29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/251


DIRETTIVA 2014/33/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet

(riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/16/KE tad-29 ta’ Ġunju 1995 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-lifts (3), ġiet emendata sostanzjalment (4). Billi huma meħtieġa aktar emendi, fl-interess taċ-ċarezza, din id-Direttiva għandha tiġi riformulata.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (5) jistabbilixxi regoli dwar l-akkreditament tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq tal-prodotti u għall-kontrolli fuq il-prodotti minn pajjiżi terzi, u jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-marka CE.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (6) tistabbilixxi prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza intenzjonati biex japplikaw orizzontalment għal leġiżlazzjoni settorali sabiex jipprovdu bażi koerenti għar-reviżjoni jew ir-riformulazzjonijiet ta’ dik il-leġiżlazzjoni. Id-Direttiva 95/16/KE għandha tiġi adattata għal dik id-Deċiżjoni.

(4)

Il-liftijiet koperti minn din id-Direttiva jibdew jeżistu biss bħala prodotti lesti ladarba jkunu ġew installati b’mod permanenti f’bini jew kostruzzjonijiet. Konsegwentement, il-liftijiet ma jistgħux jiġu importati fl-Unjoni u jiġu biss introdotti fis-suq u ma jsirux sussegwentement imqegħdin għad-disponibbiltà: m’hemm l-ebda “importatur” jew “distributur” ta’ liftijiet.

(5)

Din id-Direttiva tkopri komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu ġodda għas-suq tal-Unjoni Ewropea meta jiġu introdotti fis-suq; jiġifieri, dawn jew ikunu komponenti ta’ sikurezza ġodda magħmula minn manifattur fl-Unjoni, inkella jkunu komponenti ta’ sikurezza ġodda jew użati importati minn pajjiż terz.

(6)

Fit-8 ta’ Ġunju 1995 il-Kummissjoni adottat ir-Rakkomandazzjoni Nru 95/216/KE tat-8 ta’ Ġunju 1995 li tikkonċerna titjib fis-sigurtà tal-lifts eżistenti (7) għall-Istati Membri li tikkonċerna titjib fis-sigurtà tal-lifts eżistenti.

(7)

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-forom kollha ta’ provvista, inkluż il-bejgħ mill-bogħod.

(8)

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-liftijiet u tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ma’ din id-Direttiva, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina ta’ provvista, sabiex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, u, fejn ikun xieraq, tas-sikurezza tal-proprjetà u sabiex jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(9)

L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li jintroduċu fis-suq biss liftijiet u jqiegħdu fis-suq biss il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur ekonomiku fil-proċess tal-katina ta’ provvista u ta’ distribuzzjoni.

(10)

Sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi jinkludu indirizz tal-websajt minbarra l-indirizz postali.

(11)

Il-manifattur u l-installatur, li jkollhom l-għarfien dettaljat tal-proċess ta’ disinn u produzzjoni, huma fl-aħjar pożizzjoni biex iwettqu l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità. Il-valutazzjoni tal-konformità għalhekk għandha tibqa’ biss l-obbligu tal-manifattur jew tal-installatur.

(12)

Jeħtieġ li jkun żgurat li l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi ma’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta’ dawk il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jintroduċu fis-suq ikunu konformi ma’ din id-Direttiva u biex dawn ma jintroduċux fis-suq komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw xi riskju. Għandha ssir ukoll dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li jkunu saru l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità li l-marki tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet u d-dokumentazzjoni magħmulin mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

(13)

Meta jintroduċi komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq, kull importatur għandu jindika, fuq il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, ismu, l-isem kummerċjali reġistrat jew marka kummerċjali reġistrata tiegħu u l-indirizz postali fejn ikun jista’ jsir kuntatt miegħu. Għandhom jsir provvediment għal eċċezzjonijiet fejn id-daqs jew in-natura tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma jippermettux li dan isir.

(14)

Id-distributur iqiegħed fis-suq komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet wara li dan ikun ġie introdott fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur u għandu jaġixxi bir-reqqa dovuta biex jiżgura li t-trattament tiegħu tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma jolqotx ħażin il-konformità tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet.

(15)

Kull operatur ekonomiku li jintroduċi komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq f’ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu jew jimmodifika komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet b’mod li dan jista’ jinċidi fuq il-konformità ma’ din id-Direttiva, għandu jitqies bħala l-manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(16)

Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandhom ikunu involuti fix-xogħol tas-sorveljanza tas-suq li jsir mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u għandhom ikunu lesti li jipparteċipaw b’mod attiv, billi jagħtu lil dawk l-awtoritajiet l-informazzjoni kollha neċessarja dwar il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ikkonċernati.

(17)

Meta tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet fil-katina sħiħa ta’ provvista dan jgħin biex is-sorveljanza tas-suq issir aktar sempliċi u effiċjenti. Sistema ta’ traċċabbiltà effiċjenti tiffaċilita l-ħidma tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw l-operaturi ekonomiċi li jkunu qiegħdu fis-suq komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet mhux konformi. Meta tinżamm l-informazzjoni meħtieġa taħt din id-Direttiva għall-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi oħra, l-operaturi ekonomiċi m’għandhomx ikunu mitluba li jaġġornaw din l-informazzjoni fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jkunu pprovdewlhom komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jew ta’ dawk li lilhom ikunu pprovdew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet.

(18)

Din id-Direttiva għandha tkun limitata għall-espressjoni tar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza. Sabiex jiffaċilataw il-valutazzjoni ta’ konformità għal liftijiet u komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ma’ dawk ir-rekwiżiti hemm bżonn ta’ dispożizzjoni għal preżunzjoni tal-konformità għal-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li huma f’konformità mal-istandards armonizzati li huma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (8) għall-iskop biex ikunu espressi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta’ dawk ir-rekwiżiti. Ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva se jiggarantixxu l-livell maħsub ta’ sikrurezza biss jekk ikun hemm proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa li jiżguraw il-konformità magħhom.

(19)

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jipprovdi għal proċedura għal oġġezzjonijiet kontra standards armonizzati fejn dawk l-istandards ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

(20)

L-istandards armonizzati rilevanti għal din id-Direttiva għandhom ukoll jieħdu kont tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (9).

(21)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru, u biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżguraw li l-liftijiet li jiġu introdotti fis-suq jew il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jitqiegħdu fis-suq huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza, hemm bżonn li jiġu previsti proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità. Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tistabbilixxi moduli għal proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jinkludu proċeduri mill-anqas sal-aktar stretti, fi proporzjon mal-livell ta’ riskju involut u l-livell ta’ sikurezza meħtieġ. Sabiex tkun żgurata l-koerenza intersettorjali u biex ikunu evitati varjanti ad hoc, il-proċeduri dwar il-valutazzjoni tal-konformità għandhom jintgħażlu minn fost dawk il-moduli.

(22)

L-installatur jew il-manifattur għandhom jimlew dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE biex jipprovdu l-informazzjoni rikjesta taħt din id-Direttiva dwar il-konformità ta’ lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma’ din id-Direttiva u ma’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti oħra tal-armonizzazzjoni.

(23)

Biex jiġi żgurat aċċess effettiv għal informazzjoni għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni mitluba biex ikunu identifikati l-atti applikabbli kollha tal-Unjoni għandha tkun disponibbli f’dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, dik id-dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE tista’ tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet rilevanti individwali ta’ konformità.

(24)

Il-marka CE, li tindika l-konformità ta’ lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, hija l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f’sens wiesa’. Prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE għandhom jiġu stipulati f’din id-Direttiva.

(25)

Il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti f’din id-Direttiva jirrikjedu l-intervent tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, li jiġu notifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(26)

L-esperjenza wriet li l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 95/16/KE li korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom josservaw biex ikunu notifikati lill-Kummissjoni mhumiex suffiċjenti biex jiżguraw livell uniformi għoli ta’ operat ta’ korpi notifikati fl-Unjoni Ewropea kollha. Iżda huwa essenzjali li l-korpi kollha notifikati jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fuq l-istess livell u skont kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Dan jitlob li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità li jixtiequ li jkunu notifikati sabiex jagħtu servizzi ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

(27)

Jekk xi korp ta’ valutazzjoni tal-konformità juri konformità mal-kriterji stipulati fl-istandards armonizzati, għandha tkun preżunta l-konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f’din id-Direttiva.

(28)

Sabiex ikun żgurat livell konsistenti tal-kwalità tal-valutazzjoni tal-konformità jeħtieġ ukoll li jkunu ffissati rekwiżiti għall-awtoritajiet li jinnotifikaw u korpi oħra involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u l-monitoraġġ tal-korpi notifikati.

(29)

Is-sistema stabbilita f’din id-Direttiva għandha tkun ikkomplementata mis-sistema ta’ akkreditament kif prevista fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Billi l-akkreditament huwa mezz essenzjali ta’ verifika tal-kompetenza ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, għandu jintuża wkoll għal finijiet ta’ notifika.

(30)

L-akkreditament trasparenti kif previst fir-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jiżgura l-livell neċessarju ta’ fiduċja fiċ-ċertifikati ta’ konformità, għandu jkun ikkunsidrat mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fl-Unjoni kollha bħala l-mezz preferut li juri l-kompetenza teknika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu li għandhom f’idejhom il-mezzi xierqa biex jagħmlu dik il-valutazzjoni huma stess. F’dawn il-każijiet, sabiex ikun żgurat livell xieraq ta’ kredibbiltà tal-valutazzjonijiet eżegwiti minn awtoritajiet nazzjonali oħra, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-evidenza dokumentarja meħtieġa li turi l-konformità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jiġu evalwati, mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti.

(31)

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità sikwit jagħtu b’subappalt partijiet mix-xogħol tagħhom konness mal-valutazzjoni tal-konformità jew jgħadduh lil sussidjarju. Biex ikun salvagwardjat il-livell għoli ta’ protezzjoni meħtieġ għal-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu se jiġu introdotti fis-suq tal-Unjoni, huwa essenzjali li s-subappaltaturi tal-valutazzjoni tal-konformità u s-sussidjarji jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-korpi notifikati fir-rigward tat-twettiq ta’ kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità. Għalhekk huwa importanti li l-valutazzjoni tal-kompetenza u l-prestazzjoni ta’ korpi li jridu jiġu notifikati u l-monitoraġġ ta’ korpi diġà notifikati tkopri wkoll l-attivitajiet mwettqa minn subappaltaturi u sussidjarji.

(32)

Jeħtieġ li jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċedura tan-notifika u b’mod partikolari, li tiġi adattata għal teknoloġiji ġodda biex tkun tista’ssir notifika onlajn.

(33)

Ladarba korpi notifikati jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fit-territorju kollu tal-Unjoni, huwa xieraq li Stati Membri oħra u l-Kummissjoni jingħataw l-opportunità li jagħmlu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-korp notifikat. Huwa, għalhekk importanti li jkun previst perjodu li matulu kull dubju jew tħassib dwar il-kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu jistgħu jiġu kkjarifikati qabel ma jibdew jaħdmu bħala korpi notifikati.

(34)

Fl-interessi tal-kompetittività huwa kruċjali li l-korpi notifikati japplikaw il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità mingħajr ma joħolqu xi piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni u biex ikun żgurat trattament ugwali ta’ operaturi ekonomiċi, għandha tkun żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni teknika tal-moduli. Dak jista’ jsir l-aħjar permezz ta’ koordinazzzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati.

(35)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet jistgħu jiġu introdotti fis-suq biss jekk, meta jkunu maħżuna kif suppost u użati għall-għan li huma maħsuba għalih, jew skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, huma ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa u għas-sikurezza tal-persuni. Il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet għandhom ikunu kkunsidrati bħala mhux konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u ta’ sikurezza stabbiliti f’din id-Direttiva biss skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, jiġifieri meta dan l-użu jista’ jirriżulta minn imġiba umana legali u faċilment prevedibbli.

(36)

Sabiex tkun żgurata ċertezza legali, huwa neċessarju li jkun iċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll ta’ prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, previsti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 japplikaw għal liftijiet u komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet koperti b’din id-Direttiva. Din id-Direttiva ma għandhiex ma tħallix Stati Membri milli jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu dawn il-ħidmiet.

(37)

Biex tiżdied it-trasparenza u biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura ta’ salvagwardja eżistenti, bil-għan li ssir aktar effiċjenti u biex jintużaw il-ħiliet esperti li jistgħu jinkisbu mill-Istati Membri.

(38)

Is-sistema eżistenti għandha tkun supplimentata bi proċedura li taħtha l-partijiet interessati jiġu informati b’miżuri maħsubin biex jittieħdu fir-rigward ta’ liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew sigurtà ta’ persuni jew, fejn ikun xieraq, għas-sikurezza tal-proprjetà. Għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju minn qabel dwar dawn il-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet.

(39)

Fejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru, ma jkunx hemm il-ħtieġa li l-Kummissjoni jkollha tinvolvi lilha nnifisha aktar, ħlief fejn in-nuqqas ta’ konformità jkun jista’ jiġi attribwit lin-nuqqasijiet f’xi standard armonizzat.

(40)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (10).

(41)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jitolbu l-Istat Membru tan-notifika jieħu miżuri korrettivi fir-rigward ta’ korpi notifikati li ma jissodisfawx jew m’għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti għan-notifikazzjoni tagħhom.

(42)

Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ liftijiet konformi jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni u ta’ aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku.

(43)

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma’ liftijiet konformi jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

(44)

F’konformità mal-prattika stabbilita, il-kumitat imwaqqaf minn din id-Direttiva jista’ jkollu rwol utli fl-eżaminar ta’ kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mqajma jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru skont ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(45)

Meta kwistjonijiet relatati ma’ din id-Direttiva, ħlief għall-implimentazzjoni jew il-ksur tagħha, ikunu qed jiġu eżaminati, jiġifieri fi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew għandu, f’konformità mal-prattika eżistenti, jirċievi informazzjoni u dokumentazzjoni sħiħa u, fejn opportun, stedina biex jattendi għal dawn il-laqgħat.

(46)

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u, minħabba n-natura speċjali tagħhom, waqt li taġixxi mingħajr l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, tiddetermina jekk il-miżuri meħuda mill-Istati Membri fir-rigward ta’ liftijiet mhux konformi jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li ma jkunux konformi humiex ġustifikati jew le.

(47)

Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu infurzati. Huwa meħtieġ li l-penali stipulati jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(48)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva jiġifieri li jkun żgurat li l-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq jissodisfaw rekwiżiti li jipprevedu livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħa u sigurtà, waqt li jiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri iżda jista’, pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjon, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(49)

Hemm bżonn li jsir provvediment għal arranġamenti tranżizzjonali raġonevoli li jippermettu li jitqiegħdu fis-suq, mingħajr il-ħtieġa ta’ konformità ma’ rekwiżiti addizzjonali tal-prodott, komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li kienu diġà ġew introdotti fis-suq taħt id-Direttiva 95/16/KE qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Id-distributuri għandhom, għalhekk, ikunu jistgħu jfornu komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jiġu introdotti fis-suq, jiġifieri stokk li diġà jinsab fil-katina tad-distribuzzjoni, qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

(50)

Sabiex jiġu monitorjati u żgurati l-implimentazzjoni u l-funzjonament korretti ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni hija mistiedna tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jkun jesplora wkoll il-ħtieġa għal proposta leġiżlattiva ġdida f’dan is-settur.

(51)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġie mid-Direttiva ta’ qabel.

(52)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness XIII, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Ambitu

1.   Din id-Direttiva tapplika għal-liftijiet li permanentement iservu bini u kostruzzjonijiet u li jkunu maħsuba għat-trasport ta’:

(a)

persuni;

(b)

persuni u oġġetti;

(c)

oġġetti biss jekk il-kabina tkun aċċessibbli, jiġifieri, persuna tista’ tidħol fiha mingħajr diffikultà, u fornuta b’kontrolli li jkunu jinstabu fin-naħa ta’ ġewwa tal-kabina jew li jistgħu jintlaħqu mill-persuna li tkun ġewwa.

Din id-Direttiva għandha wkoll tapplika għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet elenkati fl-Anness III għall-użu fil-liftijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu.

2.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a)

mezzi tal-irfigħ li l-veloċità tiegħu ma tkunx akbar minn 0,15 m/s;

(b)

għodod tal-irfigħ tas-siti ta’ kostruzzjoni;

(c)

seġġjovija, inklużi ferroviji tal-funikular;

(d)

liftijiet ta’ disinn speċifiku u maħduma għal skopijiet militari jew tal-pulizija;

(e)

mezzi tal-irfigħ minn fejn jista’ jsir ix-xogħol;

(f)

apparat użat għall-irfigħ fil-minjieri;

(g)

tagħmir tal-irfigħ intiż sabiex jintrefgħu artisti waqt il-wirjiet artistiċi;

(h)

tagħmir tal-irfigħ mgħammar f’mezzi tat-trasport;

(i)

tagħmir tal-irfigħ imqabbad ma’ makkinarju u intiż esklużivament għall-aċċess għal postijiet tax-xogħol inklużi l-postijiet ta’ manutenzjoni u l-ispezzjoni fuq il-makkinarju;

(j)

ferroviji ta’ fuq is-snien u roti bis-snien;

(k)

skali mobbli u passaġġi mekkaniċi fejn jimxu n-nies.

3.   Meta, għal liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet, ir-riskji li hemm referenza dwarhom f’din id-Direttiva jkunu kollha kemm huma jew parti minnhom koperti b’liġi tal-Unjoni speċifika, din id-Direttiva ma għandhiex tkun applikabbli jew għandha tieqaf milli tapplika fil-każ ta’ dawk il-liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet u dawk ir-riskji sa mill-applikazzjoni ta’ dik il-liġi tal-Unjoni speċifika.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“lift” tfisser mezz tal-irfigħ li jservi livelli speċifiċi, li għandu kabina li timxi tul gwidi li huma riġidi u inklinati f’angolu ta’ aktar minn 15 il-grad mal-orizzontali, jew mezz tal-irfigħ li jimxi tul korsa fissa anki meta ma jimxix tul gwidi li huma riġidi;

(2)

“kabina” tfisser parti mil-lift li permezz tagħha l-persuni u/jew il-merkanzija huma merfugħin sabiex ikunu mgħollija jew imniżżla;

(3)

“lift mudell” tfisser lift rappreżentattiv li d-dokumentazzjoni teknika tiegħu turi l-mezz ta’ kif ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I ikunu milħuqa għal lifts li jkunu konformi mal-lift mudell definit permezz ta’ parametri oġġettivi u li juża komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet identiċi;

(4)

“tqegħid fis-suq” tfisser kull provvista ta’ komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet għal distribuzzjoni, konsum jew użu fis-suq tal-Unjoni fil-kors ta’ attività kummerċjali, kemm bi ħlas kif ukoll mingħajr ħlas;

(5)

“introduzzjoni fis-suq” tfisser:

l-att li bih komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jitqiegħed għall-ewwel darba fis-suq; jew

il-provvista ta’ lift biex jintuża fis-suq tal-Unjoni fil-kors ta’ attività kummerċjali, kemm bi ħlas kif ukoll mingħajr ħlas;

(6)

“installatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tieħu r-responsabbilità għad-disinn, manifattura, installazzjoni u l-introduzzjoni fis-suq tal-lift;

(7)

“manifattur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, jew li tqabbad lil ħaddieħor jiddisinja jew jimmanifattura komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet u li tikkummerċjalizzah f’isimha jew taħt il-marka kummerċjali tagħha;

(8)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand installatur jew manifattur sabiex taġixxi f’ismu relattivament għal kompiti speċifikati;

(9)

“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li tintroduċi komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(10)

“distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina ta’ provvista, diversa mill-manifattur jew l-importatur, li tqiegħed komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq;

(11)

“operaturi ekonomiċi” tfisser l-installatur, il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

(12)

“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jistipula r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu sodisfatti minn lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(13)

“standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif definit fil-punt (c) tal-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(14)

“akkreditament” tfisser akkreditament kif definit fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(15)

“korp nazzjonali ta’ akkreditament” tfisser korp nazzjonali ta’ akkreditament kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(16)

“valutazzjoni ta’ konformità” tfisser il-proċess ta’ valutazzjoni dwar jekk ikunx intwera li r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva relatati ma’ lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ġew sodisfatti;

(17)

“korp tal-valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni;

(18)

“teħid lura” fir-rigward ta’ lift, tfisser kull miżura maħsuba biex jinkiseb iż-żarmar u l-eliminazzjoni b’sikurezza ta’ lift, u fir-rigward ta’ komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet, tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkun diġà sar disponibbli għall-installatur jew għall-utent finali;

(19)

“irtirar” tfisser kull miżura maħsuba biex timpedixxi komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkun fil-katina tal-provvista milli jitqiegħedfis-suq;

(20)

“leġiżlazzjoni tal-Unjoni ta’ armonizzazzjoni” tfisser kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti;

(21)

“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-installatur jew il-manifattur jiddikjara li l-lift jew il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet huma konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ta’ armonizzazzjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;

Artikolu 3

Moviment liberu

1.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu l-introduzzjoni fis-suq u l-bidu tal-użu ta’ liftijiet jew li komponenti ta’ sigurtà għal-liftijiet jitqiegħdufis-suq fit-territorju tagħhom li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva.

2.   F’fieri kummerċjali, esibizzjonijiet u wirjiet, l-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu l-wiri ta’ liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva, sakemm ikun hemm sinjal viżibbli li jindika, b’mod ċar, li dawn mhumiex konformi u mhumiex se jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdufis-suq sakemm ma jsirux konformi. Matul il-wirijiet, għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa ta’ sikurezza biex jassiguraw il-protezzjoni ta’ persuni.

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri milli jistipulaw, b’konformità mal-liġi tal-Unjoni dawk il-ħtiġijiet li huma jqisu meħtieġa biex jassiguraw li l-persuni jkunu protetti meta l-liftijiet inkwistjoni jibdew joperaw jew jintużaw, sakemm dan ma jfissirx li l-liftijiet ikunu mmodifikati b’mod li mhux speċifikat f’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Introduzzjoni fis-suq, tqegħid fis-suq u bidu tal-użu

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li l-liftijiet koperti minn din id-direttiva jkunu jistgħu jiġu introdotti fis-suq u jibdew jintużaw biss jekk jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, meta jkunu installati kif suppost u jiġu mantnuti u użati għall-għanijiet maħsuba tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li l-liftijiet koperti minn din id-direttiva jkunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jibdew jintużaw biss jekk jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, meta jkunu installati kif suppost u jiġu mantnuti u użati għall-għanijiet maħsuba tagħhom.

Artikolu 5

Rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza

1.   Lifts koperti b’din id-Direttiva għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stipulati fl-Anness I.

2.   Il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet koperti b’din id-Direttiva għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stipulati fl-Anness I u jippermettu li l-lifts li fihom dawn ikunu inkorporati jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 6

Bini jew kostruzzjonijiet li fihom jiġu installati l-liftijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li l-persuna responsabbli għax-xogħol fuq il-bini jew il-kostruzzjoni u l-installatur it-tnejn li huma jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa u jieħdu l-passi xierqa biex jassiguraw l-operat kif suppost u l-użu b’sikurezza tal-lift.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li x-xaftijiet maħsuba għal-lifts ma jkunx fihom pajpijiet jew wajers jew tagħmir ħlief għal dak meħtieġ għall-operat u s-sikurezza tal-lift.

KAPITOLU II

OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI

Artikolu 7

Obbligi tal-installaturi

1.   L-installaturi għandhom jiżguraw, meta jintroduċu lift fis-suq, li dan ikun ġie ddisinjat, immanifatturat, installat u ttestjat skont ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.   L-installaturi għandhom iħejju d-dokumentazzjoni teknika u jwettqu l-proċedura rilevanti ta’ valutazzjoni ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 16 jew jassiguraw li tali proċedura titwettaq.

Fejn ikun intwera permezz ta’ dik il-proċedura li l-lift huwa konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli, l-installatur għandu jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, jiżgura li din takkumpanja l-lift, u jwaħħal il-marka CE.

3.   L-installatur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika, id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni għal 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq.

4.   Meta jitqies li jkun meħtieġ fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn lift, l-installaturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, jinvestigaw, u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti u ta’ liftijiet mhux konformi.

5.   L-installaturi għandhom jiżguraw li l-liftijiet ikollhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati.

6.   L-installaturi għandhom jindikaw, fuq il-lift, isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’jiġi kuntattjat l-installatur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

7.   L-installaturi għandhom jiżguraw li l-lift ikun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet imsemmija fil-punt 6.2 tal-Anness I, provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru li fih jiġi introdott il-lift fis-suq. Dawn l-istruzzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe tikketta, għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u intelliġibbli.

8.   L-installaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li lift li jkunu introduċew fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-lift isir konformi. Barra minn hekk, fejn il-lift jippreżenta riskju, l-installaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu introduċew fis-suq il-lift għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

9.   L-installaturi għandhom, fuq talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew elettronikament biex juru l-konformità tal-lift ma’ din id-Direttiva, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità.

Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mil-liftijiet li jkunu introduċew fis-suq.

Artikolu 8

Obbligi tal-manifatturi

1.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw, meta jintroduċu l-komponenti ta’ sikurezza tagħhom fis-suq, li dawn ikunu ġew imfassla u manifatturati skont l-Artikolu 5(2).

2.   Il-manifatturi għandhom iħejju d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa u jwettqu l-proċedura applikabbli ta’ valutazzjoni ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 15 jew jassiguraw li tali proċedura titwettaq.

Fejn ikun intwera permezz ta’ dik il-proċedura li komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet huwa konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli, il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, jiżgura li din takkumpanja l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, u jwaħħal il-marka CE.

3.   Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika, id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni għal 10 snin wara li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun ġie introdott fis-suq.

4.   Il-manifatturi għandhom jaraw li jkunu stabbiliti l-proċeduri sabiex il-produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jitqiesu adegwatament dawk it-tibdiliet fid-disinn jew il-karatteristiċi tal-prodott u t-tibdiliet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li b’referenza għalihom tiġi dikjarata l-konformità ta’ komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet.

Meta jitqies li jkun meħtieġ fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, il-manifatturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, jagħmlu testijiet kampjunarji ta’ komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jitqiegħdu fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet mhux konformi u ta’ teħid lura tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet, u għandhom iżommu lid-distributuri u lill-installaturi informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta’ dan it-tip.

5.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu introduċew fis-suq ikollhom in-numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew kull element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati, jew, jekk id-daqs jew natura tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma tagħmilx dan possibbli, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq it-tikketta msemmija fl-Artikolu 19(1).

6.   Il-manifatturi għandhom jindikaw fuq il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq it-tikketta msemmija fl-Artikolu 19(1). L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

7.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet imsemmija fil-punt 6.1 tal-Anness I, provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Dawn l-istruzzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe tikketta, għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u intelliġibbli.

8.   Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li huma jkunu introduċew fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet isir konformi, jirtirawh jew jieħduh lura, jekk dan ikun meħtieġ. Barra minn hekk, fejn il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma qiegħdu l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

9.   Il-manifatturi għandhom, fuq talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew elettronikament biex juru l-konformità tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ma’ din id-Direttiva, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità.

Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li huma jkunu introduċew fis-suq.

Artikolu 9

Rappreżentanti awtorizzati

1.   Il-manifatturi jew l-installaturi jistgħu, b’mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat.

L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) jew fl-Artikolu 8(1) u l-obbligu tat-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 7(2) jew fl-Artikolu 8(2) m’għandhomx jiffurmaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

2.   Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur jew l-installatur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat għall-inqas li jagħmel dan li ġej:

(a)

iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni marbuta mas-sistema ta’ kwalità tal-manifattur jew l-installatur, u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali għal 10 snin wara li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jew il-lift ikun ġie introdott fis-suq;

(b)

fuq talba raġunata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet jew tal-lift;

(c)

jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jew mill-lift koperti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

Artikolu 10

Obbligi tal-importaturi

1.   L-importaturi għandhom jintroduċu fis-suq biss dawk il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu konformi.

2.   Qabel ma jintroduċu komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun saret il-proċedura meħtieġa ta’ valutazzjoni ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 15 mill-manifattur. Huma għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikollu l-marka CE u jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(5) u (6).

Fejn importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma jkunx konformi mal-Artikolu 5(2), huwa ma għandux jintroduċi l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq qabel ma’ dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.   L-importaturi għandhom jindikaw fuq il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

4.   L-importaturi għandhom jiżguraw li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet imsemmija fil-punt 6.1 tal-Anness I, provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

5.   L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza msemmijin fl-Artikolu 5(2).

6.   Meta jitqies meħtieġ fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, l-importaturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, għandhom jagħmlu testijiet kampjunarji ta’ komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jitqiegħdu fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet, u għandhom iżommu lid-distributuri u lill-installaturi informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta’ dan it-tip.

7.   L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li huma jkunu introduċew fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet isir konformi, jirtirawh jew jieħduh lura, skont il-każ. Barra minn hekk, fejn il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

8.   L-importaturi għandhom, għal 10 snin wara li jiġi introdott fis-suq il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u, fejn applikabbli, tad-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, jekk jitolbuha.

9.   L-importaturi għandhom, fuq talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew elettronikament biex juru l-konformità tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità kompetenti nazzjonali. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li huma jkunu introduċew fis-suq.

Artikolu 11

Obbligi tad-distributuri

1.   Meta jqiegħdu komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   Qabel ma jqiegħdu l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikollu l-marka CE, li jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, mid-dokumenti meħtieġa u mill-istruzzjonijiet imsemmijin fil-punt 6.1 tal-Anness I, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru kkonċernat u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(5) u (6) u fl-Artikolu 10(3) rispettivament.

Fejn distributur iqis jew ikollu raġunijiet biex jemmen li komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma jkunx konformi mal-Artikolu 5(2), huwa għandu jqiegħed il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq biss wara li dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li, waqt li komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħażna jew trasport ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mal-Artikolu 5(2).

4.   Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li jqiegħdu fis-suq, ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet isir konformi, jirtirawh jew jieħduh lura, jekk dan ikun meħtieġ. Barra minn hekk, fejn il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu jqiegħdu l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

5.   Id-distributuri għandhom, fuq talba raġunata mill-awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha fuq karta jew elettronikament neċessarja biex juru l-konformità ta’ komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li huma qiegħdu fis-suq.

Artikolu 12

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi jew id-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur taħt l-Artikolu 8, fejn huwa introduċa komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq f’ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu, jew jimmodifika komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li diġà jkun ġie introdott fis-suq b’mod li jista’ jinċidi fuq il-konformità ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 13

Identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi

L-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, jidentifikaw dawn li ġejjin lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

(a)

kull operatur ekonomiku li jkun ipprovdihom b’komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(b)

kull operatur ekonomiku li lilu jkunu pprovdew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet.

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal 10 snin wara li jkunu ġew ipprovduti b’komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet u għal 10 snin wara li jkunu pprovdew il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet.

KAPITOLU III

KONFORMITÀ TAL-LIFTS U TAL-KOMPONENTI TA’ SIKUREZZA GĦAL-LIFTIJIET

Artikolu 14

Preżunzjoni ta’ konformità ta’ liftijiet u komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet

Il-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 15

Proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet

Il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet għandhom ikunu soġġetti għal waħda mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li ġejjin:

(a)

il-mudell tal-komponent ta’ sikurezza għal liftijiet għandu jiġi ppreżentat għall-eżami tat-tip tal-UE stabbilit fil-Parti A tal-Anness IV u l-konformità mat-tip għandha tiġi żgurata permezz tal-kontrolli aleatorji tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet stabbiliti fl-Anness IX;

(b)

il-mudell tal-komponent ta’ sikurezza għal liftijiet għandu jiġi ppreżentat għall-eżami tat-tip tal-UE stabbilit fil-Parti A tal-Anness IV u għandu jkun soġġett għal konformità mat-tip abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott skont l-Anness VI;

(c)

konformità ibbażata fuq l-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità stabbilita fl-Anness VII.

Artikolu 16

Proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità għal-liftijiet

1.   Il-liftijiet għandhom ikunu soġġetti għal waħda minn dawn il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li ġejjin:

(a)

jew, jekk ikunu ddisinjati u mmanifatturati skont lift mudell li jkun għadda minn eżami tat-tip tal-UE msemmi fil-Parti B tal-Anness IV:

(i)

l-ispezzjoni finali għal-liftijiet msemmija fl-Anness V;

(ii)

konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni ta’ kwalità għal-liftijiet imsemmija fl-Anness X;

(iii)

konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni ta’ kwalità tal-produzzjoni għal-liftijiet msemmija fl-Anness XII;

(b)

jekk ikunu ddisinjati u mmanifatturati taħt sistema ta’ kwalità approvata skont l-Anness XI:

(i)

l-ispezzjoni finali għal-liftijiet imsemmija fl-Anness V;

(ii)

konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni ta’ kwalità għal-liftijiet imsemmija fl-Anness X;

(iii)

konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni ta’ kwalità tal-produzzjoni għal-liftijiet msemmija fl-Anness XII;

(c)

konformità mat-tip ibbażata fuq il-verifika tal-unità għal-liftijiet imsemmija fl-Anness VIII;

(d)

konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità kif ukoll eżami tad-disinn għal-liftijiet msemmija fl-Anness XI.

2.   Fil-każi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, fejn il-persuna responsabbli mid-disinn u l-manifattura tal-lift u l-persuna responsabbli għall-installazzjoni u l-ittestjar tal-lift ma jkunux l-istess, l-ewwel waħda għandha tipprovdi lit-tieni waħda bid-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tiżgura li l-lift jiġi installat u ttestjat b’mod korett u sikur.

3.   Il-varjazzjonijiet permissibbli kollha bejn il-lift mudell u l-liftijiet li jiffurmaw parti mil-liftijiet derivati mil-lift mudell għandhom ikunu kjarament speċifikati (b’valuri massimi u minimi) fid-dokumentazzjoni teknika.

4.   B’kalkolazzjoni u/jew fuq il-bażi tal-pjanti tad-disinn huwa permissibbli li tintwera s-similarità ta’ sensiela ta’ tagħmir biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 17

Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

1.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li l-osservanza tar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza speċifikati fl-Anness I intweriet.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness II, għandha tinkludi l-elementi speċifikati fl-Annessi V sa XII rilevanti, u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jiġi introdott jew jitqiegħed fis-suq il-lift jew il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet.

3.   Fejn lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet huwa soġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jesiġi dikjarazzjoni tal-UE tal-konformità, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE unika fir-rigward ta’ tali atti kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-atti tal-Unjoni kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom.

4.   Meta jħejji d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur ikun qed jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 18

Prinċipji ġenerali tal-marka CE

Il-marka CE għandha tkun soġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 19

Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE u marki oħra

1.   Il-marka CE għandha titwaħħal b’mod li tkun tidher, tkun tista’ tinqara u ma titħassarx fuq kull kabina ta’ lift u fuq kull komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, jew, meta dak ma jkunx possibbli, fuq tikketta mwaħħla, hekk li ma tkunx tista’ tinqala’, mal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet.

2.   Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma l-lift jew il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jiġu introdotti fis-suq.

3.   Il-marka CE fuq il-liftijiet għandha tkun segwita min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat involut fi kwalunkwe waħda mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li ġejjin:

(a)

l-ispezzjoni finali msemmija fl-Anness V;

(b)

il-verifika tal-unità, imsemmija fl-Anness VIII;

(c)

l-assigurazzjoni tal-kwalità msemmija fl-Annessi X, XI jew XII.

4.   Il-marka CE fuq komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet għandha tkun segwita min-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat involut fi kwalunkwe waħda mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li ġejjin:

(a)

l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott imsemmija fl-Anness VI;

(b)

l-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità msemmija fl-Anness VII;

(c)

konformità mat-tip b’kontrolli aleatorji għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet imsemmija fl-Anness IX.

5.   In-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew, fuq istruzzjonijiet tiegħu, mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew mill-installatur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

Taħt il-marka CE u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat jista’ jkun hemm kwalunkwe marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali.

6.   L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-immarkar CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ ta’ użu mhux korrett ta’ dak l-immarkar.

KAPITOLU IV

NOTIFIKA TAL-KORPI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Artikolu 20

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-korpi awtorizzati li jagħmlu xogħol ta’ terzi fil-valutazzjoni ta’ konformità taħt din id-Direttiva.

Artikolu 21

Awtoritajiet notifikanti

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità notifikanti li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u twettaq il-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità u għall-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, inkluża l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru minn korp nazzjonali ta’ akkreditament fis-sens ta’, u skont, ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

3.   Fejn l-awtorità notifikanti tiddelega jew b’mod ieħor tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmijin fil-paragrafu 1 lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità ġuridika u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 22. Addizzjonalment, tali korp għandu jkollu arranġamenti biex jagħmel tajjeb għar-reponsabilitajiet derivati mill-attivitajiet tiegħu.

4.   L-awtorità notifikanti għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-kompiti mwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 22

Rekwiżiti relatati mal-awtoritajiet notifikanti

1.   L-awtorità notifikanti għandha tiġi stabbilita b’mod li ma jkunx hemm konflitti ta’ interess ma’ korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

2.   L-awtorità notifikanti għandha tkun organizzata u titmexxa b’mod li jkunu salvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.

3.   L-awtorità notifikanti għandha tkun organizzata b’tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika tal-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni.

4.   L-awtorità notifikanti m’għandhiex toffri jew tipprovdi kwalunkwe attivitajiet li jitwettqu minn korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità, jew servizzi ta’ konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

5.   L-awtorità notifikanti għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba.

6.   L-awtorità notifikanti għandu jkollha numru suffiċjenti ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha biex jitwettqu korrettament il-kompiti tagħha.

Artikolu 23

Obbligazzjoni ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet notifikanti

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità u għall-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, u dwar kull tibdil li jsirilhom.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament.

Artikolu 24

Rekwiżiti għall-korpi notifikati

1.   Għall-finijiet tan-notifika, kull korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 11.

2.   Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.

3.   Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mil-liftijiet jew il-komponenti ta’sikurezza għal liftijiet li jevalwa.

Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta intrapriżi involuti fid-disinn, manifattura, provvista, muntaġġ, użu jew manutenzjoni ta’ liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li huwa jivvaluta, jista’, bil-kundizzjoni li l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kull kunflitt ta’ interess jiġu murija, jitqies bħala tali korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

4.   Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità m’ għandhomx ikunu d-disinjaturi, il-manifatturi, il-fornituri, l-installaturi, ix-xerreja, is-sidien, l-utenti jew dawk li jagħmlu l-manutenzjoni tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li huma jevalwaw, u lanqas għandhom ikunu r-rappreżentanti ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet.

Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ivvalutati li jkunu meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità jew l-użu ta’ liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet bħal dawn għal għanijiet personali.

Dan ma jipprekludix il-possibbiltà ta’ skambju ta’ informazzjoni teknika bejn il-manifattur jew l-installatur u l-korp.

Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu jew il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità m’għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, manifattura jew kostruzzjoni, kummerċjalizzazzjoni, installazzjoni, użu jew manutenzjoni ta’ dawk il-liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet, lanqas m’għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jwettqu dawk l-attivitajiet.

Huma m’għandhom jieħdu sehem f’ebda attività li tista’ tkun f’konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew integrità tagħhom relattivament għall-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

Il-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew subappaltaturi tagħhom ma jippreġudikawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħhom ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

5.   Il-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku li jkun u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u inċitament, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

6.   Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni ta’ konformità assenjati lilu permezz tal-Annessi IV sa XII u li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp stess ta’ valutazzjoni ta’ konformità kif ukoll jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F’kull żmien u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità u għal kull tip jew kategorija ta’ liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu in-neċessitajiet li ġejjin:

(a)

persunal b’konoxxenza teknika u esperjenza suffiċjenti u adatta biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità;

(b)

deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li f’konformità magħhom tiġi mwettqa l-valutazzjoni ta’ konformità, li jkunu jassiguraw it-trasparenza u l-kapaċità tar-riproduzzjoni ta’ dawn il-proċeduri. Huwa għandu jkollu stabbiliti l-linji politiċi u l-proċeduri adegwati li jiddistingwu bejn kompiti li huwa jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;

(c)

proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet tiegħu li jieħdu kont debitu tad-daqs ta’ impriża, tas-settur li fih topera, tal-istruttura tagħha, tal-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.

Korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità b’mod adegwat u għandu jkollu aċċess għal kull tagħmir u faċilità meħtieġa.

7.   Il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:

(a)

taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha ta’ valutazzjoni ta’ konformità li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità;

(b)

konoxxenza sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonjiet li huwa jagħmel u awtorità adegwata sabiex jagħmel dawk il-valutazzjonijiet;

(c)

konoxxenza adegwata u apprezzament tar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I, tal-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonjiet rilevanti tal-leġislazzjoni rilevanti ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni u ta’ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tagħha;

(d)

il-kapaċità meħtieġa biex jifformula ċ-ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru.

8.   Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità, tal-ogħla livell ta’ ġestjoni tiegħu u tal-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità tiegħu.

Ir-rimunerazzjoni tal-ogħla livell ta’ ġestjoni u tal-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità ta’ korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità ma għandhiex tiddipendi min-numru ta’ valutazzjonijiet li jkunu saru jew mir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

9.   Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jipprovdi għal polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbilta ma tkunx assunta mill-Istat skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni ta’ konformità.

10.   Il-persunal ta’ korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun fid-dmir li josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tiegħu taħt l-Annessi IV sa XII jew skont kwalunkwe dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali li jġibuha fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tal-korp. Id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom ikunu protetti.

11.   Il-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jassiguraw li l-persunal tagħhom responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità jkun mgħarraf bl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti, kif ukoll bl-attivitajiet tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Korpi Notifikati għal-Liftijiet, stabbilit skont l-Artikolu 36. Il-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet u d-dokumenti amministrattivi prodotti b’riżultat tal-ħidma ta’ dak il-grupp.

Artikolu 25

Preżunzjoni ta’ konformità ta’ korpi notifikati

Fejn korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità jkun jista’ juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew f’partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li huwa jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 sa fejn l-istandards armonizzati applikabbli jkunu jkopru dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 26

Sussidjarji ta’ u subappalti minn korpi notifikati

1.   Fejn korp notifikat jagħti b’subappalt kompiti speċifiċi relatati mal-valutazzjoni ta’ konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-subappaltatur jew is-sussidjarju jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24, u għandu jinforma lill-awtorità notifikanti b’dan.

2.   Il-korp notifikat għandu jerfa’ r-responsabbiltà kollha tal-kompiti li jkunu twettqu mis-subappaltaturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.

3.   L-attivitajiet jistgħu jiġu subappaltati jew esegwiti minn sussidjarju biss bi ftehim mal-klijent.

4.   Il-korp notifikat għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti d-dokumenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-subappaltatur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont l-Annessi IV sa XII.

Artikolu 27

Applikazzjoni għal notifika

1.   Kull korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jippreżenta applikazzjoni għal notifika lill-awtorità notifikanti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

2.   L-applikazzjoni għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità, tal-proċedura jew proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità u tal-liftijiet jew tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li għalihom il-korp jiddikjara lilu nnifsu kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta’ akkreditament, jekk ikun hemm wieħed eżistenti, maħruġ minn korp nazzjonali ta’ akkreditament li jafferma li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24.

3.   Fejn il-korp konċernat ta’ valutazzjoni ta’ konformità ma jkunx jista’ joħroġ ċertifikat ta’ akkreditament, huwa għandu jipprovdi l-awtorità notifikanti bil-prova dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, rikonoxximent u monitoraġġ regulari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24.

Artikolu 28

Proċedura tan-notifika

1.   L-awtoritajiet notifikanti jistgħu jinnotifikaw biss lil korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24.

2.   Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’mezz elettroniku ta’ notifika żviluppat u amministrat mill-Kummissjoni.

3.   In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità, tal-proċedura jew proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità u tal-liftijiet jew il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet in kwistjoni u tal-affermazzjoni rilevanti tal-kompetenza.

4.   Fejn notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditament kif msemmi fl-Artikolu 27(2), l-awtorità notifikanti għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-prova dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità u l-arranġamenti stabbiliti biex ikun żgurat li l-korp jiġi sorveljat regolarment u li jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24.

5.   Il-korp konċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp notifikat biss jekk ma jkunux tqajmu oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn minn notifika fejn jintuża ċertifikat ta’ akkreditament jew fi żmien xahrejn wara li tkun saret notifika fil-każ li ma jintużax l-akkreditament.

Dak il-korp biss għandu jitqies bħala korp notifikat għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

6.   L-awtorità notifikanti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika.

Artikolu 29

Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni lil korp notifikat.

Hija għandha tassenja numru uniku anke fejn il-korp ikun notifikat taħt diversi atti tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-korpi notifikati taħt din id-Deċiżjoni, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni li jkunu ġew assenjati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew notifikati.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 30

Tibdil fin-notifika

1.   Fejn awtorità notifikanti taċċerta ruħha jew tkun mgħarrfa li korp notifikat ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24, jew li jkun qed jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu, l-awtorità notifikanti għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika skont il-każ, skont il-gravità tan-nonkonformità ma’ dawk ir-rekwiżiti jew in-nuqqas milli jiġu mwettqa dawk l-obbligi. Hija għandha tgħarraf minnufih skont kif ikun meħtieġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

2.   Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew fejn il-korp notifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru notifikanti għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jassigura li l-fajls ta’ dak il-korp jiġu pproċessati minn korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità notifikanti u għall-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, suġġetti għat-talba tagħhom.

Artikolu 31

Sfida għall-kompetenza ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubbju jew issir taf b’dubbju dwar il-kompetenza ta’ korp notifikat jew dwar il-kontinwità tal-konformità ta’ korp notifikat mar-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li għalihom huwa jkun suġġett.

2.   L-Istat Membru notifikanti għandu jagħti lill-Kummissjoni, fuq talba, l-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew maż-żamma tal-kompetenza tal-korp notifikat konċernat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.

4.   Fejn il-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew li ma jkunx għadu jissodisfa, ir-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, hija għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jitlob lill-Istat Membru jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifika, jekk ikun meħtieġ.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 32

Obbligi operattivi tal-korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-valutazzjonijiet ta’ konformità skont il-proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità stabbiliti fl-Artikolu 15 u 16.

2.   Il-valutazzjonijiet ta’ konformità għandhom isiru b’mod proporzjonat biex jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi notifikati għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jieħdu kont debitu tad-daqs tal-impriża, tas-settur li fih hija topera, tal-istruttura tagħha, tal-livell ta’ komplessità tat-teknoloġija tal-lift jew tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet in kwistjoni u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.

Meta jkunu qed jagħmlu hekk huma għandhom madanakollu jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni meħtieġa għall-konformità tal-liftijiet jew il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ma’ din id-Direttiva.

3.   Fejn korp notifikat isib li ma ġewx sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva jew l-istandards armonizzati korrispondenti jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħra mill-installatur jew mill-manifattur, huwa għandu jeżiġi mingħand l-installatur jew il-manifattur li dan jieħu l-miżuri korrettivi adegwati u ma għandu joħroġ ebda ċertifikat.

4.   Fejn, waqt li jkun qed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ ċertifikat jew deċiżjoni ta’ approvazzjoni, kif xieraq, korp notifikat isib li lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma jkunx għadu konformi, il-korp notifikat għandu jeżiġi li l-installatur jew il-manifattur jieħu l-miżuri korrettivi adegwati u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat jew id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni jekk ikun meħtieġ.

5.   Fejn miżuri korrettivi ma jittieħdux jew ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat jew deċiżjoni ta’ approvazzjoni, skont il-każ.

Artikolu 33

Appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati.

Artikolu 34

Obbligu ta’ informazzjoni għall-korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jinformaw lill-awtorità notifikanti dwar dan li ġej:

(a)

kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat jew deċiżjoni ta’ approvazzjoni;

(b)

kull ċirkostanza li tinċidi fuq l-ambitu tan-notifika jew il-kondizzjonijiet għaliha;

(c)

kull talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità;

(d)

fuq talba, l-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità mwettqa fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kull attività oħra mwettqa, inklużi attivitajiet transkonfinali u subappaltar.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħra notifikati taħt din id-Deċiżjoni li jkunu qed iwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni ta’ konformità li jkunu jkopru liftijiet tal-istess tip jew l-istess komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet, bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw riżultati negattivi ta’ valutazzjoni ta’ konformità u, fuq talba, riżultati pożittivi.

Artikolu 35

Skambju ta’ esperjenza

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi sabiex jiġi organizzat l-iskambju ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li jkunu responsabbli għall-politika dwar in-notifika.

Artikolu 36

Koordinazzjoni ta’ korpi notifikati

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li li jiġu stabbiliti l-koordinazzjoni u l-koperazzjoni adegwati bejn il-korpi notifikati skont din id-Direttiva u li dawn jiġu operati korrettament f’forma ta’ Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Korpi Notifikati għal-Liftijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi nnotifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta’ dak il-Grupp, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti nominati.

KAPITOLU V

SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, KONTROLL TAL- LIFTIJIET JEW TAL-KOMPONENTI TA’ SIKUREZZA GĦAL-LIFTIJIET LI JIDĦLU FIS-SUQ TAL-UNJONI U PROĊEDURA TA’ SALVAGWARDJA TAL-UNJONI

Artikolu 37

Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-liftijiet jew tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli minn 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għal-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet.

Artikolu 38

Proċeduri fir-rigward ta’ liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali

1.   Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikollhom raġuni suffiċjenti biex jaħsbu li lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet koperti minn din id-Direttiva jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza ta’ persuni jew, fejn xieraq, għas-sikurezza tal-proprjetà, huma għandhom jagħmlu l-valutazzjoni fir-rigward tal-lift jew tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet in kwistjoni li tkun tkopri r-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan.

Fejn, matul il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li lift ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-installatur jieħu l-miżuri korrettivi adegwati kollha biex il-lift isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jippreskrivu.

Fejn, matul il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi adegwati kollha biex il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, jiġi irtirat mis-suq jew jittieħed lura f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jippreskrivu.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw b’dan lill-korp notifikat rilevanti.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali tagħhom, huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzzjoni u bl-azzjonijiet li eżiġew lill-operatur ekonomiku li jieħu.

3.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi adegwati kollha fir-rigward tal-liftijiet u tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet kollha konċernati li huwa jkun introduċa jew qiegħed fis-suq fl-Unjoni kollha.

4.   Fejn l-installatur ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji adegwati kollha biex jillimitaw jew jipprojbixxu l-introduzzjoni fis-suq nazzjonali tagħhom jew l-użu tal-liftijiet konċernati, jew biex il-lift jittieħed lura.

Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji adegwati kollha biex jipprojbixxu jew jillimitaw li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jitqiegħed fis-suq nazzjonali jew biex il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jiġi irtirat minn dak is-suq jew biex dan jittieħed lura.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

5.   L-informazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tal-lift jew il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li ma jkunux konformi, l-oriġini tagħhom, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u l-perjodu tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operaturi ekonomiċi rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal waħda jew oħra minn dawn ir-raġunijiet:

(a)

in-nuqqas tal-lift jew tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva; jew

(b)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 14 li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità.

6.   L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kull miżura adottata u dwar kull informazzjoni addizzjonali li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-lift jew il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet konċernati, u, jekk ma jkunx hemm qbil mal-miżura nazzjonali adottata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.   Fejn, fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni tal-informazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ xi miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, il-miżura għandha titqies bħala waħda ġustifikata.

8.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-miżuri restrittivi adegwati, bħall-irtirar tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet mis-suq tagħhom, jittieħdu fir-rigward tal-lift jew il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet konċernat, mingħajr dewmien.

Artikolu 39

Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

1.   Fejn, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38(3) u (4), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru jew fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżura nazzjonali tkun kuntrarja għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hix ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.

2.   Jekk il-miżura nazzjonali fir-rigward ta’ lift titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li jiġu ristretti jew projbiti l-introduzzjoni fis-suq jew l-użu tal-lift ikkonċernat li ma jkunx konformi, jew biex il-lift jittieħed lura.

Jekk il-miżura nazzjonali fir-rigward ta’ komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li ma jkunx konformi jiġi rtirat mis-suq tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru konċernat għandu jirtira dik il-miżura.

3.   Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-list jew tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(5) ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Artikolu 40

Lift jew komponent ta’ sikurezza għal liftijiet konformi li jippreżentaw riskju

1.   Fejn Stat Membru, wara li jkun wettaq valutazzjoni taħt l-Artikolu 38(1), isib li, għalkemm lift ikun konformi ma’ din id-Direttiva, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, u fejn ikun il-każ, għas-sikurezza tal-proprjetà, huwa għandu jesiġi li l-installatur jieħu l-miżuri adegwati kollha biex jiżgura li l-lift konċernat ma jippreżentax aktar dak ir-riskju jew li jieħu l-lift lura jew jirrestrinġi jew jipprojbixxi l-użu tiegħu fi żmien perjodu raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif l-Istat Membru jistabbilixxi.

Fejn Stat Membru, wara li jkun wettaq valutazzjoni taħt l-Artikolu 38(1), isib li, għalkemm komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun konformi ma’ din id-Direttiva, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, u fejn ikun il-każ, għas -sikurezza tal-proprjetà, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri adegwati kollha biex jiżgura li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet konċernat, meta jiġi introdott fis-suq, ma jippreżentax aktar dak ir-riskju, li jirtira l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet mis-suq jew jieħdu lura fi żmien perjodu raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif l-Istat Membru jistabbilixxi.

2.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tal-liftijiet jew tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet kollha li huwa jkun introduċa jew qiegħed fis-suq fl-Unjoni kollha.

3.   L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-liftijiet jew tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ikkonċernati, l-oriġini u l-katina ta’ provvista tal-liftijiet jew tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet, in-natura tar-riskju li jkun hemm u n-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda.

4.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, jekk il-miżura nazzjonali hix ġustifikata jew le, u fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri adegwati.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(3).

Għal raġunijiet imperattivi ġġustifikati ta’ urġenza relatati mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(4).

5.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.

Artikolu 41

Nonkonformità formali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38, fejn Stat Membru jagħmel xi waħda mill-iskoperti li ġejjin, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jittermina n-nuqqas tal-konformità konċernata:

(a)

il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 19 ta’ din id-Direttiva;

(b)

il-marka CE ma tkunx twaħħlet;

(c)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat ikun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 19 jew ma jkunx twaħħal, fejn rikjest mill-Artikolu 19;

(d)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret;

(e)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret b’mod korrett;

(f)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness IV, il-Partijiet A u B u l-Annessi VII, VIII u XI ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta.

(g)

l-isem, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata jew l-indirizz tal-installatur, il-manifattur jew l-importatur ma jkunux ġew indikati f’konformità mal-Artikolu 7(6), l-Artikolu 8(6) jew l-Artikolu 10(3);

(h)

l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-lift jew tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma tkunx ġiet indikata b’konformità mal-Artikolu 7(5) jew l-Artikolu 8(5);

(i)

il-lift jew il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma jkunux akkumpanjati mid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 7(7) jew l-Artikolu 8(7) jew dawk id-dokumenti ma jkunux konformi mar-rekwiżiti applikabbli.

2.   Fejn jippersisti n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri adegwati kollha biex jillimita jew jipprojbixxi l-użu tal-lift jew jieħu l-lift lura jew jillimita jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jew jiżgura li dan jittieħed lura jew jiġi rtirat mis-suq.

KAPITOLU VI

PROĊEDURA TAL-KUMITAT, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 42

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Liftijiet. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

5.   Il-kumitat għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe materja li għaliha hija meħtieġa konsultazzjoni ta’ esperti settorjali mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew meħtieġa minn xi leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

Il-kumitat, barra minn hekk, jista’ jeżamina kwalunkwe kwistjoni oħra li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dan id-Direttiva mqajma jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru taħt ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 43

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur minn operaturi ekonomiċi, tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu infurzati. Tali regoli jistgħu jinkludu penali kriminali għal ksur serju.

Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

Artikolu 44

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu li jibdew jintużaw liftijiet jew li jitqiegħdu fis-suq komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet koperti mid-Direttiva 95/16/KE li jkunu konformi ma’ dik id-Direttiva u li ġew introdotti fis-suq qabel l-20 ta’ April 2016.

Iċ-ċertifikati u d-deċiżjonijiet maħruġa minn korpi notifikat taħt id-Direttiva 95/16/KE għandhom ikunu validi taħt din id-Direttiva.

Artikolu 45

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sad-19 ta’ April 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità mal-punti 4 sa 21 tal-Artikolu 2, l-Artikoli 7 sa 14, 17 u 18, l-Artikolu 19(5), l-Artikoli 20 sa 44, l-Artikolu 45(1), l-Artikoli 47 u 48 u l-Anness II, Parti A punti (f), (k), (l), (m), l-Anness II, Parti B punti (e), (k), (l) u (m), l-Anness IV, Parti A punti 2(e), 3(c), 3(d), 3(f), punti 4(b) sa (e), punti 5 sa 9, l-Anness IV, Parti B punti 2(e), 3(c), 3(e), 3(h), punti 4(c) sa (e), punt 6 paragrafi 2, 3 u 4, punti 7 sa 10, l-Anness V, punt 3.2(b), punti 5 u 6, l-Anness VI, punti 3.1(a), (b) u (c), punt 3.3 paragrafi 4 u 5, punt 4.3, punt 7, l-Anness VII, punti 3.1(a), (b), (d) u (f), punt 3.3, punt 4.2, punt 7, l-Anness VIII, punti 3(c) u (e), 3(h)u punt 4, l-Anness IX, punti 3(a) sa (d), l-Anness X, punti 3.1(a), 3.1(e), punt 3.4, punt 6, l-Anness XI, punti 3.1(a), (b), (c), u (e), punti 3.3.4 u 3.3.5, punti 3.4 u 3.5, punt 5(b), punt 6, l-Anness XII, punt 3.1(a), punt 3.3 u punt 6. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-20 ta’ April 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti tad-Direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza u kif tiġi fformulata dik id-dikjarazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 46

Reviżjoni

1.   Qabel id-19 ta’ April 2018 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-implimentazzjoni u l-funzjonament ta’ din id-Direttiva.

2.   Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq konsultazzjoni tal-partijiet interessati rilevanti.

3.   Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti għal reviżjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 47

Tħassir

Id-Direttiva 95/16/KE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness XIII, Parti A, b’dan titħassar b’effett mill-20 ta’ April 2016, bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness XIII, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XIV.

Artikolu 48

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1, punti 1 sa 4 tal-Artikolu 2, l-Artikoli 3 sa 6, 15 u 16, l-Artikolu 19(1) sa (4), l-Artikolu 44, l-Artikolu 45(2), l-Artikolu 49 u l-Anness I, l-Anness II, Parti A, punti (a) sa (e) u (g) sa (j), l-Anness II, Parti B, punti (a), (c), (d) u (f) sa (j), l-Anness III, l-Anness IV, Parti A, punt 1, punt 2(a) sa (d), punt 3(a) u (b), (e),(g) u (h), punt 4(a) u punt 10, l-Anness IV, Parti B, punt 1, punt 2(a) sa (d), punt 3(a), (b), (d), (f), (g), (i) u (j), punt 4(a) u (b), punt 6 paragrafu 1, punt 11, l-Anness V, punti 1 sa 3.1, punt 3.2(a), punti 3.3 sa 4, l-Anness VI, punti 1 u 2, punt 3.1(d) sa (f), punt 3.2, punt 3.3 paragrafi 1 sa 3, punti 3.4 sa 4.2, punt 6, l-Anness VII, punti 1 u 2, punt 3.1(c) u (e), punt 3.2, punt 3.4, punt 4.1, punti 4.3 sa 6, l-Anness VIII, punti 1 u 2, punt 3(a), (b), (f), (g) u (i), punt 6, l-Anness IX, punti 1 u 2, punti 4 sa 6, l-Anness X, punti 1 u 2, punt 3.1(b), (c) u (d), punti 3.2 u 3.3, punti 4 u 5, l-Anness XI, punti 1 u 2, punt 3.1(d), punt 3.2, punt 3.3.1, punt 4, punt 5(a), (c) u (d), l-Anness XII, punti 1 u 2, punti 3.1(b), (c) u (d), punt 3.2, punt 3.4, punti 4 u 5 għandhom japplikaw mid-19 ta’ April 2016.

Artikolu 49

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 105.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2014.

(3)  ĠU L 213, 7.9.1995, p. 1.

(4)  Ara l-Anness XIII, Parti A.

(5)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(6)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

(7)  ĠU L 134, 20.6.1995, p. 37.

(8)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(9)  Approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).

(10)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


ANNESS I

REKWIŻITI ESSENZJALI TA’ SAĦĦA U SIKUREZZA

RIMARKI PRELIMINARI

1.

L-obbligazzjonijiet taħt ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza japplikaw biss meta r-riskju korrispondenti jeżisti għal-lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet in kwistjoni meta jkun użat kif maħsub mill-installatur jew mill-manifattur.

2.

Ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza li jinsabu fid-Direttiva huma imperattivi. Iżda, meqjus l-istat preżenti tas-sengħa, il-miri li jistipulaw jistgħu ma jkunux milħuqa. F’każi bħal dawn, u sal-akbar limitu possibbli, il-lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet għandu jkun iddisinjat u kostruwit b’tali mod hekk li jersaq viċin ta’ dawk il-miri.

3.

Il-manifattur u l-installatur huma taħt l-obbligazzjoni li jwettqu valutazzjoni tar-riskju biex jidentifikaw ir-riskji kollha li jkunu applikabbli għall-prodotti tagħhom; huma għandhom imbagħad jiddisinjawhom u jibnuhom billi jqisu din il-valutazzjoni.

1.   Ġenerali

1.1.   Applikazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE

Meta r-riskju rilevanti jeżisti u ma jiġix ittrattat f’dan l-Anness, il-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza tal-Anness I li jinsab mad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) japplikaw. Ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza tal-punt 1.1.2 tal-Anness I li jinsab mad-Direttiva 2006/42/KE jkunu applikabbli f’kull każ.

1.2.   Parti trasportanti

Il-parti trasportanti ta’ kull lift għandha tkun kabina. Din il-kabina għandha tkun iddisinjata u kostruwita biex toffri l-ispazju u s-saħħa korrispondenti għan-numru massimu ta’ persuni u tat-tagħbija nominali tal-lift stipulata mill-installatur.

Fil-każ ta’ liftijiet maħsuba għat-trasport ta’ persuni, meta d-dimensjonijiet jippermettu, il-kabina għandha tkun iddisinjata u kostruwita b’tali mod li l-karatteristiċi strutturali tagħha ma jfixklux jew ma jimpedux l-aċċess u l-użu minn persuni b’diżabilità u lijippermetti kull aġġustament xieraq maħsub biex jiffaċilitaw l-użu minnhom.

1.3.   Mezzi ta’ sospensjoni u mezzi ta’ sostenn

Il-mezzi ta’ sospensjoni u/jew ta’ sostenn tal-kabina, l-oġġetti mwaħħla magħha u l-partijiet terminali tagħha għandhom ikunu magħżula u ddisinjati hekk li jassiguraw livell xieraq ta’ sikurezza ġenerali u li jnaqqsu r-riskju li l-kabina taqa’, waqt li jingħata kont tal-kundizzjonijiet ta’ użu, il-materjali użati u l-kundizzjonijiet tal-manifattura.

Meta ħbula jew ktajjen ikunu użati biex idendlu l-kabina, għandu jkun hemm mill-anqas żewġ ħbula jew ktajjen independenti, kull waħda bis-sistema ta’ ankraġġ tagħha. Dawn il-ħbula u ktejjen ma għandhomx ikollhom twaħħil jew ġonot ħlief fejn ikun meħtieġ għat-twaħħil jew biex tkun iffurmata ingassa.

1.4.   Kontroll ta’ tagħbija (inkluża veloċità żejda)

1.4.1.

Il-liftijiet għandhom ikunu hekk iddisinjati, kostruwiti u installati li ma jibdewx jaħdmu b’mod normali jekk it-tagħbija nominali tinqabeż.

1.4.2.

Il-liftijiet għandhom ikunu mgħammra b’regolatur kontra veloċità żejda.

Dawn ir-rekwiżiti ma japplikawx għal-liftijiet li fihom id-disinn tas-sistema tal-mutur ma tħallix li jkun hemm veloċità żejda.

1.4.3.

Liftijiet rapidi għandhom ikunu mgħammra b’sistema li tagħmel sorveljanza fuq il-veloċità u li tillimita l-veloċità.

1.4.4.

Liftijiet li jkunu operati b’tarjoli ta’ frizzjoni għandhom ikunu hekk iddisinjati li jassiguraw l-istabilità taċ-ċimi ta’ trazzjoni fuq it-tarjola.

1.5.   Makkinarju

1.5.1.

Il-liftijiet kollha tal-passiġġieri għandu jkollhom il-makkinarju individwali tagħhom. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal-liftijiet li fihom il-kontrapiż ikun mibdul bit-tieni kabina.

1.5.2.

L-installatur għandu jassigura li l-makkinarju tal-lift u l-apparati tal-lift assoċjat miegħu ma jkunux aċċessibbli ħlief għall-manutenzjoni jew f’emerġenza.

1.6.   Kontrolli

1.6.1.

Il-kontrolli tal-liftijiet maħsuba għall-użu minn persuni b’disabilità li jkunu waħedhom għandhom ikunu hekk iddisinjati u u lokati kif xieraq.

1.6.2.

Il-funzjoni tal-kontrolli għandha tkun kjarament indikata.

1.6.3.

Iċ-ċirkwiti għal sejħan ta’ grupp ta’ lifts jistgħu jkollhom funzjoni konġunta jew ikunu interkonnessi.

1.6.4.

L-apparat elettriku għandu jkun hekk installat u konness li:

(a)

ma jista’ jkun hemm possibbli l-ebda konfużjoni ma’ ċirkwiti li ma jkollhom konnessjoni diretta mal-lift;

(b)

il-provvista tal-elettriku tkun tista’ tinxtegħel waqt li jkun mgħobbi;

(c)

il-movimenti tal-lift ikunu dipendenti fuq apparat elettriku ta’ sikurezza f’ċirkwit separat ta’ sikurezza elettrika;

(d)

ħsara fl-installazzjoni elettrika ma toħloqx sitwazzjoni perikoluża.

2.   Riskji għall-persuni ’L barra mill-kabina

2.1.

Il-lift għandu jkun hekk iddisinjat u kostruwit biex jassigura li l-ispazju li fih tivvjaġġa l-kabina jkun inaċċessibbli ħlief għal manutenzjoni u f’emerġenzi. Qabel ma persuna tidħol f’dak l-ispazju, l-użu normali tal-lift għandu jsir impossibbli.

2.2.

Il-lift għandu jkun iddisinjat u kostruwit hekk li ma jħallix il-periklu ta’ tgħaffiġ meta l-kabina tkun f’waħda mill-pożizzjonijiet estremi tagħha.

Din il-mira tkun inkisbet permezz ta’ spazju vojt jew refuġju lil hinn mill-pożizzjonijiet estremi.

Iżda, f’każi speċifiċi, biex l-Istati Membri jingħataw il-possibilità ta’ approvazzjoni minn qabel, b’mod partikolari f’bini eżistenti, meta din is-soluzzjoni tkun impossibbli li titwettaq, mezzi oħra xierqa jistgħu ikunu pprovduti biex ikun evitat dan ir-riskju.

2.3.

L-indani fid-dħul u l-ħruġ mill-kabina għandhom ikunu fornuti b’bibien ta’ reżistenza mekkanika adegwata għall-kundizzjonijiet maħsuba tal-użu.

Apparat li jkun jorbot fuqu nnifsu għandu ma jħallix waqt l-operazzjoni normali:

(a)

il-bidu tal-moviment tal-kabina, sew jekk attivat apposta sew jekk le, sakemm il-bibien kollha tal-indani ma jkunux magħluqa u msakkra;

(b)

il-ftuħ tal-bieb tal-indana meta l-kabina tkun għadha tiċċaqlaq u l-barra minn żona ta’ ndana preskritta.

Iżda, l-movimenti kollha tal-indana bil-bibien miftuħa għandu jitħalla f’żoni speċifiċi bil-kundizzjoni li l-veloċità ta’ livellar tkun ikkontrollata.

3.   Riskji għall-persuni fil-kabina

3.1.

Il-kabini tal-lift għandhom ikunu magħluqa b’ħitan it-tul kollu, art u soqfa mingħajr spazju inklużi, bl-eċċezzjoni ta’ ftuħ ta’ ventilazzjoni, u b’bibien fit-tul kollu. Dawn il-bibien għandhom ikunu hekk iddisinjati u installati li l-kabina ma tkunx tista’ tiċċaqlaq, ħlief movimenti tal-indana li hemm referenza dwarhom fit-tielet subparagrafu tal-punt 2.3, sakemm il-bibien ikunu magħluqa, u tasal f’waqfien jekk il-bibien jinfetħu.

Il-bibien tal-kabina għandhom jibqgħu magħluqa u mrikkba jekk il-lift jieqaf bejn żewġ livelli meta jkun hemm ir-riskju ta’ waqa’ bejn il-kabina u t-tromba jew jekk ma jkunx hemm tromba.

3.2.

Fil-każ ta’ qtugħ tal-kurrent jew ħsara tal-komponenti, il-lift għandu jkollu mezzi biex il-kabina ma titħallhiex taqa’ jew tiċċaqlaq bla kontroll.

Il-mekkaniżmu li jipprevjeni l-waqgħa tal-kabina għandu jkun indipendenti mill-mezzi tas-sospensjoni tal-kabina.

Dan l-apparat għandu jkun jista’ jwaqqaf il-kabina fit-tagħbija rratata tagħha u tal-veloċità massima antiċipata mill-installatur. Kull waqfien ikkaġunat minn dan l-apparat ma għandux joħloq nuqqas ta’ veloċità li tkun ta’ ħsara għall-okkupanti jkunu xi jkunu l-kundizzjonijiet tat-tagħbija.

3.3.

Il-bafers għandhom ikunu installati bejn il-qiegħ tat-tromba u l-art tal-kabina.

F’dan il-każ, l-ispazju vojt li hemm referenza dwaru fil-punt 2.2 għandu jkun imkejjel bil-bafers ikunu kompletament ikkompressati.

Din il-ħtieġa ma tapplikax għal-liftijiet li fihom il-kabina ma tkunx tista’ tidħol fl-ispazju vojt li hemm referenza dwaru fil-punt 2.2 minħabba d-disinn tas-sistema tat-tħaddim.

3.4.

Il-liftijiet għandhom ikunu hekk iddisinjati u kostruwiti li jagħmluha impossibbli għalihom li jibdew jitħaddmu jekk l-apparat li hemm dispożizzjoni dwaru fil-punt 3.2 ma jkunx f’pożizzjoni ta’ operazzjoni.

4.   Riskji oħra

4.1.

Il-bibien tal-indani u l-bibien tal-kabina jew iż-żewġ bibien flimkien, meta jkunu jaħdmu b’mutur, għandhom ikunu mgħammra b’mezzi li ma jħallux li jseħħ ir-riskju ta’ tgħaffiġ waqt li jkunu qed jiċċaqilqu.

4.2.

Bibien tal-indani, fejn dawn għandhom jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-bini kontra n-nar, inklużi dawk li jkollhom partijiet tal-ħġieġ, għandhom ikunu reżistenti għan-nar b’mod xieraq fit-termini tal-integrità tagħhom u l-proprjetajiet tagħhom fir-rigward ta’ insulazzjoni (konteniment tal-fjammi) u t-trażmissjoni tas-sħana (radjazzjoni termali).

4.3.

Il-kontrapiż għandu jkun hekk installat li jevita r-riskju li jkun jista’ jaħbat ma’, jew li jaqa’ fuq il-kabina.

4.4.

Il-liftijiet għandhom ikunu fornuti b’mezzi li jiffaċilitaw li persuni maqbuda fil-kabina jkunu jistgħu jinħelsu u jkunu evakwati.

4.5.

Il-kabini għandhom ikunu mgħammra b’mezzi ta’ komunikazzjoni minn żewġ naħat li tippermetti kuntatt permanenti ma’ servizz ta’ salvataġġ.

4.6.

Il-liftijiet għandhom ikunu hekk iddisinjati u kostruwiti biex, fil-każ li t-temperatura tal-makkinarju tal-lift teċċedi il-massimi stabbiliti mill-installatur, dawn ikunu jistgħu jibqgħu jwettqu l-moviment li jkun iseħħ imma li mbagħad jiċħdu ordnijiet ġodda.

4.7.

Il-kabini għandhom ikunu iddisinjati u kostruwiti biex jassiguraw ventilazzjoni suffiċjenti għall-passiġġieri, ukoll fil-każ ta’ waqfien fit-tul.

4.8.

Il-kabina għandha tkun mixgħula b’mod adegwat kull meta tkun qed tintuża jew meta jinfetaħ bieb; għandu wkoll ikun hemm dawl ta’ emerġenza.

4.9.

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni li hemm referenza dwarhom fil-punt 4.5 u d-dawl ta’ emerġenza li hemm referenza dwaru fil-punt 4.8 għandhom ikunu ddisinjati u kostruwiti sabiex dawn jiffunzjonaw ukoll mingħajr il-forniment tas-soltu tal-enerġija. Il-perjodu tal-operat tagħhom għandu jkun twil biżżejjed biex jippermetti l-operat tal-proċedura ta’ salvataġġ.

4.10.

Iċ-ċirkuwiti tal-kontrolli tal-liftijiet li jistgħu jintużaw fil-każ ta’ ħruq għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati hekk li l-liftijiet ma jkunux jistgħu jieqfu bejn ċerti livelli u jħallu għal kontroll ta’ prijorità tal-lift minn nies tas-salvataġġ.

5.   Immarkar

5.1.

B’żieda mal-partikolaritajiet minimi meħtieġa għal xi makkinarju skont il-punt 1.7.3 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE, kull kabina għandu jkollha pjanċa kjarament viżibbli li turi t-tagħbija ratata f’kilogrammi u n-numru massimu ta’ passiġġieri li jistgħu jinġarru.

5.2.

Jekk il-lift ikun iddisinjat biex jippermetti persuni maqbuda fil-kabina li joħorġu mingħajr għajnuna minn barra, l-istruzzjonijiet rilevanti għandom ikunu ċari u viżibbli fil-kabina.

6.   Istruzzjonijiet

6.1.

Il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li hemm referenza dwarhom fl-Anness III għandhom ikunu akkumpanjati b’istruzzjonijiet, sabiex dawn li ġejjin ikunu jistgħu jitwettqu b’mod effettiv u mingħajr periklu:

(a)

l-immuntar;

(b)

il-konnessjoni;

(c)

l-aġġustament;

(d)

il-manutenzjoni.

6.2.

Kull lift għandu jkun akkumpanjat b’istruzzjonijiet għall-użu. L-istruzzjonijiet għandu jkun fihom, mill-anqas id-dokumenti li ġejjin:

(a)

istruzzjonijiet li jkun fihom il-pjanti u d-disinji meħtieġa għall-użu normali u fir-rigward tal-manutenzjoni, l-ispezzjoni, it-tiswija, il-verifiki perjodiċi u l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ li hemm referenza dwarhom fil-punt 4.4;

(b)

reġistru li fih jinkitbu t-tiswijiet u, fejn xieraq, il-verifiki perjodiċi.


(1)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.


ANNESS II

A.   KONTENUT TAD-DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAL-UE GĦALL-KOMPONENTI TA’ SIKUREZZA GĦAL-LIFTIJIET

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet għandu jkun fiha din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-manifattur;

(b)

fejn xieraq, l-isem tan-negozju u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat;

(c)

deskrizzjoni tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, dettalji tat-tip jew serje u n-numru tas-serje (jekk ikun hemm); jekk ikun neċessarju għall-identifikazzjoni tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, din tista’ tinkludi stampa;

(d)

il-funzjoni ta’ sikurezza tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, jekk dan ma jkunx ovvju mid-deskrizzjoni;

(e)

is-sena tal-manifattura tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(f)

id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha li magħhom ikun konformi l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(g)

dikjarazzjoni li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet huwa konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(h)

fejn xieraq, ir-referenza jew ir-referenzi għall-istandard(s) armonizzati użati;

(i)

fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq l-eżami tat-tip tal-UE ta’ komponent ta’ sikurezza għal liftijiet imsemmija fl-Anness IV, Parti A, u fl-Anness VI, u r-referenza taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE maħruġ minn dak il-korp notifikat;

(j)

fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità mat-tip permezz ta’ kontrolli fuq bażi każwali għal komponenti ta’ sikurezza għal liftijiet imsemmija fl-Anness IX;

(k)

fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità mħaddma mill-manifattur skont il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità imsemmija fl-Anness VI jew fl-Anness VII;

(l)

l-isem u l-funzjoni tal-persuna bis-setgħa li tiffirma d-dikjarazzjoni f’isem il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

(m)

post u data tal-firma;

(n)

firma.

B.   IL-KONTENUT TAD-DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAL-UE GĦAL-LIFTIJIET

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal-liftijiet għandha tkun abbozzata fl-istess ilsien bħal dak tal-istruzzjonijiet imsemmija fil-punt 6.2 tal-Anness I, u għandu jkun fiha din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tan-negozju u l-indirizz ta’ min jinstalla;

(b)

fejn xieraq, l-isem tan-negozju u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat;

(c)

id-deskrizzjoni tal-lift, dettalji tat-tip jew serje, numru tas-serje u l-indirizz fejn il-lift ikun installat;

(d)

is-sena tal-installazzjoni tal-lift;

(e)

id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha li magħhom il-lift ikun konformi;

(f)

dikjarazzjoni li l-lift huwa konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(g)

fejn xieraq, ir-referenza jew ir-referenzi għall-istandard jew standards armonizzati użati;

(h)

fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq l-eżami tat-tip tal-UE ta’ liftijiet imsemmija fl-Anness IV, Parti B, u r-referenza taċ-ċertifikat tat-tip tal-eżami tal-UE maħruġ minn dak il-korp notifikat;

(i)

fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq il-proċedura tal-ispezzjoni tal-unità ta’ liftijiet imsemmija fl-Anness VIII;

(j)

fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq l-ispezzjoni finali ta’ liftijiet imsemmija fl-Anness V;

(k)

fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità imħaddma mill-installatur skont il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità imsemmija fl-Anness X, XI jew XII;

(l)

l-isem u l-funzjoni tal-persuna bis-setgħa li tiffirma d-dikjarazzjoni f’isem l-installatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu,

(m)

post u data tal-firma;

(n)

firma.


ANNESS III

LISTA TA’ KOMPONENTI TA’ SIKUREZZA GĦAL-LIFTIJIET

1.

Apparat sabiex jissakkru il-bibien tal-indani.

2.

Apparat biex ma jħallix li jseħħu l-waqgħat li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.2 tal-Anness I biex ma jħallux il-kabina milli taqa’ jew li jkollha moviment mhux ikkontrollat.

3.

Apparat biex jillimita l-veloċità żejda.

4.

(a)

Bafers li jakkumulaw l-enerġija:

(i)

mhux lineari, jew

(ii)

b’effett ta’ kuxxinett meta l-moviment ikun ġej lura.

(b)

Bafers li jiddissipaw l-enerġija.

5.

Apparat ta’ sikurezza mwaħħal ma’ apparat tal-irfigħ b’ċirkwiti ta’ enerġija idrawlika meta dawn jintużaw bħala mekkaniżmi biex jipprevjenu l-waqgħat.

6.

Apparat elettriku ta’ sikurezza fl-għamla ta’ ċirkwiti ta’ sikurezza li jkun fihom komponenti elettroniċi.


ANNESS IV

EŻAMI TAT-TIP TAL-UE GĦAL-LIFTIJIET U L-KOMPONENTI TA’ SIKUREZZA GĦAL-LIFTIJIET

(modulu B)

A.   Eżami tat-tip tal-ue ta’ komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet

1.

L-eżami tat-tip tal-UE hija l-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li fiha korp notifikat jeżamina d-disinn tekniku ta’ komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet u jivverifika u jafferma li d-disinn tekniku tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza tal-Anness I u se jippermetti li lift fejn dan il-komponent qiegħed inkorporat korrettement, jissodisfa dawk ir-rekwiżiti.

2.

L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip tal-UE għandha tkun ippreżentata mill-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, lill-korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll u l-post tal-manifattura tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma kinitx ġiet ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor;

(c)

id-dokumentazzjoni teknika;

(d)

kampjun rappreżentattiv tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jew dettalji tal-post ta’ fejn ikun jista’ jiġi eżaminat. Il-korp notifikat jista’ jitlob aktar kampjuni jekk ikunu meħtieġa biex isir il-programm tat-test;

(e)

l-evidenza ta’ sostenn għall-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta’ sostenn għandha ssemmi kull dokument, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, li jkun intuża, b’mod partikolari fejn l-istandards armonizzati rilevanti ma jkunux ġew applikati b’mod sħiħ. L-evidenza ta’ sostenn għandha tinkludi, fejn meħtieġ, ir-riżultati tat-testijiet imwettqa skont speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra mil-laboratorju adattat tal-manifattur, jew minn laboratorju ieħor tal-ittestjar f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

3.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li tiġi vvalutata l-konformità tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet mal-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1 u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskju jew riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-operat tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha, fejn applikabbli, tinkludi dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, inkluż il-qasam tiegħu tal-użu (b’mod partikolari l-possibbiltà ta’ limiti dwar veloċità, tagħbija u saħħa) u kundizzjonijiet (b’mod partikolari f’ambjenti esplużivi u esponiment għall-elementi);

(b)

tpinġijiet u pjanti tad-disinn u l-manifattura;

(c)

spjegazzjonijiet meħtieġa biex wieħed jifhem dawn it-tpinġijiet u d-dijagrammi u t-tħaddim tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(d)

lista ta’ standards armonizzati applikati bis-sħiħ jew parzjalment li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li ġew applikati;

(e)

ir-riżultati ta’ xi kalkolazzjonijiet ta’ disinn imwettqa mill-manifattur jew għalih;

(f)

rapporti ta’ testijiet;

(g)

kopja tal-istruzzjonijiet għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(h)

il-passi meħuda fl-istadju tal-manifattura biex jiġi żgurat li l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu ġew immanifatturati f’serje, jkunu konformi mal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet eżaminati.

4.

Il-korp notifikat għandu:

(a)

jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta’ sostenn biex jivvaluta l-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(b)

jiftiehem mal-applikant dwar post fejn se jitwettqu l-eżamijiet u t-testijiet;

(c)

jivverifika li l-kampjun jew il-kampjuni rappreżentattivi jkunu ġew immanifatturati b’konformità mad-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li ġew iddisinjati skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati rilevanti, kif ukoll l-elementi li ġew iddisinjati skont speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra;

(d)

iwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jiċċekkja jekk, fejn il-manifattur ikun għażel li japplika l-ispeċifikazzjonijiet tal-istandards armonizzati rilevanti, dawn ġewx applikati b’mod korrett;

(e)

iwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jiċċekkja jekk, fejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-istandards armonizzati rilevanti ma ġewx applikati, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur fl-applikazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra jippermettux lill-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1.

Il-korp notifikat għandu jħejji rapport ta’ evalwazzjoni li jirreġistra l-eżamijiet, il-verifiki u t-testijiet imwettqa u l-eżiti tagħhom. Bla ħsara għall-obbligi tiegħu fil-konfront tal-awtoritajiet notifikanti, il-korp notifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dak ir-rapport, b’mod sħiħ jew parzjali, biss bi qbil mal-manifattur.

5.

Fil-każ fejn it-tip ta’ komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Dak iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami tat-tip tal-UE, u kull kundizzjoni ta’ validità taċ-ċertifikat u l-partikolaritajiet meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat.

Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE jista’ jkollu anness wieħed jew aktar mehmużin miegħu.

Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu għandu jkollhom l-informazzjoni rilevanti kollha biex tkun tista’ tiġi evalwata l-konformità tal-komponenti ta’ sikurezza manifatturati għal-liftijiet mat-tip eżaminat u biex ikun hemm lok għal kontroll intern.

Fejn it-tip ta’ komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma jissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma lill-applikant dwar dan, filwaqt li jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu.

Il-korp notifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE, l-annessi u ż-żidiet tiegħu, kif ukoll id-dokumentazzjoni teknika u r-rapport ta’ evalwazzjoni, għal 15-il sena mid-data ta’ ħruġ ta’ dak iċ-ċertifikat.

6.

Il-korp notifikat għandu jżomm lilu nnifsu informat dwar kull tibdil fl-aktar teknoloġija avvanzata rikonoxxuta b’mod ġenerali li tindika li t-tip approvat ma jistax jibqa’ jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1 u għandu jiddetermina jekk dan it-tibdil jirrikjedix investigazzjoni ulterjuri. Jekk dan ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma lill-manifattur dwar dan.

7.

Il-manifattur għandu jinforma lill-korp notifikat li għandu d-dokumentazzjoni teknika relatata maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE dwar kull modifika lit-tip approvat li tista’ taffettwa l-konformità tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet mal-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1 jew il-kundizzjonijiet tal-validità taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE.

Il-korp notifikat għandu jeżamina l-modifiki u jinforma lill-applikant jekk iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE jkunx għadu validu jew jekk hemmx bżonn aktar eżamijiet, verifiki jew testijiet. Kif xieraq, il-korp notifikat għandu joħroġ żieda maċ-ċertifikat oriġinali ta’ eżami tat-tip tal-UE jew jitlob li tkun ippreżentata applikazzjoni ġdida għal eżami tat-tip tal-UE.

8.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu rigward iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u kull żieda magħhom li jkun ħareġ jew irtira, u għandu, perjodikament jew wara talba, jagħmel disponibbli lill-awtorità notifikanti tiegħu l-lista ta’ tali ċertifikati u kull żieda magħhom li jkun irrifjuta, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet notifikanti l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u kull żieda magħhom li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita, u, wara talba, dwar tali ċertifikati u/jew iż-żidiet magħhom maħruġa minnu.

9.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, wara talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati ta’ eżami tat-tip tal-UE u ż-żidiet magħhom. Wara talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u tar-rapport dwar l-eżamijiet, il-verifiki u t-testijiet imwettqa mill-korp notifikat.

10.

Il-manifattur għandu jżomm mad-dokumentazzjoni teknika kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE, l-annessi u ż-żidiet tagħha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun ġie introdott fis-suq.

11.

Ir-rappreżentant awtorizzat

Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jista’ jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 2 u jwettaq l-obbligi msemmija fil-punti 7 u 10, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

B.   Eżami tat-tip tal-ue tal-liftijiet

1.

L-eżami tat-tip tal-UE hija l-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li fiha korp notifikat jeżamina d-disinn tekniku ta’ mudell ta’ lift, jew lift li għalih m’hemmx dispożizzjoni għal estensjoni jew varjant, u jivverifika u jiddikjara li d-disinn tekniku tal-mudell ta’ lift jew tal-lift jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

L-eżami tat-tip tal-UE ta’ lift jinkludi eżami ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ lift komplet.

2.

L-applikazzjoni għal eżami tat-tip tal-UE għandha tkun ippreżentata mill-installatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma’ korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-installatur; u, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu wkoll, f’każ li l-applikazzjoni tkun ippreżentata minnu;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma kinitx ġiet ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor;

(c)

id-dokumentazzjoni teknika;

(d)

dettalji tal-post ta’ fejn il-kampjun rappreżentattiv ta’ lift ikun jista’ jiġi eżaminat. Il-kampjun rappreżentattiv ta’ lift ippreżentat għal eżami għandu jinkludi l-partijiet terminali kollha u li jkun jista’ jservi mill-anqas tliet livelli (fuq, nofs u isfel);

(e)

l-evidenza ta’ sostenn għall-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta’ sostenn għandha ssemmi kull dokument, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra li jkun intuża, b’mod partikolari fejn l-istandards armonizzati rilevanti ma jkunux ġew applikati b’mod sħiħ. L-evidenza ta’ sostenn għandha tinkludi, fejn meħtieġ, ir-riżultati tat-testijiet imwettqa skont speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra mil-laboratorju adattat tal-installatur, jew minn laboratorju ieħor tal-ittestjar f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

3.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tagħmilha possibbli li ssir valutazzjoni tal-konformità tal-lift mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha, fejn applikabbli, tinkludi dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-mudell tal-lift li tindika kjarament il-varjazzjonijiet permessi kollha għall-mudell ta’ lift;

(b)

tpinġijiet u pjanti tad-disinn u l-manifattura;

(c)

spjegazzjonijiet meħtieġa biex wieħed jifhem dawn it-tpinġijiet u d-dijagrammi u t-tħaddim tal-lift;

(d)

lista tal-ħtiġijiet ta’ saħħa u sikurezza essenzjali li jkunu kkunsidrati;

(e)

lista ta’ standards armonizzati applikati bis-sħiħ jew parzjalment li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawn l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li ġew applikati;

(f)

kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet inkorporati fil-lift;

(g)

ir-riżultati ta’ kalkolazzjonijiet ta’ disinn imwettqa mill-installatur jew għalih;

(h)

rapporti tat-test;

(i)

kopja tal-istruzzjonijiet tal-lift imsemmija fil-punt 6.2 tal-Anness I;

(j)

il-passi meħuda fl-istadju tal-installazzjoni biex jiġi assigurat li lift prodott f’serje jkun konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

4.

Il-korp notifikat għandu:

(a)

jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u evidenza ta’ sostenn biex jistma l-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-mudell ta’ lift jew tal-lift li għalih m’hemmx dispożizzjoni għal estensjoni jew varjant;

(b)

jiftiehem mal-installatur dwar post fejn se jitwettqu l-eżamijiet u t-testijiet;

(c)

jeżamina l-kampjun rappreżentattiv ta’ lift biex jiġi ċċekkjat li dan ikun ġie mmanifatturat b’konformità mad-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li ġew iddisinjati skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati rilevanti, kif ukoll l-elementi li ġew iddisinjati skont standards tekniċi rilevanti oħra;

(d)

jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jiċċekkja jekk, fejn l-installatur ikun għażel li japplika l-ispeċifikazzjonijiet tal-istandards armonizzati rilevanti, dawn ġewx applikati b’mod korrett;

(e)

iwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jiċċekkja jekk, fejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-istandards armonizzati rilevanti ma ġewx applikati, is-soluzzjonijiet adottati mill-installatur fl-applikazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

5.

Il-korp notifikat għandu jħejji rapport ta’ evalwazzjoni li jirreġistra l-eżamijiet, il-verifiki u t-testijiet imwettqa u l-eżiti tagħhom. Bla ħsara għall-obbligi tiegħu fil-konfront tal-awtoritajiet notifikanti, il-korp notifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dak ir-rapport, b’mod sħiħ jew parzjali, biss bi qbil mal-installatur.

6.

Fejn it-tip ikun konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I applikabbli għal-lift konċernat, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE lill-installatur. Dak iċ-ċertifikat għandu jkun fih l-isem u l-indirizz tal-installatur tal-lift, il-konklużjonijiet tal-eżami tat-tip tal-UE, xi kundizzjonijiet tal-validità taċ-ċertifikat u l-partikolaritajiet meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat.

Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE jista’ jkollu anness wieħed jew aktar mehmużin.

Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu għandhom jinkludu l-informazzjoni neċessarja kollha sabiex il-liftijiet ikunu jistgħu jkunu konformi mat-tip approvat li jrid jiġi vvalutat matul l-aħħar ispezzjoni.

Fejn it-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma b’dan lill-installatur, fejn jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu.

Il-korp notifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE, l-annessi u ż-żidiet tiegħu, kif ukoll id-dokumentazzjoni teknika u r-rapport ta’ evalwazzjoni, għal 15-il sena mid-data ta’ ħruġ ta’ dak iċ-ċertifikat.

7.

Il-korp notifikat għandu jżomm lilu nnifsu informat dwar kull bidla fit-teknoloġija l-aktar avvanzata ġeneralment rikonoxxuta, li tindika li t-tip approvat jista’ ma jikkonformax aktar mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I u għandu jiddetermina jekk tali bidliet ikunux jeħtieġu aktar investigazzjonijiet. Jekk ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma lill-installatur dwar dan.

8.

L-installatur għandu jinforma lill-korp notifikat dwar kull modifika fit-tip approvat, inklużi l-varjazzjonijiet mhux speċifikati fid-dokumentazzjoni teknika oriġinali, li jistgħu jaffettwaw il-konformità tal-lift mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I jew il-kundizzjonijiet ta’ validità taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE.

Il-korp notifikat għandi jeżamina l-modifika u jinforma lill-installatur jekk iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE jkunx għadu validu jew jekk hemmx bżonn isiru aktar eżamijiet, verifiki jew testijiet. Il-korp notifikat għandu joħroġ, kif xieraq, żieda maċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tat-tip tal-UE jew jitlob li tkun ippreżentata applikazzjoni ġdida għal eżami tat-tip tal-UE.

9.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u dwar kull żieda magħhom li jkun ħareġ jew irtira, u għandu, perjodikament jew wara talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti tiegħu l-lista ta’ tali ċertifikati u kull żieda magħhom li jkun irrifjuta, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u kull żieda magħhom, li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita u, jekk jintalab jagħmel dan, dwar tali ċertifikati u ż-żidiet magħhom maħruġa minnu.

10.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, wara talba, jakkwistaw kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u ż-żidiet magħhom. Wara talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u tar-rapport dwar l-eżamijiet, il-verifiki u t-testijiet imwettqa mill-korp notifikat.

11.

L-installatur għandu jżomm, mad-dokumentazzjoni teknika, kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE, inklużi l-annessi u ż-żidiet tagħha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin minn meta l-aħħar lift ikun ġie introdott fis-suq.

12.

Ir-rappreżentant awtorizzat

Ir-rappreżentant awtorizzat tal-installatur jista’ jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 2 u jwettaq l-obbligi msemmija fil-punti 8 u 11, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS V

ISPEZZJONI FINALI GĦAL-LIFTIJIET

1.   L-ispezzjoni finali hija l-parti tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-korp notifikat jaċċerta u jiċċertifika li lift suġġett għal-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE jew iddisinjat u mmanifatturat skont sistema approvata ta’ kwalità, jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.   Obbligi tal-installatur

L-installatur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-lift li jkun qed jiġi installat jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I u ma’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

tip approvat deskritt f’ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE;

(b)

lift iddisinjat u mmanifatturat skont sistema ta’ kwalità skont l-Anness XI u ċ-ċertifikat ta’ eżami tad-disinn tal-UE jekk id-disinn ma jkunx għal kollox skont l-istandards armonizzati.

3.   Ispezzjoni finali

Korp notifikat magħżul mill-installatur għandu jagħmel l-ispezzjoni finali tal-lift installat li jkun se jiġi introdott fis-suq biex jiċċekkja l-konformità tal-lift mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

3.1.

L-installatur għandu jippreżenta applikazzjoni għal ispezzjoni finali ma’ korp notifikat uniku tal-għażla tiegħu u għandu jipprovdi lill-korp notifikat id-dokumenti li ġejjin:

(a)

il-pjanta tal-lift komplut;

(b)

il-pjanti u d-disinji meħtieġa għall-ispezzjoni finali, b’mod partikolari tad-disinji taċ-ċirkwiti ta’ kontroll;

(c)

kopja tal-istruzzjonijiet imsemmijin fl-Anness I, il-punt 6.2.

(d)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma kinitx ġiet ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor.

Il-korp notifikat ma jistax jeħtieġ pjanti dettaljati jew informazzjoni preċiża li ma tkunx meħtieġa għall-verifika tal-konformità tal-lift.

L-eżamijiet u t-testijiet xierqa stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew testijiet ekwivalenti, għandhom jitwettqu biex tiġi kontrollata l-konformità tal-lift mal-ħtiġijiet ta’ saħħa u sikurezza essenzjali stabbiliti fl-Anness I.

3.2.

L-eżamijiet għandhom jinkludu mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-eżami tad-dokumenti msemmija fil-punt 3.1 biex jiġi ċċekkjat li l-lift jikkonforma mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE skont l-Anness IV, Parti B;

(b)

l-eżami tad-dokumenti msemmija fil-punt 3.1 biex jiġi ċċekkjat li l-lift jikkonforma mal-lift iddisinjat u mmanifatturat skont sistema approvata ta’ kwalità skont l-Anness XI u jekk id-disinn ma jkunx għalkollox skont l-istandards armonizzati, maċ-ċertifikat ta’ eżami tad-disinn tal-UE.

3.3.

It-testijiet tal-lift għandhom jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

l-operazzjoni tal-lift, kemm vojt u wkoll bit-tagħbija massima biex tiġi assigurata l-installazzjoni korretta u l-operat tal-apparat ta’ sikurezza (waqfien fit-termini, apparat ta’ tiskir, eċċ.);

(b)

l-operazzjoni tal-lift kemm bit-tagħbija massima u wkoll vojt biex jiġi assigurat il-funzjonament korrett tal-apparat ta’ sikurezza fil-każ ta’ qtugħ tal-elettriku;

(c)

test statiku b’tagħbija ta’ 1,25 drabi tat-tagħbija nominali.

It-tagħbija nominali għandha tkun dik li hemm referenza dwarha fl-Anness I, il-punt 5.

Wara dawn it-testijiet, il-korp notifikat għandu jivverifika li ma jkunx seħħ xi tgħawwiġ jew deterjorazzjoni li tista’ tfixkel l-użu tal-lift.

4.   Jekk il-lift jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I, il-korp notifikat għandu jwaħħal jew jara li jitwaħħal in-numru tal-identifikazzjoni tiegħu biswit il-marka CE skont l-Artikoli 18 u 19 u għandu joħroġ ċertifikat ta’ ispezzjoni finali li jsemmi l-eżamijiet u t-testijiet imwettqa.

Il-korp notifikat għandu jimla l-paġni korrispondenti tar-reġistru li hemm referenza dwaru fl-Anness I, il-punt 6.2.

Jekk il-korp notifikat jirrifjuta li joħroġ iċ-ċertifikat tal-ispezzjoni finali, għandu jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut u jindika l-miżuri korrettivi meħtieġa li għandhom jittieħdu. Meta l-installatur tal-lift jerġa’ japplika għall-ispezzjoni finali, hu għandu japplika mal-istess korp notifikat.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

5.1.

L-installatur għandu jwaħħal il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat msemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar biswit il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift.

5.2.

L-installatur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull lift u jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u ċ-ċertifikat tal-ispezzjoni finali għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq. Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

6.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja taċ-ċertifikat tal-ispezzjoni finali wara talba.

7.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-installatur stipulati fil-punti 3.1 u 5, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS VI

KONFORMITÀ MAT-TIP IBBAŻATA FUQ ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PRODOTT GĦALL-KOMPONENTI TA’ SIKUREZZA GĦAL-LIFTIJIET

(modulu E)

1.   Il-konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet hija l-parti tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-korp notifikat jivvaluta s-sistema ta’ kwalità ta’ manifattur sabiex jiżgura li l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet huma mmanifatturati u mmonitorjati b’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I u se jippermettu li l-lift li miegħu jkunu inkorporati b’mod korrett jissodisfa dawk ir-rekwiżiti.

2.   L-obbligi tal-manifattur

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ kwalità għall-ispezzjoni finali u l-ittestjar tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet kif speċifikat fil-punt 3, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3.   Sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni, għall-istima tas-sistema ta’ kwalità tal-prodott tiegħu għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet konċernati ma’ korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma kinitx ġiet ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor;

(c)

l-indirizz tal-post fejn isiru l-ispezzjoni finali u l-ittestjar tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(d)

l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jridu jiġu mmanifatturati;

(e)

id- dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ kwalità;

(f)

id-dokumentazzjoni teknika tal-komponenti approvati ta’ sikurezza għal-liftijiet u kopja taċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE.

3.2.

Skont is-sistema ta’ kwalità, kull komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet għandu jiġi ispezzjonat u t-testijiet xierqa kif stipulati fl-istandards armonizzati rilevanti jew testijiet ekwivalenti għandhom jitwettqu sabiex tiġi assigurata l-konformità tiegħu mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 1. L-elementi kollha, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat fl-għamla ta’ politiki bil-miktub, proċeduri u istruzzjonijiet. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi ta’ kwalità, pjanti, manwali u reġistri.

Għandu jkun fiha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

il-miri tal-kwalità;

(b)

l-istruttura tal-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-amministrazzjoni fir-rigward tal-kwalità tal-prodott;

(c)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jitwettqu wara l-manifattura;

(d)

il-mezzi biex tiġi mmonitorjata l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta’ kwalità; u

(e)

reġistri tal-kwalità, bħalma huma rapporti tal-ispezzjoni u dejta dwar it-testijiet, dejta ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema ta’ kwalità biex jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġijiet li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.2. Għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk il-ħtiġijiet fir-rigward tal-elementi tas-sistemi ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Apparti l-esperjenza f’sistemi ta’ ġestjoni ta’ kwalità, il-grupp tal-awdituri għandu jkollu mill-anqas membru wieħed b’esperjenza ta’ stima fit-teknoloġija kkonċernata tal-lift u għarfien tar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

L-eżerċizzju ta’ awditjar għandu jinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-bini tal-manifattur.

Il-grupp tal-awdituri għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(f) biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva u jagħmel l-eżamijiet neċessarji sabiex jiżgura l-konformità tal-komponenti ta’ sikurezza għal liftijiet ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tiġi innotifikata lill-manifattur. In-notifika għandha tinkludi l-konklużjonijiet tal-eżerċizzju ta’ awditjar u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.4.

Il-manifattur għandu jintrabat li jissodisfa l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jżomm lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità infurmat dwar kull tibdil maħsub fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jistma l-modifikazzjonijiet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità hijiex se tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk stima mill-ġdid tkunx meħtieġa.

Għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

4.   Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur iwettaq kif suppost l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti lill-korp notifikat aċċess għall-post fejn isseħħ l-ispezzjoni, it-testijiet u l-lokalitajiet tal-ħażna u li jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

id-dokumentazzjoni teknika;

(c)

ir-reġistri ta’ kwalità, bħalma huma r-rapport tal-ispezzjoni u d-dejta dwar it-testijiet, id-dejta ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.

4.3.

Il-korp notifikat għandu perjodikament iwettaq eżerċizzji ta’ awditjar biex jassigura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport ta’ awditjar.

4.4.

B’żieda, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda fil-bini tal-manifattur fejn isiru l-ispezzjoni finali u l-ittestjar tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet.

Waqt dawk iż-żjarat, il-korp notifikat jista’, fejn meħtieġ, iwettaq testijiet jew jara li dawn jitwettqu sabiex jivverifika l-funzjonament xieraq tas-sistema ta’ kwalità. Dan għandu jipprovdi lill-manifattur, b’rapport taż-żjara u, jekk test ikun twettaq, b’rapport tat-test.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull komponent individwali ta’ sikurezza għal-liftijiet li jissodisfa l-kundizzjonijiet applikabbli msemmija f’punt 1.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet u jżomm kopja tagħha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li tkun saret għalih.

6.   Il-manifattur għandu, għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun ġie introdott fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni teknika li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.1(f);

(b)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1(e);

(c)

l-informazzjoni relatata mal-bidla li hemm referenza dwarha fil-punt 3.5;

(d)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li hemm referenza dwarhom fit-tielet paragrafu tal-punt 3.5 u l-punti 4.3 u 4.4.

7.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu bid-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirata(i), u, għandu, perjodikament jew wara talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti tiegħu, il-lista tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bid-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira u, wara talba, bid-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni maħruġa minnu.

Jekk jintalab jagħmel dan, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’kopja tad-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkunu nħarġu.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur stabbiliti fil-punti 3.1, 3.5, 5 u 6 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS VII

KONFORMITÀ BBAŻATA FUQ ASSIGURAZZJONI SĦIĦA TAL-KWALITÀ GĦALL-KOMPONENTI TA’ SIKUREZZA GĦAL-LIFTIJIET

(modulu H)

1.   Il-konformità bbażata fuq assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet hija l-parti tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-korp notifikat jivvaluta s-sistema ta’ kwalità ta’ manifattur sabiex jiżgura li l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet huma ddisinjati, manifatturati, ispezzjonati u ttestjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza tal-Anness I u biex jippermettu li l-lift li miegħu jkunu inkorporati b’mod korrett jissodisfa dawk ir-rekwiżiti.

2.   L-obbligi tal-manifattur

Il-manifattur għandu jħaddem sistema approvata ta’ kwalità għad-disinn, il-manifattura, l-ispezzjoni finali u l-ittestjar tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet kif speċifikat fil-punt 3, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3.   Sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-istima tas-sistema tiegħu tal-kwalità ma’ korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu. L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

l-indirizz tal-post fejn il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet huma ddisinjati, immanifatturati, ispezzjonati u ttestjati;

(c)

l-informazzjoni relevanti kollha dwar il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jridu jiġu mmanifatturati;

(d)

id-dokumentazzjoni teknika deskritta fil-punt 3 tal-Anness IV, Parti A, għal mudell wieħed ta’ kull kategorija ta’ komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li jrid jiġi mmanifatturat;

(e)

id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ kwalità;

(f)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġietx ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura l-konformità tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet mal-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1. L-elementi, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fl-għamla ta’ politiki, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi ta’ kwalità, pjanti, manwali u reġistri.

Għandu jkun fiha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

il-miri tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u l-poteri tal-amministrazzjoni fir-rigward tad-disinn u l-kwalità tal-prodott;

(b)

l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn tekniku, inklużi standards, li għandhom ikunu applikati u, fejn l-istandards armonizzati rilevanti mhumiex se jiġu applikati jew applikati kollha kemm huma, il-mezzi, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, li se jkunu użati biex jiġi assigurat li l-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1 se jintlaħqu;

(c)

il-kontroll tad-disinn u t-teknika tal-verifika tad-disinn, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li jiġu użati meta jkunu qed jiġu ddisinjati l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(d)

it-teknika korrispondenti dwar manifattura, kontroll ta’ kwalità u assigurazzjoni ta’ kwalità, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li jkunu se jintużaw;

(e)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jitwettqu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha dawn għandhom jitwettqu;

(f)

ir-reġistri ta’ kwalità, bħalma huma r-rapport tal-ispezzjoni u d-dettalji dwar it-testijiet, id-dettalji ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.;

(g)

il-mezzi ta’ sorveljanza dwar il-kisba tad-disinn meħtieġ u l-kwalità tal-prodott u l-operat effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema tal-kwalità biex jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġijiet li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.2. Għandha tkun preżunta l-konformità ma’ dawn il-ħtiġijiet fir-rigward tal-elementi tas-sistemi ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Apparti l-esperjenza f’sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, il-grupp tal-awdituri għandu jkollu mill-anqas membru wieħed b’esperjenza ta’ stima fit-teknoloġija kkonċernata tal-lift u għarfien tar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I. L-eżerċizzju ta’ awditjar għandu jinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-post tal-manifattur.

It-tim ta’ awditjar għandu jirrivedi d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(d) biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I u li jagħmel l-eżamijiet meħtieġa bl-għan li jiżgura l-konformità tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tkun notifikata lill-manifattur u, fejn xieraq, lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-awditjar u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.4.

Il-manifattur għandu jintrabat li jwettaq l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-manifattur għandu jżomm lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità, infurmat b’kull tibdil maħsub fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jistma l-modifikazzjonijiet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema modifikata ta’ kwalità hijiex se tkompli tissodisfa l-ħtiġijiet li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.2 jew jekk hijiex neċessarja stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

4.   Sorveljanza taħt ir-responsabbilità tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jkun żgurat li l-manifattur iwettaq kif suppost l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti lill-korp notifikat aċċess għad-disinn, il-manifattura, l-ispezzjoni, it-testijiet u l-lokalitajiet ta’ ħażna u għandu jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

ir-reġistri ta’ kwalità li jkunu disponibbli fil-parti tad-disinn fis-sistema ta’ kwalità, bħalma huma r-riżultati tal-analiżi, il-kalkolazzjonijiet, it-testijiet.

(c)

id-dokumentazzjoni teknika għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet immanifatturati;

(d)

ir-reġistri ta’ kwalità li hemm provdut dwarhom fil-parti tal-manifattura tas-sistema ta’ kwalità, bħalma huma r-rapport tal-ispezzjoni u d-dejta dwar it-testijiet, id-dejta ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.

4.3.

Il-korp notifikat għandu jwettaq eżerċizzji ta’ awditjar perjodiċi biex jassigura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport ta’ awditjar.

4.4.

B’żieda, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda lill-manifattur. Fil-waqt ta’ dawn iż-żjarat, il-korp notifikat jista’, fejn meħtieġ, iwettaq testijiet jew jara li dawn jitwettqu sabiex jivverifika l-funzjonament xieraq tas-sistema ta’ kwalità. Għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk ikunu twettqu testijiet, b’rapport tat-test.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull komponent individwali ta’ sikurezza għal-liftijiet li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet u jżomm kopja tagħha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li tkun tfasslet għalih.

6.   Il-manifattur għandu, għall-perjodu li jintemm 10 snin wara li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun ġie introdott fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1(e);

(b)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(d);

(c)

l-informazzjoni relatata mal-bidla li hemm referenza dwarha fl-ewwel paragrafu tal-punt 3.5;

(d)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat imsemmija fit-tielet paragrafu tal-punt 3.5 u fil-punti 4.3 u 4.4.

7.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu dwar id-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u għandu, perjodikament jew wara talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti tiegħu l-lista ta’ deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni rifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bid-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira u, wara talba, bid-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni maħruġa minnu.

Jekk jintalab jagħmel dan, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’kopja tad-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkunu nħarġu.

Il-korp notifikat għandu jżomm kopja tad-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni maħruġa, tal-annessi u taż-żidiet tagħhom, kif ukoll tad-dokumentazzjoni teknika għal 15-il sena mid-data ta’ ħruġ tagħhom.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur stabbiliti fil-punti 3.1, 3,5, 5 u 6 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS VIII

KONFORMITÀ BBAŻATA FUQ IL-VERIFIKA TAL-UNITÀ GĦAL-LIFTIJIET

(modulu G)

1.   Il-konformità bbażata fuq il-verifika tal-unità hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha korp notifikat jivvaluta jekk lift jikkonformax mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.   Obbligi tal-installatur

2.1.

L-installatur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-lift mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.2.

L-installatur għandu japplika ma’ korp notifikat uniku tal-għażla tiegħu għall-verifika tal-unità.

L-applikazzjoni għandu jkun fiha:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-installatur, u jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

l-lokalità ta’ fejn il-lift ikun ġie installat;

(c)

dikjarazzjoni bil-miktub fis-sena li l-istess applikazzjoni ma kinitx ġiet ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor;

(d)

id-dokumentazzjoni teknika.

3.   Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti valutazzjoni tal-konformità tal-lift mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha mill-inqas dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-lift;

(b)

id-disinn u l-pjanti tal-manifattura u t-tpinġijiet;

(c)

spjegazzjonijiet meħtieġa biex wieħed jifhem dawn it-tpinġijiet u d-dijagrammi u t-tħaddim tal-lift;

(d)

lista tar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza kkunsidrati;

(e)

lista ta’ standards armonizzati applikati bis-sħiħ jew parzjalment li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u, fejn dawn l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, id-deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li ġew applikati;

(f)

kopja taċ-ċertifikati ta’ eżami tat-tip tal-UE tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet inkorporati fil-lift;

(g)

ir-riżultati tal-kalkolazzjonijiet tad-disinn imwettqa mill-installatur jew għalih;

(h)

rapporti tat-test;

(i)

kopja tal-istruzzjonijiet imsemmija fil-punt 6.2 tal-Anness I.

4.   Il-verifika

Il-korp notifikat magħżul mill-installatur għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-lift u jagħmel it-testijiet xierqa kif stipulati fl-istandard(s) armonizzati rilevanti, jew testijiet ekwivalenti, biex tiġi kkontrollata l-konformità tiegħu mal-ħtiġijiet ta’ saħħa u sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I. It-testijiet għandhom jinkludu għall-inqas it-testijiet imsemmija fil-punt 3.3 tal-Anness V.

Jekk il-lift jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ konformità marbuta mat-testijiet imwettqa.

Il-korp notifikat għandu jimla l-paġni korrispondenti tar-reġistru msemmija fil-punt 6.2 tal-Anness I.

Jekk il-korp notifikat jirrifjuta li joħroġ iċ-ċertifikat ta’ konformità, dan għandu jiddikjara fid-dettall ir-raġunijiet tiegħu għal dan ir-rifjut u jindika l-miżuri korrettivi meħtieġa li għandhom jittieħdu. Meta l-installatur jerġa’ japplika għall-verifika tal-unità hu għandu japplika għand l-istess korp notifikat.

Jekk jintalab jagħmel dan, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’kopja taċ-ċertifikat ta’ konformità.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE;

5.1.

L-installatur għandu jwaħħal il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat msemmi fil-punt 2.2, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar biswit il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift.

5.2.

L-installatur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull lift u jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq. Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

6.   L-installatur għandu jżomm mad-dokumentazzjoni teknika kopja taċ-ċertifikat ta’ konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin mid-data li fiha l-lift ikun ġie introdott fis-suq.

7.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-installatur stipulati fil-punti 2.2 u 6 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS IX

KONFORMITÀ TAT-TIP B’VERIFIKI KAŻWALI GĦAL KOMPONENTI TA’ SIKUREZZA GĦAL-LIFTIJIET

(modulu C2)

1.   Il-konformità mat-tip b’kontrolli każwali hija l-parti tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-korp notifikat iwettaq kontrolli fuq il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet biex jiżgura li dawn jikkonformaw mat-tip approvat kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli tal-Anness I u jippermettu li l-lift li jkunu inkorporati korrettament fih jissodisfa dawk ir-rekwiżiti.

2.   Manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw li l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet manifatturati jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 1.

3.   Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għal kontroll każwali ma’ korp notifikat uniku tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma kinitx ġiet ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor;

(c)

l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet immanifatturati;

(d)

l-indirizz tal-post fejn jista’ jittieħed il-kampjun tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet.

4.   Il-korp notifikat għandu jagħmel jew jara li jsiru verifiki fuq il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet matul intervalli każwali. Kampjun adegwat tal-komponenti finali ta’ sikurezza għal-liftijiet, meħud minn fuq il-post mill-korp notifikat, għandu jkun eżaminat u t-testijiet xierqa kif stipulati fl-istandards armonizzati rilevanti, u/jew testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, għandhom jitwettqu biex jivverifikaw jekk il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 1. Fil-każijiet meta wieħed jew aktar mill-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet verifikati ma jkunux konformi, il-korp notifikat għandu jieħu l-miżuri xierqa.

Il-punti li għandu jingħata kont tagħhom meta ssir il-verifika tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet għandhom ikunu definiti fi ftehim konġunt bejn il-korpi notifikati responsabbli għal din il-proċedura, waqt li jiġu kkunsidrati il-karatteristiċi essenzjali tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet.

Il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ konformità mat-tip fir-rigward tal-eżamijiet u t-testijiet imwettqa.

Jekk jintalab jagħmel dan, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’kopja taċ-ċertifikat ta’ konformità mat-tip.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull komponent individwali ta’ sikurezza għal-liftijiet li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 1.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet u jżomm kopja tagħha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li tkun tfasslet għalih.

6.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat. Rappreżentant awtorizzat m’għandux jissodisfa l-obbligi tal-manifattur li huma stabbiliti fil-punt 2.


ANNESS X

KONFORMITÀ MAT-TIP IBBAŻATA FUQ L-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PRODOTT GĦAL-LIFTIJIET

(modulu E)

1.   Il-konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott hija l-parti tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-korp notifikat jivvaluta s-sistema tal-kwalità tal-prodott ta’ installatur sabiex jiżgura li l-liftijiet huma konformi mat-tip approvat kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE jew ma’ lift iddisinjat u manifatturat taħt sistema ta’ kwalità approvata skont l-Anness XI, u jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.   Obbligi tal-installatur

L-installatur għandu jopera sistema approvata tal-kwalità għall-ispezzjoni finali u l-ittestjar tal-lift kif speċifikat fil-punt 3, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3.   Sistema ta’ kwalità

3.1.

L-installatur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-istima tas-sistema ta’ kwalità użata minnu għal-liftijiet konċernati, ma’ korp notifikat uniku tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-installatur, u jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

l-informazzjoni rIlevanti kollha dwar il-liftijiet li jridu jiġu installati;

(c)

id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ kwalità;

(d)

id-dokumentazzjoni teknika tal-liftijiet li jridu jiġu installati;

(e)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġietx ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor.

3.2.

Skont is-sistema ta’ kwalità, kull lift għandu jkun eżaminat u t-testijiet xierqa stipulati fl-istandards armonizzati rilevanti jew testijiet ekwivalenti għandhom jitwettqu sabiex tkun assigurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

L-elementi, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-installatur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat f’għamla ta’ politiki, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi ta’ kwalità, pjanti, manwali u reġistri.

Għandu jkun fiha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

il-miri tal-kwalità;

(b)

l-istruttura tal-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-amministrazzjoni fir-rigward tal-kwalità tal-prodott;

(c)

l-eżami u t-testijiet li għandhom isir qabel ma jiġi introdott fis-suq, inklużi mill-anqas it-testijiet stipulati fil-punt 3.3 tal-Anness V;

(d)

il-mezzi biex tiġi mmonitorjata l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta’ kwalità;

(e)

ir-reġistri ta’ kwalità, bħalma huma r-rapport ta’ ispezzjoni u d-dejta dwar it-testijiet, id-dejta ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema ta’ kwalità biex jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġijiet li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.2. Għandha tkun preżunta konformità ma’ dawk il-ħtiġijiet fir-rigward tal-elementi tas-sistemi ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Il-grupp tal-awdituri għandu jkollu mill-anqas membru wieħed b’esperjenza ta’ stima fit-teknoloġija kkonċernata tal-lift u b’għarfien tar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I. L-eżerċizzju ta’ awditjar għandu jinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-post tal-installatur u żjara fuq is-sit tal-installazzjoni.

Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-installatur. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-awditjar u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.4.

L-installatur għandu jintrabat li jwettaq l-obbligi li joriġinaw mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex din tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.4.1.

L-installatur għandu jżomm infurmat lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità b’kull tibdil maħsub għas-sistema.

3.4.2.

Il-korp notifikat għandu jistma l-modifikazzjonijiet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema modifikata ta’ kwalità hijiex se tkompli tissodisfa l-ħtiġijiet imsemmija fil-punt 3.2 jew jekk hijiex neċessarja stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-installatur, jew fejn xieraq, lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

Il-korp notifikat għandu jwaħħal jew jassigura li jitwaħħal, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu biswit il-marka CE skont l-Artikoli 18 u 19.

4.   Sorveljanza taħt ir-responsabbilità tal-korp notifikat

4.1.

L-għan tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-installatur iwettaq kif suppost l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

L-installatur għandu għal skopijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti lill-korp notifikat aċċess għal-lokalitajiet ta’ installazzjoni, ispezzjoni u tat-testijiet, u għandu jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

bid-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

id-dokumentazzjoni teknika;

(c)

ir-reġistri ta’ kwalità, bħalma huma r-rapport tal-ispezzjoni u d-dejta dwar it-testijiet, id-dejta ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.

4.3.

Il-korp notifikat għandu perjodikament iwettaq eżerċizzji ta’ awditjar biex jassigura li l-intstallatur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi lill-installatur b’rapport tal-awditjar.

4.4.

B’żieda, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda fis-siti tal-installazzjoni tal-lift.

Fil-waqt ta’ dawn iż-żjarat, il-korp notifikat jista’, fejn meħtieġ, iwettaq testijiet jew jara li dawn jitwettqu sabiex jivverifika l-funzjonament xieraq tas-sistema ta’ kwalità u tal-lift. Għandu jipprovdi lill-installatur b’rapport taż-żjara u, jekk ikunu twettqu testijiet, b’rapport tat-test.

5.   L-installatur għandu, għal 10 snin wara l-aħħar lift ikun ġie introdott fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1(c);

(b)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(d);

(c)

l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.4.1;

(d)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat imsemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 3.4.2 u tal-punti 4.3 u 4.4.

6.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu dwar id-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirata(i), u għandu, perjodikament jew wara talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti tiegħu l-lista ta’ deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni rifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bid-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira u, wara talba, bid-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni maħruġa minnu.

Jekk jintalab jagħmel dan, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’kopja tad-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkunu nħarġu.

7.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

7.1.

L-installatur għandu jwaħħal il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar biswit il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift.

7.2.

L-installatur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull lift u jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq. Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-installatur stipulati fil-punti 3.1, 3.4.1, 5 u 7 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS XI

KONFORMITÀ BBAŻATA FUQ ASSIGURAZZJONI SĦIĦA TAL-KWALITÀ KIF UKOLL EŻAMI TAD-DISINN GĦAL-LIFTS

(modulu H1)

1.   Il-konformità bbażata fuq l-assigurazzjoni sħiħa ta’ kwalità u l-eżami tad-disinn għal-liftijiet hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-korp notifikat jivvaluta s-sistema ta’ kwalità ta’ installatur, u, fejn xieraq, id-disinn tal-liftijiet, biex jiżgura li l-liftijiet installati jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.   Obbligi tal-installatur

L-installatur għandu jħaddem sistema approvata ta’ kwalità għad-disinn, il-manifattura, l-immuntar, l-installazzjoni, l-ispezzjoni finali u l-ittestjar tal-liftijiet kif speċifikat fil-punt 3, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4. L-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-liftijiet għandu jkun ġie eżaminat skont il-punt 3.3.

3.   Sistema ta’ kwalità

3.1.   L-installatur għandu jagħmel applikazzjoni għall-istima tas-sistema tiegħu ta’ kwalità mal-korp notifikat uniku tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-installatur, u jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

l-informazzjoni rilevanti kollha għal-liftijiet li jridu jiġu installati, b’mod partikolari informazzjoni li tippermetti għall-ftehim dwar ir-relazzjoni bejn id-disinn u l-operazzjoni tal-lift;

(c)

id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ kwalità;

(d)

id-dokumentazzjoni teknika deskritta fil-punt 3.3 tal-Anness IV, Parti B;

(e)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma kinitx ġiet ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor.

3.2.   Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura li l-liftijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I. L-elementi, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-installatur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fl-għamla ta’ politiki, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, pjanti, manwali u reġistri ta’ kwalità.

Għandu jkun fiha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

il-miri tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-amministrazzjoni fir-rigward tad-disinn u l-kwalità tal-prodott;

(b)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-disinn, inklużi standards li għandhom ikunu applikati u, fejn l-istandards armonizzati rilevanti mhumiex se jiġu applikati bis-sħiħ, il-mezzi, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra li se jintużaw biex jiġi assigurat li ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I ikunu sodisfatti;

(c)

it-teknika tal-kontroll tad-disinn u tal-verifika tad-disinn, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiki li se jintużaw meta jiġu iddisinjati l-liftijiet;

(d)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jitwettqu mal-aċċettazzjoni tal-provvista tal-materjali, komponenti u subimmuntar;

(e)

l-immuntar korrispondenti, l-installazzjoni, it-tekniki ta’ kontroll tal-kwalità u assigurazzjoni tal-kwalità, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li se jintużaw;

(f)

l-eżamijiet u t-testijiet li se jitwettqu qabel (ispezzjoni tal-kundizzjonijiet tal-installazzjoni: it-tromba, il-kamra tal-makkinarju, eċċ.), matul u wara l-installazzjoni inkluż mill-anqas it-testijiet stipulati fil-punt 3.3 tal-Anness V);

(g)

ir-reġistri ta’ kwalità, bħalma huma r-rapport tal-ispezzjoni u d-dejta dwar it-testijiet, id-dejta ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.;

(h)

il-mezzi għall-monitoraġġ tal-ilħuq tad-disinn meħtieġ u l-kwalità tal-prodott u l-operat effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.   Eżami tad-disinn

3.3.1.

Meta d-disinn ma jkunx kollu kemm hu skont l-istandards armonizzati, il-korp notifikat għandu jaċċerta jekk id-disinn ikunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I u, jekk ikun, joħroġ ċertifikat tal-eżami tad-disinn tal-UE lill-installatur, waqt li jiddikjara l-limiti tal-validità taċ-ċertifikat u jagħti d-dettalji meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-disinn approvat.

3.3.2.

Jekk id-disinn ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tad-disinn tal-UE u għandu jinforma lill-installatur dwar dan, filwaqt li jagħti r-raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu.

Il-korp notifikat għandu jżomm lilu nnifsu informat dwar kull tibdil fl-aktar teknoloġija avvanzata rikonoxxuta b’mod ġenerali li tindika li d-disinn approvat jista’ ma jibqax konformi mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I, u għandu jiddetermina jekk dan it-tibdil jirrikjedix investigazzjoni ulterjuri. Jekk ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma lill-installatur dwar dan.

3.3.3.

L-installatur għandu jżomm informat lill-korp notifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat ta’ eżami tad-disinn tal-UE dwar kull modifika lid-disinn approvat li tista’ taffettwa l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I jew il-kundizzjonijiet tal-validità taċ-ċertifikat. Dawn il-modifiki għandhom jirrikjedu approvazzjoni addizzjonali, mill-korp notifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat ta’ eżami tad-disinn tal-UE, fl-għamla ta’ żieda maċ-ċertifikat oriġinali ta’ eżami tad-disinn tal-UE.

3.3.4.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu rigward iċ-ċertifikati tal-eżami tad-disinn tal-UE u/jew kull żieda magħhom li jkun ħareġ jew irtira, u għandu, perjodikament jew wara talba, jagħmel disponibbli lill-awtorità notifikanti tiegħu l-lista ta’ ċertifikati tal-eżami tad-disinn tal-UE u/jew kull żieda magħhom li jkun irrifjuta, issospenda, jew b’xi mod ieħor illimita.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet notifikanti l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tad-disinn tal-UE u/jew kull żieda magħhom li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita, u, wara talba, dwar iċ-ċertifikati u/jew iż-żidiet magħhom maħruġa minnu.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, wara talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tad-disinn tal-UE u/jew ż-żidiet magħhom. Wara talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u tar-riżultati tal-eżamijiet imwettqa mill-korp notifikat.

3.3.5.

L-installatur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tad-disinn tal-UE, l-annessi u ż-żidiet tiegħu, kif ukoll id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq.

3.4.   Valutazzjoni tas-sistema ta’ kwalità

Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema ta’ kwalità biex jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġijiet li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.2. Għandha tkun preżunta l-konformità ma’ dawk il-ħtiġijiet fir-rigward tal-elementi tas-sistemi ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat relevanti.

Il-grupp tal-awdituri għandu jkollu mill-anqas membru wieħed b’esperjenza ta’ stima fit-teknoloġija kkonċernata tal-lift u b’għarfien tar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I. L-eżerċizzju ta’ awditjar għandu jinkludi żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-installatur u żjara fuq is-sit tal-installazzjoni.

It-tim ta’ awditjar għandu jirrivedi d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(d), biex jivverifika l-abbiltà tal-installatur li jidentifika r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I u li jagħmel l-eżamijiet meħtieġa bl-għan li jassigura l-konformità tal-lift ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-installatur jew, fejn xieraq, lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.5.   L-installatur għandu jintrabat li jissodisfa l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex din tibqa’ adegwata u effiċjenti.

L-installatur għandu jżomm infurmat lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità b’kull tibdil maħsub għas-sistema.

Il-korp notifikat għandu jistma l-modifikazzjonijiet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema modifikata ta’ kwalità hijiex se tibqa’ tissodisfa l-ħtiġijiet imsemmija fil-punt 3.2 jew jekk hijiex neċessarja stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-installatur, u fejn xieraq, lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

Il-korp notifikat għandu jwaħħal jew jassigura li jitwaħħal, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu biswit il-marka CE skont l-Artikoli 18 u 19.

4.   Sorveljanza taħt ir-responsabbilità tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-installatur iwettaq kif suppost l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

L-installatur għandu, għal skopijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti lill-korp notifikat aċċess għad-disinn, il-manifattura, l-immuntar, l-installazzjoni, l-ispezzjoni, it-testijiet u lokalitajiet tal-ħażna, u li jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

bid-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

ir-reġistri ta’ kwalità li jkunu previsti fil-parti tad-disinn fis-sistema ta’ kwalità, bħalma huma r-riżultati tal-analiżi, il-kalkolazzjonijiet, it-testijiet;

(c)

reġistri ta’ kwalità li jkunu previsti fil-parti tas-sistema tal-kwalità dwar l-aċċettazzjoni tal-provvista u tal-installazzjoni, bħalma huma r-rapport tal-ispezzjoni u d-dejta dwar it-testijiet, id-dejta ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.

4.3.

Il-korp notifikat għandu jwettaq eżerċizzji ta’ awditjar perjodiċi biex jassigura li l-installatur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport tal-eżerċizzju ta’ awditjar lill-installatur.

4.4.

B’żieda, il-korp notifikat għandu jagħmel żjarat għall-għarrieda fil-bini tal-installatur jew fuq is-sit tal-installazzjoni ta’ lift. Fil-waqt ta’ dawn iż-żjarat, il-korp notifikat jista’, fejn ikun meħtieġ, iwettaq testijiet jew jara li dawn jitwettqu sabiex jivverifika l-funzjonament xieraq tas-sistema ta’ kwalità. Dan għandu jipprovdi lill-installatur b’rapport taż-żjara u, jekk ikunu twettqu testijiet, b’rapport tat-test.

5.   L-installatur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1(c);

(b)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(d);

(c)

l-informazzjoni relatata mal-bidliet msemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 3.5;

(d)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li hemm referenza dwarhom fir-raba’ paragrafu finali tal-punt 3.5 u tal-punti 4.3 u 4.4.

6.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu dwar xi deċiżjoni jew deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li nħarġu jew ġew irtirati, u għandu, perjodikament jew wara talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti tiegħu l-lista ta’ deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni li kienu maħruġa, rifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bid-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira u, wara talba, bid-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni maħruġa minnu.

Il-korp notifikat għandu jżomm kopja tad-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni maħruġa, tal-annessi u taż-żidiet tagħhom, kif ukoll dokumentazzjoni teknika għal 15-il sena mid-data ta’ ħruġ tagħhom.

Jekk jintalab jagħmel dan, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’kopja tad-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkunu nħarġu.

7.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

7.1.

L-installatur għandu jwaħħal il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar biswit il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift.

7.2.

L-installatur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull lift u jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq. Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-installatur stipulati fil-punti 3.1, 3.3.3, 3.3.5, 5 u 7 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS XII

KONFORMITÀ MAT-TIP IBBAŻATA FUQ ASSIGURAZZJONI TA’ KWALITÀ TAL-PRODUZZJONI GĦAL-LIFTIJIET

(modulu D)

1.   Il-konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-produzzjoni għal-liftijiet hija l-parti tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-korp notifikat jivvaluta s-sistema tal-kwalità tal-produzzjoni ta’ installatur sabiex jiżgura li l-liftijiet installati huma konformi mat-tip approvat kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE jew ma’ lift iddisinjat u manifatturat skont sistema ta’ kwalità approvata skont l-Anness XI, u jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.   Obbligi tal-installatur

L-installatur għandu jħaddem sistema approvata ta’ kwalità għall-manifattura, l-immuntar, l-installazzjoni, l-ispezzjoni finali u l-ittestjar tal-liftijiet kif speċifikat fil-punt 3, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3.   Sistema ta’ kwalità

3.1.

L-installatur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-istima tas-sistema tiegħu ta’ kwalità tal-produzzjoni lil korp notifikat uniku tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-installatur, u jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

l-informazzjoni rilevanti kollha għal-liftijiet li jridu jiġu installati;

(c)

id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ kwalità;

(d)

id-dokumentazzjoni teknika tal-liftijiet li jridu jiġu installati;

(e)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġietx ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tassigura l-konformità tal-liftijiet mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

L-elementi, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-installatur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat f’għamla ta’ politiki, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Is-sistema ta’ dokumentazzjoni ta’ kwalità għandha tippermetti l-interpretazzjoni konsistenti tal-kwalità tal-programmi, il-pjanti, il-manwali u r-reġistri.

Għandu jkun fiha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

il-miri tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-amministrazzjoni fir-rigward tal-prodott;

(b)

it-tekniki korrispondenti dwar il-manifattura, il-kontroll ta’ kwalità u l-assigurazzjoni ta’ kwalità, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li jkunu sejrin jintużaw;

(c)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jitwettqu qabel, matul u wara l-ispezzjoni;

(d)

ir-reġistri tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti tal-ispezzjoni u d-dejta dwar it-testijiet, id-dejta ta’ kalibrazzjoni, rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.;

(e)

il-mezzi ta’ monitoraġġ għall-kisba tal-kwalità meħtieġa tal-prodott u l-operat effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema ta’ kwalità biex jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġijiet li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.2. Għandha tkun preżunta l-konformità ma’ dawk il-ħtiġijiet fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Il-grupp tal-awdituri għandu jkollu mill-anqas membru wieħed b’esperjenza ta’ stima fit-teknoloġija kkonċernata tal-lift u b’għarfien tar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

L-eżerċizzju ta’ awditjar għandu jinkludi żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-installatur kif ukoll żjara fuq is-sit ta’ installazzjoni.

Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-installatur. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-awditjar u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.4.

L-installatur għandu jintrabat li jissodisfa l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex din tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.4.1.

L-installatur għandu jżomm infurmat lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità b’kull tibdil maħsub għas-sistema.

3.4.2.

Il-korp notifikat għandu jistma l-modifikazzjonijiet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema modifikata ta’ kwalità hijiex se tkompli tissodisfa l-ħtiġijiet li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.2 jew jekk hijiex neċessarja stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-installatur, jew fejn xieraq, lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

Il-korp notifikat għandu jwaħħal, jew jara li jitwaħħal, in-numru tiegħu ta’ identifikazzjoni ma’ ġenb il-marka CE skont l-Artikoli 18 u 19.

4.   Sorveljanza taħt ir-responsabbilità tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jkun żgurat li l-installatur jwettaq kif suppost l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

L-installatur għandu, għal skopijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti lill-korp notifikat aċċess għall-lokalitajiet tal-manifattura, l-immuntar, l-installazzjoni, l-ispezzjoni, it-testijiet u dawk tal-ħażna, u għandu jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

bid-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

id-dokumentazzjoni teknika;

(c)

ir-reġistri ta’ kwalità, bħalma huma r-rapport tal-ispezzjoni u d-dejta dwar it-testijiet, id-dejta ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.

4.3.

Il-korp notifikat għandu jwettaq eżerċizzji ta’ awditjar perjodiċi biex jassigura li l-installatur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi lill-installatur b’rapport tal-eżerċizzju ta’ awditjar.

4.4.

B’żieda, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda lill-installatur. Matul dawn iż-żjarat il-korp notifikat jista’, fejn ikun meħtieġ iwettaq testijiet, jew jara li jitwettqu, biex jivverifika li s-sistema tal-kwalità tkun tiffunzjona sewwa. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-installatur b’rapport taż-żjara u, jekk ikunu twettqu testijiet, b’rapport dwar it-test.

5.   L-installatur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1(c);

(b)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(d);

(c)

l-informazzjoni relatata mal-bidliet msemmija fil-punt 3.4.1;

(d)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat imsemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 3.4.2, u f’punti 4.3 u 4.4.

6.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu dwar xi deċiżjoni jew deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sistema tal-kwalità tal-produzzjoni li nħarġu jew li ġew irtirati, u għandu, perjodikament jew wara talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti tiegħu l-lista ta’ deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni li ġewrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bid-deċiżjoni jew deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira u, wara talba, bid-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni maħruġa minnu.

Jekk jintalab jagħmel dan, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’kopja tad-deċiżjoni jew deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkunu nħarġu.

7.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

7.1.

L-installatur għandu jwaħħal il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar biswit il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift.

7.2.

L-installatur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull lift u jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq. Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-installatur stipulati fil-punti 3.1, 3.4.1., 5 u 7 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS XIII

PARTI A

Id-Direttiva mħassra b’lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 47)

Id-Direttiva 95/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 213, 7.9.1995, p. 1)

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)

Il-punt 10 tal-Anness I biss

Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24)

L-Artikolu 24 biss

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12)

Il-punt (i) tal-Artikolu 26(1) biss

PARTI B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 45)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data tal-applikazzjoni

95/16/KE

fl-1 ta’ Jannar 1997.

fl-1 ta’ Lulju 1997.

2006/42/KE, l-Artikolu 24

fid-29 ta’ Ġunju 2008.

fid-29 ta’ Diċembru 2009.


ANNESS XIV

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 95/16/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(2)

Artikolu 2(1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2)

Artikolu 1(1)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(2)

 

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2)

L-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(4)

Artikolu 2(6)

It-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(4)

Artikolu 2(5)

Ir-raba’ inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(4)

Artikolu 2(7)

Il-ħames inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(4)

Artikolu 2(3)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(4)

Artikolu 16(3)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(4)

Artikolu 16(4)

Artikolu 1(5)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(1)

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(1)

Artikolu 4(1)

It-tieni inċiż tal-Artikolu 2(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 6(1)

Artikolu 2(3)

Artikolu 6(2)

Artikolu 2(4)

Artikolu 3(3)

Artikolu 2(5)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3, l-ewwel paragrafu

Artikolu 5(1)

Artikolu 3, it-tieni paragrafu

Artikolu 5(2)

Artikolu 4(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 4(2)

Artikoli 7 sa 14

Artikolu 5(1)

Artikolu 14

Artikolu 6(1) u (2)

Artikolu 6(3) u (4)

Artikolu 42

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1)

Artikolu 38(1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1)

Artikolu 38(5)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2)

Artikolu 39(3)

Artikolu 7(3)

 

Artikolu 7(4)

Artikolu 40(4)

Artikolu 8(1)(a)

Artikolu 15

Artikolu 8(1)(b) u (c)

Artikolu 8(2)

Artikolu 16

L-ewwel u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 8(3)

Artikolu 17(2) u Artikolu 19(3)

It-tieni inċiż tal-Artikolu 8(3)

Artikolu 7(3)

Artikolu 8(4)

Artikolu 8(5)

Artikolu 12

Artikolu 9(1)

Artikolu 20

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 30(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 19(1)

Artikolu 10(3)

Artikolu 10(4)(a)

Artikolu 41(1)(a)

Artikolu 10(4)(b)

Artikolu 11

Artikolu 43

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15(1) u (2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 45(2)

Artikolu 16

Artikolu 46

Artikolu 17

Artikolu 49

Anness I

Anness I

Parti A tal-Anness II

Parti A tal-Anness II

Parti B tal-Anness II

Parti B tal-Anness II

Anness III

Artikolu 18

Anness IV

Anness III

Il-Parti A tal-Anness V

Il-Parti A tal-Anness IV

Il-Parti B tal-Anness V

Il-Parti B tal-Anness IV

Anness VI

Anness V

Anness VII

Anness VIII

Anness VI

Anness IX

Anness VII

Anness X

Anness VIII

Anness XI

Anness IX

Anness XII

Anness X

Anness XIII

Anness XI

Anness XIV

Anness XII

Anness XIII

Anness XIV


DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew iqis li huwa biss meta u sakemm atti ta' implimentazzjoni fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 jiġu diskussi fil-laqgħat tal-kumitati, li dawn tal-aħħar jistgħu jitqiesu bħala "kumitati ta' komitoloġija" fis-sens tal-Anness I tal-Qafas ta' Ftehim dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. Il-laqgħat tal-kumitati, għaldaqstant, jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-punt 15 tal-Qafas ta' Ftehim meta u sakemm jiġu diskussi kwistjonijiet oħra.