17.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/85


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EULEX/2/2011

tas-16 ta’ Diċembru 2011

li testendi l-mandat tal-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1), EULEX KOSOVO

(2011/849/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 (2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, b’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap ta’ Missjoni.

(2)

Fit-8 ta’ Ġunju 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/322/PESK (3) li testendi t-tul ta’ żmien tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ġunju 2012.

(3)

Bid-Deċiżjoni 2010/431/PESK (4), b’segwitu għal proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni tal-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà (RGħ), il-KPS ħatar lis-Sur Xavier BOUT DE MARNHAC bħala l-Kap ta’ Missjoni ta’ EULEX KOSOVO b’effett mill-15 ta’ Ottubru 2010.

(4)

Bid-Deċiżjoni 2010/688/PESK (5), il-KPS estenda l-mandat ta’ tas-Sur Xavier BOUT DE MARNHAC bħala l-Kap ta’ Missjoni tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Diċembru 2011.

(5)

Fi 9 ta’ Diċembru 2011, ir-RGħ pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Xavier BOUT DE MARNHAC bħala l-Kap ta’ Missjoni ta’ EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ġunju 2012,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Xavier BOUT DE MARNHAC bħala l-Kap ta’ Missjoni tal-EULEX KOSOVO huwa b’dan estiż sal-14 ta’ Ġunju 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-15 ta’ Diċembru 2011.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  Taħt ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(3)  ĠU L 145, 11.6.2010, p. 13.

(4)  ĠU L 202, 4.8.2010, p. 10.

(5)  ĠU L 270, 15.10.2011, p. 32.