1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

139


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/65/KE

tad-19 ta' Lulju 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, bl-iskop li tadatta l-Annessi II u III tagħha skond il-progress tekniku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prodotti kosmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u l-Prodotti Mhux ta' l-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi,

Billi:

(1)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ studju xjentifiku fl-2001, bl-isem “L-użu ta’ żebgħa permanenti tax-xagħar u r-riskju tal-kanċer tal-bużżieqa ta’ l-awrina”, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u Prodotti li Mhumiex ta’ l-Ikel maħsuba għal Komsumaturi (il-SCCNFP) ikkonkluda li r-riskji potenzjali kienu ta’ tħassib. Dan irrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu iżjed passi biex tikkontrolla l-użu tal-kimiċi taż-żebgħa tax-xagħar.

(2)

L-SCCNFP irrakkomanda wkoll strateġija ta' evalwazzjoni kumplessiva tas-sikurezza għaż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi r-rekwiżiti għall-ittestjar ta’ l-ingredjenti kożmetiċi taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità/mutaġeniċità potenzjali tagħhom.

(3)

Wara l-opinjonijiet ta’ l-SCCNFP, il-Kummissjoni flimkien ma’ l-Istati Membri u l-partijiet interessati qablu dwar strateġija kumplessiva biex tirregola ż-żebgħa tax-xagħar li, skond liema, l-industrija ġiet obbligata tressaq il-fajls bid-dejta xjentifika dwar iż-żebgħa tax-xagħar biex ikunu evalwati mill-SCCNFP.

(4)

Bħala l-ewwel pass għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija ġie deċiż li tingħata prijorità lis-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar permanenti li għalihom ma ġie espress l-ebda interess espliċitu matul il-konsultazzjoni pubblika bħala difiża għall-użu tagħhom fiż-żebgħa tax-xagħar. Għaldaqstant dawk is-sustanzi għandhom jiġu projbiti.

(5)

Skond l-opinjoni ta’ l-SCCNFP ċerti żebgħat azo jqiegħdu fir-riskju s-saħħa tal-konsumatur. Għaldaqstant, ġew imneħħija mil-lista pożittiva ta’ aġenti li jagħtu l-kulur li huma permessi jintużaw fil-prodotti kożmetiċi fl-Anness IV għad-Direttiva 76/768/KEE. Għall-istess raġuni għandu jiġi pprojbit ukoll l-użu tagħhom fiż-żebgħa tax-xagħar.

(6)

Għal sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar permessi proviżorjament fil-parti 2 ta’ l-Anness III għad-Direttiva 76/768/KEE l-perjodu proviżorju għandu jiġi estiż.

(7)

L-Annessi II u III tad-Direttiva 76/768/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II u III għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri se jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru 2006 l-prodotti kożmetiċi li jonqsu milli jikkonformaw ma' din id-Direttiva ma jitqiegħdux fis-suq mill-manifatturi tal-Komunità jew mill-importaturi stabbiliti fi ħdan il-Komunità, u lanqas ma jinbiegħu jew jingħataw lill-konsumatur finali.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru 2006. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni minnufih bit-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 19 ta' Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/80/KE (ĠU L 303, 22.11.2005, p. 32).


ANNESS

Id-Direttiva 76/768/KEE hi emendata kif ġej:

(1)

fl-Anness II jiżdiedu n-numri ta’ referenza 1212 u 1233:

Nru Ref

Isem kimiku

Nru tal-CAS

“1212

6-Methoxy-2,3-Pyridinediamine u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

94166-62-8

1213

2,3-Naphthalenediol, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

92-44-4

1214

2.4-Diaminodiphenylamine, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

136-17-4

1215

2,6-Bis(2-Hydroxyethoxy)-3,5-Pyridinediamine u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

117907-42-3

1216

2-Methoxymethyl-p-Aminophenol u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

29785-47-5

1217

4,5-Diamino-1-Methylpyrazole u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

20055-01-0

1218

4,5-Diamino-1-((4-Chlorophenyl)Methyl)-1H-Pyrazole Sulfate, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

163183-00-4

1219

4-Chloro-2-Aminophenol, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

95-85-2

1220

4-Hydroxyindole, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

2380-94-1

1221

4-Methoxytoluene-2,5-Diamine u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

56496-88-9

1222

5-Amino-4-Fluoro-2-Methylphenol Sulfate, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

163183-01-5

1223

N, N-Diethyl-m-Aminophenol, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

91-68-9

1224

N, N-Dimethyl-2,6-Pyridinediamine u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

 

1225

N-Cyclopentyl-m-Aminophenol, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

104903-49-3

1226

N-(2-Methoxyethyl)-p-phenylenediamine u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

72584-59-9

1227

2,4-Diamino-5- methylphenetol u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

113715-25-6

1228

1.7-Naphthalenediol, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

575-38-2

1229

3.4-Diaminobenzoic acid, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

619-05-6

1230

2-Aminomethyl-p-aminophenol u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

79352-72-0

1231

Solvent Red 1 (CI 12150), meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1229-55-6

1232

Acid Orange 24 (CI 20170), meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1320-07-6

1233

Acid Red 73 (CI 27290), meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

5413-75-2”

(2)

Il-kolonna g fil-Parti 2 ta’ l-Anness III hija emendata kif ġej:

(a)

in-numri ta’ referenza 17, 23, 40, 42 jitħassru.

(b)

fin-numri ta' referenza 1, 2, 8, 13, 15, 30, 34, 41, 43, 45, 46, 51, 52, 53, 54, 57, 59 u 60, id-data “l-31.8.2006” tinbidel u ssir “31.12.2007”.

(c)

fin-numri ta’ referenza 3, 4, 5, 6, 7, 9, 10, 11, 12, 14, 16, 18, 19, 20, 21, 22, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 31, 32, 33, 35, 36, 37, 38, 39, 44, 47, 48, 49, 50, 55, 56 u 58 id-data “l-31.12.2006” tinbidel u ssir “31.12.2007”.