3.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1472

tat-28 ta' Settembru 2018

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward il-Kuċċinilja, l-aċidu Karminiku, il-Karmini (E 120)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 14 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (2) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel li huma elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(3)

Il-Kuċċinilja, l-aċidu Karminiku, il-Karmini (E 120) hija sustanza awtorizzata biex tintuża bħala kolorant f'tipi diversi ta' ikel skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(4)

L-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistipula li l-addittivi tal-ikel kollha li kienu diġà permessi fl-Unjoni qabel l-20 ta' Jannar 2009 huma soġġetti għal valutazzjoni tar-riskju ġdida mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(5)

Għalhekk, fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 (3) hemm stabbilit programm biex issir rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel, u skont dan il-programm kellha titlesta r-rivalutazzjoni tal-koloranti sal-31 ta' Diċembru 2015.

(6)

Fit-18 ta' Novembru 2015 l-Awtorità tat Opinjoni Xjentifika dwar ir-rivalutazzjoni tal-kuċċinilja, l-aċidu karminiku, il-karmini (E 120) bħala addittiv tal-ikel (4). L-Awtorità kkonkludiet li s-sett tad-data attwali ma ppreżentax ġustifikazzjoni għar-rieżami tal-valur tad-Doża Aċċettabbli ta' Kuljum għall-E 120, u li l-istimi raffinati tal-esponiment tal-gruppi kollha tal-popolazzjoni huma inqas mid-Doża Aċċettabbli ta' Kuljum. Madankollu, l-Awtorità rrakkomandat li t-titlu attwali “Kuċċinilja, aċidu Karminiku, Karmini” jiġi rivedut biex jirrifletti b'mod aktar preċiż il-materjal li jintuża bħala addittiv tal-ikel, u li jiġu aġġornati l-ispeċifikazzjonijiet tal-perċentwal tal-materjal li mhuwiex meqjus, tal-limiti massimi tal-elementi tossiċi u tal-preżenza ta' komposti proteiniċi.

(7)

Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-lista tal-Unjoni tal-adittivi tal-ikel approvati għandha tiġi emendata skont il-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(8)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 jistipula li l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel tista' tiġi aġġornata jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella wara li ssir applikazzjoni.

(9)

Għaldaqstant jixraq li jiġu emendati l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012.

(10)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi żmien raġonevoli qabel ma jibdew japplikaw l-emendi biex l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed ħin biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kull fejn hemm referenza għall-“E 120 Kuċċinilja, Aċidu Karminiku, Karminji” fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandha tiġi sostitwita bil-kliem “E 120 aċidu Karminiku, Karminju”.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mit-23 ta' Ottubru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 19).

(4)  EFSA Journal 2015; 13(11):4288.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 l-entrata tal-“E 120 Kuċċinilja, aċidu Karminiku, Karmini” hija sostitwita b'dan li ġej:

E 120 AĊIDU KARMINIKU, KARMINJU

Sinonimi

CI Natural Red 4

Definizzjoni

L-aċidu karminiku jinkiseb minn estratti bl-ilma, bl-ilma u bl-alkoħol jew bl-alkoħol mill-Kuċċinilja, li tikkonsisti mill-iġsma mnixxfa tal-insetti tas-sess femminili Dactylopius coccus Costa.

Il-Karmini huma pigmenti tal-aluminju tal-aċidu karminiku li huwa maħsub li fihom l-aluminju u l-aċidu karminiku fil-proporzjon molari 1:2.

Il-prinċipju koloranti huwa l-aċidu karminiku. Huwa possibbli li jista' jkun hemm ukoll ammonti żgħar tal-forma amminata tiegħu, l-aċidu 4-amminokarminiku.

Fil-prodotti kummerċjali, jista' jkun hemm il-prinċipju koloranti tal-aċidu karminku flimkien mal-katjoni tal-ammonju, tal-kalċju, tal-potassju jew tas-sodju, weħidhom jew f'taħlita, u jista' jkun il-każ li jkun hemm wisq minn dawn il-katjoni. Il-prodotti kummerċjali wkoll jista' jkun fihom materjal proteiniku li jkun ġej mill-insett li hu s-sors tal-aċidu karminiku.

Nru fl-Indiċi Kromatiku

75470

EINECS

Aċidu karminiku: 215-023-3; karmini: 215-724-4

Isem kimiku

7-β-D-glukopiranosil-3,5,6,8-tetraidrossi-1-metil-9,10-diossoantraċen-2-aċidu karbossiliku (aċidu karminiku); il-karminju huwa l-kelat idratat tal-aluminju ta' dan l-aċidu

Formula kimika

C22H20O13 (aċidu karminiku)

Piż molekulari

492,39 (aċidu karminiku)

Assaġġ

Kontenut ta' mhux inqas minn 90 % ta' aċidu karminiku; mhux inqas minn 50 % ta' aċidu karminiku fil-kelati.

Deskrizzjoni

Bejn aħmar u aħmar skur, jitfarrak malajr, solidu jew trab.

Identifikazzjoni

 

Spettrometrija

Aċidu karminiku:

 

Massimu f'soluzzjoni tal-ammonja bl-ilma f'ca 518 nm

 

Massimu f'soluzzjoni tal-ammonja bl-ilma f'ca 494 nm

 

E 1 %/1 cm 139 fil-quċċata madwar 494 nm fl-aċidu idrokloriku dilwit

aċidu 4-amminokarminiku:

 

Massimu f'soluzzjoni tal-ammonja bl-ilma f'535 nm

 

Massimu f'soluzzjoni idroklorika dilwita f'530 nm

 

E 1 %/1 cm 260 fil-quċċata madwar 535 nm f'soluzzjoni ammonjaka bl-ilma, pH 9,5

Fil-prodotti kummerċjali, l-aċidu karminiku jista' jintgħaraf mill-ammina tiegħu permezz tal-kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja

Purità

 

Residwi tas-solvent

Etanol:

Metanol:

Mhux aktar minn 150 mg/kg

Mhux aktar minn 50 mg/kg

Irmied totali

Aċidu karminiku:

Karminju:

Mhux aktar minn 5 %

Mhux aktar minn 12 %

Proteina (N × 6,25)

Aċidu karminiku:

Karminju:

Mhux aktar minn 2,2 %

Mhux aktar minn 25 %

aċidu 4-amminokarminiku:

Mhux aktar minn 3 % mqabbel mal-aċidu karminiku

Materja insolubbli fl-ammonja dilwita

Karminju: Mhux aktar minn 1 %

Arseniku

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 1,5 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 0,5 mg/kg

Kadmju

Mhux aktar minn 0,1 mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi:

 

Salmonella spp.

Nieqsa f'10 g

Jistgħu jintużaw il-pigmenti tal-aluminju ta' dan il-kulur .”