29.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/15

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/134/KE

tat-28 ta’ Ottubru 2009

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar il-prodotti kożmetiċi, għall-għanijiet li tadatta l-Anness III tagħha għall-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti għall-Konsumatur, li ġie sostitwit mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà tal-Konsumatur (2), fil-“Memorandum dwar is-sustanzi fiż-żebgħa tax-xagħar u l-proprejtajiet tagħhom li jissensibilizzaw il-ġilda” maħruġ minnu u li ġie ppubblikat fid-29 ta’ Marzu 2007 ikkonkluda li l-allerġiji kkawżati minn kuntatt mal-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar huma problema tas-saħħa li qiegħda dejjem tikber fl-importanza għall-konsumatur u għas-soċjetà, u li ta’ spiss qegħdin jikkawżaw id-dermatite akuta u qawwija fl-individwi. Persuna li tkun issensitizzata għas-sustanza taż-żebgħa tax-xagħar użata fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar tista’ fl-aħħar mill-aħħar tiżviluppa allerġija tal-ġilda għal din is-sustanza.

(2)

Sabiex il-konsumatur ikun informat aħjar dwar l-effetti ħżiena li jistgħu jirriżultaw miż-żebgħa tax-xagħar, u biex jitnaqqas ir-riskju ta’ sensitizzazzjoni għall-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar fost il-konsumaturi, għandhom jiġu stampati avviżi żejda fuq it-tikketta ta’ ċerti prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi li fihom sustanzi estremi u qawwijin. Għalhekk, il-kondizzjonijiet tal-użu u l-avviżi obbligatorji stipulati għas-sustanzi rispettivi taż-żebgħa tax-xagħar fil-kolonna “f” tal-Anness III għad-Direttiva 76/768/KEE għandhom jiġu emendati.

(3)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2010 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li wara l-1 ta’ Novembru 2011 ebda prodotti kożmetiċi li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva ma jitqiegħdu fis-suq minn manifatturi tal-Komunità jew importaturi stabbiliti fi ħdan il-Komunità.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li wara l-1 ta’ Novembru 2012 ebda prodotti kożmetiċi li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva ma jinbiegħu jew jingħataw lill-konsumaturi fi ħdan il-Komunità.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President

(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(2)  L-isem tal-kumitat ġie mibdul bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21)

ANNESS

1.

Il-Parti 1 tal-Anness III hi emendata kif ġej:

(a)

Taħt in-numri ta’ referenza 8 u 8a, fil-kolonna f, il-punti (a) u (b), it-test “Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika.” huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

Dan il-prodott mhuwiex għall-użu għal min għandu taħt is-16-il sena.

It-tpinġija mhux permanenti fuq il-ġilda permezz tal-‘ħenna sewda’ tista’ żżidlek ir-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek jekk:

Għandek raxx fuq wiċċek jew għandek xi irritazzjoni fil-ġilda ta’ rasek.

Qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek.

Qatt kellek xi reazzjoni lejn xi tpinġija tal-ġilda mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’”.

(b)

Taħt in-numru ta’ referenza 9, it-test fil-kolonna f huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Image

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

Dan il-prodott mhuwiex għall-użu għal min għandu taħt is-16-il sena.

It-tpinġija mhux permanenti fuq il-ġilda permezz tal-‘ħenna sewda’ tista’ żżidlek ir-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek jekk:

Għandek raxx fuq wiċċek jew għandek xi irritazzjoni fil-ġilda ta’ rasek.

Qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek.

Qatt kellek xi reazzjoni lejn xi tpinġija tal-ġilda mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’.

Fih il-phenylenediamines (toluenediamines). Tużahx biex tagħti kulur lix-xagħar tal-għajnejn jew il-ħuġbejn.

(b)

Għal użu professjonali biss.

Fih il-phenylenediamines (toluenediamines). Ilbes ingwanti xierqa.”

(c)

Taħt in-numru ta’ referenza 9a, it-test fil-kolonna f huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Image

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

Dan il-prodott mhuwiex għall-użu għal min għandu taħt is-16-il sena.

It-tpinġija mhux permanenti fuq il-ġilda permezz tal-‘ħenna sewda’ tista’ żżidlek ir-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek jekk:

Għandek raxx fuq wiċċek jew għandek xi irritazzjoni fil-ġilda ta’ rasek.

Qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek.

Qatt kellek xi reazzjoni lejn xi tpinġija tal-ġilda mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’.

Fih il-phenylenediamines (toluenediamines). Tużahx biex tagħti kulur lix-xagħar tal-għajnejn jew il-ħuġbejn.

(b)

Għal użu professjonali biss.

Image

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

Dan il-prodott mhuwiex għall-użu għal min għandu taħt is-16-il sena.

It-tpinġija mhux permanenti fuq il-ġilda permezz tal-‘ħenna sewda’ tista’ żżidlek ir-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek jekk:

Għandek raxx fuq wiċċek jew għandek xi irritazzjoni fil-ġilda ta’ rasek.

Qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek.

Qatt kellek xi reazzjoni lejn xi tpinġija tal-ġilda mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’.

Fih il-phenylenediamines (toluenediamines). Ilbes ingwanti xierqa.”.

(d)

Taħt in-numri ta’ referenza 8a u 9a, fil-kolonna f, il-punti (a) u (b), jiżdied dan it-test li ġej “Il-proporzjon tat-taħlita jidher fuq it-tikketta”.

(e)

Taħt in-numru ta’ referenza 16, fil-kolonna f, it-test “Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika.” huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

Dan il-prodott mhuwiex għall-użu għal min għandu taħt is-16-il sena.

It-tpinġija mhux permanenti fuq il-ġilda permezz tal-‘ħenna sewda’ tista’ żżidlek ir-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek jekk:

Għandek raxx fuq wiċċek jew għandek xi irritazzjoni fil-ġilda ta’ rasek.

Qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek.

Qatt kellek xi reazzjoni lejn xi tpinġija tal-ġilda mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’”

(f)

Taħt in-numru ta’ referenza 22, fil-kolonna f, is-subpunti 1 u 2 tal-punt (a), it-test li jmiss huwa miżjud:

Image

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

Dan il-prodott mhuwiex għall-użu għal min għandu taħt is-16-il sena.

It-tpinġija mhux permanenti fuq il-ġilda permezz tal-‘ħenna sewda’ tista’ żżidlek ir-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek jekk:

Għandek raxx fuq wiċċek jew għandek xi irritazzjoni fil-ġilda ta’ rasek.

Qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek.

Qatt kellek xi reazzjoni lejn xi tpinġija tal-ġilda mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’”

(g)

Taħt in-numri ta’ referenza 202 u 203, fil-kolonna f, il-punt (a), it-test “Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika.” huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

Dan il-prodott mhuwiex għall-użu għal min għandu taħt is-16-il sena.

It-tpinġija mhux permanenti fuq il-ġilda permezz tal-‘ħenna sewda’ tista’ żżidlek ir-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek jekk:

Għandek raxx fuq wiċċek jew għandek xi irritazzjoni fil-ġilda ta’ rasek.

Qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek.

Qatt kellek xi reazzjoni lejn xi tpinġija tal-ġilda mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’”.

(h)

Taħt in-numri ta’ referenza 193 u 205, fil-kolonna f, mal-punt (a), jiżdied dan li ġej:

Image

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

Dan il-prodott mhuwiex għall-użu għal min għandu taħt is-16-il sena.

It-tpinġija mhux permanenti fuq il-ġilda permezz tal-‘ħenna sewda’ tista’ żżidlek ir-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek jekk:

Għandek raxx fuq wiċċek jew għandek xi irritazzjoni fil-ġilda ta’ rasek.

Qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek.

Qatt kellek xi reazzjoni lejn xi tpinġija tal-ġilda mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’”

2.

Il-Parti 2 tal-Anness III hi emendata kif ġej:

(a)

Taħt in-numru ta’ referenza 3 fil-kolonna f, il-punti (a) u (b), it-test “Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika.” huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

Dan il-prodott mhuwiex għall-użu għal min għandu taħt is-16-il sena.

It-tpinġija mhux permanenti fuq il-ġilda permezz tal-‘ħenna sewda’ tista’ żżidlek ir-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek jekk:

Għandek raxx fuq wiċċek jew għandek xi irritazzjoni fil-ġilda ta’ rasek.

Qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek.

Qatt kellek xi reazzjoni lejn xi tpinġija tal-ġilda mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’”.

(b)

Taħt in-numri ta’ referenza 4, 20, 26, 32, 34, 35, 36, 37, 38, 39 u 44, fil-kolonna f jiżdied dan li ġej:

Image

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

Dan il-prodott mhuwiex għall-użu għal min għandu taħt is-16-il sena.

It-tpinġija mhux permanenti fuq il-ġilda permezz tal-‘ħenna sewda’ tista’ żżidlek ir-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek jekk:

Għandek raxx fuq wiċċek jew għandek xi irritazzjoni fil-ġilda ta’ rasek.

Qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek.

Qatt kellek xi reazzjoni lejn xi tpinġija tal-ġilda mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’”.

(c)

Taħt in-numri ta’ referenza 5, 6,12, 19, 21, 22, 25, u 33, fil-kolonna f, it-test “Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika.” huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

Dan il-prodott mhuwiex għall-użu għal min għandu taħt is-16-il sena.

It-tpinġija mhux permanenti fuq il-ġilda permezz tal-‘ħenna sewda’ tista’ żżidlek ir-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek jekk:

Għandek raxx fuq wiċċek jew għandek xi irritazzjoni fil-ġilda ta’ rasek.

Qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek.

Qatt kellek xi reazzjoni lejn xi tpinġija tal-ġilda mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’”.

(d)

Taħt in-numri ta’ referenza 10 11, u 16, fil-kolonna f, il-punt (a), it-test “Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika.” huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

Dan il-prodott mhuwiex għall-użu għal min għandu taħt is-16-il sena.

It-tpinġija mhux permanenti fuq il-ġilda permezz tal-‘ħenna sewda’ tista’ żżidlek ir-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek jekk:

Għandek raxx fuq wiċċek jew għandek xi irritazzjoni fil-ġilda ta’ rasek.

Qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek.

Qatt kellek xi reazzjoni lejn xi tpinġija tal-ġilda mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’”.

(e)

Taħt in-numri ta’ referenza 10, 11 u 16, il-punt (b) fil-kolonna f jiġi mħassar.

(f)

Taħt in-numri ta’ referenza 27 48 u 56, fil-kolonna f, jiżdiedu il-punti (a) u (b), ta’ hawn taħt:

“(a)

Image

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

Dan il-prodott mhuwiex għall-użu għal min għandu taħt is-16-il sena.

It-tpinġija mhux permanenti fuq il-ġilda permezz tal-‘ħenna sewda’ tista’ żżidlek ir-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek jekk:

Għandek raxx fuq wiċċek jew għandek xi irritazzjoni fil-ġilda ta’ rasek.

Qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek.

Qatt kellek xi reazzjoni lejn xi tpinġija tal-ġilda mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’.

(b)

Image

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

Dan il-prodott mhuwiex għall-użu għal min għandu taħt is-16-il sena.

It-tpinġija mhux permanenti fuq il-ġilda permezz tal-“ħenna sewda” tista’ żżidlek ir-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek jekk:

Għandek raxx fuq wiċċek jew għandek xi irritazzjoni fil-ġilda ta’ rasek.

Qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek.

Qatt kellek xi reazzjoni lejn xi tpinġija tal-ġilda mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’”.

(g)

Taħt in-numri ta’ referenza 31, 49, 50 u 55, fil-kolonna f, mal-punt (a) jiżdied dan li ġej: