5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

291


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Ottubru 2006

li temenda, għar-raġunijiet ta' adattament skond il-progress teknoloġiku, l-Anness mad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' l-eżenzjonijiet fl-applikazzjonijiet taċ-ċomb fil-ħġieġ tal-kristall.

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 4789)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/690/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ir-restrizzjonijiet ta' l-użu ta' ċerti sustanzi ta' riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 2002/95/KE il-Kummissjoni hija meħtieġa li tivvaluta ċerti sustanzi perikolużi li huma pprojbiti skond l-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva.

(2)

Il-ħġieġ tal-kristall ġie użat b'mod progressiv għall-għanijiet dekorattivi fuq it-tagħmir elettriku u elettroniku. Minħabba li d-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE tal-15 ta' Diċembru 1969 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirreletaw mal-ħġieġ tal-kristall (2) tippreskrivi l-ammont ta' ċomb li għandu jkun hemm preżenti fil-ħġieġ tal-kristall u s-sostituzzjoni taċ-ċomb fil-ħġieġ tal-kristall hijaa għalhekk teknikament imprattikabbli, l-użu tas-sustanzi perikolużi f'materjali u komponenti speċifiċi koperti minn dik id-Direttiva huwa inevitabbli. Dawk il-materjali u kompenenti għandhom għalhekk jiġu eżentati mill-projbizzjoni.

(3)

Xi eżenzjonijiet mill-projbizzjoni ta' ċerti materjali speċifiċi jew komponenti għandhom jiġu limitati fl-ambitu tagħhom, sabiex jinqatgħu gradwalment is-sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, minħabba li l-użu ta' dawk is-sustanzi f'applikazzjonijiet bħal dawn se jsir evitabbli.

(4)

Skond l-Artikolu 5(1)(c) tad-Direttiva 2002/95/KE kull eżenzjoni elenkata fl-Anness għandu tkun soġġetta għal rivista [reviżjoni]mill-inqas kull erba' snin jew erba' snin wara li jiżdied xi oġġett mal-lista.

(5)

Id-Direttiva 2002/95/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Skond l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva, il-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet interessati rilevanti.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 2002/95/KE tiżdied it-tabella li ġejja:

“29.

Iċ-ċomb fil-ħġieġ tal-kristall kif iddefinit fl-Anness I (Kategoriji 1, 2, 3 u 4) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE (*).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/310/KE. (ĠU L 115, 28.4.2006, p. 38).

(2)  ĠU L 326, 29.12.1969, p. 36. Direttiva kif emendata l-aħħar b'Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

(3)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.