwa f'idejn kull awtorità ċentrali jekk tinformax il-missjonijiet jew posizzjonijiet tagħha fil-bidu ta' kull perjodu ta' konsultazzjoni.

Fil-każi fejn l-awtorità ċentrali tirċievi talba għal estenzjoni eċċezzjonali għaż-żmien stipulat, għandha tinforma lill-missjoni jew posizzjoni li magħha l-applikazzjoni tkun saret: m'għandhiex tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni qabel ma tkun irċeviet istruzzjonijiet ċari mill-awtorità ċentrali tagħha.

(g) Trasmissjoni ta' dokumenti speċifiċi

F'każi eċċezzjonali, l-ambaxxata fejn l-applikazzjoni għall-viża saret tista', fuq talba tal-missjoni konsulari ta' l-Istat ikkonsultat, titrasmetti l-formola ta' l-applikazzjoni tal-viża (bi spazju għal ritratt) skond l-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni ta' Schengen.

Din il-proċedura għandha tapplika biss f'postijiet fejn hemm missjonijiet diplomatiċi jew konsulari kemm ta' l-Istat konsultattiv u l-Istat ikkonsultat u biss fir-rispett tan-nazzjonalitajiet imniżzla fl-Anness 5B.

Fl-ebda ċirkostanzi ma tista' r-risposta għall-konsultazzjoni jew talba ghall-estensjoni taż-żmien stipulat għall-konsultazzjoni ssir lokalment, bl-eċċezzjoni ta' konsultazzjoni fuq livell lokali skond id-disposizzjonijiet kurrenti ta' l-Anness 5B ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni; in-network ta' konsultazzjoni dejjem għandha tintuża għal skambju bejn awtoritajiet ċentrali.

2.4. Ċaħda ta' eżaminazzjoni ta' applikazzjoni, ta' ħruġ ta' viża

Il-proċedura u l-metodi ta' appell posibbli f'każijiet fejn il-missjoni diplomatika jew il-posizzjoni konsulari ta' Parti Kontraenti tiċħad li teżamina applikazzjoni jew li toħroġ viża, huma rregolati mill-liġi ta' dik il-Parti Kontraenti.

Jekk tiċċaħħad viża u liġi nazzjonali tipprovdi għar-raġunijiet għaliex iċċaħħdet iridu jingħataw, dan għandu jsir fuq bażi tat-test li ġej:

"It-talba tiegħek għal viża ma ntlaqgħetx fuq bażi ta' l-Artikolu 15 flimkien ma' l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tad-19 ta' Ġunju 1990 għax int ma tissodisfax il-kondizzjonijiet taħt (a), (ċ), (d), (e), (indika l-kondizzjoni(jiet) rilevanti) ta' l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni msemmija, li tistipula… (ikkwota l-kondizzjoni(jiet) rilevanti

."

Jekk meħtieġ, ir-raġunijiet ta' hawn fuq jistgħu jkunu supplimentati b'informazzjoni aktar dettaljata jew ikollha informazzjoni oħra skond il-ħtiġijiet f'dan il-qasam stipulati fil-liġi nazzjonali ta' l-Istati ta' Schengen.

Meta ambaxxata jew posizzjoni konsulari li qed tirrapreżenta Stat ta' Schengen ieħor hija mġiegħla tieqaf mill-eżaminazzjoni ta' applikazzjoni għall-viża, l-applikant għandu jkun mgħarraf b'dan u informat li hu/hi jista' jmur fl-eqreb missjoni diplomatika jew konsulari ta' l-Istat kompetenti li jeżamina l-applikazzjoni għall-viża.

3. Viżas b'validità territorjali limitata

Viża li l-validità tagħha hi limitata għat-territorju nazzjonali ta' wieħed jew ħafna mill-Partijiet Kontraenti tista' tingħata:

1. F'każijiet fejn il-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari tikkonsidra li huwa meħtieġ li jkun hemm deroga mill-prinċipju stipulat fl-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni (Artikolu 16) fuq waħda mir-raġunijiet imniżżla fl-Artikolu 5(2) (għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali);

2. F'każijiet imsemmija fl-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni, li skond huma:

"1. L-ebda viża ma tista' titwaħħal ma' dokument ta' l-ivjaġġar jekk id-dokument ta' l-ivjaġġar mhux validu għall-kull wieħed mill-Partijiet Kontraenti. Jekk dokument ta' l-ivjaġġar huwa validu biss għal Parti Kontraenti waħda jew għal numru ta' Partijiet Kontraenti l-viża li trid titwaħħal għandha tkun limitata għal Parti jew Partijiet Kontraenti in kwistjoni.

2. Jekk dokument ta' l-ivjaġġar mhux rikonoxxut bħala validu minn waħda jew aktar mill-Partijiet Kontraenti tista' tingħata awtorizzazzjoni minflok viża."

3. F'każijiet fejn, minħabba urġenza estrema, (għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali), missjoni jew posizzjoni ma tikkonsultax ma' l-awtoritajiet ċentrali jew fejn din il-proċedura tqajjem protest;

4. F'każijiet fejn il-missjoni jew posizzjoni toħroġ, bħala bżonn assolut, viża ġdida għal żjara li se ssir waqt l-istess nofs sena lil applikant li, tul perjodu ta' sitt xhur, diġa għamel użu minn viża b'validità ta' tliet xhur.

Il-validità hija limitata għat-territorju ta' Parti Kontraenti waħda, il-Benelux jew żewġ Stati tal-Benelux għal każijiet 1, 3 u 4 hawn fuq, u għat-territorju ta' wieħed jew aktar mill-Partijiet Kontraenti, il-Benelux jew żewġ Stati tal-Benelux għal każ 2.

Il-missjonijiet jew posizzjonijiet tal-Partijiet Kontraenti l-oħra għandhom ikunu nfurmati f'każi fejn jinħarġu dawn il-viżas.

VI. KIF TIMLA T-TIKKETTI TAL-VIŻA

L-Annessi 8 u 13 fihom dan li ġej: 8 – deskrizzjoni tal-fatturi ta' sigurtà tat-tikketta; 13 – eżempji ta' kampjuni ta' tikketti tal-viża li diġa mtlew.

1. Sezzjoni ta' dħul komuni (Sezzjoni 8)

1.1. intestatura "VALIDA GĦAL"

Din l-intestatura tindika t-territorju li fih id-detentur tal-viża huwa ntitolat li jivjaġġa.

Din l-intestatura tista' tiġi kompletata f'wieħed mit-tliet modi li ġejjin:

(a) Stati ta' Schengen;

(b) Stat ta' Schengen jew Stati ta' Schengen li l-validità tal-viża hija limitata għat-territorju tagħhom (f'dan il-każ it-taqsiriet li ġejjin jintużaw: F għal Franza, D għall-Ġermanja, E għal Spanja, GR għall-Greċja, P għall-Portugall, I għall-Italja, L għall-Lussemburgu, N għall-Olanda, B għall-Belġju);

(c) Benelux.

- Meta t-tikketta tintuża biex tinħareġ il-viża uniformi skond l-Artikoli 10 u 11 tal-Konvenzjoni, jew biex tinħareġ viża li l-validità tagħha mhix limitata għat-territorju tal-Parti Kontraenti li ħarġet il-viża, il-intestatura "validu għal" jimtela bl-użu tal-kliem "Stati ta' Schengen", fil-lingwa tal-Parti Kontraenti li ħarġet il-viża.

- Meta t-tikketta tintuża biex jinħarġu viżas li jirristrinġu d-dħul, il-waqfa jew it-tluq għal territorju wieħed biss, din l-intestatura għandha timtela, fil-lingwa nazzjonali, bl-isem tal-Parti Kontraenti li għalih id-dħul, waqfa u t-tluq tad-detentur tal-viża huma limitati.

- Skond l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni, validità territorjali limitata tista' tkopri t-territorju ta' diversi Partijiet Kontraenti; f'dawn il-każijiet, l-isem tal-Partijiet Kontraenti kkonċernati għandu jinkiteb taħt din l-intestatura.

- Validità territorjali limitati ma tistax tapplika għal territorju iżgħar minn dak ta' Parti Kontraenti.

1.2. intestatura "MINN… GĦAL"

Din l-intestatura juri l-perjodu li matulu d-detentur jista' jwettaq iż-żjara awtorizzata mill-viża.

Id-data li minnha d-detentur tal-viża jista' jidħol fit-territorju li għalih il-viża hija valida, huwa miktub bħal hawn taħt, wara l-kelma '"MINN":

- il-ġurnata hija miktuba bl-użu ta' żewġ ċifri, li l-ewwel waħda minnhom hija żero jekk id-data in kwistjoni hija ċifra unika;

- daxx orizzontali;

- ix-xahar hu miktub bl-użu ta' żewġ ċifri, li l-ewwel waħda minnhom hija żero jekk ix-xahar in kwistjoni huwa ċifra unika;

- daxx orizzontali;

- is-sena hija miktuba bl-użu ta' żewġ ċifri, li jikkorrispondu ma' l-aħħar żewġ figuri tas-sena;

- Per eżempju: 15-04-94 = 15 ta' April 1994.

L-aħħar data li fiha d-detentur tal-viża jista' jwettaq iż-żjara awtorizzata bil-viża hija miktuba wara l-kelma "SA". Id-detentur tal-viża jrid ikun ħalla t-territorju li għalih il-viża hija validu sa nofs il-lejl ta' dik id-data.

Din id-data hija miktuba bl-istess mod bħall-ewwel waħda hawn fuq.

1.3. intestatura "NUMRU TA' DĦUL"

Din l-intestatura juri n-numru ta' drabi li d-detentur tal-viża jista' jidħol fit-territorju li għalih il-viża hija valida; fi kliem ieħor, dan għandu jfisser in-numri ta' perjodi ta' waqfien li jistgħu jkunu diviżi fuq il-perjodu kollu ta' validità, ara 1.4.

In-numru ta' dħul jista' jkun ta' wieħed, tnejn jew aktar. Dan in-numru jinkiteb fuq in-naħa tal-lemin tal-parti pubblikata minn qabel, bl-użu ta' "01", "02" jew it-taqsira "MULT", fejn il-viża tawtorizza aktar minn żewġ dħul.

Għal viża ta' transitu, dħul wieħed jew tnejn biss jistgħu jkunu awtorizzati ("01" jew "02" għandhom jinkitbu). Aktar minn żewġ dħul ("MULT") jistgħu biss ikunu awtorizzati f'każi eċċezzjonali.

Il-viża għandha tiskadi meta n-numru totali ta' ħruġ magħmula mid-detentur huwa ugwali għan-numru ta' entraturi awtorizzati, anki jekk id-detentur ma wżax in-numru kollu ta' ġranet awtorizzati mill-viża.

1.4. intestatura "TUL TAŻ-ŻJARA… ĠRANET"

Dawn l-intestatura jindika n-numru ta' ġranet li matulhom id-detentur jista' joqgħod fit-territorju li għalih il-viża hija valida [4]. Din iż-żjara tista' tkun waħda kontinwa jew diviża, skond in-numru ta' ġranet awtorizzati, fuq diversi perjodi bejn id-dati msemmija taħt 1.2, dejjem b'konsiderazzjoni għan-numru ta' dħul taħt 1.3.

In-numru ta' ġranet awtorizzati jinkiteb fi spazju vojt bejn "TUL TAŻ-ŻJARA" u "ĠRANET", fil-forma ta' żewġ ċifri, li l-ewwel minnhom hija żero jekk in-numru ta' ġranet huwa ta' anqas minn 10.

In-numru massimu ta' ġranet li jistgħu jkunu nklużi taħt dawn l-intestatura huwa ta' 90 kull nofs sena.

1.5. intestatura "MAĦRUĠ ĠO… F'…"

Dawn l-intestaturi juru, fil-lingwa tal-Parti Kontraenti li qed joħroġ il-viża, l-isem tal-belt li fiha l-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari li qed toħroġ il-viża tinstab, dan l-isem għandu jinkiteb bejn "ĠO" u "F'". Id-data tal-ħruġ hija indikata wara "F'".

Id-data tal-ħruġ tinkiteb bl-istess mod bħad-data msemmija f'1.2.

L-awtorità li ħarġet il-viża tista' tintgħaraf mill-mod ta' dħul li tidher fuq it-timbru mwaħħal ma sezzjoni 4.

1.6. intestatura "NUMRU TAL-PASSAPORT"

Din l-intestatura tindika n-numru tal-passaport li miegħu hi mwaħħla t-tikketta tal-viża. Dan in-numru għandu jkun segwit minn riferenza għal kwalunkwe tfal u għas-sieħeb jekk dawn jidhru fil-passaport, li qed jakkumpanjaw id-detentur (ittra "X" għat-tfal preċeduta minn numru ta' kemm qegħdin (per eżempju 3X = tlett itfal) u ittra "Y" għas-sieħeb).

In-numru tal-passaport huwa n-numru tas-serje li huwa pubblikat minn qabel jew perforat fuq kull jew kważi kull paġna tal-passaport.

1.7. intestatura "TIP TA' VIŻA"

Sabiex jkunu faċilitati l-affarijiet għall-awtoritajiet tal-kontroll, din l-intestatura tispeċifika t-tip ta' viża bl-użu ta' l-ittri A, B, Ċ u D kif ġej:

A: viża ta' transitu mill-ajruport

B: viża ta' transitu

Ċ: viża għal perjodu qasir

D: viża nazzjonali għal perjodu twil

Għall-viżas b'validità territorjali limitata u viżas tal-grupp l-ittri A, B jew Ċ għandhom jintużaw skond il-każ in kwistjoni.

2. Sezzjoni ta' dħul nazzjonali ("KUMMENTI") (Sezzjoni 9)

Kuntrarjament għal sezzjoni 8 (dħul fi sħab jew obbligatorju), din is-sezzjoni hija riservata għall-kummenti relatati ma' disposizzjonijiet nazzjonali. Għalkemm il-Partijiet Kontraenti huma liberi li jinkludu kummenti li huma jqisu bħala rilevanti, huma għandhom ikunu obbligati li jinformaw lill-sħabhom bihom sabiex dawn il-kummenti jkunu jistgħu jkunu interpretati (ara l-Anness 9).

3. Sezzjoni dwar it-timbru tal-missjoni jew posizzjoni li qed toħroġ il-viża (Sezzjoni 4)

It-timbru tal-missjoni jew posizzjoni li qed toħroġ il-viża huwa mwaħħal fir-rettangolu bejn in-naħa tax-xellug tat-tikketta u s-sezzjoni "KUMMENTI" u s-sezzjoni rotogravure u s-sezzjoni li trid tiġi scanned elettronikament.

Id-daqs u l-kontenut tat-timbru u l-inka li trid tintuża għandhom ikunu determinati mid-disposizzjonijiet nazzjonali tal-Partijiet Kontraenti.

4. Sezzjoni li trid tiġi scanned elettronikament (Sezzjoni 5)

Kemm il-format tat-tikketta tal-viża u dak tas-sezzjoni scanned elettronikament kienu deċiżi mill-ICAO fuq il-bażi ta' proposta mressqa mill-Istati ta' Schengen. Din is-sezzjoni hija magħmula minn żewġ linji ta' 36 karattru (OCR B-10 kkp). L-Anness 10 jispjega kif din is-sezzjoni għandha timtela.

5. Aspetti oħra relatati mal-ħruġ tal-viżas

5.1. Iffirmar tal-viżas

F'każi fejn il-liġi jew prattika ta' Parti Kontraenti titlob firma bil-miktub, it-tikketta mwaħħla mal-paġna tal-passaport għandha tiġi ffirmata mill-uffiċjali responsabbli minn dan ir-rigward.

Il-firma titpoġġa fuq in-naħa tal-lemin tal-intestatura "KUMMENTI"; parti mill-firma għandha testendi għal fuq il-paġna tal-passaport jew dokument ta' l-ivjaġġar, iżda ma tistax tgħatti s-sezzjoni li trid tiġi scanned elettronikament.

5.2. Tikketti tal-viża ta' invalidità kompluti

L-ebda tibdil ma għandu jsir lit-tikketta tal-viża. Jekk ikun hemm żball li jsir meta l-viża tinħareġ it-tikketta tkun invalidata.

- Jekk jinstab żball fuq tikketta li għadha ma twaħħlitx ma' passaport, it-tikketta għandha tinqered jew titqatta dijagonalment minn nofs.

- Jekk l-iżball jinstab wara li t-tikketta tkun twaħħlet fuq il-passaport, it-tikketta għandha jkollha salib aħmar impenġi fuqha u għandha titwaħħal tikketta ġdida.

5.3. Twaħħil ta' tikketti tal-viża mal-passaporti

It-tikketta għandha timtela qabel ma' titwaħħal fuq il-passaport. It-timbru u l-firma għandhom jitpoġġew fuq it-tikketta la darba titwaħħal mal-passaport jew id-dokument tal-vjaġġ.

La darba it-tikketta tal-viża timtela korrettament, għandha titwaħħal ma' l-ewwel paġna tal-passaport li ma fihiex dħul ieħor jew timbri – għajr it-timbru ta' identifikazzjoni ta' l-applikazzjoni. Passaporti li ma jkollhomx spazju fejn tista' titwaħħal it-tikketta, passaporti li skadew u passaporti li ma jawtorizzawx il-ħruġ mit-territorju qabel ma' l-viża tiskadi, jew ir-ritorn ta' l-aljen fil-pajjiż ta' l-oriġini tiegħu/tagħha jew dħul f'pajjiż terz (ara l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni), għandhom ikunu miċħuda.

5.4. Passaporti u dokumenti ta' l-ivjaġġar li magħhom jistgħu jitwaħħlu viżas uniformi

Il-kriterji biex ikunu deċiżi liema dokumenti ta' l-ivjaġġar jista' jkollhom viża, skond id-disposizzjoni ta' l-Artikolu 17(3)(a) tal-Konvenzjoni, huma stipulati fl-Anness 11.

Skond l-Artikolu 14, l-ebda viża ma tista' titwaħħal ma' dokument ta' l-ivjaġġar jekk id-dokument ta' l-ivjaġġar mhux validu għal kull waħda mill-Partijiet Kontraenti. Jekk dokument ta' l-ivjaġġar huwa validu biss għal Parti Kontraenti waħda jew għal numru ta' Partijiet Kontraenti l-viża li trid titwaħħal għandha tkun limitata għal Parti jew Partijiet Kontraenti in kwistjoni.

Jekk dokument ta' l-ivjaġġar mhux rikonoxxut bħala validu minn waħda jew aktar mill-Partijiet Kontraenti awtorizzazzjoni tista' tinħareġ minflok il-viża. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkiteb fuq folja tal-karta separata u għandha jkollha l-effett biss ta' viża b'validità territorjali limitata.

VII. TMEXXIJA AMMINISTRATTIVA U ORGANIZZAZZJONI

1. Organizzazzjoni ta' sezzjonijiet tal-viża

Kull Parti Kontraenti għandha tkun responsabbli biex torganizza s-sezzjonijiet tal-viża tagħha.

Il-kapijiet tal-missjonijiet jew posizzjonijiet għandhom jassiguraw li s-sezzjoni responsabbli biex toħroġ il-viżas hija organizzata b'dak il-mod sabiex tevadi kull tip ta' għemil negliġenti li jista' jiffaċilita serq u falsifikazzjonijiet.

- Il-persunal responsabbli biex joħroġ viżas m'għandu bl-ebda mod ikun espost għall-pressjoni lokali.

- Sabiex jkunu evitati li jifformaw "vizzji" li jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-livell ta' viġilanza, l-uffiċjali responsabbli għandhom jinbidlu fuq bażi regolari.

- Iż-żamma u l-użu ta' tikketti tal-viża għandu jkun soġġett għal miżuri ta' sigurtà simili għal dawk applikati għal dokumenti oħra li jeħtieġu l-protezzjoni.

2. Filing

Kull Parti Kontraenti għandha tkun responsabbli għall-filing tal-viżas, u ritratti ta' l-applikanti f'każi fejn il-viżas huma soġġetti għal konsultazzjoni ċentrali.

Applikazzjonijiet tal-viża għandhom jinżammu għal ta' l-inqas sena meta l-viża tkun inħarġet u ta' l-inqas ħames snin meta l-viża tkun ġiet miċħuda.

Sabiex ikun aktar faċli li tinstab applikazzjoni, il-fajl u r-riferenzi ta' l-arkivju għandhom jissemmew waqt il-konsultazzjoni u fir-risposti għall-konsultazzjoni.

3. Reġistri tal-viżas

Kull Parti Kontraenti għandha tirreġistra viżas li nħarġu skond il-prattika nazzjonali. Tikketti tal-viża għandhom jkunu reġistrati hekk.

4. Tariffi li jridu jinżammu għall-ħruġ tal-viżas

It-tariffi li jridu jinżammu għall-ħruġ tal-viżas huma msemmija fl-Anness 12.

VIII. KOPERAZZJONI KONSULARI FUQ LIVELL LOKALI

1. Struttura indikattiva tal-koperazzjoni konsulari fuq livell lokali

Koperazzjoni konsulari fuq il-post għandha, f'termini ġenerali, tiffoka fuq l-istima tar-riskji ta' l-imigrazzjoni. Għandha tkun fil-biċċa l-kbira tagħha mmirata biex tiddetermina l-kriterji komuni fl-eżami tal-fajls, skambju ta' informazzjoni dwar l-użu ta' dokumenti foloz, dwar rotot possibbli ta' immigrazzjoni illegali u dwar iċ-ċaħda ta' viżas fejn l-applikazzjonijiet ikunu b'mod ċar bla bażi jew frawdolenti. Għandha wkoll tagħmel possibbli l-iskambju ta' informazzjoni dwar applikanti bona fede u dwar l-iżvilupp ta' informazzjoni għall-pubbliku ġenerali dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw applikazzjonijiet tal-viża ta' Schengen.

Il-koperazzjoni konsulari għandha tqis ukoll is-sitwazzjoni amministrattiva lokali u l-istruttura soċjali u ekonomika.

Il-missjonijiet u posizzjonijiet għandhom jorganizzaw laqgħat fuq bażi regolari skond iċ-ċirkostanzi u spiss daqs kemm jaraw li hu meħtieġ: għandhom jagħtu rapporti dwar dawn il-laqgħat lill-awtoritajiet ċentrali. Fuq talba tal-Presidenza huma għandhom jagħtu rapport ġenerali ta' nofs is-sena.

2. Kif jkunu evitati applikazzjonijiet multipli jew applikazzjonijiet li jiddaħħlu wara li riċentement kien hemm ċaħda għall-ħruġ

L-iskambju ta' informazzjoni bejn il-missjonijiet u posizzjonijiet u l-identifikazzjoni ta' l-applikazzjonijiet permezz ta' timbru jew mezzi oħra huma mmirati li ma jħallux il-preżentazzjoni, mill-istess persuna, ta' applikazzjonijiet għall-viża multipli jew suċċessivi, jew waqt li applikazzjoni tkun qed tkun eżaminata, jew wara li applikazzjoni kienet miċħuda, mill-istess missjoni jew posizzjoni jew minn missjoni jew posizzjoni differenti.

Mingħajr preġudizzju għall-konsultazzjoni li tista' ssir bejn il-missjonijiet u posizzjonijiet u l-iskambju ta' informazzjoni li jistgħu jagħmlu, il-missjoni jew posizzjoni li magħha saret l-applikazzjoni, għandha twaħħal timbru mal-passaport ta' kull applikant li tgħid "Applikazzjoni għall-viża saret ġo… f'-…". L-ispazju li jsegwi "f" għandu jimtela b'sitt ċifri (żewġ ċifri għal ġurnata, tnejn għax-xahar u tnejn għas-sena): it-tieni spazju għandu jkun riservat għall-missjoni diplomatika jew posizzjoni konsulari kkonċernata. Il-kodiċi għall-viża li għaliha saret l-applikazzjoni għandu jiżdied.

Il-missjoni jew posizzjoni li tirċievi l-applikazzjoni għandha tiddeċiedi jekk twaħħalx it-timbru jew le anki fuq passaporti diplomatiċi u tas-servizz.

It-timbru jista' jitwaħħal ukoll fil-każ ta' applikazzjonijiet għal viżas ta' żjara twila.

Meta Stat ta' Schengen qed jirrappreżenta Stat ta' Schengen ieħor, it-timbru għandu juri, wara l-kodiċi tat-tip ta' viża mitluba, l-indikazzjoni "R" segwita mill-kodiċi ta' l-Istat rappreżentat.

Meta l-viża tinħareġ, it-tikketta għandha, sa fejn huwa possibbli, titwaħħal fuq it-timbru ta' identifikazzjoni.

F'ċirkostanzi eċċezzjonali meta m'huwiex prattiku li jitwaħħal timbru, il-missjoni jew posizzjoni tal-Presidenza fl-uffiċju għandha tinforma lill-grupp ta' Schengen relevanti u tissottometti proposta alternattiva għall-approvazzjoni tal-grupp, per eżempju li tkun tinvolvi l-iskambju ta' fotokopji ta' passaporti u listi ta' applikazzjonijiet għall-viżas miċħuda u għandha tingħata r-raġuni għaliex kienu miċħuda.

Il-kapijiet tal-missjonijiet diplomatiċi jew posizzjonijiet għandhom jaddottaw fuq livell lokali, u fuq l-inizjattiva tal-Presidenza, miżuri ta' prevenzjoni alternattivi jew addizzjonali, fejn dawn il-miżuri juru li huma meħtieġa.

3. Stima tal-bona fede ta' l-applikant

Sabiex tkun faċilitata l-istima tal-bona fede ta' l-applikant, il-missjonijiet diplomatiċi jew posizzjonijiet konsulari jistgħu, bi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali, iwettqu skambju ta' l-informazzjoni fuq il-bażi ta' arranġamenti konklużi fuq livell lokali bħala parti mill-koperazzjoni tagħhom, u skond punt 1 ta' dan il-kapitolu.

Informazzjoni dwar dan li ġej tista' tkun skambjata minn żmien għal żmien: persuni li l-applikazzjoni tagħhom kienu mċaħħda minħabba l-fatt li dokumenti misruqa, mitlufa jew falsifikati ntużaw, jew minħabba li d-data tal-ħruġ fil-viża ta' qabel ma kenitx rispettata jew hemm riskju għas-sigurtà u partikolarment hemm raġuni biex wieħed jifhem li qed isir attentat biex jemigra llegalment fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti.

L-informazzjoni li hija skambjata u prodotta bi sħab għandha sservi bħala strument ta' xogħol għal konsiderazzjoni ta' applikazzjonijiet għall-viża. M'għandhiex, madankollu, tissostitwixxi l-eżaminazzjoni attwali ta' l-applikazzjoni għall-viża u lanqas it-tiftixa fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, u lanqas il-konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet ċentrali li qed jitolbuha.

4. Skambju ta' statistika

4.1. Statistika dwar viża għal żjara qasira, viżas ta' transitu u viżas ta' transitu mill-ajruport li nħarġu u dwar applikazzjonijiet għal dawn il-viżas formalment miċħuda għandhom ikunu skambjati kull tliet xhur.

4.2. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi msemmija fl-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni, li huma mniżżla b'mod ċar fl-Anness 14 ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u li jitolbu li l-Istati ta' Schengen jissottomettu fi żmien 72 siegħa dettalji dwar il-ħruġ ta' viżas b'validità territorjali limitata, il-missjonijiet diplomatiċi u l-posizzjonijiet konsulari ta' l-Istati ta' Schengen huma obbligati li jiskambjaw l-istatistiċi tagħhom dwar il-viżas b'validità territorjali limitata maħruġa fix-xahar ta' qabel u jibgħatuhom lill-awtoritajiet ċentrali tagħhom rispettivament.

[1] Skond l-Artikolu 138 tal-Konvenzjoni, dawn id-disposizzjonijiet għandhom japplikaw biss għat-territorju Ewropew tar-Repubblika ta' Franza u tar-Renju ta' l-Olanda.

[2] F'każi eċċezzjonali, viżas għal żjara qasira jew ta' transitu jistgħu jinħarġu fil-fruntiera, skond il-kondizzjonijiet imsemmija f'parti II, punt 5 tal-Manwal Komuni dwar il-Fruntieri Esterni.

[3] Dawn l-ammonti ta' riferenza għandhom jkunu ffissati skond l-arranġamenti msemmija f'parti I tal-Manwal Komuni dwar il-Fruntieri Esterni.

[4] Fil-każ ta' viżas ta' transitu, id-dewmien tat-transitu m'għandux jaqbeż il-ħamest ijiem.

--------------------------------------------------

ANNESS 1

I. Lista konġunta ta' l-Istati li ċ-ċittadini tagħhom jeħtieġu viża mill-Istati ta' Schengen kollha.

II. Lista aġġornata ta' Stati li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa ta' viża mill-Istati ta' Schengen kollha.

III. Lista aġġornata ta' Stati li ċ-ċittadini tagħhom jeħtieġu viża minn xi Stati ta' Schengen biss Lista aġġornata ta' l-Istati li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa ta' viża mill-Istati ta; Schengen kollha.

Il-listi li ġejjin juru d-deċiżjonijiet addottati mill-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen sal-1 ta' Mejju 1999. Informazzjoni dwar kwalunkwe emendi li jkunu saru wara l-1 ta' Mejju 1999 jistgħu jinkisbu mid-dipartimenti rilevanti tal-Kummissjoni jew tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

I. Lista konġunta ta' l-Istati [1] li ċ-ċittadini tagħhom jeħtieġu viża mill-Istati ta' Schengen kollha.

L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA [2]

L-AFGANISTAN [3]

L-ANTIGWA U BARBUDA

L-ALBANIJA [4]

L-ARMENJA [5]

L-ANGOLA [6]

L-AŻERBAJĠAN [7]

IL-BOSNJA-ERŻEGOVINA

IL-BARBADOS

IL-BANGLADEXX [8]

IL-BURKINA FASO [9]

IL-BULGARIJA [10]

IL-BAĦREJN [11]

IL-BURUNDI [12]

IL-BENIN [13]

IL-BAĦAMAS

IL-BUTAN [14]

IL-BOTSWANA

IL-BELARUS [15]

IL-BELIŻE

IL-KONGO (REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-) [16]

IR-REPUBBLIKA ĊENTRALI AFRIKANA [17]

IL-KONGO BRAZZAVILLE [18]

IL-KOSTA TA' L-AVORJU [19]

IL-KAMERUN [20]

IĊ-ĊINA [21]

IL-KUBA [22]

IL-CAPE VERDE [23]

IĠ-ĠIBUTI [24]

ID-DOMINIKA

IR-REPUBBLIKA DOMINIKANA) [25]

L-ALĠERIJA [26]

L-EĠITTU [27]

L-ERITREJA [28]

L-ETJOPJA [29]

IL-FIĠI [30]

IL-MIKRONESJA

IL-GABON [31]

IL-GRENADA

IL-ĠEORĠJA [32]

IL-GHANA [33]

IL-GAMBJA [34]

IL-GWINEA [35]

IL-GWINEA EKWATORJALI [36]

IL-GWINEA-BISSAW [37]

IL-GUJANA [38]

IL-ĦAITI [39]

L-INDONESJA [40]

L-INDJA [41]

L-IRAQ [42]

L-IRAN [43]

IL-ĠAMAJKA

ĠORDAN [44]

IL-KENJA

IL-KIRGISTAN [45]

IL-KAMBOĠJA [46]

IL-KIRIBATI

IL-KOMOROS [47]

IS-SAN KRISTOFRU U NEVIS

IL-KOREA TA' FUQ [48]

IL-KUWAJT [49]

IL-KAŻAKISTAN [50]

IL-LAOS [51]

IL-LIBANU [52]

IS-SANTA LUĊJA

IS-SRI LANKA [53]

IL-LIBERJA [54]

IL-LEŻOTO

IL-LIBJA [55]

IL-MAROKK [56]

IL-MOLDOVA [57]

IL-MADAGASKAR [58]

L-IŻOLI MARXALL

L-EX-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA [59]

IL-MALI [60]

BURMA/MJANMAR [61]

IL-MONGOLJA [62]

IL-MARIANAS TAT-TRAMUNTANA (GŻEJJER) [63]

IL-MAWRITANJA [64]

IL-MAWRITJUS [65]

IL-MALDIVI [66]

IL-MALAWI

IL-MOŻAMBIK [67]

IN-NAMIBJA

IN-NIĠER [68]

IN-NIĠERJA [69]

IN-NEPAL [70]

IN-NAWRU

L-OMAN [71]

IL-PERU [72]

IL-PAPWA GWINEA ĠDIDA [73]

IL-FILIPPINI [74]

IL-PAKISTAN [75]

IL-PALAW

IL-QATAR [76]

IR-RUMANIJA [77]

IR-RUSSJA [78]

L-RWANDA [79]

L-GĦARABJA SAWDIJA [80]

IL-GŻEJJER SOLOMON

IS-SEYCHELLES

IS-SUDAN [81]

IS-SJERRA LEONE [82]

IS-SENEGAL [83]

IS-SOMALJA [84]

IS-SURINAM [85]

SÂO TOMÉ U PRINCIPE [86]

IS-SIRJA [87]

IS-SWAŻILAND

IĊ-ĊAD [88]

IT-TOGO [89]

IT-TAJLANDJA [90]

IT-TAĠIKISTAN [91]

IT-TURKMENISTAN [92]

IT-TUNEŻIJA [93]

IT-TONGA

IT-TURKIJA [94]

IT-TRINIDAD U TOBAGO

IT-TUVALU

IT-TAJWAN [95]

IT-TANŻANIJA [96]

L-UKRAJNA [97]

L-UGANDA [98]

L-UŻBEKISTAN [99]

SAN VINĊENS U L-GRENADINI

IL-VJETNAM [100]

IL-VANWATU

IS-SAMOWA (TAL-PUNENT)

IL-JEMEN [101]

REPUBBLIKA FEDEREALI TAL-JUGOSLAVJA (SERBJA U MONTENEGRO) [102]

L-AFRIKA TA' ISFEL

IŻ-ŻAMBJA [103]

IŻ-ŻIMBABWE

II. Skeda aġġornata ta' Stati li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa ta' viża mill-Istati ta' Schengen kollha.

L-ANDORRA

L-ARĠENTINA

L-AWSTRALJA

IL-BRUNEJ

IL-BOLIVJA

IL-BRAŻIL [104]

IL-KANADA

L-ISVIZZERA

IĊ-ĊILE

IL-KOSTA RIKA

ĊIPRU

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

L-EKWADOR

L-ESTONJA

MONAKO

IL-GWATEMALA

L-ONDURAS

IL-KROAZJA

L-UNGERIJA

L-IŻRAJEL [105]

L-ISLANDA

IL-ĠAPPUN

IL-KOREATA' ISFEL

IL-LIECHTENSTEIN

IL-LITWANJA

IL-LATVJA

MALTA

IL-MESSIKU

IL-MALASJA

IN-NIKARAGWA

IN-NORVEĠJA

IN-NEW ZEALAND

IL-PANAMA

IL-POLONJA [106]

IL-PARAGWAJ

SINGAPOR

IS-SLOVENJA

IS-SLOVAKKJA

SAN MARINO

SALVADOR

L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA [107]

L-URUGWAJ

L-ISTAT TAL-VATIKAN

IL-VENEŻWELA

III. Skeda aġġornata ta' Stati li ċ-ċittadini tagħhom jeħtieġu viża minn wieħed jew aktar mill-Istati ta' Schengen

IL-KOLOMBJA

Lista ta' Stati li ċ-ċittadini tagħhom jeħtieġu viża minn uħud mill-Istati ta' Schengen

| Il-Benelux | Il-Ġermanja | Il-Greċja | Spanja | Franza | L-Italja | L-Awstrija | Il-Portugal |

Il-Kolombja | V | | V | | V | | | V |

[1] Din il-lista għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-posizzjoni ta' kull wieħed mill-Istati ta' Schengen fir-rigward ta' l-istat internazzjonali tal-pajjiżi msemmija, u mingħajr preġudizzju għar-relazzjonijiet li huma jistgħu jkollhom ma' ta' l-aħħar.

[2] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[3] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[4] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[5] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[6] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[7] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[8] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[9] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[10] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[11] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[12] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[13] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[14] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[15] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[16] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[17] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[18] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[19] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[20] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[21] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[22] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[23] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[24] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[25] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[26] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[27] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[28] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[29] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[30] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[31] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[32] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[33] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[34] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[35] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[36] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[37] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[38] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[39] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[40] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[41] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[42] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[43] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[44] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[45] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[46] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[47] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[48] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[49] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[50] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[51] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[52] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[53] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[54] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[55] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[56] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[57] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[58] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[59] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[60] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[61] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[62] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[63] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[64] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[65] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[66] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[67] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[68] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[69] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[70] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[71] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[72] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[73] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[74] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[75] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[76] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[77] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[78] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[79] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[80] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[81] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[82] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[83] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[84] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[85] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[86] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[87] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[88] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[89] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[90] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[91] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[92] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[93] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[94] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[95] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[96] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[97] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[98] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[99] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[100] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[101] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[102] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[103] Riferit mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/99 tat-12 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom iridu jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-frontieri esterni ta' l-Istati Membri.

[104] Il-Greċja titlob viżas lill-baħħara li huma ta' nazzjonalità ta' dan l-Istat.

[105] Franza għandha tkompli titlob viżas għall-żjara qasira minn membri ta' l-ekwipaġġ ta' l-ajruplani u bastimenti li jkunu qed iwettqu dmirhom.

[106] Il-Greċja titlob viżas lill-baħħara li huma ta' nazzjonalità ta' dan l-Istat.

[107] Franza titlob viżas għall-kategoriji li ġejjin ta' ċittadini ta' l-Istati Uniti:

- studenti;

- ġurnalisti fuq xogħol;

- membri ta' l-ekwipaġġ fuq vapuri jew ajruplani waqt il-qadi ta' dmirijithom.

--------------------------------------------------

ANNESS 2

Regolamenti li jirregolaw iċ-ċaqliq ta' detenturi ta' passaporti diplomatiċi, uffiċjali u tas-servizz, u detenturi ta' laissez-passers li ċerti Organizzazzjonijiet Intergovernattivi Internazzjonali joħorġu għall-uffiċjali tagħhom

I. Regolamenti li jirregolaw il-movimenti mal-fruntieri esterni

1. Movimenti ta' detenturi ta' passaporti diplomatiċi, uffiċjali u tas-servizz, mhumiex regolati mill-lista komuni ta' ħtiġijiet tal-viża. L-Istati Kontraenti jridu, madankollu, li jżommu l-imsieħeb/sieħba tagħhom infurmati, bil-quddiem b'kull tibdil li huma qed jaspiraw li jagħmlu lir-regolamenti li jirregolaw il-movimenti tad-detenturi tal-passaporti msemmija hawn fuq u li jqisu l-interessi ta' l-imsieħeb/sieħba tagħhom.

2. Mogħti l-għan ta' żieda fil-flessibbilità li jkun addottat fil-metodu biex ikunu armonizzati r-regoli applikati lid-detenturi tal-passaporti msemmija hawn fuq, skeda tal-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom mhumiex suġġett għall-ħtieġa ta' viża għax għandhom il-passaporti msemmija hawn fuq, għalkemm din il-ħtieġa tal-viża tapplika għal detenturi ta' passaport ordinarju ta' l-istess nazzjonalità, huwa anness ma' l-Istruzzjonijiet Komuni tal-Viżas, għal raġunijiet ta' informazzjoni. Is-sitwazzjoni bil-kontra wkoll għandha tiddaħħal fl-iskeda, jekk dan jirriżulta neċessarju. Il-Kumitat Eżekuttiv għandu jassumi r-responsabbilità biex jemenda dawn il-listi.

3. Ir-regoli li jirregolaw iċ-ċaqliq imsemmi f'dan id-dokument m'għandux japplika għad-detenturi ta' passaporti ordinarji li jkunu qed iwettqu affarijiet pubbliċi u lanqas detenturi ta' passaporti tas-servizz, uffiċjali, jew speċjali, eċċ. li għalihom il-ħruġ minn terzi pajjiżi mhuwiex f'konformità mal-prattika internazzjonali applikata mill-Istati ta' Schengen. Għaldaqstant, il-Kumitat Eżekuttiv, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Grupp ta' Esperti, jista' jħejji lista ta' passaporti li ma tinkludix il-passaporti normali għad-detenturi, li l-Istati ta' Schengen mhux jippjanaw li jagħtuhom trattament speċjali.

4. Skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni ta' l-Implimentazzjoni, persuni li tingħatalhom viża sabiex ikunu jistgħu jaslu sat-territorju ta' l-Istat ta' Schengen għal raġunijiet ta' l-akkreditament jistgħu, ta' lanqas, jgħaddu minn Stati oħra fi triqithom lejn l-Istat li ħareġ il-viża.

5. Persuni li ġa ġew akkreditati b'Rappreżentazzjoni diplomatika jew konsulari u l-membri tal-familja tagħhom li għandhom karta ta' l-identità maħruġa mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jistgħu jaqsmu l-fruntiera esterna maż-żona ta' Schengen mal-preżentazzjoni ta' l-istess karta ta' l-identità, u, fejn meħtieġ, id-dokument ta' l-ivjaġġar.

6. In ġenerali, id-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz, anki jekk jibqgħu soġġetti għall-ħtieġa ta' viża, meta din il-ħtieġa teżisti m'għandhomx għalfejn jippruvaw li għandhom mezzi ta' sostenn xieraq għad-disposizzjoni tagħhom. Madankollu, jekk ikunu qed jivjaġġaw f'kapaċità personali, huma jistgħu, fejn meħtieġ, jintalbu jipproduċu l-istess dokumenti ta' sostenn kif inhu mitlub minn detenturi ta' passaporti ordinarji li japplikaw għall-viżas.

7. "Note verbale" mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jew mill-missjoni diplomatika (jekk l-applikazzjoni għall-viża ssir f'pajjiż terz) għandha tinhemeż ma' kull applikazzjoni għal passaport diplomatiku, uffiċjali jew tas-servizz meta l-applikant jkun fuq xogħol uffiċjali. Fejn iż-żjara hija għal raġunijiet personali, "note verbale" jista' jkun meħtieġ wkoll.

8.1. L-arranġament għal konsultazzjoni minn qabel ma' l-awtoritajiet ċentrali ta' l-Istati Kontraenti l-oħra għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għall-viżas magħmula minn detenturi ta' passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz. Konsultazzjoni minn qabel m'għandhiex issir ma' l-Istat li kkonkluda l-ftehim li jwarrab il-ħtieġa tal-viża għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi u/jew tas-servizz mal-pajjiż li ċ-ċittadini tiegħu huma kkonċernati mill-konsultazzjoni (fil-każi li jinsabu fl-Anness 5 ta' din l-istruzzjoni).

Jekk wieħed mill-Istati Kontraenti jqajjem xi oġġezzjonijiet, l-Istat ta' Schengen li għandu jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni għall-viża jista' joħroġ viża b'validità territorjali limitata.

8.2. L-Istati ta' Schengen jwiegħdu li ma jikkonkludux f'data futura, mingħajr ftehim bil-quddiem ma' l-Istati Membri l-oħra, ftehim fiż-żona tat-tneħħija ta' ħtiġijiet ta' viżas għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, uffiċjali u tas-servizz ma' l-Istati li ċ-ċittadini tagħhom huma soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel biex viża tinħareġ minn Stat ieħor ta' Schengen.

8.3. Jekk jinvolvi li viża tinħareġ biex takkredita barrani li hu mniżżel li m'għandux jitħalla jidħol u l-arranġament għall-konsultazzjoni bil-quddiem jgħodd, il-konsultazzjoni għandha ssir skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni implimentattiva.

9. Jekk Stat Kontraenti jinvoka l-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni implimentattiva, li tagħti dħul lid-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz ikunu limitati għat-territorju nazzjonali ta' l-Istat in kwistjoni, li jrid jinforma lill-Istati Membri l-oħra.

II. Regoli li jirregolaw iċ-ċaqliq mal-fruntieri interni

In ġenerali, l-arranġament taħt l-Artikoli 19 et seq. għandu japplika, ħlief għal ħruġ ta' viża ta' validità territorjali limitata.

Id-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, uffiċjali u tas-servizz jistgħu jiċċaqalqu fit-territorju ta' l-Istati Kontraenti għal tliet xhur mid-data tad-dħul (jekk mhumiex soġġetti għall-ħtiġijiet ta' viża) jew għad-dewmien kif provdut fil-viża.

Persuni akkreditati minn posizzjoni diplomatika jew konsulari u l-membri tal-familja tagħhom, detenturi tal-karta maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jistgħu jiċċaqilqu fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti għal terminu massimu ta' tliet xhur hekk kif jipproduċu din il-karta u, jekk hemm bżonn id-dokument ta' l-ivjaġġar.

III. Regolamenti li jiggvernaw iċ-ċaqliq msemmi f'dan id-dokument għandu japplika għal laissez-passers maħruġa mill-Organizzazzjonijiet Intergovernattivi Internazzjonali li l-Istati ta' Schengen kollha huma membri tagħhom, lill-uffiċjali tagħhom, li skond it-Trattat li jikkostitwixxi dawn l-Organizzazzjonijiet, huma eżentati milli jirreġistraw ma' l-Uffiċċju ta' l-Immigrazzjoni u milli jkollhom permess tar-residenza (ara paġna 47 tal-Manwal Komuni).

Regoli li jiggvernaw iċ-ċaqliq ta' detenturi ta' passaporti diplomatiċi, uffiċjali u tas-servizz

Skeda A

Pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom mhumiex suġġetti għall-ħtieġa ta' viża f'wieħed jew aktar mill-Istati ta' Schengen meta jkunu detenturi ta' passaporti diplomatiċi, uffiċjali u tas-servizz, li iżda huma suġġetti għal din il-ħtieġa meta jkunu detenturi ta' passaporti normali.

DS : id-detenturi ta' passaporti diplomatiċi u tas-servizz huma eżentati mill-ħtiġijiet ta' viża.

D : detenturi ta' passaporti diplomatiċi biss huma eżentati mill-ħtieġa ta' viża.

| BNL | D | GR | E | F | I | AU | P |

L-Antigwa u Barbuda | | | DS | | | | | |

L-Albanija | | | DS | | | D | | |

L-Angola | | | | | | | | DS |

Il-Bożnija Erżegovina | | | D | | | | D | |

Il-Barbados | | | | | | DS | DS | |

Il-Burkina Faso | | | | | | DS | | |

Il-Bulgarija | | D | DS | D | D | | D | D |

Il-Benin | | | | | | DS | | |

Il-Baħamas | | | | | | | DS | |

Il-Botswana | | | | | | DS | | |

Il-Kosta ta' l-Avorju | DS | | | | DS | DS | DS | |

Il-Cape Verde | | | | | | | | DS |

Id-Dominika | | | | | | DS | | |

Ir-Repubblika Domenikana | | | | | | DS | | |

L-Alġerija | | | | | | DS | | |

L-Eġittu | | | | | | DS | | |

Il-Fiġi | | | | | | DS | | |

Il-Gabon | | | | | D | | | |

Il-Ghana | | DS | | | | | | |

Il-Gambja | | | | | | DS | | |

Il-Gwinea | | | | | | DS | | |

L-Indja | | D | | | | | | |

Il-Ġamajka | DS | | | | | | | |

Il-Kuwajt | | | | | | DS | | |

Il-Lesoto | | | | | | DS | | |

Il-Marokk | DS | D | DS | D | D | DS | DS | DS |

L-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja | | | | | D | DS | D | |

Il-Mawritanja | | | | | | DS | | |

Il-Maldivi | | | | | | | DS | |

Il-Malawi | DS | | | | | | | |

Il-Możambik | | | | | | | | DS |

In-Niġer | | | | | | DS | | |

Il-Peru | | | DS | | | DS | DS | |

Il-Filippini | | DS | DS | DS | | DS | DS | |

Il-Pakistan | DS | DS | | | | | DS | |

Ir-Rumanija | D | | D | D | D | D | D | D |

Is-Seychelles | | | | | | | D | |

Is-Senegal | DS | DS | | | D | DS | DS | |

Is-São Tomé u Príncipe | | | | | | | | DS |

Is-Sważiland | | | | | | DS | | |

Iċ-Ċad | D | DS | | | | | | |

It-Togo | | | | | | DS | | |

It-Tajlandja | DS | DS | | | | DS | DS | |

It-Tuneżija | DS | | DS | D | D | DS | DS | DS |

It-Turkija | DS | DS | DS | DS | DS | DS | DS | |

It-Trinidad u Tobago | | | | | | | DS | |

L-Uganda | | | | | | DS | | |

Il-Veneżwela | | | | | | | | D |

Is-Samowa tal-Punent | | | | | | DS | | |

Ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja | | | DS | | | DS | | |

L-Afrika ta' Isfel | | | | | | | DS | |

Iż-Żimbabwe | | | DS | | | | | |

Skeda B

Pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom huma soġġetti għall-viżas f'wieħed jew aktar mill-Istati ta' Schengen meta jkunu detenturi ta' passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz, li iżda mhumiex soġġetti għal din il-ħtieġa meta jkunu detenturi ta' passaporti normali.

| BNL | D | GR | E | F | I | AU | P |

L-Awstralja | | | | | | | | X |

Iċ-Ċile | | | | | X | | | |

L-Iżrajel | | | | | X | | | |

Il-Messiku | | | | | | | X | |

Il-Paragwaj | | | | | | | | X |

L-Istati Uniti ta' l-Amerika | | | X | | X | | | |

--------------------------------------------------

ANNESS 3

Lista ta' Stati li ċ-ċittadini tagħhom huma soġġetti għall-ħtieġa ta' viża għal transitu mill-ajruport, fejn id-detenturi ta' dokumenti ta' l-ivjaġġar maħruġa minn dawn l-Istati huma wkoll soġġetti għal din il-ħtieġa ta' viża [1]

L-Istati ta' Schengen iwiegħdu li ma jemendawx Parti I ta' l-Anness 3 mingħajr il-kunses minn qabel ta' l-Istati Membri l-oħra.

Jekk Stat Membru jrid jemenda Parti II ta' dan l-Anness, huwa jwiegħed li jinforma lill-imsieħeb/sieħba tiegħu u li jikkonsidra l-interessi tiegħu.

PARTI I

Lista konġunta ta' Stati li ċ-ċittadini tagħhom huma soġġetti għall-ħtiġijiet ta' viża ta' l-ajruport (ATV) mill-Istati ta' Schengen kollha, detenturi ta' dokumenti ta' l-ivjaġġar maħruġa minn dawn l-Istati wkoll ikunu soġġetti għal din il-ħtieġa [2] [3]

L-AFGANISTAN

IL-BANGLADEXX

IL-KONGO (Repubblika Demokratika) [4]

L-ERITREJA [5]

L-ETJOPJA

IL-GHANA

L-IRAQ

L-IRAN

IS-SRI LANKA

IN-NIĠERJA

IL-PAKISTAN

IS-SOMALJA

Dawn il-persuni m'għandhomx ikunu soġġetti għall-ħtieġa ta' viża jekk għandhom wieħed mill-permessi tar-residenza ta' Stat Membru taż-ŻEE mniżżel f'Parti III(A) ta' dan l-Anness jew wieħed mill-permessi tar-residenza ta' l-Andorra, il-Ġappun, il-Kanada, Monako, San Marino, l-Isvizzera jew l-Istati Uniti ndikati hawn taħt li jiggarantixxu dritt tar-ritorn li mhux kwalifikat, imsemmi f'Parti III(B).

Il-lista ta' permessi tar-residenza għandha tkun kompluta bi ftehim reċiproku fil-qasam ta' Grupp tax-Xogħol II subgrupp dwar il-viżas u suġġetta għal skrutinju regolari. Jekk jinqalgħu l-problemi, l-Istati ta' Schengen jistgħu jissospendu l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri sa dak il-ħin meta l-problemi in kwistjoni jkunu risolti bi ftehim reċiproku. L-Istati Kontraenti jistgħu jeskludu ċerti permessi tar-residenza mill-eżenzjoni fejn indikat minn sezzjoni III.

Eżenzjonijiet mill-ħtieġa ta' viża għal transitu fl-ajruport għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, tas-servizz jew uffiċjali għandhom jkunu deċiżi minn kull Stat Membru individwalment.

PARTI II

Lista ta' Stati li ċ-ċittadini tagħhom huma soġġetti għall-ħtieġa ta' viża għal transitu mill-ajruport minn uħud mill-Istati ta' Schengen biss, fejn id-detenturi ta' dokumenti ta' l-ivjaġġar maħruġa minn dawn l-Istati huma wkoll soġġetti għal din il-ħtieġa

| BNL | D | GR | E | F | I | AU | P |

L-Albanija | | | | | X | | | |

L-Angola | X | X | X | X | X | | | |

Il-Bulgarija | | X | | | | | | |

Il-Kosta ta' l-Avorju | | | | X | | | | |

L-Indja | X | X | X | X | | X | | |

Il-Gambja | | X | | | | | | |

Il-Gwinea Bissaw | | | | X | | | | |

Il-Ħaiti | | | | | X | | | |

L-Indoneżja | | | | | | | | X |

Il-Ġordan | | X | | | | | | |

Il-Libanu | X | X | | | | | | |

Il-Liberja | | | | X | X | | X | X |

Il-Libja | | | | | X | | | |

Il-Mali | | | | X | | | | |

Ir-Rumanija | | X | | | | | | |

Is-Sudan | | X | X | | | | | |

Is-Sjerra Leone | | | | X | X | | | |

Is-Senegal | | | | X | | X | | X |

Is-Sirja | X | X | X | | | | | |

It-Togo | | | | X | | | | |

It-Turkija | X | X | X | | | | | |

[1] Mhux meħtieġ li ssir konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet ċentrali għal ħruġ ta' viża ta' transitu mill-ajruport (ATV).

[2] Għall-Istati ta' Schengen kollha

- Il-persuni li ġejjin għandhom ikunu eżentati mill-bżonn ta' ATV:

- membri ta' l-ekwipaġġ ta' l-ajruplan li huma ċittadini ta' Parti Kontraenti għal Konvenzjoni ta' Chicago.

[3] Għal pajjiżi tal-Benelux, Franza u Spanja

- Il-persuni li ġejjin għandhom ikunu eżentati mill-bżonn ta' ATV:

- detenturi ta' passaporti diplomatiċi u tas-servizz.

[4] Għall-Ġermanja

- Il-ħtieġa ta' viża tidħol fis-seħħ biss meta l-proċeduri nazzjonali mibdija jitlestew.

[5] Għall-Ġermanja

- Il-ħtieġa ta' viża tidħol fis-seħħ biss meta l-proċeduri nazzjonali mibdija jitlestew.

--------------------------------------------------

ANNESS 4

Lista ta' dokumenti li jagħtu dritt ta' dħul mingħajr viża

IL-BELĠJU

- Carte d'identité d'étranger

Identiteitskaart voor vreemdelingen

Personalausweis für Ausländer

(Karta ta' l-identità għall-barranin)

- Certificat d'inscription au registre des étrangers

Bewijs van inschrijving in het vreemdelingenregister

Bescheinigung der Eintragung im Ausländerregister

(Ċertifikat li jipprova d-dħul f'reġistru tal-barranin)

- Permessi speċjali ta' residenza maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin:

- Carte d'identité diplomatique

Diplomatieke identiteitskaart

Diplomatischer Personalausweis

(Karta ta' l-Identità għad-diplomatiku)

- Carte d'identité consulaire

Consular identiteitskaart

Konsularer Personalausweis

(Karta ta' l-identità konsulari)

- Carte d'identité spéciale - couleur bleue

Bijzondere identiteitskaart - blauw

Besonderer Personalausweis - blau

(Karta ta' l-identità speċjali – ta' kulur blu)

- Carte d'identité spéciale - couleur rouge

Bijzondere identiteitskaart - rood

Besonderer Personalausweis - rot

(Karta ta' l-identità speċjali – ta' kulur aħmar)

- Certificat d'identité pour les enfants âgés de moins de cinq ans des étrangers privilégiés titulaires d'une carte d'identité diplomatique, d'une carte d'identité consulaire, d'une carte d'identité spéciale - couleur bleue ou d'une carte d'identité - couleur rouge

Identiteitsbewijs voor kinderen, die de leeftijd van vijf jaar nog niet hebben bereikt, van een bevoorrecht vreemdeling dewelke houder is van een diplomatieke identiteitskaart, consulaire identiteitskaart, bijzondere identiteitskaart - blauw of bijzondere identiteitskaart - rood

Identitätsnachweis für Kinder unter fünf Jahren, von privilegierten Ausländern, die Inhaber eines diplomatischen Personalausweises sind, eines konsularen Personalausweises, eines besonderen Personalausweises - rot oder eines besonderen Personalausweises - blau

(Karta ta' l-identità għal tfal, taħt l-eta ta' ħames snin, ta' aljeni li huma detenturi ta' karti ta' l-identità diplomatiċi, karti ta' l-identità konsulari, karti ta' l-identità speċjali blu jew karti ta' l-identità speċjali ħomor)

- Certificat d'identité avec photographie délivré par une administration communale belge à un enfant de moins de douze years

Door een Belgisch gemeentebestuur aan een kind beneden de 12 jaar afgegeven identiteitsbewijs met foto

Von einer belgischen Gemeindeverwaltung einem Kind unter dem 12. Lebensjahr ausgestellter Personalausweis mit Lichtbild

(Ċertifikat ta' identità bir-ritratt maħruġ mill-communes Belġjani lil tfal taħt l-età ta' 12-il sena)

- Lista ta' persuni li qed jipparteċipaw f'ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea.

IL-ĠERMANJA

- Aufenthaltserlaubnis für die Bundesrepublik Deutschland

(Permess ta' residenza għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja)

- Aufenthaltserlaubnis für Angehörige eines Mitgliedstaates der EG

(Permess ta' residenza għall-ċittadini tal-KE)

- Aufenthaltsberechtigung für die Bundesrepublik Deutschland

(Permess ta' residenza għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja)

- Aufenthaltsbewilligung für die Bundesrepublik Deutschland

(Awtorizzazzjoni ta' residenza għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja)

- Aufenthaltsbefugnis für die Bundesrepublik Deutschland

(Permess ta' residenza għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja)

Dawn il-permessi ta' residenza jintitolaw għad-dħul mingħajr viża biss meta huma mdaħħla f'passaport jew maħruġa flimkien ma' passaport bħala awtorizzazzjoni li qed tissostitwixxi viża. Ma jintitolawx għad-dħul mingħajr viża jekk jinħarġu minflok dokument nazzjonali ta' identità.

Id-dokument għal miżura diferrita ta' espulsjoni "Aussetzung der Abschiebung (Duldung)" u awtorizzazzjoni għal residenza temporanja għal dawk li qed ifittxu l-kenn "Aufenthaltsgestattung für Asylbewerber" lanqas ma jintitolaw għad-dħul mingħajr viża.

- Permessi speċjali ta' residenza maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin:

- Diplomatenausweis

(Permess ta' Diplomatiku) (ta' kulur aħmar)

- Ausweis für bevorrechtigte Personen

(Permess tal-VIP) (ta' kulur blu)

- Ausweis

(Permess) (ta' kulur isfar)

- Personalausweis

(Karta ta' l-Identità) (ta' kulur aħdar)

- Permessi ta' residenza speċjali maħruġa mill-Länder:

- Ausweis für Mitglieder des Konsularkorps

(Permess għal membri ta' korpi konsulari) (ta' kulur abjad)

- Ausweis

(Permess) (ta' kulur griż)

- Ausweis für Mitglieder des Konsularkorps

(Permess għal membri ta' korpi konsulari) (bajda bi strixxi ħodor)

- Ausweis

(Permess) (ta' kulur isfar)

- Ausweis

(Permess) (ta' kulur aħdar)

- Lista ta' persuni li qed jipparteċipaw f'ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea.

IL-GREĊJA

- Αδεια παραμονης αλλοδαπου για εργασια

(Permess tax-xogħol)

- Αδεια παραμονης μελων οικογενειας αλλοδαπου

(Permess ta' residenza maħruġ għal rijunjoni tal-familja)

- Αδεια παραμονης αλλοδαπου για σπουδες

(Permess ta' residenza għal skop ta' studju)

- Αδεια παραμονης αλλοδαπου (χρωμα λευκο)

(Permess ta' residenza ta' aljen) (abjad)

(Dan id-dokument jinħareġ lill-aljeni li huma miżżewwġa lill-ċittadini Griegi; huwa validu għal sena u jista' jiġġedded sakemm idum iż-żwieġ.)

- Δελτιο ταυτοτητας αλλοδαπου (χρωμα πρασινο)

(Karta ta' l-identità ta' aljen) (ħadra)

(Dan id-dokument jinħareġ biss lill-aljeni ta' dixxendenza Griega; huwa validu minn sentejn sa ħames snin.)

- Ειδικο Δελτιο Ταυτοτητας Ομογενους (χρωμα μπεζ)

(Karta ta' l-identità speċjali għal persuni ta' dixxendenza Griega) (kannella beige)

(Dan id-dokument jinħareġ lill-ċittadini Albaniżi ta' dixxendenza Griega; huwa validu għal tliet snin. Din il-kartuna tinħareġ ukoll lis-sieħeb u dixxendenti ta' oriġini Griega, hi x'inhi n-nazzjonalità tagħhom, kemm-il darba hemm dokumentazzjoni uffiċjali ta' kwalunkwe tip li tipprova r-rabtiet familjari tagħhom.)

- Lista ta' persuni li qed jipparteċipaw f'ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea.

SPANJA

Detenturi ta' awtorizzazzjoni valida ta' dħul mill-ġdid jitħallew jidħlu mingħajr viża.

Permessi ta' residenza li jintitolaw lill-aljeni li għal raġunijiet ta' nazzjonalità, kienu normalment ikunu soġġetti għal ħtiġijiet tal-viża biex jidħlu fit-territorju Spanjol mingħajr viża huma kif ġej:

- Permiso de Residencia Inicial

(Permess ta' residenza inizjali)

- Permiso de Residencia Ordinario

(Permess ta' residenza ordinarja)

- Permiso de Residencia Especial

(Permess ta' residenza speċjali)

- Tarjeta de Estudiante

(Kartuna ta' l-istudent)

- Permiso de Residencia tipo A

(Permess ta' residenza tip A)

- Permiso de residencia tipo b

(Permess ta' residenza Tip b)

- Permiso de Trabajo y de Residencia tipo B

(Permess ta' residenza u tax-xogħol tip B)

- Permiso de Trabajo y de Residencia tipo C

(Permess ta' residenza u tax-xogħol Tip C)

- Permiso de Trabajo y de Residencia tipo d

(Permess ta' residenza u tax-xogħol tip d)

- Permiso de Trabajo y de Residencia tipo D

(Permess ta' residenza u tax-xogħol tip D)

- Permiso de Trabajo y de Residencia tipo E

(Permess ta' residenza u tax-xogħol tip E)

- Permisa de Trabajo fronterizo tipo F

(Permess tax-xogħol fuq il-fruntiera tip F)

- Permisa de Trabajo y Residencia tipo P

(Permess ta' residenza u tax-xogħol tip P)

- Permisa de Trabajo y Residencia tipo Ex

(Permess ta' residenza u tax-xogħol tip Ex)

- Tarjeta de Reconocimiento de la excepción a la necesidad de obtener Permiso de Trabajo y Permiso de Residencia (art. 16 Ley 7/85)

(Permess li jirrikonoxxi l-eżenzjoni mill-bżonn li jinkiseb permess ta' residenza u tax-xogħol - Artikolu 16 Liġi 7/85)

- Permiso de Residencia para Refugiados

(Permess ta' residenza għar-refuġjati)

- Lista de personas que participan en un viaje excolar dentro de la Unión Europea

(Lista ta' persuni li qed jipparteċipaw f'ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea)

- Tarjeta de Familiar Residente Comunitario

(Permess għall-qrabat ta' resident tal-Komunità)

- Tarjeta temporal de Familiar de Residente Comunitario

(Permess temporanju għall-qraba ta' resident tal-Komunità)

Id-detenturi tal-kartolini ta' akkreditazzjoni validi maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jistgħu jidħlu mingħajr viża:

- (permess speċjali, ta' kulur aħmar); fuq il-qoxra tgħid "Cuerpo Diplomático. Embajador. Documento de Identidad" (Korpi Diplomatiċi. Ambaxxatur. Dokument ta' l-identità) maħruġa lill-Ambaxxaturi akkreditati

- Tarjeta especial (permess speċjali, ta' kulur aħmar); fuq il-qoxra tgħid

(Korp Diplomatiku. Dokument ta' l-identità), maħruġ lill-ħaddiema akkreditati għall-missjonijiet diplomatiċi li għandhom posizzjoni diplomatika. F għandha tiżdied mad-dokument meta jinħareġ lil sieħeb/sieħba jew tfal

- (permess speċjali, ta' kulur isfar); fuq il-qoxra tgħid

(Missjonijiet diplomatiċi. Ħaddiema amministrattivi u tekniċi Dokument ta' l-identità), maħruġ lill-uffiċjali amministrattivi f'missjonijiet diplomatiċi akkreditati. F għandha tiżdied mad-dokument meta jinħareġ lil sieħeb/sieħba jew tfal

- (permess speċjali, ta' kulur aħmar); fuq il-qoxra jgħid

(Karta ta' l-identità diplomatika), maħruġa lill-ħaddiema li għandhom posizzjoni diplomatika fl-uffiċju tal-Lega Għarbija u lill-ħaddiema akkreditati fl-uffiċju tal-missjoni ġenerali Palestinjana (Oficina de la Delegación General). F għandha tiżdied mad-dokument meta jinħareġ lil sieħeb/sieħba jew tfal

- (permess speċjali, ta' kulur aħmar); fuq il-qoxra jgħid

(Organizzazzjonijiet internazzjonali. Status diplomatiku. dokument ta' identità), maħruġ lill-ħaddiema b'posizzjoni diplomatika akkreditata lill-organizzazzjonijiet internazzjonali. F għandha tiżdied mad-dokument meta jinħareġ lil sieħeb/sieħba jew tfal

- (permess speċjali, ta' kulur blu); fuq il-qoxra jgħid

(Organizzazzjonijiet internazzjonali. Ħaddiema amministrattivi u tekniċi Dokument ta' l-identitá), maħruġ lill-uffiċjali amministrattivi akkreditati ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. F għandha tiżdied mad-dokument meta jinħareġ lil sieħeb/sieħba jew tfal

- (permess speċjali, ta' kulur aħdar); fuq il-qoxra jgħid

(Uffiċjal konsulari tal-karriera. Dokument ta' l-identità), maħruġ lill-uffiċjali konsulari tal-karriera akkreditati fi Spanja. F għandha tiżdied mad-dokument meta jinħareġ lil sieħeb/sieħba jew tfal

- (permess speċjali, ta' kulur aħmar);

(Impjegat konsulari. Maħruġ għan-nom ta'… dokument ta' identità), maħruġ lill-uffiċjali konsulari amministrattivi akkreditati fi Spanja. F għandha tiżdied mad-dokument meta jinħareġ lil sieħeb/sieħba jew tfal

- (permess speċjali, ta' kulur griż);

(Ħaddiema bi dmir ta' servizz. Missjonijiet diplomatiċi, posizzjonijiet konsulari u organizzazzjonijiet internazzjonali. Maħruġa f'isem… dokument ta' identità). Dan jinħareġ lill-ħaddiema li jaħdmu fis-servizz domestiku ta' missjonijiet diplomatiċi, posizzjonijiet konsulari u organizzazzjonijiet internazzjonali (ħaddiema bi dmir ta' servizz) u ħaddiema b'karriera diplomatika jew posizzjoni konsulari (ħaddiema speċjali). F għandha tiżdied mad-dokument meta jinħareġ lil sieħeb/sieħba jew tfal

FRANZA

1. Aljeni adulti għandu jkollhom id-dokumenti li ġejjin fil-pussess tagħhom:

- Carte de séjour temporaire comportant une mention particulière qui varie selon le motif du séjour autorisé

(Permess ta' residenza temporanja li fih dettalji partikolari li jvarjaw skond ir-raġunijiet għaż-żjara awtorizzata)

- Carte de résident

(Kartuna ta' resident)

- Certificat de résidence d'Algérien comportant une mention particulière qui varie selon le motif du séjour autorisé (1 an, 10 ans)

(Ċertifikat ta' residenza Alġerin immarkat skond ir-raġunijiet għaż-żjara awtorizzata) (sena, 10 snin)

- Certificat de résidence d'Algérien portant la mention "membre d'un organisme officiel") (2 ans)

(Ċertifikat ta' residenza Alġerin immarkat "membru ta' organizzazzjoni uffiċjali") (sentejn)

- Carte de séjour des Communautés européennes (1 an, 5 ans, 10 ans)

(Permess ta' residenza għall-Komunitajiet Ewropej) (sena, ħames snin, 10 snin)

- Carte de séjour de l'Espace Economique Européen

(Permess ta' residenza għaż-Żona Ekonomika Ewropea)

- Cartes officielles valant de titre de séjour, délivrées par le Ministère des Affaires Etrangères

(Permessi uffiċjali bl-istess status ta' permessi ta' residenza maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin)

(a) Cartes diplomatiques (permessi diplomatiċi):

- Carte portant la mention "corps diplomatique" délivrée aux chefs de mission diplomatique (couleur blanche)

(Permess intitolat "korpi diplomatiċi" maħruġ lill-kapijiet tal-missjonijiet diplomatiċi) (abjad)

- Carte portant la mention "corps diplomatique" délivrée au personnel des représentations diplomatiques accréditées en France (couleur orange)

(Permess intitolat "korpi diplomatiċi" maħruġ lill-kapijiet tal-ħaddiema f'missjonijiet diplomatiċi akkreditati fi Franza) (oranġjo)

- Carte portant la mention "organisations internationales" et en deuxième page "assimilé à un chef de mission diplomatique" (couleur blanche)

(Permess intitolat "organizzazzjonijiet internazzjonali" u fuq it-tieni paġna "imqabbel ma' kap ta' missjoni diplomatika") (abjad)

- Carte portant la mention "organisations internationales" et en deuxième page "assimilé à un membre de mission diplomatique" (couleur bleue)

(Permess intitolat "organizzazzjonijiet internazzjonali" u fuq it-tieni paġna "imqabbel ma' membru ta' missjoni diplomatika") (blu)

(b) Cartes spéciales (permessi speċjali):

- Carte spéciale portant la mention "carte consulaire" délivrée aux fonctionnaires des postes consulaires (couleur verte)

(Permess speċjali intitolat "permess konsulari" maħruġ lill-uffiċjali ta' posizzjonijiet konsulari) (aħdar)

- Carte spéciale portant la mention "organisations internationales" délivrée aux fonctionnaires internationaux des organisations situées en France (couleur verte)

(Permess speċjali intitolat "organizzazzjonijiet internazzjonali" maħruġ lill-uffiċjali barranin ta' organizzazzjonijiet internazzjonali bbażati fi Franza) (aħdar)

- Carte spéciale portant la mention "carte spéciale" délivrée au personnel administratif et technique, de nationalité étrangère, des missions diplomatiques et consulaires et des organisations internationales (couleur beige)

(Permess speċjali intitolat "permess speċjali" maħruġ lill-ħaddiema barranin tekniċi u amministrattivi li qed jaħdmu fuq missjonijiet diplomatiċi, posizzjonijiet konsulari jew organizzazzjonijiet internazzjonali) (kannella beige)

- Carte spéciale portant la mention "carte spéciale" délivrée au personnel de service, de nationalité étrangère, des missions diplomatiques et des postes consulaires et des organisations internationales (couleur grise)

(Permess speċjali intitolat "permess speċjali" maħruġ lill-ħaddiema barranin tas-servizz li qed jaħdmu fuq missjonijiet diplomatiċi, posizzjonijiet konsulari jew organizzazzjonijiet internazzjonali) (griż)

- Carte spéciale portant la mention "carte spéciale" délivrée au personnel privé, de nationalité étrangère, au service des agents diplomatiques ou assimilés, des fonctionnaires consulaires et des fonctionnaires internationaux (couleur grise)

(Permess speċjali intitolat "permess speċjali" maħruġ lill-ħaddiema privati barranin li qed jaħdmu għall-uffiċjali diplomatiċi jew uffiċjali komparabbli, uffiċjali konsulari u uffiċjali internazzjonali) (griż)

- Carte spéciale portant la mention "carte spéciale" délivrée au personnel étranger en mission officielle et de statut particulier (couleur bleu-gris)

Permess speċjali intitolat "permess speċjali" maħruġ lill-ħaddiema barranin ta' missjoni uffiċjali jew bi status speċjali) (blu fil-griż)

2. Aljeni adulti għandhom ikollhom id-dokumenti li ġejjin fil-pussess tagħhom:

- Document de circulation pour étrangers mineurs

(Dokument ta' l-ivjaġġar għall-minuri aljeni)

- Visa de retour (sans condition de nationalité et sans présentation du titre de séjour, auquel ne sont pas soumis les enfants mineurs)

(Viżas ta' ritorn) (minuri aljeni mhumiex soġġetti għall-kondizzjonijiet ta' nazzjonalità jew għall-produzzjoni ta' permessi ta' residenza)

- Passeport diplomatique/de service/ordinaire des enfants mineurs des titulaires d'une carte spéciale du Ministère des Affaires étrangères revêtu d'un visa de circulation

(Passaporti diplomatiċi/tas-servizz/ordinarji tal-minuri li huma tfal ta' detenturi ta' permess speċjali maħruġ mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin li miegħu hemm mehmuża viża ta' l-ivjaġġar)

3. Lista ta' persuni li qed jipparteċipaw f'ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea.

NB 1:

Għandu jiġi nnutat li għarfien ta' applikazzjonijiet għall-ewwel darba għall-permessi ta' residenza mhumiex validi. Kontrarjament, għarfien ta' talbiet biex jiġġeddu permessi ta' residenza, jew sabiex ikunu emendati permessi huma meqjusa validi, meta dawn ikollhom magħhom il-permess l-antik.

NB 2:

Iċ-"ċertifikat ta' dmir" maħruġ għad-diskrezzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, ma jikkostitwixxix sostitut għall-permess ta' residenza. Id-detenturi għandu jkollhom ukoll wieħed mill-permess ta' residenza ordinarji (punti 1 sa 6 fil-lista).

L-ITALJA

- Carta di soggiorno (validità illimitata)

(Permess ta' residenza) (validità mhux limitata)

- Permesso di soggiorno con esclusione delle sottoelencate tipologie:

(Permess ta' residenza bl-eċċezzjoni ta' dan li ġej):

1. Permesso di soggiorno provvisorio per richiesta asilo politico ai sensi della Convenzione di Dublino

(Permess ta' residenza proviżorja għal dawk li qed ifittxu ażil politiku skond il-Konvenzjoni ta' Dublin)

2. Permesso di soggiorno per cure mediche

(Permess ta' residenza għal trattament mediku)

3. Permesso di soggiorno per motivi di giustizia

(Permess tar-residenza għal raġunijiet legali)

- Carta d'identità M.A.E. - Corpo diplomatico

(Karta ta' l-identità maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Korp Diplomatiku)

- Carta d'identità - Organizzazioni internazionali e Missioni Estere Speciali

(Karta ta' l-identità – organizzazzjonijiet internazzjonali u missjonijiet speċjali barranin)

- Carta d'identità - Rappresentanze Diplomatiche

(Karta ta' l-identità – rappreżentazzjonijiet diplomatiċi)

- Carta d'identità - Corpo Consolare

(Karta ta' l-identità – korpi konsulari)

- Carta d'identità - Uffici Consolari

(Karta ta' l-identità – konsulati)

- Carta d'identità - Rappresentanze Diplomatiche (personale amministrativo e tecnico)

(Karta ta' l-identità – rappreżentazzjonijiet diplomatiċi) (ħaddiema amministrativi u tekniċi)

- Carta d'identità - Rappresentanze Diplomatiche e Consolari (personale di servizio)

(Karta ta' l-identità – rappreżentazzjonijiet diplomatiċi u konsulari (ħaddiema uffiċjali bi dmir)

- Lista ta' persuni li qed jipparteċipaw f'ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea.

IL-LUSSEMBURGU

- Carte d'identité d'étranger

(Karta ta' l-Identità ta' l-aljen)

- Autorisation de séjour provisoire apposée dans le passeport national

(Awtorizzazzjoni ta' residenza proviżorja mwaħħla ma' passaporti nazzjonali)

- Carte diplomatique délivrée par le Ministère des Affaires étrangères

(Permess ta' diplomatiku maħruġ mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin:

- Titre de légitimation délivré par le Ministère des Affaires Etrangères au personnel administratif et technique des Ambassades

(Ċertifikat maħruġ mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin lill-ħaddiema amministrattivi u tekniċi ta' l-Ambaxxata)

- Titre de légitimation délivré par le Ministère de la Justice au personnel des institutions et organisations internationales établies au Luxembourg

(Certificate issued by the Ministry for Justice to the staff of institutions and international organisations based in Luxembourg) (Ċertifikat maħruġ mill-Ministeru għall-Ġustizzja lill-ħaddiema ta' istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali bbażati fil-Lussemburgu)

- Lista ta' persuni li qed jipparteċipaw f'ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea.

L-OLANDA

- Id-dokumenti jieħdu l-forom li ġejjin:

- (Mudell "A")

(Awtorizzazzjoni biex tissetillja)

- (Mudell "B")

(Dokument ta' dħul għar-refuġjati)

- (Mudell "Ċ")

(Permess ta' residenza għal perjodu indefinit)

- (Mudell "D")

(Awtorizzazzjoni ta' residenza)

- (Mudell "D" għandu l-marka "voorwaardelijk" (kondizzjonali))

(Awtorizzazzjoni kondizzjonali ta' residenza)

- (Mudell "E")

(Permess ta' residenza għall-ċittadini tal-KE)

- Vergunning tot verblijf (in de vorm van een stempel in het paspoort)

(Awtorizzazzjoni ta' residenza (fil-forma ta' timbru f'passaport))

- bil-kodiċi "A", "B", "Ċ", "D", "E","F1", "F2" or "F3"

(Dokument għall-aljeni)

- Legitimatiebewijs voor leden van diplomatieke of consulaire posten

(Dokument ta' identità għall-membri ta' missjonijiet diplomatiċi u posizzjonijiet konsulari)

- Legitimatiebewijs voor ambtenaren met een bijzondere status

(Dokument ta' identità għal uffiċjali bi stat speċjali)

- Legitimatiebewijs voor ambtenaren van internationale organisaties

(Dokument ta' identità għal uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali)

- Identiteitskaart voor leden van internationale organisaties waarvan de zetel in Nederland is gevestigd

(Karta ta' l-identità għal membri ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li magħhom l-Olanda kkonkludiet ftehim ta' kwartieri ġenerali)

- Visum voor terugkeer

(Viżas ta' ritorn)

- Lista ta' persuni li qed jipparteċipaw f'ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea.

Kumment fuq l-inċiżi 1 u 2

Il-ħruġ ta' dokumenti ta' residenza msemmija taħt l-inċiżi 1 u 2 waqaf mill-1 ta' Marzu 1994 (il-ħruġ ta' Mudell "D" u t-twaħħil tat-timbri mal-passaporti waqfu fl-1 ta' Ġunju 1994). Dokumenti li ġa qedgħin fiċ-ċirkolazzjoni għandhom jibqgħu validi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1997.

Kumment dwar l-inċiż 3

Il-ħruġ tad-dokument lill-aljeni ilu effettiv mill-1 ta' Marzu 1994. Dan id-dokument fil-forma ta' credit card għandu jissostitwixxi gradwalment l-awtorizzazzjonijiet ta' residenza msemmija fl-inċiżi 1 u 2. Il-kodiċi li jikkorrispondi mal-kategorija ta' residenza għandu jinżamm.

Id-dokument għall-aljeni mmarkat bil-kodiċi E għandu jinħareġ kemm lil ċittadini tal-KE u lil ċittadini ta' l-Istati Kontraenti għall-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea.

Awtorizzazzjonijiet ta' residenza kondizzjonali huma mmarkati bil-kodiċi F1, F2 or F3.

Kumment dwar l-inċiż 7

Lista ta' organizzazzjonijiet internazzjonali bl-uffiċċju fl-Olanda li l-membri tagħhom (inklużi qraba) għandhom karti ta' l-identità li ma inħarġux mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.

1. Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA)

2. Uffiċċju tal-Patenti Ewropew (EPO)

3. Assoċjazzjoni għall-Promozzjoni Internazzjonali tat-Te (ITPA)

4. Servizz Internazzjonali għar-Riċerka Agrikola Nazzjonali (ISNAR)

5. Ċentru Tekniku għall-Koperazzjoni Agrikola u Rurali (ACP)

6. Istitut Universitarju tan-Nazzjonijiet Uniti għal Teknoloġiji Ġodda (UNU-INTECH)

7. Kumpanija Afrikana għall-Amministrazzjoni tas-Servizzi (AMSCO SA)

L-AWSTRIJA

- Aufenthaltstitel in Form der Vignette entsprechend der Gemeinsamen Maßnahme der Europäischen Union vom 16. Dezember 1996 zur einheitlichen Gestaltung der Auftenthaltstitel

(Permess ta' residenza fil-forma ta' tikketta skond l-Azzjoni Konġunta ta' l-UE tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar format uniformi għall-permessi ta' residenza)

Sa mill-1 ta' Jannar 1998 permessi ta' residenza għandhom jinħarġu u jkunu estiżi f'din il-forma biss. Li ġej għandu jiddaħħal taħt "tip ta' permess":

Niederlassungsbewilligung (permess ta' residenza permanenti); Aufenthaltserlaubnis (permess tar-residenza), Befr. Aufenthaltsrecht (permess ta' residenza temporanja).

- Vor dem 1. Jänner 1998 erteilte Aufenthaltstitel im Rahmen der - auch "unbefristet" eingetragenen - Gültigkeitsdauer:

permessi ta' residenza maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 1998 fuq bażi tal-validità indikata, inkluża l-validità mhux limitata:

"Wiedereinreise - Sichtvermerk" oder "Einreise - Sichtvermerk"; wurden bis 31.12.1992 von Inlandsbehörden, aber auch von Vertretungsbehörden in Form eines Stempels ausgestellt;

(Viżas ta' dħul mill-ġdid jew viżas ta' dħul maħruġa mill-awtoritajiet Awstrijaċi sal-31 ta' Diċembru 1992, iżda anki fil-forma ta' timbru mill-awtoritajiet rappreżentanti.)

"Gewöhnlicher Sichtvermerk"; wurde vom 1.1.1993 bis 31.12.1997 in Form einer Vignette - ab 1.9.1996 entsprechend der VOġEGħ 1683/95 - ausgestellt;

(Viża ordinarja: maħruġa bejn l-1 ta' Jannar 1993 u l-31 ta' Diċembru 1997 fil-forma ta' tikketta – sa mill-1 ta' Settembru 1996 skond ir-Regola ta' l-UE 1683/95).

"Aufenthaltsbewilligung"; wurde vom 1.1.1993 bis 31.12.1997 in Form einer speziellen Vignette ausgestellt;

(Permess ta' residenza: maħruġ bejn l-1 ta' Jannar 1993 u l-31 ta' Diċembru 1997 fil-forma ta' tikketta speċjali).

- Konventionsreisepaß, ausgestellt ab 1. Januar 1993

(Dokument ta' l-ivjaġġar, maħruġ sa mill-1 ta' Jannar 1993)

- Legitimationskarten für Träger von Privilegien und Immunitäten in den Farben rot, gelb und blau, ausgestellt vom Bundesministerium für auswärtige Angelegenheiten

(Permess ta' akkreditazzjoni għal min għandu privileġġi u immunitajiet bl-aħmar, isfar u blu maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin)

- Lista ta' studenti li qed jipparteċipaw f'ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea.

Dawn li ġejjin mhumiex validi bħala permessi ta' residenza u għalhekk ma jintitolawx lid-detentur tagħhom li jidħol fl-Awstrija bla viża:

- Lichtbildausweis für Fremde gemäß § 85 Fremdengesetz 1997

(Karta ta' l-identità bir-ritratt skond paragrafu 85 ta' l-Att dwar l-Aljeni ta' l-1997)

- Durchsetzungsaufschub und Abschiebungsaufschub nach Aufenthaltsverbot oder Ausweisung

(Waqfa fl-eżekuzzjoni u waqfa fid-deportazzjoni wara ordni ta' esklużjoni jew ordni ta' espulsjoni)

- Bewilligung zur Wiedereinreise trotz bestehenden Aufenthaltsverbotes, in Form eines Visums erteilt, jedoch als eine solche Bewilligung gekennzeichnet

(Awtorizzazzjoni ta' dħul mill-ġdid, anki jekk hemm ordni ta' esklużjoni eżistenti, maħruġa fil-forma ta' viża li tindika li għandha awtorizzazzjoni ta' dan it-tip)

- Vorläufige Aufenthaltsberechtigung gemäß § 19 Asylgesetz 1997 bzw. § 7 AsylG 1991

(Permess ta' residenza proviżorja skond paragrafu 19 ta' l-Att dwar l-Ażil ta' l-1997 jew paragrafu 7 ta' l-Att dwar l-Ażil ta' l-1991)

- Befristete Aufenthaltsberechtigung gemäß § 15 Asylgesetz 1997 bzw. § 8 AsylG 1991 als Duldung des Aufenthaltes trotz abgelehnten Asylantrags

(Permess ta' residenza temporanja skond paragrafu 15 ta' l-Att dwar l-Ażil ta' l-1997 jew paragrafu 8 ta' l-Att dwar l-Ażil ta' l-1991, li jittolleraw iż-żjara minkejja li ma tkunx intlaqgħet l-applikazzjoni għall-kenn)

IL-PORTUGALL

- Cartão de Identidade (emitido pelo Ministério dos Negócios Estrangeiros)

(Karta ta' l-identità maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin)

Corpo Consular, Chefe de Missão

(Korp konsulari, Kap tal-missjoni)

- Cartão de Identidade (emitido pelo Ministério dos Negócios Estrangeiros)

(Karta ta' l-identità maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin)

Corpo Consular, Funcionário de Missão

(Korp konsulari, missjoni uffiċjali)

- Cartão de Identidade (emitido pelo Ministério dos Negócios Estrangeiros)

(Karta ta' l-identità maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin)

Pessoal Auxiliar de Missão Estrangeira

(Ħaddiema awżiljari li jaħdmu f'missjoni barranija)

- Cartão de Identidade (emitido pelo Ministério dos Negócios Estrangeiros)

(Karta ta' l-identità maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin)

Funcionário Administrativo de Missão Estrangeira

(Uffiċjal amministrattiv li jaħdem f'missjoni barranija)

- Cartão de Identidade (emitido pelo Ministério dos Negócios Estrangeiros)

(Karta ta' l-identità maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin)

Corpo Diplomático, Chefe de Missão

(Korp diplomatiku, Kap tal-missjoni)

- Cartão de Identidade (emitido pelo Ministério dos Negócios Estrangeiros)

(Karta ta' l-identità maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin)

Corpo Diplomático, Funcionário de Missão

(Korp diplomatiku, missjoni uffiċjali)

- Título de Residência (1 Ano)

(Permess ta' residenza – sena)

- Título de Residência Anual (1 Ano)

(Permess ta' residenza annwali – sena)

- Título de Residência Anual (cor de laranja)

(Permess ta' residenza annwali – tal-kulur oranġjo)

- Título de Residência Temporário (5 Anos)

(Permess ta' residenza temporanja – ħames snin)

- Título de Residência Vitalício

(Permess ta' residenza validu tul ħajtu kollha)

- Cartão de Residência de Nacional de um Estado Membro da Comunidade Europeia

(Permess ta' residenza nazzjonali ta' Stat Membru tal-KE)

- Cartão de Residência Temporário

(Permess ta' residenza temporanja)

- Cartão de Residência

(Permess ta' residenza)

- Autorização de Residência Provisória

(Awtorizzazzjoni proviżorja ta' residenza)

- Título de Identidade de Refugiado

(Dokument ta' l-identità ta' refuġjat)

--------------------------------------------------

KONFIDENZALI

ANNESS 5

--------------------------------------------------

ANNESS 6

Lista ta' konsli onorarji awtorizzati, f'każi eċċezzjonali u fuq bażi temporanja, li joħorġu viżas uniformi

Skond id-deċiżjoni meħuda mill-Ministri u Segretarji ta' l-Istat fil-laqgħa tal-15 ta' Diċembru 1992, l-Istati ta' Schengen kollha aċċettaw li l-konsli onorarji li ġejjin ikunu awtorizzati joħorġu viżas uniformi għall-perjodu speċifikat hawn taħt:

Il-Konslu Onorarju attwali ta' l-Olanda

- fin-Nassaw (Baħamas) sakemm wieħed mill-Istati ta' Schengen jistabbilixxi Rappreżentazzjoni ma' diplomatiċi ta' karriera,

- fil-Manama (Baħrejn), għal ħames snin sad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen.

--------------------------------------------------

ANNESS 7

Ammonti ta' riferenza meħtieġa għal qsim tal-fruntieri ffissati ta' kull sena mill-awtoritajiet nazzjonali

IL-BELĠJU

Il-liġi Belġjana tistabbilixxi disposizzjonijiet ġenerali għall-verifika ta' mezzi ta' sostenn, mingħajr ma tistipula ebda regoli mandatorji.

Il-prattika amministrattiva hija kif ġej:

- Aljeni li qed joqogħdu ma' persuna privata

Xhieda tal-mezzi ta' sostenn tista' tingħata permezz ta' sponsorizzazzjoni minn wegħda ffirmata mill-persuna li qed takkomoda lill-aljen fil-Belġju u awtentikata mill-awtorità amministrattiva lokali tal-post fejn joqgħod.

L-affari ta' sponsorizzazzjoni tkopri l-ispejjeż taż-żjara ta' l-aljen, il-kura ta' saħħtu, akkomodazzjoni u ripatrijazzjoni, jekk l-aljen ma jkunx jista' jħallas, sabiex jiġi eskluż li jħallsu l-awtoritajiet pubbliċi. Il-wegħda trid tkun iffirmata minn persuna li hi solventi u, jekk din il-persuna hi aljena, irid ikollha permess ta' residenza jew permess li jistabbilixxi ruħu.

Jekk meħtieġ, l-aljen jista' jintalab ukoll jipprovdi xhieda tar-riżorsi personali.

Jekk m'għandu l-ebda kreditu finanzjarju ta' l-ebda tip, hu għandu jkollu aċċess għal mill-anqas BEF 1500 għall-kull ġurnata ta' kemm qed jippjana li jdum.

- Aljeni li qed joqogħdu f'lukanda

Jekk m'għandux prova li għandu kreditu finanzjarju ta' l-ebda tip, hu għandu jkollu aċċess għal mill-anqas BEF 2000 għal kull ġurnata ta' kemm qed jippjana li jdum.

Aktar minn hekk, fil-maġġoranza tal-każi, il-persuna kkonċernata trid tipproduċi biljett (biljett ta' l-ajru) li tħallih jirritorna lura fil-pajjiż ta' l-oriġini jew ta' residenza tiegħu.

IL-ĠERMANJA

Skond l-Artikolu 60(2) ta' l-Att dwar l-Aljeni tad-9 ta' Lulju 1990 (AuslG), aljen jista' jiċċċaħħad id-dħul fil-fruntiera jekk hemm raġunijiet biex jitkeċċa.

Dan huwa l-każ jekk aljen jiġi sforzat jitlob jew jitlob għajnuna soċjali mill-Istat Ġermaniż għalih innifsu, għall-membri tal-familja tiegħu li qed joqogħdu fit-territorju Ġermaniż jew għad-dipendenti tiegħu (Artikolu 46(6) ta' l-Att dwar l-Aljeni).

Ammonti ta' riferenza ma kienux iffissati għall-attenzjoni ta' l-uffiċjali tal-kontroll tal-fruntieri. Fil-prattika, ammont ta' DEM 50 kuljum huwa ġeneralment użat bħala riferenza bażika. L-aljen għandu jkollu wkoll biljett ta' ritorn jew mezzi finanzjarji ekwivalenti.

Madankollu, qabel ma tittieħed id-deċiżjoni biex l-aljen ma jitħallhiex jidħol, hu għandu jingħata l-opportunità li jipproduċi, f'ħin ġust u b'mezzi legali, il-mezzi finanzjarji neċessarji biex jassigura ż-żjara tiegħu fuq it-territorju Ġermaniż, billi jippreżenta:

- garanzija legali minn bank Ġermaniż,

- ittra ta' garanzija minn min qed jospitah,

- money order telegrafika,

- garanzija depożitata ma' l-awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni responsabbli għaż-żjara.

IL-GREĊJA

Digriet Ministerjali Nru 3011/2/1f tal-11 ta' Jannar 1992 jiffissa l-ammont tal-mezzi ta' sostenn li ċittadini barranin – bl-eċċezzjoni ta' ċittadini mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea – irid ikollhom għad-disposizzjoni tagħhom jekk iridu jidħlu fit-territorju Grieg.

Skond id-Digriet Ministerjali msemmi hawn fuq, l-ammont ta' munita barranija li tħalli lil ċittadini barranin ta' stati li mhumiex membri fil-Komunità Ewropea li jidħlu fil-Greċja huwa ffissat għall-ekwivalenti ta' GRD 5000 f'munita barranija għal kull persuna kuljum, u ammont totali minimu ta' GRD 35000.

L-ammont ta' munita barranija meħtieġa kull jum jitnaqqas b'50 % għall-minuri li huma membri tal-familja ta' l-aljen.

Ċittadini ta' pajjiżi li mhumiex fil-Komunità li jobbligaw lil ċittadini Griegi jibdlu l-munita tagħhom mal-fruntiera huma wkoll soġġetti għal dan l-obbligu minħabba l-prinċipju tar-reċiproċità.

SPANJA

Aljeni jridu jippruvaw li għandhom mezzi ta' sostenn suffiċjenti. L-ammont minimu huwa mogħti hawn taħt:

(a) għall-ispejjeż taż-żjara tagħhom fi Spanja: ESP 5000, jew l-ekwivalenti f'munita barranija, immultiplikata min-numru ta' ġranet ippjanati għaż-żjara fi Spanja u min-numru ta' membri tal-familja li qed jivjaġġaw mal-persuna kkonċernata. Irrispettivament mid-dewmien ippjanat għaż-żjara, l-ammont minimu li għalih irid jipprovdi xhieda għandu jkun dejjem ta' ESP 50000 għal kull persuna.

(b) għar-ritorn fl-istat ta' provvenjenza jew għat-transitu minn Stati terzi: il-biljett jew biljetti personali, mhux transferibbli u b'data fissa għall-mezz tat-trasport ippjanat.

Aljeni jridu jippruvaw li għandhom il-mezzi ta' sostenn imsemmija hawn fuq jew billi jipprovduhom jekk ikunu fi flus, jew billi jipproduċu ċekkijiet ċertifikati, traveller's cheques, riċevuti, ittri ta' kreditu jew ċertifikat ta' bank li jikkonferma l-eżistenza ta' dawn il-mezzi. Mingħajr dawn id-dokumenti, jistgħu jingħataw dokumenti oħra ta' sostenn li huma rikonoxxuti mill-pulizija tal-fruntiera Spanjola.

FRANZA

L-ammont ta' riferenza għall-mezzi adegwati ta' sostenn għat-tul taż-żjara ppjanata ta' l-aljen jew għat-transitu tiegħu minn Franza għal destinazzjoni fi stat terz huwa ugwali għall-ammont tal-paga minima garantita fi Franza (SMIC) ikkalkulata kuljum fuq bażi tar-rata ffissata fl-1 ta' Jannar ta' dik is-sena.

Dan l-ammont jiġi eżaminat mill-ġdid regolarment fuq bażi ta' l-indiċi ta' l-għoli tal-ħajja Franċiż:

- awtomatikament kull meta l-indiċi tal-prezzijiet tal-bejgħ jogħla b'aktar minn 2 %,

- b'deċiżjoni governattiva – wara konsultazzjoni mal-kummissjoni nazzjonali għal negozjati kollettivi – biex jagħti żieda għola miż-żieda fl-indiċi tal-prezz tal-bejgħ.

Sa mill-1 ta' Lulju 1998, l-ammont ta' kuljum ta' SMIC (paga minima) huwa ta' FRF 302.

Detenturi ta' ċertifikat ta' akkomodazzjoni jrid ikollu ammont minimu ta' flus, ekwivalenti għal nofs l-SMIC, sabiex joqogħdu fi Franza. Dan l-ammont għaldaqstant huwa FRF 151 kuljum.

L-ITALJA

Ammont preċiż qatt ma ġie iffissat għall-mezzi ta' sostenn li ċittadini li mhumiex tal-Komunità li jridu jibqgħu l-Italja jridu jipprovdu xhieda lill-awtoritajiet tal-kontroll tal-fruntieri, minkejja l-fatt li dawn il-mezzi ta' sostenn huma msemmija ġeneralment fl-Artikolu 3(5) ta' Liġi Nru 39 tat-28 ta' Frar 1990 dwar il- "Livelli urġenti għall-argumenti ta' ażil politiku, dħul u waqfa għall-ċittadini li mhumiex tal-Komunità u għall-ħwejjeġ li jirregolaw il-waqfa ta' ċittadini li mhumiex tal-Komunità u persuni bla stat li diġa qegħdin fit-territorju nazzjonali".

Fil-fatt, hija fid-diskrezzjoni ta' l-uffiċjali tal-kontroll tal-fruntieri li jaraw jekk l-aljen għandux mezzi finanzjarji adegwati. Din l-istima hija bbażata fuq id-dewmien u r-raġuni taż-żjara, fuq in-nazzjonalità ta' l-aljen (sabiex ikun determinat jekk l-aljen hux ta' stat li jkun sensittiv f'dik li hi immigrazzjoni), fuq iċ-ċirkostanzi personali ta' l-aljen u fuq il-mezz tat-trasport użat.

L-aljen jista' jipprova li għandu l-mezzi finanzjarji billi jipproduċi flus, credit cards jew xhieda oħra ta' kreditu (eż. traveller's cheques).

Skond l-Artikolu 3(6) tal-Liġi hawn fuq imsemmija, l-aljen ma jitqiesx li hu mingħajr mezzi ta' sostenn jekk huwa kapaċi jissottometti dokumenti li juru li għandu proprjetà fl-Italja jew li għandu mpieg bi dħul regolari hemmhekk (eż, permess tax-xogħol) jew li istituzzjoni, kumpanija jew persuna privata wegħdet li tiggarantixxi l-akkomodazzjoni jew sostenn u r-ritorn tiegħu d-dar.

Jekk m'għandu l-ebda mill-imsemmija hawn fuq, l-aljen għandu dejjem ikollu biljett ta' ritorn, jew ta' l-anqas, fondi ekwivalenti (inklużi l-flus neċessarji biex jirritorna d-dar u l-ammont meqjus neċessarju biex ikopri l-ispejjeż tiegħu matul iż-żjara tiegħu).

IL-LUSSEMBURGU

Il-liġi tal-Lussemburgu ma tipprovdix għall-ammonti ta' riferenza għall-kontroll tal-fruntieri. L-uffiċjal li qed jagħmel il-kontroll jiddeċiedi skond il-każ jekk aljen li wasal mal-fruntiera għandux mezzi suffiċjenti ta' sostenn. Għal dan il-għan, l-uffiċjal iqis ir-raġuni għaż-żjara u t-tip ta' akkomodazzjoni.

L-OLANDA

L-ammont li l-uffiċjali tal-kontroll tal-fruntieri jieħdu bħala bażi meta jivverifikaw il-mezzi ta' sostenn bħalissa hija ta' NLG 75 għal kull persuna kuljum.

L-applikazzjoni ta' dan il-kriterju hija flessibbli għax l-ammont meħtieġ tal-mezzi ta' sostenn huwa determinat fuq bażi tad-dewmien ippjanat għaż-żjara, ir-raġuni taż-żjara u ċ-ċirkostanzi personali tal-persuna kkonċernata.

L-AWSTRIJA

Skond l-Artikolu 32(2) Z 3 tal-liġi dwar l-aljeni, l-aljeni għandhom jitkeċċew mill-fruntiera jekk m'għandhomx post fejn joqogħdu fl-Awstrija u m'għandhomx mezzi ta' sostenn biex ikopru l-ispejjeż taż-żjara u r-ritorn tagħhom.

Madankollu, m'hemmx ammonti ta' riferenza għal dawn ta' hawn fuq. Id-deċiżjonijiet huma meħuda skond il-każ u jiddependu fuq ir-raġuni, tip u dewmien taż-żjara. Flus u – skond iċ-ċirkostanzi tal-każ individwali - traveller's cheques, credit cards, garanziji tal-bank jew ittri ta' garanzija minn persuni solventi li jgħixu fl-Awstrija jistgħu jkunu aċċettati bħala prova.

IL-PORTUGALL

Aljeni għandu jkollhom l-ammonti li ġejjin jekk jixtiequ jidħlu jew joqgħodu l-Portugall:

- PTE 15000 – għal kull dħul,

- PTE 8000 – għal kull ġurnata fit-territorju.

Aljeni li jistgħu jippruvaw li fejn se joqgħodu huwa garantit għad-dewmien taż-żjara jistgħu jkunu eżentati milli jħallsu dawn l-ammonti.

--------------------------------------------------

ANNESS 8

Format uniformi għal tikketti ta' viża u informazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u fatturi tas-sigurtà tagħhom

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u fatturi tas-sigurtà misjuba fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 li jistabbilixxi format uniformi għal viżas ilhom fis-seħħ sa mis-7 ta' Settembru 1996.

Ir-Regolament Tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95

tad-29 ta' Mejju 1995

li jistabbilixxi l-format tal-viżas

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100c(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi l-Artikolu 100c(3) tat-Trattat jitlob lill-Kunsill jaddota miżuri li jirrelataw għall-format uniformi għal viżas qabel l-1 ta' Jannar 1996;

Billi l-introduzzjoni ta' viżas uniformi huwa pass importanti lejn l-armonizzazzjoni tal-politika tal-viża; billi l-Artikolu 7a tat-Trattat jistipula li s-suq intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha ċ-ċaqliq intern tal-persuna huwa assigurat skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat; fejn dan il-pass għandu jitqies ukoll li jifforma total koerenti mal-miżuri li jaqgħu taħt l-Intestatura VI tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea;

Billi huwa essenzjali li l-format uniformi għal viżas għandu jkollu l-informazzjoni kollha meħtieġa u jilħaq livelli tekniċi għoljin ħafna, b'mod speċjali dwar il-ħarsien kontra l-falsifikazzjoni u produzzjoni falza; billi għandu jkun xieraq biex jintuża mill-Istati Membri kollha u jkollu fatturi ta' sigurtà li huma rikonoxxuti universalment li huma viżibbli anki għall-għajn;

Billi dan ir-Regolament tistabbilixxi biss speċifikazzjonijiet li m'humiex sigrieti; billi dawn l-ispeċifikazzjonijiet iridu jkunu supplimentati minn speċifikazzjonijiet oħra li jridu jibqgħu sigrieti sabiex ma jkunx hemm falsifikazzjoni u produzzjoni falza u li ma jistgħux jinkludu informazzjoni personali jew riferenzi għal din l-informazzjoni; billi l-poteri biex jaddottati aktar speċifikazzjonijiet għandhom ikunu konferiti fuq il-Kummissjoni;

Billi, sabiex ikun assigurat li l-informazzjoni msemmija ma tkunx disponibbli għal aktar persuni milli meħtieġ, huwa essenzjali wkoll li kull Stat Membru għandu jinnomina mhux aktar minn korp wieħed li jkollu r-responsabbilità li jippubblika l-format uniformi għall-viżas, bl-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jibdlu l-korp, jekk ikun hemm bżonn; billi, għal ragunijiet ta' sigurtà, kull Stat Membru jrid jikkomunika l-isem tal-korp kompetenti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra;

Billi, sabiex tkun effettiva, din ir-Regola trid tapplika wkoll għall-viżas koperti mill-Artikolu 5; billi l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa wkoll li jagħmlu użu mill-format tal-viża uniformi għall-viżas li jistgħu jintużaw għal raġunijiet oħra minn dawk koperti mill-Artikolu 5 kemm-il darba d-differenzi li jkunu jidhru lill-għajn normali jiġu nkorporati sabiex jagħmlu impossibbli l-konfużjoni mal-viża uniformi;

Billi, fir-rigward ta' informazzjoni personali li trid tiddaħħal fuq il-format uniformi tal-viżas skond l-Anness ta' hawmhekk, għandu jiġi assigurat li hemm qbil mad-disposizzjonijiet tal-protezzjoni ta' l-informazzjoni ta' l-Istati Membri kif ukoll mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Viżas maħruġa mill-Istati Membri konformi ma' l-Artikolu 5 għandhom ikunu prodotti fil-forma ta' format uniformi (tikketta). Huma għandhom jikkonformaw ma' l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li jrendu l-falsifikazzjoni u produzzjoni falza tal-viża diffiċli għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 6.

Artikolu 3

1. L-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu sigrieti u ma jkunux ippubblikati. Għandhom ikunu aċċessibbli biss għall- korpi nominati mill-Istati Membri bħala responsabbli mill-pubblikazzjoni u lill-persuni awtorizzati minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni.

2. Kull Stat Membru għandu jinnomina korp wieħed lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. L-istess korp jista' jiġi nominat minn tnejn jew aktar mill-Istati Membri għal dan l-iskop. Kull Stat Membru għandu dritt li jbiddel il-korp li jkun innomina. Għandu jinforma b'dan lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 4

1. Mingħajr preġudizzju għad-diposizzjonijiet relevanti u aktar estensivi dwar il-protezzjoni ta' data, individwu li tinħariġlu viża għandu jkollu d-dritt li jivverifika l-partikolari personali mdaħħla fuq il-viża u, fejn xieraq, jistaqsi għall-korrezzjonijiet jew tibdiliet biex isiru.

2. L-ebda informazzjoni f'format li jista' jinqara mill-makni ma tista' tingħata dwar il-format uniformi tal-viżas kemm-il darba li din ma tkunx tidher ukoll fil-kaxxi deskritti f'punti 6 sa 12 ta' l-Anness, jew kemm-il darba ma tissemmiex f'dokument ta' l-ivjaġġar rilevanti.

Artikolu 5

Għar-raġunijiet ta' din ir-Regola "viża" għandha tfisser awtorizzazzjoni mogħtija minn jew deċiżjoni meħuda minn Stat Membru li hija meħtieġa għad-dħul fit-territorju tiegħu bil-għan li:

- żjara maħsuba f'dak l-Istat Membru jew f'diversi Stati Membri ta' mhux aktar minn tliet xhur b'kollox,

- transitu mit-territorju jew żona ta' transizzjoni fl-ajruport ta' dak l-Istat Membru jew diversi Stati Membri oħra.

Artikolu 6

1. Fejn ssir referenza għall-proċedura msemmija f'dan l-Artikolu, id-disposizzjonijiet li ġejjin japplikaw.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u preseduta minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu lill-kumitat. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni dwar l-abbozz fil-limitu taż-żmien li l-President jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha titwassal bil-maġġoranza mniżżla fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-kunsill jintalab jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-kumitat għandhom jingħataw il-piż bil-mod imniżżel f'dak l-Artikolu. Il-president m'għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk ikunu skond l-opinjoni tal-kumitat.

(b) Jekk il-miżuri maħsuba mhumiex skond l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tissottometti lil Kunsill proposta relatata mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

Jekk, malli jintemm il-perjodu taż-żmien ta' xahrejn, il-Kunsill ma jkunx għadu aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jkunu adottati mill-Kummissjoni, għajr fejn il-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri msemmija b'maġġoranza sempliċi.

Artikolu 7

Fejn l-Istati Membri jużaw format uniformi tal-viża għall-raġunijiet li m'humiex dawk koperti mill-Artikolu 5, mizuri xierqa għandhom jittieħdu sabiex ikun assigurat li ma tkunx possibbli konfużjoni mal-viża msemmija fl-Artikolu 5.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 1 għandu jibda japplika sitt xhur wara l-addozzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 2.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u tkun applikabbli direttamernt fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Mejju 1995.

F'isem il-Kunsill

Il-President

H. de Charette

--------------------------------------------------

ANNESS

+++++ TIFF +++++

Fatturi ta' sigurtà

1. Sinjal li jikkonsisti f'disa' ċrieki fil-forma ta' fann għandu jidher f'dan l-ispazju.

2. Marka ottika li tvarja ("kinegram" jew ekwivalenti) għandha tidher f'dan l-ispazju. Skond l-angolu minn fejn tħares, 12-il stilla, l-ittra "E" u globu jsiru viżibbli f'diversi daqsijiet u kuluri.

3. Il-logo li jikkonsisti f'ittra jew ittri li jindikaw l-Istat Mambru li qed joħroġha (jew "BNL" fil-każ tal-pajjiżi Benelux, jiġifieri l-Belġju, il-Lussemburgu u l-Olanda b'effett tax-xbieha moħbija li għandha tidher f'dan l-ispazju. Dan il-logo għandu jidher ċar meta żżommu ċatt u skur meta ddawwru b'90o. Il-logos li ġejjin għandhom jiddaħħlu: A għall-Awstrija, BNL għall-Benelux, D għall-Ġermanja, DK għad-Danimarka, E għall-Spanja, F għall-Franza, FIN għall-Finlandja, GR għall-Greċja, 1 għall-Italja, IRL għall-Irlanda, P għall-Portugall, S għall-Isvezja, UK għar-Renju Unit.

4. Il-kelma "viża" f'ittri kapitali għandha tidher fin-nofs ta' dan l-ispazju f'kulur ottiku li jvarja. Skond l-angolu minn fejn tħares, għandu jidher aħdar jew aħmar.

5. Din il-kaxxa għandu jkollha n-numru tal-viża, li għandu jkun ippubblikat minn qabel u għandu jibda' b'ittri jew ittri li jindikaw il-pajjiż li ħariġha kif deskritt f'punt 3 hawn fuq. Għandha tintuża tipa speċjali.

Sezzjonijiet li jridu jimtlew

6. Din il-kaxxa għandha tibda' bil-kliem "valida għal". L-awtorità li toħroġha għandha tindika t-territorju jew territorji li għalihom hi valida l-viża.

7. Din il-kaxxa għandha tibda' bil-kelma "minn" u l-kelma 'sa' għandha tidher aktar matul il-linja. L-awtorità li toħroġha għandha tindika l-perjodu tal-validità tal-viża.

8. Din il-kaxxa għandha tibda' bil-kliem "numru ta' dħul" u aktar matul il-linja l-kliem "dewmien taż-żjara" (i.e. dewmien taż-żjara li jrid jagħmel l-applikant) u għal darb'oħra "ġranet" għandha tidher.

9. Din il-kaxxa għandha tibda' bil-kliem "maħruġa fil-" u għandha tintuża biex tindika l-post fejn inħarġet.

10. Din il-kaxxa għandha tibda' bil-kelma "fil-" (li warajha għandha timtela d-data tal-ħruġ mill-awtorità li qed toħroġha) u aktar matul il-linja l-kliem "numru tal-passaport" għandha tidher (li warajha in-numru tal-passaport tad-detentur għandu jidher).

11. Din il-kaxxa għandha tibda' bil-kliem "tip ta' viża". L-awtorità li qed toħroġha għandha tindika l-kategorija tal-viża konformi ma' l-Artikoli 5 u 7 ta' din ir-Regola.

12. Din il-kaxxa għandha tibda' bil-kelma "rimarki". Għandha tintuża mill-awtorità li qed toħroġha biex tindika kull informazzjoni oħra li tista' titqies meħtieġa, kemm-il darba taqbel ma' l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament. Iż-żewġ linji u nofs li ġejjin għandhom jitħallew vojta għal rimarki bħal dawn.

13. Din il-kaxxa għandu jkollha l-informazzjoni rilevanti li tista' tinqara mill-makni sabiex tiffaċilita l-kontrolli esterni tal-fruntieri.

Il-karta għandha tkun ħadra pastel b'marki ħomor u blu.

Il-kliem li juru l-kaxxi għandhom ikunu bl-Ingliż u bil-Franċiż. L-Istat li qed joħroġha jista' jżid it-tielet lingwa uffiċjali tal-Komunità. Madankollu, il-kelma "viża" fil-linja ta' fuq tista' tidher fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Komunità.

--------------------------------------------------

KONFIDENZJALI

ANNESS 9

--------------------------------------------------

KONFIDENZJALI

ANNESS 10

--------------------------------------------------

ANNESS 11

Kriterji ta' dokumenti ta' l-ivjaġġar li magħhom tista' titwaħħal viża

Id-dokumenti ta' l-ivjaġġar msemmija hawn taħt għandhom jitqiesu validi għall-għanijiet ta' l-Artikolu 17(3)(a) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, kemm-il darba jivverifikaw l-identità tad-detentur, fil-każijiet imsemmija taħt punti (a) u (b), in-nazzjonalità jew ċittadinanza u kemm-il darba jaderixxu l-kondizzjonijiet taħt l-Artikoli 13 u 14.

(a) Dokumenti ta' l-ivjaġġar maħruġa skond regoli internazzjonali applikati minn pajjiżi jew korpi reġjonali jew lokali rikonoxxuti mill-Istati Membri kollha.

(b) Il-passaporti jew dokumenti ta' l-ivjaġġar li, għalkemm maħruġa mill-pajjiżi jew korpi internazzjonali li mhux rikonoxxuti mill-Istati Membri kollha, jiggarantixxu li l-aljen jirritorna u kemm-il darba l-Kumitat Eżekuttiv jirrikonoxxihom bħala dokumenti validi li fuqhom tista' titwaħħal il-viża uniformi (alternattivament imwaħħla fuq folja separata) ta' viża konġunta. L-approvazzjoni unanima tal-Kumitat Eżekuttiv għandha tinħtieġ għal:

- il-lista ta' dawn il-passaporti jew dokumenti ta' l-ivjaġġar,

- il-lista ta' pajjiżi li m'humiex rikonoxxuti, li ħarġu dokumenti.

Il-kumpilazzjoni possibbli ta' dawn il-listi, li għandhom japplikaw biss għall-ħtiġijiet għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Schengen, m'għandhiex tippreġudika r-rikonoxximent ta' l-Istati Membri ta' pajjiżi jew entitajiet reġjonali jew lokali li m'humiex rikonoxxuti.

(ċ) Dokumenti ta' l-ivjaġġar għal refuġjati, maħruġa skond il-Konvenzjoni dwar l-Istatus ta' Refuġjati ta' l-1951.

(d) Dokumenti ta' l-ivjaġġar għall-persuni bla stat maħruġa skond il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tal-Persuni bla Stat ta' l-1954 [1].

[1] Il-Portugall u l-Awstrija, għalkemm m'humiex Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni, jaċċettaw li dokumenti ta' l-ivjaġġar maħruġa skond din il-Konvenzjoni jistgħu jkollhom il-viża uniformi maħruġa mill-Istati ta' Schengen.

--------------------------------------------------

ANNESS 12

Miżati, f'euro, li jridu jinżammu meta jinħarġu viżas uniformi

A. Viżas ta' transitu mill-ajruport | EUR 10 |

B. Viżas ta' transitu (dħul wieħed, tnejn jew multipli) | EUR 10 |

Ċ1. Viżas għal żjara qasira ħafna (massimu ta' 30 ġurnata) | EUR 15 sa 25 |

Ċ2. Viżas għal żjara qasira (massimu ta' 90 ġurnata) | EUR 30 + EUR 5 mit-tieni dħul, meta hemm dħul multiplu |

Ċ3. Viżas għal dħul multiplu, validu għal sena | EUR 50 |

Ċ4. Viżas għal dħul multiplu, validu għal massimu ta' ħames snin | EUR 50 + EUR 30 għal kull sena addizzjonali |

D. Viżas nazzjonali għal żjara twila | L-ammont għandu jkun iffissat mill-Partijiet Kontraenti, li jistgħu jiddeċiedu li joħorġu dawn il-viżas bla ħlas |

- Viżas b'validità territorjali limitata | L-ammont għandu jkun ugwali għal mill-anqas 50 % ta' l-ammont iffissat għall-viżas ta' kategoriji A, B u C |

- Viżas maħruġa fil-fruntiera | L-ammont għandu jkun doppju ta' dak tal-kategorija tal-viża maħruġa. Dawn il-viżas jistgħu jinħarġu bla ħlas |

- Viżas tal-grupp, kategoriji A u B (5 sa 50 persuna) | EUR 10 + EUR 1 għal kull persuna |

- Viżas tal-grupp, kategorija C1 (30 ġurnata), dħul wieħed jew tnejn (5 sa 50 persuna) | EUR 30 + EUR 1 għal kull persuna |

- Viżas tal-grupp, kategorija C1 (30 ġurnata), dħul wieħed jew tnejn (5 sa 50 persuna) | EUR 10 + EUR 3 għal kull persuna |

Regoli:

I. Dawn il-miżati jridu jitħallsu f'munita konvertibbli jew f'munita nazzjonali fuq bażi tar-rati tal-kambju uffiċjali fis-seħħ.

II. F'każi individwali, l-ammont ta' miżati li jridu jinżammu jista' jitnaqqas jew jitneħħa skond il-liġi nazzjonali meta dan jipproteġi l-interessi kulturali, fil-qasam tal-politika barranija, politika ta' l-iżvilupp jew żoni oħra ta' interess pubbliku vitali.

III. Viżas tal-gruppi jinħarġu skond il-liġi nazzjonali, għall-massimu ta' 30 ġurnata.

--------------------------------------------------

ANNESS 13

Linji-gwida dwar kif timla tikketti tal-viża

Jekk jogħġbok innota: ġeneralment, viżas jistgħu jinħarġu tliet xhur qabel ma jintużaw għall-ewwel darba l-aktar kmieni.

VIŻAS TA' TRANSITU FL-AJRUPORT (ATVs)

Huwa rimarkat li ċittadini ta' ċerti pajjiżi "sensittivi" biss (ara l-Anness 3) huma soġġetti għal ATV. Detenturi ta' ATV ma jistgħux iħallu s-sezzjoni internazzjonali ta' l-ajruport li minnu qed jivvjaġaw fit-transitu.

+++++ TIFF +++++

- Tip ta' viża: ATVs għandhom l-kodiċi ta' identifikazzjoni A.

- L-ATV ta' dħul uniku tagħti aċċess lill-pajjiż wieħed biss (Franza f'dan l-eżempju).

- Id-dewmien tal-validità hija kkalkulata mid-data tat-tluq (e.ż. 01.02.00); it-terminu huwa stabbilit billi jiżdied perjodu ta' grazzja ta' sebat ijiem fil-każ li d-detentur tal-viża jipposponi t-tluq tiegħu.

- ATVs m'għandhomx dritt ta' residenza, l-intestatura "residenza" għandha tinqata' b' XXX.

+++++ TIFF +++++

- L-ATV ta' ritorn tawtorizza t-transitu fl-ajruport kemm għall-vjaġġ ta' ħruġ kif ukoll għall-vjaġġ ta' ritorn.

- It-tul tal-validità tal-viża huwa kkalkulat kif ġej: data tal-vjaġġ ta' ritorn + sebat ijiem (fl-eżempju muri: Data ta' ritorn 15.02.00).

- Jekk it-transitu huwa ppjanat minn ajruport wieħed biss, l-isem tal-pajjiż ikkonċernat għandu jiddaħħal taħt l-intestatura '"validu għal" (ara eżempju 2a). Jekk it-transitu jsir eċċezzjonalment minn żewġ pajjiżi differenti ta' Schengen fil-vjaġġi tal-ħruġ u ta' ritorn, il-viża tkun immarkata "Stati ta' Schengen" (ara eżempju 2b).

+++++ TIFF +++++

"Stati ta' Schengen" għandha tiddaħħal taħt l-intestatura "validu għal" biex tħalli t-transitu minn żewġ ajruporti li jinsabu f'żewġ pajjiżi differenti.

+++++ TIFF +++++

- Għall-ATVs ta' dħul multiplu (jħallu diversi transiti) it-terminu tal-validità tal-viża huwa kkalkulat kif ġej: data ta' l-ewwel tluq + tliet xhur.

- Għal dħul taħt l-intestatura "validu għal", l-istess regola tapplika bħal ATVs ta' dħul doppju.

VIŻAS TA' TRANSITU

+++++ TIFF +++++

- Tip ta' viża: il-viża ta' transitu għandha l-kodiċi ta' identifikazzjoni B. Huwa rakkommandat li żżid il-kelma "TRANSITU".

- It-tul tal-validità tal-viża huwa kkalkulat mid-data tat-tluq (e.ż. 01.02.00). It-terminu huwa ffissat kif ġej: data tat-tluq + (massimu ta' ħamest ijiem) + seba' ġranet (perjodu ta' grazzja fil-każ li d-detentur tal-viża jipposponi t-tluq tiegħu).

- Iż-żmien meħud mit-transitu ma jistax jaqbeż il-ħamest ijiem.

+++++ TIFF +++++

- It-tul tal-validità: meta d-data ta' vjaġġi differenti ta' transitu ma tkunx magħrufa, li hu ġeneralment il-każ, il-perjodu tal-validità huwa kkalkulat kif ġej: data tat-tluq + sitt xhur.

- It-tul tat-transitu ma jistax jaqbeż il-ħamest ijiem.

+++++ TIFF +++++

- It-tul tal-validità huwa kkalkulat bl-istess mod bħal viżas ta' dħul doppju għall-transitu (ara eżempju 5).

- It-tul taż-żjara ma jistax jaqbeż il-ħamest ijiem fit-transitu.

VIŻAS GĦAL ŻJARA QASIRA

+++++ TIFF +++++

- Tip ta' viża: il-viża għal żjara qasira għandha l-kodiċi ta' identifikazzjoni C.

- It-tul tal-validitá tal-viża huwa kkalkulat kif ġej: mid-data tat-tluq (e.ż. 01.02.00). Il-perjodu huwa ffissat kif ġej: data tat-tluq + tul taż-żjara + perjodu ta' grazzja ta' 15-il ġurnata.

- It-tul taż-żjara ma jistax jaqbeż id-90 ġurnata f'kull perjodu ta' sitt xhur (30 ġurnata fl-eżempju muri hawnhekk).

+++++ TIFF +++++

- It-tul tal-validità huwa kkalkulat mid-data tat-tluq + massimu ta' sitt xhur fuq bażi tax-xhieda dokumentarja provduta.

- It-tul taż-żjara ma jistax jaqbeż id-90 ġurnata f'kull perjodu ta' sitt xhur (bħal fl-eżempju muri hawnhekk, imma t-tul jista' ukoll ikun anqas). It-tul taż-żjara hu dak tat-total akkumulat ta' żjarat suċċessivi. Dan huwa bbażat ukoll fuq ix-xhieda dokumentarja provduta.

+++++ TIFF +++++

- Din hija viża ta' dħul multiplu għal żjara qasira li hi valida għal aktar minn sitt xhur jew sena, tnejn, tlieta, ħames snin f'każi eċċezzjonali (e.ż. VIP).

Fl-eżempju muri hawnhekk il-validità hija ta' tliet snin.

- L-istess regoli japplikaw għat-tul taż-żjara bħal f'eżempju 8 (massimu ta' 90 ġurnata).

VIŻAS B'VALIDITÀ TERRITORJALI LIMITATA (VIŻAS LTV)

Il-viża LTV tista' tkun jew viża għall-żjara qasira jew viża ta' transitu.

Il-limitazzjoni tal-validità titsa' tapplika għal wieħed jew diversi Stati.

+++++ TIFF +++++

- F'dan l-eżempju, il-validità territorjali hija limitata għall-pajjiż wieħed biss, i.e. Franza.

- Il-viża LTV għal żjara qasira għandha l-kodiċi ta' identifikazzjoni C (bħal f'eżempju 7).

+++++ TIFF +++++

- F'dan il-każ, il-kodiċi tal-pajjiżi li ġejjin jindikaw il-pajjiżi li fiha l-viża hija valida u jiddaħħlu taħt l-intestatura "validu għal": Il-Belġju: B. Il-Ġermanja: D, Il-Greċja: GR, Spanja: E, Franza: F, l-Italja: I, il-Lussemburgu: L, l-Olanda: NL, l-Awstrija: A, il-Portugall: P. Fil-każ tal-pajjiżi tal-Benelux: BNL).

- Fl-eżempju muri, il-validità territorjali hija limitata għal Franza u Spanja.

+++++ TIFF +++++

- Il-viża ta' transitu għandha l-kodiċi ta' identifikazzjoni B taħt l-intestatura għal tip ta' viża.

- Fl-eżempju muri, il-viża hija limitata għat-territorju Franċiż.

PERSUNI MAGĦHOM

+++++ TIFF +++++

- F'dan il-każ, wild wieħed jew aktar u f'każijiet eċċezzjonali, sieħeb jivjaġġaw fuq passaport wieħed.

- Jekk wild jew aktar li qed jivjaġġaw fuq id-dokument ta' l-ivjaġġar huma koperti mill-viża, taħt l-intestatura "numru tal-passaport", wara n-numru tal-passaport, "+ nX" tiżdied, li tindika n-numru ta' tfal, u jekk sieħeb qed jivjaġġa fuq il-passaport "+ Y" tiżdied. Fl-eżempju muri hawnhekk (dħul uniku, viża għall-żjara qasira, b'tul taż-żjara ta' 30 ġurnata) il-viża tinħareġ għad-detentur tal-passaport, tlett itfal u s-sieħeb tad-detentur tal-passaport.

VIŻA MAĦRUĠA B'RAPPREŻENTAZZJONI

+++++ TIFF +++++

Il-viża ta' hawn fuq inħarġet minn posizzjoni konsulari ta' Stat ta' Schengen li kien qed jirrappreżenta Stat ta' Schengen ieħor.

F'dan il-każ, taħt l-intestatura "Osservazzjonijiet", l-ittra "R" trid tinkiteb, segwita mill-kodiċi tal-pajjiż li f'ismu nħarġet il-viża.

Il-kodiċi tal-pajjiżi li jridu jintużaw huma kif ġej:

il-Belġju : B

il-Ġermanja : D

il-Greċja : GR

Spanja : E

Franza : F

l-Italja : I

il-Lussemburgu : L

l-Olanda : NL

l-Awstrija : A

il-Portugall : P

Fl-eżempju ta' hawn fuq, l-Ambaxxata Belġjana fi Brazzaville ħarġet viża għan-nom ta' Spanja.

SOMMARJU

| "VALIDA GĦAL" | "TIP" | "NUMRU TA' DĦUL" | "MILL-""SA"… | TUL MASSIMU TAŻ-ŻJARA (fi ġranet) |

| |

Viżas ta' transitu fl-ajruport (VTA) | FRANZA (per eżempju) jew l-ISTATI TA' SCHENGEN | "A" | 01 | Data tat-tluq | Data tat-tluq + sebat ijiem | XXX |

02 | Data tat-tluq | Data tat-tluq + sebat ijiem |

MULT | L-ewwel data tat-tluq | L-ewwel data tat-tluq + numru ta' xhur awtorizzati (massimu ta' tliet xhur) |

Viżas ta' transitu | FRANZA (per eżempju) Jew l-ISTATI TA' SCHENGEN | "B" | 01 | Data tat-tluq | Data tat-tluq + sebat ijiem | XXX jew minn 1 sa 5 |

02 | Data tat-tluq | L-ewwel data tat-tluq + numru ta' xhur awtorizzati (massimu ta' sitt xhur) |

MULT | L-ewwel data tat-tluq |

Viżas għal żjara qasira | FRANZA (per eżempju) jew l-ISTATI TA' SCHENGEN | Ċ | 01 | Data tat-tluq | Data tat-tluq + tul taż-żjara + 15-il ġurnata | minn 1 sa 90 |

MULT | L-ewwel data tat-tluq | L-ewwel data tat-tluq + numru ta' xhur awtorizzati (massimu ta' ħames snin) |

--------------------------------------------------

ANNESS 14

Regoli u proċeduri li jirregolaw informazzjoni li trid tintbagħat mill-Partijiet Kontraenti meta joħorġu l-viżas b'validità territorjali limitata. Meta jħassru, jirrevokaw u jnaqqsu t-tul ta' validità ta' viża uniformi u meta joħorġu permessi nazzjonali ta' residenza

1. INFORMAZZJONI META JINĦARĠU VIŻAS B'VALIDITÀ TERRITORJALI LIMITATA

1.1. Kondizzjonijiet ġenerali

Sabiex tingħata l-awtorizzazzjoni għad-dħul fit-territorju nazzjonali ta' Partijiet Kontraenti ta' Schengen, ċittadini ta' pajjiż terz għandhom ġeneralment jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen.

Jekk ċittadin minn pajjiż terz ma jilħaqx dawn il-kondizzjonijiet, id-dħul jew il-ħruġ tal-viża għandhom jiċċaħħdu ħlief jekk Parti Kontraenti tqis meħtieġa deroga minn din ir-regola għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali, jew minħabba obbligi internazzjonali. F'każi simili, il-Parti Kontraenti kkonċernata tista' toħroġ biss viża b'validità territorjali limitata (LTV) u jrid jinforma lill-Partijiet Kontraenti l-oħra (Artikoli 5(2) u 16 tal-Konvenzjoni ta' Schengen).

Il-kwistjoni ta' LTV għal żjara qasira hija skond il-Konvenzjoni ta' Schengen u l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-Viżas (SCH/II-Viża (93) 11, 6 Rev., 4 korr., Kapitolu V, punt 3) ġeneralment soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) LTVs jinħarġu bħala eċċezzjoni. Il-kondizzjonijiet taħt liema tinħareġ din it-tip ta' viża għandhom ikunu eżaminati fuq bażi ta' każ b'każ;

(b) dan ma jfissirx li l-Partijiet Kontraenti ta' Schengen jistgħu jużaw u jabbużaw il-possibbiltá li jinħarġu LTVs; dan ma jkunx skond il-prinċipji u l-oġġettivi ta' Schengen. Meta tqis li n-numru ta' LTVs li jinħarġu probabbilment se jkun żgħir, m'huwiex meħtieġ li jkun hemm proċedura awtomatika sabiex ikunu nformati l-Partijiet Kontraenti l-oħra.

1.2. Regoli tal-proċedura

Meta jkunu qed jkunu definiti r-regoli tal-proċedura li jirregolaw l-informazzjoni li trid tintbagħat mill-Partijiet Kontraenti meta joħorġu LTVs, għandha ssir distinzjoni bejn viżas maħruġa minn rappreżentazzjonijiet diplomatiċi u konsulari u viżas maħruġa mill-awtoritajiet tal-fruntiera. Ir-regoli tal-proċedura fis-seħħ huma kif ġej.

1.2.1. Ħruġ ta' viżas minn rappreżentazzjonijiet diplomatiċi u konsulari

In ġenerali, ir-regoli stabbiliti għall-arranġamenti proviżorji għall-konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet ċentrali (Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen għandha tapplika mutatis mutandis għall-proċedura ta' informazzjoni wżata mill-Partijiet Kontraenti l-oħra (ara Dok. SCH/II-Viża (94)7). Fejn jintużaw regoli differenti, dawn għandhom ikunu notifikati mill-Partijiet Kontraenti kkonċernati. In ġenerali, l-informazzjoni għandha tintbagħat fi żmien 72 siegħa.

1.2.2. Ħruġ tal-viżas mill-awtoritajiet tal-fruntiera

F'dan il-każ, l-informazzjoni għandha tintbagħat fi żmien 72 siegħa lill-awtoritajiet ċentrali tal-Partijiet Kontraenti l-oħra.

1.2.3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jindikaw liema punti ta' kuntatt għandhom jirċievu din l-informazzjoni.

1.2.4. Meta tkun qed tistabbilixxi proċedura awtomatika sabiex tagħmel possibbli l-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali (Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen), din għandha tinkludi disposizzjoni li tassigura li l-Partijiet Kontraenti l-oħra huma nformati bil-ħruġ ta' LTV fejn l-LTV tinħareġ bħala riżultat ta' oġġezzjoni għall-ħruġ ta' viża ta' Schengen minn-naħa ta' Parti/Partijiet Kontraenti wieħed (jew aktar)), fil-qafas tal-konsultazzjoni. Meta LTVs jinħarġu f'ċirkostanzi oħra, din il-proċedura ma tistax tintuża biex tintbagħat informazzjoni bejn l-Istati.

1.2.5. L-informazzjoni li ġejja għandha tintbagħat lill-Partijiet Kontraenti:

kunjom, l-ewwel isem, u data tat-twelid tad-detentur tal-viża

nazzjonalità tad-detentur tal-viża

data u post tal-ħruġ ta' LTV

raġunijiet għall-ħruġ ta' viżas b'validità territorjali limitata:

- raġunijiet umanitarji

- raġunijiet ta' interess nazzjonali

- obbligi internazzjonali

- dokument ta' l-ivjaġġar li mhux validu fil-Partijiet Kontraenti kollha

- it-tieni ħruġ ta' viża matul il-perjodu ta' sitt xhur

- f'emerġenzi ma kienx hemm konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet ċentrali

- l-awtoritajiet ċentrali ta' Parti Kontraenti qajmu oġġezzjonijiet matul il-konsultazzjoni

2. IT-TĦASSIR, REVOKA U TNAQQIS TAŻ-ŻMIEN TA' VALIDITÀ TA' VIŻA UNIFORMI

Skond il-prinċipji addottati mill-Kumitat Eżekuttiv meta tkun qed tiġi mħassra, revokata u mnaqqas iż-żmien ta' validità ta' viża uniformi (SCH/Kom-ex (93)24), l-informazzjoni li ġejja għandha tintbagħat lill-Partijiet Kontraenti l-oħra.

2.1. Tħassir ta' viżas

It-tħassir ta' viża ta' Schengen għandu l-għan li jipprevjeni persuni milli jidħlu fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti wara li jirriżulta wara li viża tkun ħarġet li dawn il-persuni ma jilħqux il-kondizzjonijiet li jiggarantixxu l-ħruġ ta' viża.

Partijiet Kontraenti li jikkanċellaw viża maħruġa minn Parti Kontraenti oħra għandhom ġeneralment jinformaw lilll-awtoritajiet ċentrali ta' l-Istat li ħariġha fi żmien 72 siegħa.

Din in-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

kunjom, l-ewwel isem, u data tat-twelid tad-detentur tal-viża

nazzjonalità tad-detentur tal-viża

it-tip u n-numru tad-dokument ta' l-ivjaġġar

numru tat-tikketta tal-viża

Kategorija tal-viża

Data u post fejn inħarġet il-viża

Data u raġunijiet għat-tħassir

2.2. Revoka tal-viżas

Ir-revoka tal-viża tippermetti t-tħassir, anki wara d-dħul fit-territorju, taż-żmien ta' validità tal-viża li baqa'.

Parti Kontraenti li tirrevoka viża uniformi għandha ġeneralment tinforma lill-Parti Kontraenti li ħarġitha fi żmien 72 siegħa. Din in-notifika għandu jkollha l-istess informazzjoni kif imsemmi taħt punt 2.1.

2.3. It-tnaqqis taż-żmien tal-validità ta' viża

Meta Stat ta' Schengen inaqqas it-tul tal-validità ta' viża maħruġa minn Parti Kontraenti oħra, għandu ġeneralment jinforma lill-Parti Kontraenti li ħarġitha fi żmien 72 siegħa. Din in-notifika għandu jkollha l-istess informazzjoni kif imsemmi taħt punt 2.1.

2.4. Il-proċedura

L-informazzjoni mibgħuta lill-Parti Kontraenti li ħarġet il-viża meta ż-żmien tal-validità tkun imħassra, revokat jew imnaqqas għandha ġeneralment tintbagħat lill-awtorità ċentrali indikata minn din il-Parti Kontraenti.

3. INFORMAZZJONI DWAR PERMESSI TA' RESIDENZA NAZZJONALI (ARTIKOLU 25)

L-Artikolu 25(1) jistipula li meta Parti Kontraenti tikkunsidra li toħroġ permess ta' residenza lill-aljen li għalih ħareġ avviż sabiex jiċċaħħad id-dħul, għandha l-ewwel tikkonsulta l-Parti Kontraenti li ħarġitu u għandha tqis l-interessi tagħha: il-permess ta' residenza għandu jinħareġ biss għall-raġunijiet serji, b'mod partikolari ta' natura umanitarja jew li ħierġa minn obbligi internazzjonali.

It-tieni subparagrafu fl-Artikolu 25(1) jipprovdi li l-Parti Kontraenti li ħareġ l-avviż għandu jirtira l-avviż, iżda xorta jista' jpoġġi lill-aljen ikkonċernat fuq il-lista nazzjonali tiegħu ta' avviż.

L-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet imsemmija hawn fuq jinvolvu żewġ istanzi ta' trasmissjoni ta' informazzjoni bejn il-Parti Kontraenti li trid toħroġ il-permess ta' residenza u l-Parti Kontraenti li qed joħroġ l-avviż:

- konsultazzjoni minn qabel mal-Parti Kontraenti li ħarġet l-avviż sabiex jitqiesu l-interessi tagħha.

- informazzjoni dwar il-ħruġ ta' permess ta' residenza, sabiex il-Parti Kontraenti li ħarġet l-avviż tkun tista' tirtirah.

Skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni, il-Parti Kontraenti li ħarġet l-avviż trid tikkonsulta ukoll jekk jirriżulta biss a posteriori, i.e. wara li jkun ħareġ il-permess ta' residenza, li l-avviż kien ħareġ għall-raġunijiet ta' ċaħda ta' dħul lid-detentur ta' permess tar-residenza.

In vista tal-prinċipji tal-bażi tal-Konvenzjoni ta' Schengen, il-ħruġ ta' permess ta' residenza lil ċittadini minn pajjiż terz li għalih ħareġ avviż sabiex jiċċaħħdu d-dħul minn wieħed mill-Partijiet Kontraenti għandu wkoll ikun limitat għall-ċirkostanzi eċċezzjonali.

Fir-rigward tal-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni, din l-azzjoni hija dipendenti b'mod serju fuq it-tħaddim tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS). Għandu jkun eżaminat jekk din l-informazzjoni tistax tintbagħat mill-proċedura Sirene li ġejja.

Ir-regoli tal-proċedura msemmija f'din in-nota għandhom jkunu eżaminati mill-ġdid mill-angolu ta' l-applikabbilitá prattika tagħhom l-aktar tard 12-il xahar wara li l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tkun ħadet l-effett.

--------------------------------------------------

ANNESS 15

Formoli armonizzati ta' mudell li jipprovdu prova ta' l-istedina, sponsorizzazzjoni u akkomodazzjoni mfassla mill-Partijiet Kontraenti

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Appendiċi 2

KONFIDENZJALI

MANWAL KOMUNI

KONFIDENZJALI

--------------------------------------------------

Appendiċi 3

Il-Kumitat Eżekuttiv u d-Deċiżjonijiet Ċentrali tal-Grupp li ġejjin huma mħassra:

(a) Deċiżjonijiet Eżekuttivi tal-Kumitat

SCH/Kum-ex (93)4 Rev. 2 korr. ta' l-14 ta' Diċembru 1993

SCH/Kum-ex (93)5 Rev. ta' l-14 ta' Diċembru 1993

SCH/Kum-ex (94)5 tas-27 ta' Ġunju 1994

SCH/Kum-ex (94)6 tas-27 ta' Ġunju 1994

SCH/Kum-ex (94)7 tas-27 ta' Ġunju 1994

SCH/Kum-ex (94)12 tas-27 ta' Ġunju 1994

SCH/Kum-ex (94)20 Rev. ta' l-21 ta' Novembru 1994

SCH/Kum-ex (94)23 Rev. tat-22 ta' Novembru 1994

SCH/Kum-ex (94)24 Rev. tat-22 ta' Diċembru 1994

SCH/Kum-ex (95)1 tat-28 ta' April 1995

SCH/Kum-ex (95)4 tat-28 ta' April 1995

SCH/Kum-ex (95)15 Rev. 2 tad-29 ta' Ġunju 1995

SCH/Kum-ex (95)22 Rev. ta' l-20 ta' Diċembru 1995

SCH/Kum-ex (96)14 Rev. tas-27 ta' Ġunju 1996

SCH/Kum-ex (96)24 tad- 19 ta' Diċembru 1996

SCH/Kum-ex (97)13 ta' l-24 ta' Ġunju 1997

SCH/Kum-ex (97)21 tas-7 ta' Ottubru 1997

SCH/Kum-ex (97)36 tal-15 ta' Diċembru 1997

SCH/Kum-ex (97)41 tal-15 ta' Diċembru 1997

SCH/Kum-ex (98)13 tal-21 ta' April 1998

SCH/Kum-ex (98)36 tal-16 ta' Settembru 1998

SCH/Kum-ex (98)38 korr. tas-16 ta' Settembru 1998

SCH/Kum-ex (98)54 tas-16 ta' Diċembru 1998

SCH/Kum-ex (98)55 tas-16 ta' Diċembru 1998

(b) Deċiżjonijiet Ċentrali tal-Grupp

SCH/K (96)16 tat-12 ta' Marzu 1996

SCH/K (96)32 tas-26 ta' April 1996

SCH/K (96)40 tas-28 ta' Mejju 1996

SCH/K (96)41 tat-23 ta' Mejju 1996

SCH/K (96)96 tal-11 ta' Mejju 1996

SCH/K (97)9 tas-17 ta' Jannar 1997

SCH/K (97)95 tas-7 ta' Lulju 1996

SCH/K (97)79 tas-7 ta' Ottubru 1997

SCH/Pers (98)9 Rev. tat-30 ta' Marzu 1998

SCH/SG (98)25 Rev. 2 tal-31 ta' Marzu 1998

SCH/K (98)135 tal-15 ta' Diċembru 1998

--------------------------------------------------