12.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/978

tad-9 ta' Lulju 2018

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-estratti u ż-żjut tat-Tagetes erecta, tat-Tagetes minuta u tat-Tagetes patula jintużaw ħafna bħala ingredjenti tal-fwieħa f'għadd ta' komposti tal-fwieħa użati fil-fwejjaħ. Fl-opinjoni tiegħu tal-21 ta' Ġunju 2005 (2), il-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumatur (SCCP), li wara nbidel bil-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS), ikkonkluda li l-estratti u ż-żjut tat-Tagetes erecta, tat-Tagetes minuta u tat-Tagetes patula jenħtieġ li ma jintużawx fil-prodotti kożmetiċi peress li ma ntwera l-ebda limitu sikur.

(2)

Wara l-preżentazzjoni f'Awwissu 2013 ta' dossier aġġornat dwar il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-estratti u taż-żjut tat-Tagetes minuta u tat-Tagetes patula, l-SCCS addotta opinjoni riveduta fil-25 ta' Marzu 2015 (3). F'dik l-opinjoni, kif ġiet kkoreġuta fit-13 ta' Diċembru 2017 (4), l-SCCS ikkonkluda li għall-estratti u għaż-żjut tat-Tagetes minuta u tat-Tagetes patula fil-prodotti li ma jitlaħalħux (ħlief prodotti għall-ħarsien mix-xemx u prodotti kkumerċjalizzati għall-esponiment tad-dawl tal-UV naturali/artifiċjali), il-konċentrazzjoni massima ta' 0,01 % fil-preparazzjonijiet lesti għall-użu hija sikura, diment li l-kontenut tal-alfa tertienil (tertiofen) ta' dawn l-estratti u ż-żjut ma jaqbiżx iż-0,35 %. L-SCCS ikkonkluda li l-estratti u ż-żjut tat-Tagetes minuta u tat-Tagetes patula m'għandhomx jintużaw bħala ingredjenti fi prodotti għall-ħarsien mix-xemx u fi prodotti kkumerċjalizzati għall-esponiment tad-dawl tal-UV naturali/artifiċjali.

(3)

F'kumment tas-6 ta' Ottubru 2016 (5) dwar l-opinjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2015, l-SCCS indika li għall-estratti u ż-żjut tat-Tagetes minuta u tat-Tagetes patula fil-prodotti li jitlaħalħu, jenħtieġ li tiġi stabbilita konċentrazzjoni massima ta' 0,1 % fil-preparazzjonijiet lesti għall-użu.

(4)

Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCP tal-21 ta' Ġunju 2005 hemm riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu tal-estratt tal-fjuri tat-Tagetes erecta u mill-użu taż-żejt tal-fjura tat-Tagetes erecta fil-prodotti kożmetiċi. Dawk is-sustanzi għalhekk jenħtieġ li jiġu pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi u jiżdiedu fil-lista ta' sustanzi pprojbiti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(5)

Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCP tal-21 ta' Ġunju 2005, l-opinjoni riveduta tal-SCCS tal-25 ta' Marzu 2015, kif ikkoreġuta fit-13 ta' Diċembru 2017, u l-kumment tal-SCCS tas-6 ta' Ottubru 2016, hemm riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu tal-estratti tal-fjuri u taż-żjut tal-fjuri tat-Tagetes minuta u tat-Tagetes patula fil-prodotti kożmetiċi f'konċentrazzjoni li taqbeż iż-0,01 % fil-prodotti li ma jitlaħalħux u 0,1 % fil-prodotti li jitlaħalħu u mill-użu ta' dawk l-estratti u ż-żjut fi prodotti li ma jitlaħalħux jew li jitlaħalħu fejn il-kontenut tal-alfa tertienil (tertiofen) fl-estratti jew fiż-żjut jaqbeż iż-0,35 %. Hemm ukoll riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu tal-estratti tal-fjuri u taż-żjut tal-fjura tat-Tagetes minuta u tat-Tagetes patula fi kwalunkwe konċentrazzjoni fil-prodotti għall-ħarsien mix-xemx u fi prodotti kkumerċjalizzati għall-esponiment tad-dawl tal-UV naturali/artifiċjali. Għalhekk, dawn is-sustanzi jenħtieġ li jiżdiedu fil-lista ta' sustanzi ristretti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(6)

Huwa xieraq li jiġu previsti perjodi ta' żmien raġonevoli sabiex l-industrija tadatta għall-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet l-ġodda. Fil-proċedura kumplessa u twila għar-riformulazzjoni tal-fwieħa jenħtieġ li tiġi riflessa f'perjodu ta' żmien itwal mill-perjodi ta' żmien li s-soltu jingħataw lill-industrija għall-aġġustamenti ta' prodotti.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġu emendati skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġu emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Mill-1 ta' Mejju 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi pprojbiti minn dan ir-Regolament u l-prodotti kożmetiċi li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi ristretti minn dan ir-Regolament u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.

Mill-1 ta' Awwissu 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi pprojbiti minn dan ir-Regolament u l-prodotti kożmetiċi li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi ristretti minn dan ir-Regolament u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCP/0869/05; https://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/04_sccp/docs/sccp_o_025d.pdf;

(3)  SCCS/1551/15; https://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_172.pdf

(4)  SCCS/1551/15; https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_172.pdf

(5)  Il-Minuti tal-laqgħa Plenarja tal-SCCS tas-6 ta' Ottubru 2016; https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs2016_mi_plenary_02_en.pdf


ANNESS

L-Annessi II u III qed jiġu emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness II, fit-tabella, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Numru ta' Referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Isem kimiku/INN

Numru CAS

Numru KE

a

b

c

d

“x

Estratt tal-fjuri tat-Tagetes erecta (*1)

90131-43-4

290-353-9

Żejt tal-fjuri tat-Tagetes erecta (*2)

90131-43-4

290-353-9/-

(2)

fl-Anness III, fit-tabella, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

Numru ta' referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Restrizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta' prodott, partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

 

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“x

Estratt tal-fjuri tat-Tagetes minuta (*3)

Żejt tal-fjuri tat-Tagetes minuta (*4)

Estratt tal-fjuri tat-Tagetes minuta

Żejt tal-fjuri tat-Tagetes minuta

91770-75-1;

91770-75-1/8016-84-0

294-862-7;

294-862-7

(a)

Prodotti li ma jitlaħalħux

(a)

0,01 %

Għal (a) u (b): Kontenut ta' alfa tertienil (tertiofen) fl-estratt/fiż-żejt ≤ 0,35 %.

Għal (a): Ma jistgħux jintużaw fi prodotti għall-ħarsien mix-xemx u prodotti kkummerċjalizzati għall-esponiment tad-dawl UV naturali/artifiċjali.

Għal (a) u (b): Fil-każ ta' użu kkombinat mat-Tagetes patula (entrata x), il-kontenut totali kkombinat tat-Tagetes fil-preparazzjoni lesta għall-użu ma għandux jaqbeż il-limiti massimi tal-konċentrazzjoni stabbiliti fil-kolonna (g).

 

(b)

Prodotti li jitlaħalħu

(b)

0,1 %

x

Estratt tal-fjuri tat-Tagetes patula (*5)

Żejt tal-fjuri tat-Tagetes patula (*6)

Estratt tal-fjuri tat-Tagetes patula

Żejt tal-fjuri tat-Tagetes patula

91722-29-1;

91722-29-1/8016-84-0

294-431-3;

294-431-3/-

(a)

Prodotti li ma jitlaħalħux

(a)

0,01 %

Għal (a) u (b): Kontenut ta' alfa tertienil (tertiofen) fl-estratt/fiż-żejt ≤ 0,35 %.

Għal (a): Ma jintużawx fi prodotti għall-ħarsien mix-xemx u prodotti kummerċjalizzati għall-esponiment għad-dawl UV naturali/artifiċjali.

Għal (a) u (b): Fil-każ ta' użu kkombinat mat-Tagetes minuta (entrata x), il-kontenut totali kkombinat tat-Tagetes fil-preparazzjoni lesta għall-użu ma għandux jaqbeż il-limiti massimi tal-konċentrazzjoni stabbiliti fil-kolonna (g).

 

(b)

Prodotti li jitlaħalħu

(b)

0,1 %


(*1)  Mill-1 ta' Mejju 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Mill-1 ta' Awwissu 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza ma għandhomx ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.

(*2)  Mill-1 ta' Mejju 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Mill-1 ta' Awwissu 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza ma għandhomx ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.”

(*3)  Mill-1 ta' Mejju 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Minn Mill-1 ta' Awwissu 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.

(*4)  Mill-1 ta' Mejju 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Minn Mill-1 ta' Awwissu 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.

(*5)  Mill-1 ta' Mejju 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Mill-1 ta' Awwissu 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.

(*6)  Mill-1 ta' Mejju 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Mill-1 ta' Awwissu 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.”