11.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Novembru 2010

li temenda d-Deċiżjoni 97/555/KE dwar il-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għall-bini permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE għal dak li jirrigwarda s-siment, il-ġir tal-bini u binders idrawliċi oħrajn

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7603)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/683/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4)(a) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Permanenti dwar il-Kostruzzjoni,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 97/555/KE tal-14 ta’ Lulju 1997 dwar il-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għall-bini permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE għal dak li jirrigwarda s-siment, il-ġir tal-bini u binders idrawliċi oħrajn (2),

(2)

Wara reviżjoni tal-familja tal-prodott “ġir tal-bini”, l-Istati Membri u l-Kummissjoni qisuh neċessarju li jsaħħu r-rwol tat-tielet parti involuta fil-verifika taċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni tal-fabbrika,

(3)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 97/555/KE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Deċiżjoni 97/555/KE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

(2)  ĠU L 229, 20.8.1997, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness III tad-Deċiżjoni 97/555/KE, l-entrata marbuta mal-familja tal-prodott “Ġir tal-bini, inklużi Ġir tal-kalċju, Ġir dolomitiku, Ġir idrawliku” tinbidel kif ġej:

“Ġir tal-bini, li jinkludi:

Ġir tal-kalċju

Ġir dolomitiku

Ġir idrawliku

 

2 +”