15.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 497/2014
tal-14 ta' Mejju 2014
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-Advantame bħala dolċifikant
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 14 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista ta' addittivi tal-ikel tal-Unjoni approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(3) |
Dawk il-listi jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b'inizjattiva tal-Kummissjoni inkella wara applikazzjoni. |
(4) |
F'Mejju tal-2010, tressqet applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-użu tal-Advantame bħala dolċifikant f'għadd ta' kategoriji tal-ikel tressqet. L-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(5) |
Teżisti ħtieġa teknoloġika għall-użu tal-Advantame bħala dolċifikant ta' intensità qawwija f'għadd ta' prodotti tal-ikel u tal-mejda biex jieħu post iz-zokkor kaloriku (is-sukrożju, il-glukożju, il-fruttożju, eċċ.) u b'hekk ikun permess tnaqqis tal-kontenut kaloriku ta' dawk l-oġġetti tal-ikel. Iż-żieda tal-Advantame bħala dolċifikant mal-kategoriji tal-ikel li fihom huma awtorizzati dolċifikanti ta' intensità qawwija skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 se tagħti lill-manifatturi iktar flessibbiltà fil-formulazzjoni ta' ikel b'valur enerġetiku mnaqqas bi profil tat-togħma simili għall-ekwivalenti li jkollu l-kaloriji kollha. Il-kwalitajiet tat-togħma u tal-ħlewwa tal-Advantame, flimkien mal-karatteristiċi ta' stabbiltà tajba, ifissru li l-Advantame jagħti alternattiva għal dolċifikanti ta' intensità qawwija li diġà ġew approvati. B'hekk, il-konsumaturi u l-industrija tal-ikel jingħataw l-opportunità li jagħżlu minn xelta usa' ta' dolċifikanti. Dan inaqqas il-konsum ta' kull dolċifikant individwali. |
(6) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) evalwat is-sikurezza tal-Advantame meta użat bħala addittiv mal-ikel u esprimiet l-opinjoni tagħha fil-31 ta' Lulju 2013 (4). L-Awtorità stabbiliet Doża Aċċettabbli ta' Kuljum (ADI) għall-Advantame ta' 5 mg/kg piż tal-ġisem/jum. Stimi konservattivi ta' esponiment għall-advantame għal adulti u tfal li jikkunsmaw livell għoli minnu kienu inqas mill-ADI għal-livelli ta' użu proposti. Wara li ġiet ikkunsidrata id-dejta kollha dwar l-istabbiltà, id-degradazzjoni tal-prodotti, it-tossikoloġija u l-esponiment, l-Awtorità kkonkludiet li l-Advantame ma jkunx ta' tħassib għas-sikurezza fl-użi u l-livelli tal-użu proposti bħala dolċifikant. |
(7) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li l-użu tal-Advantame jiġi awtorizzat bħala dolċifikant fil-kategoriji tal-ikel speċifikati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament u li E 969 ikun assenjat bħala numru-E għal dak l-addittiv tal-ikel. |
(8) |
L-ispeċifikazzjonijiet għall-Advantame għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 meta jiġi inkluż fl-elenku tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbilit fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għall-ewwel darba. |
(9) |
Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 għandhom jiġu emendati kif xieraq. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
(4) EFSA Journal 2013; 11(7):3301.
ANNESS I
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Parti B, fit-Tabella 2 “Dolċifikanti”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 968 Eritritol:
|
(2) |
Fil-Parti E, l-entrati li ġejjin għal E 969 jiddaħlu f'ordni numerika fil-kategoriji tal-ikel imsemmija: PARTI E: ADDITTIVI TAL-IKEL AWTORIZZATI U KUNDIZZJONIJIET GĦALL-UŻU FIL-KATEGORIJI TAL-IKEL
|
ANNESS II
Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 968:
“E 969 ADVANTAME
Sinonimi |
|
Definizzjoni |
L-Advantame (ANS9801) huwa prodott permezz ta' sinteżi kimika fi proċess ta' tliet stadji; il-produzzjoni tal-intermedju prinċipali tal-manifattura, 3-idrossi- 4-metossiċinnamaldeid (HMCA), segwit b'idroġenizzazzjoni biex jiffurmaw 3-(3-idrossi- 4-metossifenil) propionaldeid (HMPA). Fl-aħħar stadju, is-soluzzjoni ta' HMPA metanol (filtrat) tiġi kombinata ma' aspartam li jagħti immina li taħt idroġenizzazzjoni selettiva tifforma l-advantame. Is-soluzzjoni titħalla tikristallizza u kristalli mhux raffinati jinħaslu. Il-prodott jiġi kristallizzat mill-ġdid u l-kristalli jinfirdu, jinħaslu u jitnixxfu. |
Nru tal-CAS |
714229-20-6 |
Isem kimiku |
N-[N-[3-(3-idrossi-4-metossifenil) propil]-α-aspartil]-L-fenilalanina 1-metil ester, monoidrat (IUPAC); L-fenilalanina, N-[3-(3-idrossi-4-metossifenil)propil]-L-alfa-aspartil-, 2-metil ester, monoidrat (CA) |
Formula molekulari |
C24H30N2O7·H2O |
Piż molekolari |
476,52 g/mol (monoidrat) |
Test |
Mhux inqas minn 97,0 % u mhux aktar minn 102,0 % fuq bażi anidruża |
Deskrizzjoni |
Trab abjad għal isfar |
Identifikazzjoni |
|
Punt ta' titwib |
101,5 °C |
Purità |
|
N-[N-[3-(3-idrossi-4-metossifenil)propil-α-aspartil]-L-fenilalanina (ANS9801-aċidu) |
Mhux aktar minn 1,0 % |
Sustanzi oħra relatati totali |
Mhux aktar minn 1,5 % |
Solventi Residwi |
Aċetat tal-isopropil: Mhux aktar minn 2 000 mg/kg Aċetat tal-metil Mhux aktar minn 500 mg/kg Metanol: Mhux aktar minn 500 mg/kg 2-Propanol: Mhux aktar minn 500 mg/kg |
Kontenut tal-ilma |
Mhux aktar minn 5,0 % (Metodu Karl Fischer) |
Residwu mat-tqabbid |
Mhux aktar minn 0,2 % |
Arseniku |
Mhux aktar minn 2 mg/kg |
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
Palladju |
Mhux aktar minn 5,3 mg/kg |
Platinu |
Mhux aktar minn 1,7 mg/kg” |