31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
926 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/107/KE
ta' l-20 ta’ Novembru 2006
li tadatta d-Direttiva 89/108/KEE fir-rigward ta' oġġetti ta' l-ikel iffriżati għall-konsum mill-bniedem u d-Direttiva 2000/13/KE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat- tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel, minħabba l-adeżjoni tal- Bulgarija u r-Rumanija
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 56 ta' l-Att ta' Adeżjoni, fejn l-atti ta' l-istituzzjonijiet jibqgħu validi wara l-1 ta' Jannar 2007 u jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa mhumiex previsti fl-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat l-att oriġinali. |
(2) |
L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet it-Trattat ta' Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati fejn meħtieġ biex jittieħed kont ta' l-evoluzzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' oġġetti ta' l-ikel iffriżati għall-konsum mill-bniedem (2) u d-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati membri fir-rigward tat-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel (3), għalhekk għandhom jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttivi 89/108/KEE u 2000/13/KE għandhom jiġu emendati kif imniżżel fl-Anness.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew tali riferenza għandha takkumpanjahom meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Novembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KORKEAOJA
(1) ĠU L 157, 21.6.2005, p. 11.
(2) ĠU L 40, 11.12.1989, p. 34.
(3) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.
ANNESS
MOVIMENT ĦIELES TA' MERKANZIJA
OĠĠETTI TA' L-IKEL
1. |
31989 L 0108: Id-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ oġġetti ta’ l-ikel iffriżati għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 34), kif emendata bi:
Dan li ġej inżied ma’ l-Artikolu 8 (1)(a):
|
2. |
32000 L 0013: Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel (ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29), kif emendata bi:
|