32004R0882



Official Journal L 165 , 30/04/2004 P. 0001 - 0141


Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tad-29 ta' April 2004

dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 37, 95 u 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kkonsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Wara li kkonsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [2],

Waqt li jagixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) L-għalf u l-ikel għandhom ikunu fiż-żur u bnini. Il-leġislazzjoni tal-Komunità tikkomprendi sett ta' regoli biex jiġi żgurat li dan il-għan jintlaħaq. Dawn ir-regoli jestendu għall-produzzjoni u t-qegħid fis-suq kemm ta' għalf u ikel.

(2) Ir-regoli bażiċi fir-rigward tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel huma preskritti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jippreskrivi l-prinċipji ġenerali u l-kondizzjonijiet meħtieġa tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurezza ta' l-Ikel u li jippreskrivi l-proċeduri dwar kwistjonijiet ta' sigurezza ta' l-ikel [4].

(3) B'żieda ma' dawk ir-regoli bażiċi, liġi aktar speċifika dwar l-għalf u l-ikel tkopri oqsma differenti bħan-nutriment ta' l-annimali inkluż għalf għall-bhejjem, iġjene ta' l-għalf u l-ikel, zoonoses, bi-prodotti ta' annimali, residwi u kontaminanti, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' mard ta' l-annimali b'impatt fuq is-saħħa pubblika, tikkettjar ta' l-għalf u l-ikel, pestiċidi, adittivi ta' l-għalf u l-ikel, vitamini, melħ minerali, sustanzi f'ammonti żgħar ħafna u adittivi oħra, materjali f'kuntatt ma' l-ikel, kondizzjonijiet meħtieġa ta' kwalità u komposizzjoni, ilma tax-xorb, ijonizzazzjoni, ikel ġdid u organiżmi ġenetikament modifikati (GMOs).

(4) Il-liġi tal-Komunità dwar l-għalf u l-ikel hija bbażata fuq il-prinċipju li l-operaturi fin-negozju ta' l-għalf u l-ikel fl-istadji kollha ta' produzzjoni, proċessar u distribuzzjoni fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom huma responsabbli biex jiżguraw li l-għalf u l-ikel jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-liġi ta' l-għalf u l-ikel li huma relevanti għall-attivitajiet tagħhom.

(5) Is-saħħa ta' l-annimali u l-welfare ta' l-annimali huma fatturi importanti li jikkontribwixxu għall-kwalità u s-sigurezza ta' l-ikel, għall-prevenzjoni tat-tixrid ta' mard ta' l-annimali u għal trattament uman ta' l-annimali. Ir-regoli li jkopru dawn il-kwistjonijiet huma preskritti f'diversi atti. Dawn l-atti jispeċifikaw l-obbligi ta' persuni naturali u ġuridiċi fir-rigward tas-saħħa ta' l-annimali u l-welfare ta' l-annimali kif ukoll id-dmirijiet ta' l-awtoritajiet kompetenti.

(6) L-Istati Membri għandhom jinfurzaw il-liġi dwar l-għaf u l-ikel, ir-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali u l-welfare ta' l-annimali u jimmonitorjaw u jivverifikaw li l-kondizzjonijiet meħtieġa relevanti tagħhom jitwettqu mill-operaturi tan-negozju fl-istadji kollha ta' produzzjoni, proċessar u distribuzzjoni. Kontrolli uffiċjali għandhom ikunu organizzati għal dan il-għan.

(7) Huwa għalhekk xieraq livell Komunitarju ta' qafas armonizzat ta' regoli ġenerali għall-organizzazzjoni ta' dawk il-kontrolli. Huwa xieraq li wieħed jistma fid-dawl ta' l-esperjenza jekk dak il-qafas ġenerali jiffunzjonax kif imiss, b'mod partikolari fil-qasam tas-saħħa ta' l-annimali u l-welfare. Huwa għalhekk xieraq għall-Kummissjoni li tippresenta rapport flimkien ma' xi proposta meħtieġa.

(8) Bħala regola ġenerali dan il-qafas tal-Komunità m'għandux jinkludi kontrolli uffiċjali fir-rigward ta' organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti u prodotti minn pjanti minħabba li dawn il-kontrolli huma diġà koperti b'mod adegwat bid-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti u prodotti mill-pjanti u kontra li dawn jinfirxu fil-Komunità [5]. Ċerti aspetti ta' dan ir-Regolament għandhom iżda wkoll japplikaw għas-settur tas-saħħa tal-pjanti u b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-istabbiliment ta' pjan ta' kontrol multiannwali nazzjonali u spezzjonijiet tal-Komunità ġewwa l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Huwa għalhekk xieraq li tiġi hekk emendata d-Direttiva 2000/29/KE.

(9) Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 dwar produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom dwar prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel [6], (KEE) Nru 2081/92 ta l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u l-awtorizzazzjonijiet ta' oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel [7], (KEE) Nru 2082/92 ta l-14 ta' Lulju 1992 dwar ċertifikati ta' karattru speċifiku għal prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel [8] fihom miżuri speċifiċi għall-verifika ta' konformità mal-kondizzjonijiet meħtieġa li jinsabu fihom. Il-kondizzjonijiet meħtieġa ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu flessibbli biżżejjed biex jagħtu kont ta' l-ispeċifiċità ta' dawn l-oqsma.

(10) Għall-verifika ta' konformità mar-regoli dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta' prodotti agrikoli (prodotti tar-raba' minn art li tinħarat, inbid, żejt taż-żebbuġ, fortt u ħxejjex, ħobż, ħalib u prodotti mill-ħalib, ċanga u vitella, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż u għasel) diġà hemm eżistenti sistema ta' kontroll speċifika u stabbilita kif imiss. Għalherkk dan ir-Regolament m'għandux japplika għal dawn l-oqsma, l-aktar billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ivarjaw mill-għanijiet imfittxija mill-mekkaniżmi ta' kontroll għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli.

(11) L-awtoritajiet kompetenti għat-twettieq ta' kontrolli uffiċjali għandhom jilħqu numru ta' kriterji ta' operazzjoni sabiez jiżguraw l-imparzjalità u l-efettività tagħhom. Huma għandhom ikollhom numru suffiċjenti ta' impjegati kwalifikati kif imiss u ta' esperjenza li jkollhom faċilitajiet adegwati u tagħmir biex iwettqu kif imiss id-dmirijiet tagħhom.

(12) Il-kontrolli uffiċjali għandhom jitwettqu bl-użu ta' teknika xierqa żviluppata għal dak il-għan, inklużi verifiki ta' sorveljanza ta' rutina u kontrolli aktar intensivi bħal spezzjonijiet, verifikikazzjonijiet, verifiki, kampjonar u l-ittestjar ta' kampjuni. L-implimentazzjoni korretta ta' dik it-teknika teħtieġ it-taħriġ adattat ta' l-impjegati li jwettqu l-kontrolli uffiċjali. Huwa wkoll meħtieġ taħriġ sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu d-deċiżjonijiet b'mod uniformi, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-analiżi tal-perikolu u l-prinċipji tal-punti kritiċi ta' kontroll (HACCP).

(13) Il-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali għandha tkun regolari u proporzjonata mar-riskju, waqt li jingħata kont tar-riżultati tal-verifiki mwettqa mill-operaturi tan-negozju fl-għalf u l-ikel tal-programmi ta' kontroll ibbażati fuq l-HACCP jew programmi ta' assigurazzjoni ta' kwalità, fejn dawk il-programmi huma maħsuba biex iħarsu l-kondizzjonijiet meħtieġa tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, is-saħħa ta' l-annimali u r-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali. Għandhom jitwettqu kontrolli ad hoc fil-każ ta' suspetti ta' nuqqas ta' konformità. B'żieda għandhom jitwettqu kontrolli ad hoc f'kull żmien, ukoll fejn ma jkun hemm ebda suspett ta' nuqqas ta' konformità.

(14) Il-kontrolli uffiċjali għandhom iseħħu fuq il-bażi ta' proċeduri dokumentati sabiex jiġi żgurat li dawn il-kontrolli jitwettqu b'mod uniformi u jkunu ta' kwalità konsistentement għolja.

(15) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li fejn ikunu nvoluti unitajiet differenti ta' kontroll fit-twettieq ta' kontrolli uffiċjali, ikunu jeżistu proċeduri xierqa ta' kordinazzjoni u effettivament implimentati.

(16) L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jiżguraw li, fejn il-kompetenza ta' twettieq ta' kontrolli uffiċjali tkun ġiet delegata mil-livell ċentrali għall-livel reġjonali jew lokali, ikun hemm kordinazzjoni effettiva u effiċjenti bejn il-livell ċentrali u l-livell reġjonali jew lokali.

(17) Il-laboratorji nvoluti fl-analżi ta' kampjuni uffiċjali għandhom jaħdmu skond proċeduri approvati internazzjonalment jew standards ta' twettieq ibbażati fuq kriterji u jużaw metodi ta' analiżi li jkunu ġew, sa fejn hu possibbli, validati. Dawk il-laboratorji għandhom b'mod partikolari jkollhom apparat li jippermetti l-istabbiliment korrett ta' standards bħal livelli massimi residwi ffissati bil-liġi tal-Komunità.

(18) Il-ħatra ta' lanoratorji ta' referenza tal-Komunità u nazzjonali għandha tikkontribwixxi għal kwalità għolja u uniformità ta' riżultati analitiċi. Dan l-għan jista' jintlaħaq permezz ta' attivitajiet bħall-applikazzjoni ta' metodi analitiċi validati, l-assigurazzjoni li jkunu disponibbli materjali ta' referenza, l-organizzazzjoni ta' ttestjar komparattiv u t-taħriġ ta' l-impjegati mill-laboratorji.

(19) L-attivitajiet ta' laboratorji ta' referenza għandhom ikopru l-oqsma kollha tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u s-saħħa ta' l-annimali, b'mod partikolari dwak l-oqsma fejn hemm ħtieġa għal riżultati preċiżi analitiċi u dijanjostiċi.

(20) Għal numru ta' attivitajiet relatati ma' kontrolli uffiċjali, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardisation (CEN) żviluppa standards Ewropej (standards EN) adattati għall-għan ta' dan ir-Regolament. Dawn l-istandards EN jirrelataw b'mod partikolari ma' l-operazzjoni u l-istima ta' laboratorji ta' l-ittestjar u ma' l-operazzjoni u l-akkreditazzjoni ta' korpi ta' kontroll. Ġew imħejjija wkoll standards internazzjonali mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u l-Unjoni Internazzjonali dwar Kemistrija Pura u Applikata (IUPAC). Dawn l-istandards jistgħu, f'każi definiti sew, ikunu xierqa għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, waqt li jingħata kont tal-kriterji ta' twettieq preskritti fil-liġi dwar l-għalf u l-ikel sabiex tiġi żgurata flessibilità u effettività taħt il-profil ta' ġestjoni u ta' spejjeż.

(21) Għandha ssir dispożizzjoni biex tiġi delegata kompetenza għat-twettieq ta' kompiti speċifiċi ta' kontroll mill-awtorità kompetenti għall-korp ta' kontroll, u għall-kondizzjonijiet li taħthom tista' sseħħ dik id-delega.

(22) Għandhom ikunu disponibbli proċeduri xierqa għall-koperazzjoni ta' l-awtorità kompetenti fi u bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari fejn il-kontrolli uffiċjali jikxfu li problemi dwar l-għalf u l-ikel jestendu għal aktar minn Stat Membru wieħed. Sabiex tiġi faċilitata dik il-koperazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnominaw korp wieħed jew aktar ta' komunikazzjoni u koperazzjoni bir-rwol li jikordinaw it-trasmissjoni u r-riċeviment ta' talbiet għall-għajnuna.

(23) Skond l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru, 178/2002, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fejn tkun disponibbli informazzjoni li tirrelata ma' l-eżistenza ta' riskji serji diretti jew indiretti għas-saħħa umana mnissla minn ikel jew għalf.

(24) Huwa importanti li jinħolqu proċeduri uniformi għall-kontroll ta' għalf u ikel minn pajjiżi terzi introdotti fit-territorju tal-Komunità, waqt li jingħata kont tal-proċeduri armonizzati ta' importazzjoni li diġà ġew stabbiliti għall-ikel ta' oriġini mill-annimali permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE [9], u għal annimali ħajjin permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE [10].

Dawn il-proċeduri eżistenti jaħdmu tajjeb u għandhom jinżammu.

(25) Il-verifiki dwar għalf u ikel minn pajjiżi terzi msemmija fid-Direttiva 97/78/KE huma limitati għal aspetti veterinarji. Huwa meħtieġ li dawn il-verifiki jiġu supplimentati b'kontrolli uffiċjali dwar aspetti li m'humiex koperti b'verifiki veterinarji, bħal dawk dwar adittivi, tikkettjar, traċċabilità, irradjazzjoni ta' ikel u materjali f'kuntatt ma' ikel.

(26) Il-leġislazzjoni tal-Komunità tipprovdi wkoll għal proċeduri għall-kontroll ta' għal importat bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE tal-25 ta' Ottubru 1995 li tiffissa l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' spezzjonijiet uffiċjali fil-qasam tan-nutriment ta' l-annimali [11]. Dik id-Direttiva fiha prinċipji u proċeduri li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri meta jirrilaxxaw f'ċirkolazzjoni ħielsa għalf importat.

(27) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli tal-Komunità sabiex jiġi żgurat li l-għalf u l-ikel minn pajjiżi terzi jintbagħtu għal kontrolli uffiċjali qabel ma jiġu rilaxxati f'ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-kontrolli ta' importazzjoni ta' għalf u ikel li minnhom hemm riskju miżjud ta' kontaminazzjoni.

(28) Għandha wkoll issir dispożizzjoni għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali ta' għalf u ikel li jiġi ntrodott fit-territorju tal-Komunità taħt proċeduri doganali minbarra dawk ta' ċirkolazzjoni ħielsa, u b'mod partikolari dawk introdotti taħt il-proċeduri doganali msemmija fil-punti (b) sa (f) ta' l-Artikolu 4(16) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità [12], kif ukoll id-dħul tagħhom f'żona ħielsa jew f'maħżen ħieles. Dan jinkludi l-introduzzjoni ta' għalf u ikel minn pajjiżi terzi minn passiġġieri ta' mezzi internazzjonali ta' trasport u permezz ta' pakketti mibgħuta bil-posta.

(29) Għall-fini ta' kontrolli uffiċjali fuq għalf u ikel, huwa meħtieġ li jiġi definit it-territorju tal-Komunità li fih japplikaw ir-regoli sabiex jiġi żgurat li għalf u ikel li jiġi ntrodott f'dan it-territorju jiġi sottomess għall-kontrolli preskritti f'dan ir-Regolament. Dan it-territorju mhux neċessarjament huwa l-istess bħal dak li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 299 tat-Trattat, jew kif definiti fl-Artiklolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

(30) Sabiex tiġi żgurata organizzazzjoni aktar effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali fuq għalf u ikel minn pajjiżi terzi u sabiex jiġi faċilitat il-kurrent kummerċjali, jista' jkun meħtieġ li jiġu nominati punti speċifiċi għad-dħul ta' għalf u ikel minn pajjiżi terzi fit-territorju tal-Komunità. Bl-istess mod, jista' jkun meħtieġ li tiġi meħtieġa n-notifikazzjoni minn qabel ta' merkanzija fit-territorju tal-Komunità. Għandu jiġi żgurat li kull punt nominat ta' dħul ikollu aċċess għall-faċilitajiet xierqa biex jiġu operati kontrolli f'limiti raġonevoli ta' żmien.

(31) Fl-istabbiliment tar-regoli tal-kontrolli uffiċjali fuq għalf u ikel minn pajjiżi terzi, għandu jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti u s-servizzi doganali jaħdmu flimkien, fil-waqt li jingħata kont tal-fatt li regoli għal dan il-għan jeżistu diġà fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 tat-8 ta' Marzu 1993 dwar verifiki għall-konformità mar-regoli dwar is-sigurezza ta' prodotti fil-każ ta' prodotti importati minn pajjiżi terzi [13].

(32) Għandhom ikunu disponibbli riżorsi finanzjarji adegwati biex jiġu organizzati kontrolli uffiċjali. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimponu l-ħlasijiet jew piżijiet biex ikopru l-ispejjeż magħmula minħabba l-kontrolli uffiċjali. Fil-proċess, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jistabbilixxu l-ħlasijiet u l-piżijiet bħala ammonti f'rata fissa bbażati fuq in-nefqiet magħmula u waqt li jingħata kont tas-sitwazzjoni speċifikat ta' l-istabbilimenti. Meta jiġu mposti l-ħlasijiet fuq l-operaturi, għandhom japplikaw prinċipji komuni. Huwa xieraq għalhekk li jiġu preskritti l-kriterji għall-iffissar tal-livell tal-ħlasjiet ta' spezzjoni. Fir-rigward ta' ħlasijiet applikabbli għall-kontrolli ta' importazzjoni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti direttament ir-rati għall-merkanzija prinċipali ta' importazzjoni bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom u biex jiġi evitat tgħawwiġ fil-kummerċ.

(33) Il-liġi Komunitarja dwar għalf u ikel tipprovdi għar-reġistrazzjoni jew l-approvazzjoni ta' ċerti negozji ta' l-għalf u l-ikel mill-awtorità kompetenti. Dan huwa partikolarment il-każ fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' oġġetti ta' l-ikel [14], ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi dwar l-iġjene għal ikel ta' oriġini mill-annimali [15], Id-Direttiva tal-Kunsill 95/69/KE tat-22 ta' Diċembru 1995 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' ċerti stabbilimenti u intermedjarji li joperaw fis-settur ta' l-għalf ta' l-annimali [16] u r-regolament futur dwar l-iġjene ta' l-għalf.

Għandu jkun hemm proċeduri f'posthom sabiex jiġi żgurat li r-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni ta' negozji ta'l-għalf u ta' l-ikel jitwettqu b'mod effettiv u trasparenti.

(34) Sabiex ikun hemm atitudni globali u uniformi fir-rigward ta' kontrolli uffiċjali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw pjanijiet ta' kontroll multiannwali nazzjonali skond linji gwida wiesa' imħejjija fil-livell tal-Komunità. Dawn il-linji gwida għandhom jippromwovu strateġiji koerenti nazzjonali, u jidentifikaw prijoritajiet ibbażati fuq ir-riskju u l-proċeduri ta' kontroll l-aktar effettivi. Strateġija tal-Komunità għandha tieħu atitudni komprensiva, integrata ta' l-operazzjoni tal-kontrolli. Minħabba l-karattru li ma jorbotx ta' ċerti linji gwida tekniċi li għandhom jiġu stabbiliti huwa xieraq li dawn jiġu stabbiliti permezz ta'proċedura konsultattiva ta' Kumitat.

(35) Il-pjani ta' kontroll multiannwali nazzjonali għandhom ikopru l-liġi ta' l-għalf u l-ikel, u l-leġislazzjoni dwar is-saħħa ta' l-annimali u l-welfare ta' l-annimali.

(36) Il-pjani ta' kontroll multiannwali nazzjonali għandhom jistabbilixxu bażi sod għas-servizzi ta' spezzjoni tal-Kummissjoni biex iwettqu kontrolli fl-Istati Membri. Il-pjani ta' kontroll għandhom jippermettu lis-servizzi ta' speżżjoni tal-Komunità li jivverifikaw jekk il-kontrolli uffiċjali fl-Istati Membri jkunux organizzati skond il-kriterji preskritti f'dan ir-Regolament. Fejn xieraq u, b'mod partikolari, fejn il-verifiki ta' l-Istati Membri kontra l-pjani ta' kontroll multiannwali nazzjonali juru djufija jew fallimenti, għandhom jitwettqu spezzjonijiet dettaljati u verifiki.

(37) L-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jippresentaw rapport annwali lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjani ta' kontroll multiannwali nazzjonali. Dan ir-rapport għandu jipprovdi r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali u l-verifiki mwettqa matul is-sena ta' qabel u, fejn meħtieġ, aġġornament tal-pjan ta' kontroll inizjali b'risposta għal dawn ir-riżultati.

(38) Il-kontrolli Komunitarji fl-Istati Membri għandhom jippermettu lis-servizzi ta' kontroll tal-Kummissjoni li jivverifikaw jekk il-liġi dwar l-għalf u l-ikel u l-leġislazzjoni dwar is-saħħa ta' l-annimali u l-welfare ta' l-annimali jkunux implimentati b'mod uniformi u korrett mal-Komunità kollha.

(39) Kontrolli tal-Komunità f'pajjiżi terzi huma meħtieġa sabiex jivverifikaw il-konformità jew l-ekwivalenza mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u l-leġislazzjoni dwar is-saħħa ta' l-annimali u, fejn xieraq, il-welfare. Pajjiżi terzi jistgħu wkoll jintalbu biex jipprovdu informazzjoni dwar is-sistemi tagħhom ta' kontroll. Din l-informazzjoni, li għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi ta' linji gwida tal-Komunità, għandha tifforma l-bażi għal kontrolli sussegwenti tal-Kummissjoni, li għandhom jitwettqu fi ħdan kwadru multidixxiplinarju li jkopri s-setturi prinċipali li jesportaw lejn il-Komunità. Din l-evoluzzjoni għandha tippermetti simplifikazzjoni tar-reġim kurrenti, ittejjb il-koperazzjoni effettiva ta' kontroll, konsegwentement tiffaċilita l-mixja tal-kummerċ.

(40) Sabiex jiġi żgurat li merkanzija importata tikkonforma ma' jew tkun ekwivalenti għall-liġi tal-Komunità dwar l-għalf u l-ikel, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri li jippermettu d-definizzjoni ta' kondizzjonijiet ta' importazzjoni u l-kondizzjonijiet meħtieġa ta' ċertifikazzjoni kif xieraq.

(41) Il-ksur tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u s-saħħa ta' l-annimali u l-welfare ta' l-annimali jista' jikkostitwixxi theddida għas-saħħa umana, s-saħħa ta' l-annimali, u l-welfare ta' l-annimali. Dak il-ksur għandu għalhekk ikun suġġett għal miżuri effettivi, dissważivi u proporzjonati f'livell nazzjonali mal-Komunità kollha.

(42) Dawk il-miżuri għandhom jinkludu azzjoni amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li għandhom joperaw proċeduri għal dak il-għan. Il-vantaġġ ta' dawk il-proċeduri huwa li tkun tista' tittieħed azzjoni mgħaġġla biex tiġi restawrata s-sitwazzjoni.

(43) L-operaturi għandu jkollhom id-dritt ta'appell kontra id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità kompetenti bħala riżultat tal-kontrolli uffiċjali, u għandhom ikunu informati b'dak id-dritt.

(44) Huwa xieraq li jingħata kont tal-ħtiġiet speċjali ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw, u b'mod partikolari tal-pajjiżi l-anqas żviluppati, u li jiġu ntrodotti miżuri għal dak il-għan. Il-Kummissjoni għandha tkun kommessa li tappoġġa pajjiżi li qed jiżviluppaw fir-rigward tas-sigurtà ta' l-għalf u l-ikel, li huma element importanti tas-saħħa umana u l-iżvilupp tal-kummerċ. Dak l-appoġġ għandu jkun organizzat fil-kuntest tal-politika Komunitarja tal-koperazzjoni fl-iżvilupp.

(45) Ir-regoli li jinsabu f'dan ir-Regolament jirfdu l-attitudni integrata u orrizontali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' politika koerenti ta' kontroll dwar is-sigurtà ta' l-għalf u l-ikel, is-saħħa ta' l-annimali u l-welfare ta' l-annimali. Għandu jkun hemm spazju iżda biex jiġu żviluppati regoli speċifiċi ta' kontroll fejn meħtieġ, per eżempju fir-rigward ta' l-iffissar tal-livelli massimi residwi għal ċerti kontaminanti fil-livell tal-Komunità. Bl-istess mod, regoli aktar speċifiċi li jeżistu fil-qasam ta' l-għalf u l-ikel u s-saħħa ta' l-annimali u l-welfare ta' l-annimali għandhom jiżammu.

Dawn jinkludu b'mod partikolari l-atti li ġejjin: Id-Direttiva 96/22/KE id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta' April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni dwar l-użu fil- [17], id-Direttiva 96/23/KE [18], ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 [19], ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 [20], ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 [21], id-Direttiva 86/362/KEE [22], id-Direttiva 90/642/KEE [23] u r-regoli ta' implimentazzjoni li jirriżultaw minnhom, id-Direttiva 92/1/KEE [24], id-Direttiva 92/2/KEE [25], u atti dwar il-kontroll ta' mard ta' l-annimali bħall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, deni tal-majjali eċċ., kif ukoll il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-kontrolli uffiċjali dwar il-welfare ta' l-annimali.

(46) Dan ir-Regolament ikopri oqsma li huma diġà koperti f'ċerti atti fis-seħħ fil-present. Huwa xieraq għalhekk li jitħassru b'mod partikolari l-atti li ġejjin dwar il-kontrolli ta' għalf u ikel u jiġu sostitwiti bir-regoli ta' dan ir-Regolament: Id-Direttiva 70/373/KEE [26]; id-Direttiva 85/591/KEE [27]; id-Direttiva 89/397/KEE [28]; id-Direttiva 93/99/KEE [29]; id-Deċiżjoni 93/383/KEE [30]; id-Direttiva 95/53/KE; id-Direttiva 96/43/KE [31]; id-Deċiżjoni 98/728/KE [32]; u d-Deċiżjoni 1999/313/KE [33].

(47) Fid-dawl ta' dan ir-Regolament, id-Direttivi 96/23/KE, 97/78/KE u 2000/29/KE għandhom jiġu emendati.

(48) Billi l-għani ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi żgurata atitudni armonizzata fir-rigward ta' kontrolli uffiċjali, ma jistax suffiċjentement jinkiseb mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-komplessità tiegħu, il-karattru tiegħu ta' bejn il-fruntieri u, fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' għalf u ikel, il-karattru internazzjonali tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, Il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-propozjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx 'l hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak il-għan.

(49) Il-miżuri li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [34],

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT

TITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U TIFSIRIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament jippreskrivi r-regoli ġenerali għat-twettieq ta' kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformitàma' regoli jimmira, b'mod partikolari, li:

(a) jipprevjeni, jelimina jew inaqqas għal livelli aċċettabli riskji għall-bnedmin u l-annimali, jew direttament, jew permeżż ta' l-ambjent;

u

(b) jiggarantixxi prattiċi ġusti fil-kummerċ ta' l-għalf u l-ikel u jipproteġi l-interessi tal-konsumatur, inkluż it-tokkettjar ta' għalf u ikel u forom oħra ta' informazzjoni lill-konsumatur.

2. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mar-regoli dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti agrikoli.

3. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità li jikkonċernaw kontrolli uffiċjali.

4. It-twettieq ta' kontrolli uffiċjali skond dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja legali ta' operaturi fin-negozju ta' l-għalf u l-ikel biex jiżguraw is-sigurezza ta' l-għalf u l-ikel, kif preskritt fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, u xi responsabbiltà ċivili jew kriminali li tirriżulta minn ksur ta' l-obbligi tagħhom.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, it-tifsiriet preskritti fl-Artikoli 2 u 3 tal-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom japplikaw.

Għandhom japplikaw ukoll it-tifsiriet li ġejjin:

1. "kontroll uffiċjali" tfisser kull forma ta' kontroll li l-awtorità kompetenti jew il-Komunità twettaq għall-verifikazzjonital-konformità tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel is-saħħa ta' l-annimali u r-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali;

2. "verifikazzjoni" tfisser il-verifika, permezz ta' eżami u l-konsiderazzjoni ta' evidenza oġġettiva, dwar jekk kondizzjonijiet meħtieġa jkunux ġew imħarsa;

3. "liġi dwar l-għalf" tfisser il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw l-għalf b'mod ġenerali u s-sigurtà ta' l-għalf b'mod partikolari, sew fil-livell tal-Komunità jew dak nazzjonali; hija tkopri l-istadji kollha ta' produzzjoni, proċessar u distribuzzjoni ta' għalf u l-użu ta' għalf;

4. "awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità ċentrali ta' Stat Membru kompetenti għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali jew xi awtorità oħra li lilha tkun ġiet konferita l-kompetenza; hija għandha wkoll tinkludi, fejn xieraq, l-awtorità korrispondenti ta' pajjiż terz;

5. "korp ta' kontroll" tfisser parti terza indipendenti li lilha l-awtorità kompetenti tkun iddelegat ċerti kompiti ta' kontroll;

6. "verifika" tfisser eżami sistematiku u indipendenti biex jiġi stabbilit jekk l-attivitajiet u r-riżultati relatati jkunux jikkoformaw ma' arranġamenti ppjanati u jekk dawn l-arranġamenti jkunux effettivament implimentati u jkunux adattati biex jinkisbu l-għanijiet;

7. "spezzjoni" tfisser l-eżami ta' xi aspett ta' għalf, ikel, saħħa ta' l-annimali u welfare ta' l-annimali sabiex jiġi verifikat jew dak/dawk l-aspett/i jikkonformax/jikkonformawx mal-kondizzjonijiet legali meħtieġa tal-liġi ta' l-għalf u l-ikel u s-saħħa ta' l-annimali u r-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali;

8. "immonitorjar" tfisser is-sekwenza ppjanata ta' osservazzjonijiet jew kejl bil-ħsieb li tinkiseb deskrizzjoni qasira u ġenerika ta' l-istat ta' konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, is-saħħa ta' l-annimali u r-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali;

9. "sorveljanza" tfisser osservazzjoni bil-għaqal ta' negozju wieħed jew aktar ta' l-għalf jew l-ikel, operaturi fin-negozju ta' l-għalf jew l-ikel jew l-attivitajiet tagħhom;

10. "nuqqas ta' konformità" tfisser nuqqas ta' konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u mar-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali u l-welfare.;

11. "kampjonar għall-analiżi" it-teħid ta' ikel jew għalf jew xi sustanza oħra (inkluż mill-ambjent) relevanti għall-produzzjoni, proċessar u distribuzzjoni ta' għalf jew ikel jew għas-saħħa ta' l-annimali, sabiex tiġi verifikata permezz ta' analiżi l-konformità mal-liġi dwar l-għalf jew l-ikel jew ir-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali;

12. "ċertifikazzjoni uffiċjali" tfisser il-proċedura li biha l-awtorità kompetenti jew il-korpi ta' kontroll, awtorizzati biex jaġixxu f'dik il-kariga, jipprovdu assigurazzjoni bil-miktub, elettronika jew ekwivalenti dwar il-konformità;

13. "detenzjoni uffiċjali" tfisser il-proċedura li biha l-awtorità kompetenti tiżgura li għalf jew ikel ma jiġux imċaqalqa jew imbagħabsa sakemm ikun hemm deċiżjoni dwar id-destinazzjoni tiegħu; din tinkludi l-ħażna minn operaturi fin-negozju ta' l-għalf u l-ikel skond struzzjonijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti;

14. "ekwivalenza" tfisser il-kapaċità ta' sistemi differenti jew miżuri kapaċi li jilħqu l-istess għanijiet; u "ekwivalenti" tfisser sistemi jew miżuri kapaċi li jilħqu l-istess għanijiet;

15. "impostazzjoni" tfisser ir-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera ta' għalf jew ikel jew il-ħsieb tar-rilaxx ta' għalf jew ikel f'ċirkolazzjoni libera skond it-tifsira ta' l-Artikolu 79 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 f'wieħed mit-territorji msemmija fl-Anness I;

16. "introduzzjoni" tfisser importazzjoni kif imfissra fil-punt 15 ta' hawn fuq, u tqegħid ta' merkanzija taħt il-proċeduri doganali msemmija fil-punti (b) sa (f) ta' l-Artikolu 4(16) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, kif ukoll id-dħul tagħhom f'żona ħielsa jew maħżen ħieles;

17. "verifika dokumentarja" tfisser l-eżami ta' dokumenti kummerċjali u, fejn xieraq, ta' dokumenti meħtieġa taħt il-liġi dwar l-għalf jew l-ikel li jakkumpanjaw il-kunsinna;

18. "verifika ta' identità" tfisser spezzjoni viżwali biex jiġi żgurat li ċ-ċertifikati jew dokumenti oħra li jakkumpanjaw il-kunsinna ikunu jaħblu mat-tikkettjar u l-kontenut tal-kunsinna;

19. "verifika fiżika" tfisser verifika fuq l-għalf jew l-ikel innifsu li tista' tinkludi verifiki fuq il-mezzi tat-trasport, it-tikkettjar u t-temperatura, il-kampjonar għall-analiżi u l-ittestjar tal-laboratorju u kull verifika oħra meħtieġa biex tiġi verifikata l-konformità mal-liġi dwar l-għalf jew l-ikel;

20. "pjan ta' kontroll" tfisser deskrizzjoni stabbilita mill-awtorità kompetenti li jkun fiha informazzjoni ġenerali dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-sistema uffiċjali tagħha ta' kontroll.

TITOLU II KONTROLLI UFFIĊJALI MINN STATI MEMBRI

KAPITOLU I OBBLIGI ĠENERALI

Artikolu 3

Obbligi ġenerali fir-rigward ta' l-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali

1. L-Istati membri għandhom jiżġuraw li l-kontrolli uffiċjali jitwettqu regolarment, fuq bażi tar-riskju u bil-frekwenza xierqa, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament waqt li jingħata kont ta':

(a) riskji identifikati assoċjati ma' annimali, għalf jew ikel, negozji ta' għalf jew ikel, l-użu ta' għalf jew ikel u kull proċess, materjal sustanza, attività jew operazzjoni li tista' tinfluwenza s-sigurtà ta' l-għalf jew l-ikel, is-saħħa ta' l-annimali jew il-welfare ta' l-annimali;

(b) ir-rekord passat ta' operaturi fin-negozju ta' l-għalf jew l-ikel fir-rigward tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf jew l-ikel jew mar-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali jew il-welfare ta' l-annimali;

(ċ) l-affidabilità ta' xi verifiki proprji li jkunu diġà twettqu;

u

(d) kull informazzjonili tista' turi nuqqas ta' konformità.

2. Il-kontrolli uffiċjali għandhom jitwettqu mingħajr avviż minn qabel, ħlief f'każi bħal verifiki fejn notifikazzjoni minn qabel lill-operatur fin-negozju ta' l-għalf jew l-ikel hija meħtieġa. Il-kontrolli uffiċjali jistgħu wkoll jitwettqu fuq bażi ad hoc.

3. Il-kontrolli uffiċjali għandhom jitwettqu f'xi wieħed mill-istadji ta' produzzjoni, proċessar jew distribuzzjoni ta' għalf jew ikel u ta' annimali u prodotti mill-annimali. Dawn għandhom jinkludu kontrolli fuq negozji ta' għalf u ikel, fuq l-użu ta' għalf u ikel, fuq il-ħażna ta' għalf u ikel, fuq kull proċess, materjal, sustanza, attività jew operazzjoni inkluż trasport applikat għall-għalf jew l-ikel u fuq annimali ħajjin, meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

4. Il-kontrolli uffiċjali għandhom ikunu applikati, bl-istess attenzjoni, għal esportazzjonijiet barra l-Komunità, għat-tqegħid fis-suq ġewwa l-Komunità u għall-introduzzjonijiet minn pajjiżi terzi fit-territorji msemmija fl-Anness I.

5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li prodotti maħsuba għad-dispaċċ lejn Stat Membru ieħor ikunu kontrollati bl-istess attenzjoni bħal dawk maħsuba biex jitqegħdu fis-suq fit-territorju proprju tagħhom.

6. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni tista' tivverifka il-konformità ta' għalf u ikel mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel permezz ta' verifiki li ma jkunux diskriminatorji. Sal-limitu strettament meħtieġ għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-operaturi li jkollhom merkanzija mwassla minn Stat Membru ieħor biex jirrapportaw il-wasla ta' dik il-merkanzija.

7. Jekk, matul verifika mwettqa fil-post ta' destinazzjoni jew matul il-ħażna jew trasport, Stat Membru jistabbilixxi nuqqas ta' konformità, dan għandu jieħu l-miżuri meħtieġa, li jistgħu jinkludu d-dispaċċ lura lejn l-Istat Membru ta' oriġini.

KAPITOLU II AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 4

Nomini ta' awtoritajiet kompetenti u kriterji ta' operazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-għanijiet u l-kontrolli uffiċjali stipulati f'dan ir-Regolament.

2. L-Istati Membri għandhom jiżġuraw:

(a) l-effettività u l-adattezza ta' kontrolli uffiċjali fuq annimali ħajjin, għalf u ikel fl-istadji kollha ta' produzzjoni, proċessar u distribuzzjoni, u dwar l-użu ta' l-għalf;

(b) li l-ħaddiema li jwettqu l-kontrolli uffiċjali ikunu ħielsa minn kull konflitt ta' interess;

(ċ) illi għandhom, jew ikollhom aċċess għal kapaċita adegwata fil-laboratorju għall-ittestjar u numru suffiċjenti ta' impjegati kwalifikati u ta' esperjenza sabiex il-kontrolli uffiċjali u d-dmirijiet ta' kontroll ikunu jistgħu jitwettqu b'mod effiċjenti u effettiv;

(d) li jkollhom faċilitajiet xierqa u mantnuti tajjeb u tagħmir biex jiġi żgurat li l-ħaddiema jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli uffiċjali b'mod effiċjenti u effettiv;

(e) li kollhom is-saħħa legali li jwettqu kontrolli uffiċjali u jieħdu l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament;

(f) li jkollhom jeżistu pjani ta' kontinġenza, u li jkunu preparati biex joperaw dawk il-pjani fil-każ ta' emerġenza;

(g) li l-operaturi fin-negozju ta' l-għalf u l-ikel ikunu obbligati li jgħaddu minn kull spezzjoni mwettqa skond dan ir-Regolament u li jgħinu lill-impjegati ta' l-awtorità kompetenti fit-temma tal-kompiti tagħhom.

3. Fejn Stat Membru jikkonferixxi l-kompetenza għat-twettieq ta' awtorità kompetenti fuq awtorità jew awtoritajiet minbarra awtorità ċentrali kompetenti, b'mod partikolari dawk f'livell reġjonali jew lokali, għandha tiġi żgurata kordinazzjoni effiċjenti u effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti, inkluż fejn xieraq fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali u dik tas-saħħa.

4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw l-imparzjalità, il-kwalità u l-konsistenza tal-kontrolli uffiċjali fil-livelli kollha. Il-kriterji elenkati fil-paragrafu 2 għandhom ikunu rispettati kollha kemm huma minn kull awtorità li fuqha tkun ġiet konferita l-kompetenza li twettaq kontrolli uffiċjali.

5. Fejn, fi ħdan awtorità kompetenti, aktar minn unità waħda tkun kompetenti li twettaq kontrolli uffiċjali, għandha tiġi żgurata kordinazzjoni effiċjenti u effettiva bejn l-unitajiet differenti.

6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu verifiki interni jew jistgħi jġiegħlu li jitwettqu verifiki esterni, u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa fid-dawl tar-riżultati tagħhom, biex jiżguraw li jkunu qed jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Dawn il-verifiki għandhom ikunu suġġetti għal skrutinju indipendenti u għandhom jitwettqu b'mod trasparenti.

7. Jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3).

Artikolu 5

Delega ta' kompiti speċifiċi relatati ma' kontrolli uffiċjali

1. L-awtorità kompetenti tista' tiddelega kompiti speċifiċi relatati ma' kontrolli uffiċjali lil korp ta' kontroll wieħed jew aktar skond il-paragrafi 2 sa 4.

Lista tal-kompiti li jistgħu jew ma jistgħux jiġu delegati għandha tiġi stabbilita skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3).

Iżda, l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 54 m'għandhomx ikunu suġġetti għal dik id-delega.

2. L-awtorità kompetenti tista' tiddelega kompiti speċifiċi lil korp ta' kontroll partikolari biss jekk:

(a) ikun hemm deskrizzjoni eżatta tal-kompiti li dak il-korp ta' kontroll jista' jwettaq u l-kondizzjonijiet li taħthom huwa jista' jwettaqhom;

(b) ikun hemm prova li l-korp ta' kontroll:

(i) ikollu l-ħila, t-tagħmir u l-infrastruttura meħtieġa biex iwettaq il-kompiti delegati lilu,

(ii) ikollu numru suffiċjenti ta' impjegati kwalifikati kif imiss u ta' esperjenza,

u

(iii) ikun imparzjali u ħieles minn kull konflitt ta' interessi fir-rigward ta' l-eżerċizzju tal-kompiti delegati lilu;

(ċ) il-korp ta' kontroll ikun jaħdem u jkun akkreditat skond l-Istandard Ewropew EN 45004 "Kriterji ġenerali għat-tħaddim ta' tipi varji ta' korpi li jwettqu spezzjonijiet" u/jew standard ieħor jekk aktar relevanti għall-kompiti delegati in kwistjoni;

(d) il-laboratorji joperaw skond l-istandards imsemmija fl-Artikolu 12(2);

(e) il-korp ta' kontroll jikkomunika r-riżultati tal-kontrolli mwettqa mill-awtorità kompetenti fuq bażi regolari u kull meta l-awtorità kompetenti hekk titlob. Jekk ir-riżultati tal-kontrolli juru nuqqas ta' konformita jew ikunu jindikaw li x'aktarx ikun hemm nuqqas ta' konformità, il-korp ta' kontroll għandu minnufih jinforma lill-awtorità kompetenti;

(f) ikun hemm kordinazzjoni effiċjenti u effettiva bejn l-awtorità kompetenti li tiddelega u l-korp ta' kontroll.

3. L-awtoritajiet kompetentili jiddelegaw kompiti speċifiċi lil korpi ta' kontroll għandhom jorganizzaw verifiki jew spezzjonijiet tal-korpi ta' kontroll kif meħtieġ. Jekk, bħala riżultat ta' verifika jew spezzjoni, jidher li dawk il-korpi jkunu qed jonqsu milli jwettqu kif imiss il-kompiti delegati lilhom, l-awtorità kompetenti li tiddelega tista' tirtira d-delega. Hija għandha tirtirha mingħajr dewmien jekk il-korp ta' kontroll jonqos milli jieħu azzjoni ta' rimedju xierqa u f'waqtha.

4. Stat Membru li jixtieq jiddelega kompitu speċifiku ta' kontroll lil korp ta' kontroll għandu jinnotifika lill-Kummissjoni. Din in-notifika għandha tipprovdi deskrizzjoni dettaljata ta':

(a) l-awtorità kompetenti li kellha tiddelega l-kompitu;

(b) il-kompitu li għandha tiddelega;

u

(ċ) il-korp ta' kontroll li lilu għandu jiġi delegat il-kompitu.

Artikolu 6

Impjegati li jwettqu kontrolli uffiċjali

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-ħaddiema kollha tagħha li jwettqu kontrolli uffiċjali:

(a) jirċievu, għall-qasam tagħhom ta' kompetenza, taħriġ xieraq li jippermettilhom li jwettqu d-dmirijiet tagħhom b'mod kompetenti, u li jwettqu l-kontrolli uffiċjali b'mod konsistenti. It-taħriġ għandu jkopri l-oqsma msemmija fl-Anness II, Kapitolu I;

(b) iżommu rwieħhom aġġornati fl-oqsma tagħhom ta' kompetenza u jirċievu taħriġ regolari addizzjonali kif meħtieġ;

u

(ċ) ikollhom dispożizzjoni għal koperazzjoni multidixxiplinarja.

Artikolu 7

Transparenza u kunfidenzalità

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jwettqu l-attivitajiet tagħhom b'livell għoli ta' trasparenza. Għal dak il-għan, informazzjoni relevanti miżmuma minnhom għandha tintgħamel disponibbli lill-pubbliku kemm jista' jkun malajr.

B'mod ġenerali, l-pubbliku għandu jkollu aċċess għal:

(a) l-informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' kontroll ta' l-awtoritajiet kompetenti u l-effettività tagħhom;

u

(b) l-informazzjoni skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2. L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-passi kollha biex tiżgura li l-membri tal-ħaddiema tagħhom ikunu meħtieġa li ma jikxfux informazzjoni miksuba waqt it-twettieq tad-dmirijiet tagħhom ta' kontrolli uffiċjali li min-natura tagħha hija koperta b'segretezza professjonali f'każijiet debitament ġustifikati. Il-protezzjoni tas-segretezza professjonali m'għandhiex tipprevjeni t-tixrid mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b). Ir-regoli tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u l-moviment liberu ta' dik id-data [35] jibqgħu mhux affettwati.

3. Informazzjoni koperta b'segretezza professjonali tinkludi b'mod partikolari:

- il-kunfidenzalità ta' proċedimenti ta' investigazzjoni preliminari jew ta' proċedimenti legali kurrenti,

- data personali,

- id-dokumenti koperti b'eċċezzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 li jirrigwarda l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni [36],

- informazzjoni protetta b'leġislazzjoni nazzjonali u tal-Komunità li tikkonċerna segretezza professjonali partikolari, il-kunfidenzalità ta' deliberazzjonijiet, relazzjonijiet internazzjonali u d-difiża nazzjonali.

Artikolu 8

Proċeduri ta' kontroll u verifika

1. 1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali skond proċeduri dokumentati. Dawn il-proċeduri għandu jkun fihom informazzjoni u struzzjonijiet għall-ħaddiema li jwettqu kontrolli uffiċjali inkluż, fost ħwejjeġ oħra, l-oqsma msemmija fl-Anness II, Kapitolu II.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom jaħdmu proċeduri legali sabiex jiżguraw li l-impjegati ta' l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għall-postijiet u d-dokumentazzjoni miżmuma minn operaturi fin-negozju ta' l-għalf u l-ikel sabiex ikunu jistgħu jtemmu l-kompiti tagħhom kif imiss.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom proċeduri jaħdmu:

(a) biex jivverifikaw l-effettività tal-kontrolli uffiċjali li huma jwettqu;

u

(b) biex jiżguraw li tittieħed azzjoni korretta fejn meħtieġa u li d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun aġġornata kif xieraq.

4. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi linji gwida għall-kontrolli uffiċjali skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

Il-linji gwida jistgħu, b'mod partikolari jkun fihom rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw kontrolli uffiċjali dwar:

(a) l-implimentazzjoni tal-prinċipji HACCP;

(b) is-sistema ta' amministrazzjoni li l-operaturi fin-negozju ta' l-għalf u l-ikel joperaw bil-ħsieb li jitħarsu l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-liġi dwar l-għalf jew l-ikel;

(ċ) is-sigurtà mikrobijoloġika, fiżika u kimika ta' għalf u ikel.

Artikolu 9

Rapporti

1. L-awtorità kompetenti għandha tħejji rapporti dwar il-kontrolli uffiċjali li hija tkun wettqet.

2. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu deskrizzjoni ta' l-għan tal-kontrolli uffiċjali, il-metodi ta' kontroll applikati, ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali u, fejn xieraq, l-azzjoni li l-operatur tan-negozju konċernat għandu jieħu.

3. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-operatur tan-negozju konċernat b'kopja tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, għall-anqas fil-każ ta' nuqqas ta' konformità.

Artikolu 10

Attivitajiet ta' kontroll, metodi u teknika

1. Kompiti relatati ma' kontrolli uffiċjali għandhom, b'mod ġenerali, jitwettqu bl-użu ta' metodi xierqa ta' kontroll u teknika bħal immonitorjar, sorveljanza, verifikazzjoni, verifika, spezzjoni, kampjonar u analiżi.

2. Il-kontrolli uffiċjali fuq għalf u ikel għandhom jinkludu, fost ħwejjeġ oħra, l-attivitajiet li ġejjin:

(a) l-eżami ta' xi sistema ta' kontrollli l-operaturi fin-negozju ta' l-għalf u l-ikel ikollhom taħdem u r-riżultati miksuba;

(b) l-ispezzjoni ta':

(i) stallazzjonijiet ta' produtturi primarji, negozji ta' l-għalf u l-ikel, inklużi d-dintorni tagħhom, postijiet, uffiċċji, tagħmir, stallazzjonijiet u makkinarju, trasport, kif ukoll ta' l-għalf u l-ikel;

(ii) materja prima, ingredjenti, għajnuniet għall-ipproċessar u prodotti oħra wżati għall-preparazzjoni u l-produzzjoni ta' għalf u ikel;

(iii) prodotti nofshom lesti;

(iv) materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt ma' l-ikel;

(v) prodotti u proċessi tat-tindif u manutenzjoni, u pestiċidi;

(vi) tikkettjar, presentazzjoni u reklamar;

(ċ) verifiki fuq il-kondizzjonijiet ta' l-iġjene f'negozji ta' l-għalf u l-ikel;

(d) stima tal-proċeduri ta' prattiċi tajbin ta' manifattura (GMP), prattiċi tajbin ta' l-iġjene (GHP), prattiċi tajbin tal-biedja u l-HACCP, waqt li jingħata kont ta' l-użu stabbiliti skond il-leġislazzjoni tal-Komunità;

(e) eżami tal-materjal miktub u rekords oħra li jistgħu jkunu relevanti għall-istima ta' konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel;

(f) intervisti ma' operaturi fin-negozju ta' l-għalf u l-ikel;

(g) il-qari ta' valuri rrekordjati minn strumenti ta' kejl tan-negozji fl-għalf jew l-ikel;

(h) kontrolli mwettqa mill-istrumenti proprji ta' l-awtorità kompetenti biex jiġi verifikat il-kejl meħud minn operaturi fin-negozju ta' l-għalf u l-ikel;

(i) kull attività oħra meħtieġa biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

IL-KAPITOLU III KAMPJONAR U ANALIŻI

Artikolu 11

Metodi ta' kampjonar u analiżi

1. Il-metodi ta' kampjonar u analiżi meħuda fil-kuntest tal-kontrolli uffiċjali għandhom jikkonformaw mar-regoli relevanti tal-Komunità jew,

(a) jekk ma jkunu wżati ebda regoli bħal dawk, ma' regoli jew protokolli rikonoxxuti internazzjonalment, per eżempju dawk li l-Kumitat Ewropew għall-iStandardisation (CEN) ikun aċċetta jew dawk mifitehma f'leġislazzjoni nazzjonali;

jew,

(b) fin-nuqqas ta' dak imsemmi hawn fuq, ma' metodi oħra adattati għall-għan maħsub jew żviluppati skond protokolli xjentifiċi.

2. Fejn il-paragrafu 1 ma japplikax, il-validazzjoni tal-metodi ta' analiżi tista' sseħħ ġewwa laboratorju waħdieni skond protokoll aċċettat internazzjonalment.

3. Fejn possibbli, il-metodi ta' analiżi għandhom ikunu karatterizzati mill-kriterji xierqa stipulati fl-Anness III.

4. Il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin għandhom jittieħdu skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 62(3):

(a) metodi ta' kampjonar u analiżi, inklużi l-metodi ta' konferma jew referenza li għandhom jintużaw fl-każ ta' disputa;

(b) il-kriterji ta' twettieq, parametri ta' analiżi, inċertezza ta' kejl u proċeduri għall-validazzjoni tal-metodi msemmija fl-(a);

u

(ċ) regoli dwar l-interpretazzjoni tar-riżultati.

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri adegwati sabiex jiggarantixxu d-dritt ta' l-operaturi fin-negozju ta' l-għalf u l-ikel li l-prodotti tagħhom huma suġġetti għal kampjonar u analiżi li japplikaw għal opinjoni esperta supplementari, mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' l-awtoritajiet kompetenti li jieħdu azzjoni immedjata fil-każ ta' emerġenza.

6. B'mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li l-operaturi fin-negozju ta' l-agħalf u l-ikel ikunu jistgħu jiksbu numru suffiċjenti ta' kampjuni għall-opinjoni esperta supplementari, sakemm dan ma' jkunx possibbli fil-każ ta' prodotti li jitħassru malajr ħafna jew kwantità baxxa ħafna ta' substrate disponibbli.

7. Il-kampjuni għandhom ikunu mmaniġġati u tikkettjati b'dak il-mod li jiggarantixxi kemm il-validità legali u analitika tagħhom.

Artikolu 12

Laboratorji uffiċjali

1. L-awtorità kompetenti għandha tinnomina laboratorji li jistgħu jwettqu l-analiżi ta' kampjuni meħuda matul kontrolli uffiċjali.

2. Iżda, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinnominaw biss laboratorji li joperaw u li huma stmati u akkreditati skond l-istandards Ewropej li ġejjin:

(a) EN ISO/IEC 17025 dwar "Kondizzjonijiet ġenerali meħtieġa għall-kompetenza ta' laboratorji ta' l-ittestjar u kalibrazzjoni";

(b) EN 45002 dwar "Kriterji ġenerali għall-istima ta' laboratorji ta' l-ittestja";

(ċ) EN 45003 dwar "Sistema ta' akkreditazzjoni tal-laboratorji għall-kalibrazzjoni u l-ittestjar – Kondizzjonijiet ġenerali meħtieġa għall-operazzjoni u l-għarfien",

waqt li jingħata kont tal-kriterji ta' metodi differenti ta' ttestjar preskritti fil-liġi Komunitarja dwar l-għalf u l-ikel.

3. L-akkreditazzjoni u l-istima ta' laboratorji ta' l-ittestjar imsemmija fil-paragrafu 2 tista' tirrelata ma' testijiet individwali jew ma' gruppi ta' testijiet.

4. L-awtorità kompetenti tista' tikkanċella n-nomina msemmija fil-paragrafu 1 fejn il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux aktar imħarsa.

IL-KAPITOLU IV AMMINISTRAZZJONI BI KRIŻI

Artikolu 13

Pjani ta' kontiġenza għal għalf u ikel

1. Għall-implimentazzjoni tal-pjan ġenerali għal amministrazzjoni bi kriżi msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-Istati Membri għandhom iħejju pjani operazzjonali ta' kontinġenza li jistipulaw il-miżuri li għandhom ikunu implimentati mingħajr dewmien fejn jinstab li għalf jew ikel joħolqu riskju serju għall-bniedem jew għall-annimali jew direttament jew permezz ta' l-ambjent.

2. Dawn il-pjani ta' kontinġenza għandhom jispeċifikaw:

(a) l-awtoritajiet amministrattivi li għandhom jiġu ngaġġati;

(b) is-setgħat u r-responsabbiltajiet tagħhom;

u

(ċ) il-mezzi u l-proċeduri għall-qsim ta' informazzjoni bejn il-partijiet relevanti.

3. L-Istati Membri għandhom jirrevedu dawn il-pjani ta' kontinġenza kif xieraq, partikolarment fid-dawl ta' bidliet fl-organizzazzjoni ta' l-awtorità kompetenti u ta' l-esperjenza, inkluża esperjenza miksuba minn eżerċizzji ta' simulazzjoni.

4. Fejn meħtieġ, jistgħu jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3). Dawk il-miżuri għandhom jistabbilixxu regoli armonizzati għall-pjani ta' kontinġenza sal-limitu meħtieġ biex jiġi żgurat li dawk il-pjAni huma kompatibbli mal-pjan ġenerali għall-amministrazzjoni bi kriżi msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Dawn għandhom jinkludu wkoll ir-rwol ta' dawk interessati fl-istabbiliment u l-operat tal-pjani ta' kontinġenza.

IL-KAPITOLU V KONTROLLI UFFIĊJALI FUQ L-INTRODUZZJONI TA' GĦALF U IKEL MINN PAJJIŻI TERZI

Artikolu 14

Kontrolli uffiċjali fuq għalf u ikel ta' oriġini mill-annimali

1. Dan ir-Regolament m'għandux jeffettwa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-verifiki veterinarji fuq għalf u ikel ta' oriġini mill-annimali li hemm provvediment dwarhom fid-Direttiva 97/78/KE. Iżda, l-awtorità kompetenti nominata skond id-Direttiva 97/78/EC għandha, b'żieda, twettaq kontrolli uffiċjali biex tivverifika l-konformità ma' l-aspetti tal-liġi dwar l-għalf jew l-ikel li dik id-Direttiva ma tkoprix, kif xieraq, inklużi dawk l-aspetti msmmija fit-Titolu VI, Kapitolu II ta' dan ir-Regolament.

2. Ir-regoli ġenerali ta' l-artikoli 18 sa 25 ta' dan ir-Regolament għandhom ukoll japplikaw għall-kontrolli uffiċjali dwar l-għalf u l-ikel kollu, inkluż għalf u ikel ta' oriġini mill-annimali.

3. Riżultati sodisfaċenti ta' verifiki fuq merkanzija li tkun:

(a) imqegħda taħt waħda mill-proċeduri doganali msemmija fil-punti (b) sa (f) ta' l-Artikolu 4(16) tar-Regolament (KE) Nru 2913/92;

jew

(b) li għandha tiġi maniġġata f'żoni liberi jew imħażen liberi, kif imfissra fl-Artikolu 4(15)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92,

la għandhom jaffettwaw id-dmir ta' l-operaturi fin-negozju ta' l-għalf u l-ikel biex jiġi żgurat li l-għalf u l-ikel jikkonforma mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel mill-mument tar-rilaxx tiegħu f'ċirkolazzjoni libera lanqas jipprevjenu milli jitwettqu aktar kontrolli uffiċjali fuq l-għalf jew l-ikel konċernat.

Artikolu 15

Kontrolli uffiċjali fuq għalf jew ikel ta' oriġini mhux mill-annimali

1. L-awtorità kompetenti għandha twettaq kontrolli uffiċjali regolari fuq għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali mhux inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 97/78/KE, importati fit-territorji msemmija fl-Anness I. Hija għandha torganizza dawn il-kontrolli fuq il-bażi tal-pjan ta' kontrol multi-annwali nazzjonali imġejji skond l-Artikoli 41 sa 43 u fid-dawl tar-riskju potenzali. Il-kontrolli għandhom ikopru l-aspetti kollha tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel.

2. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu fil-post xieraq, inkluż il-punt tad-dħul tal-merkanzija fit-territorji msemmija fl-Anness I, il-punt ta' rilaxx f'ċirkolazzjoni libera, imħażen, il-post ta' l-operatur fin-negozju ta' l-għalf u l-ikel li jimporta, jew punti oħra fil-katina ta' l-għalf u l-ikel.

3. Dawn il-kontrolli jistgħu wkoll jitwettqu fuq merkanzija:

(a) imqegħda taħt waħda mill-proċeduri doganali msemmija fil-punti (b) sa (f) ta' l-Artikolu 4(16) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;

jew

(b) li tidħol f'żoni liberi jew imħażen liberi, kif imfissra fl-Artikolu 4(15)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

4. Riżultati sodisfaċenti ta' verifiki msemmija fil-paragrafu 3 m'għandhom la jeffettwaw id-dmir ta' operaturi fin-negozju ta' għalf u ikel biex jiġi żgurat li l-għalf u l-ikel jikkonforma mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel mill-mument tar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera jew li jipprevjenu milli jitwettqu aktar kontrolli uffiċjali fuq l-għalf u l-ikel konċernat.

5. Lista ta' għalf u ikel ta'oriġini mhux mill-annimali li għandhom, fuq il-bażi ta' riskji magħrufa jew emerġenti, ikunu suġġetti għal livell miżjud ta' kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I għandha titħejja u tiġi aġġornata, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3). Il-frekwenza u n-natura ta' dawn il-kontrolli għandhom jiġu preskritti skond l-istess proċedura. Fl-istess waqt, it-tariffi relatati ma' dawk il-kontrolli għandhom jiġu stabbilit skond l-istess proċedura.

Artikolu 16

Tipi ta' verifiki fuq għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali

1. Il-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 15(1) għandhom jinkludu ta' l-anqas verifika sistematika dokumentarja, verifika kif jiġi jiġi ta' identità u, fejn xieraq, verifika fiżika.

2. Il-verifiki fiżiċi għandhom jitwettqu fi frekwenza skond:

(a) ir-riskji assoċjati mat-tipi differenti ta' għalf u ikel;

(b) l-istojra tal-konformità mal-kondizzjonijiet meħtieġa għall-prodott konċernat tal-pajjiż terz u l-istabbiliment ta' oriġini u l-operaturi fin-negozju ta' l-għalf u l-ikel li jimportaw u jesportaw il-prodott;

(ċ) il-kontrolli li operaturi fin-negozju ta' għalf u ikel li jimportaw il-prodott ikunu wettqu;

(d) il-garanziji li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta' oriġini tkun tagħat.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-verifiki fiżiċi jitwettqu taħt kondizzjonijiet xierqa f'post b'aċċess għal faċilitajiet ta' kontroll xierqa li jippermettu li jitwettqu investigazzjonijiet kif imiss, li jittieħdu numru ta' kampjuni adattati għall-amministrazzjoni tar-riskju, u li l-għalf u l-ikel jiġu ttrattati iġjenikament. Il-kampjuni għandhom jiġu ttrattati b'dak il-mod li jiggarantixxi kemm il-validità legali tagħhom u dik analitika. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħmir u l-metodoloġija jkunu adegwati biex jitkejjlu l-valuri tal-limiti preskritti taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità jew nazzjonali.

Artikolu 17

Punti ta' dħul u notifikazzjoni minn qabel

1. L-Istati Membri għandhom, għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali, msemmija fl-Artikolu 15(5):

- jinnominaw punti partikolari ta' dħul fit-territorji tagħhom li jkollhom aċċess għal faċilitajiet ta' kontroll xierqa għat-tipi differenti ta' għalf u ikel;

u

- jeħtieġu li l-operaturi fin-negozju ta' l-għalf u l-ikel responsabbli għall-kunsinni jagħtu notifikazzjoni minn qabel tal-wasla tagħhom u-natura.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-istess regoli għal għalf ieħor ta' oriġini mhux mill-annimali.

2. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'kull miżuri li jieħdu skond il-paragrafu 1.

Huma għandhom jiddisinjaw dawk il-miżuri b'dak il-mod li jiġi evitat tfixkil mhux meħtieġ fil-kummerċ.

Artikolu 18

Azzjoni fil-każ ta' suspett

Fil-każ ta' suspett ta' nuqqas ta' konformità jew jekk ikun hemm dubbji dwar l-identità jew id-destinazzjoni attwali tal-kunsinna, jew fir-rigward tal-korrispondenza bejn il-kunsinna u l-garanziji ċertifikati, l-awtorità kompetenti tista' twettaq kontrolli uffiċjali sabiex tikkonferma jew telima s-suspett jew dubbju. L-awtorità kompetenti għandha tqiegħed il-kunsinna konċernata taħt detenzjoni uffiċjali sakemm tikseb ir-riżultati ta' dawk il-kontrolli uffiċjali.

Artikolu 19

Azzjoni wara kontrolli uffiċjali fuq għalf u ikel minn pajjiżi terzi

1. L-awtorità kompetenti għandha tqiegħed taħt detenzjoni uffiċjali għalf u ikel minn pajjiżi terżi li ma jikkonformawx mal-liġi dwar l-għalf jew l-ikel u, wara li tkun semgħat lill-operaturi fin-negozju ta' l-għalf jew l-ikel responsabbli għall-kunsinna, hija għandha tieħu l-miżuri li ġejjin fir-rigward ta'dak l-għalf jew l-ikel:

(a) tordna li dak l-għalf jew ikel jiġi distrutt, bla ħsara għal trattament speċjali skond l-Artikolu 20 jew li jintbagħat lura barra l-Komunità skond l-Artikolu 21; jistgħu jittieħdu wkoll miżuri oħra xierqa bħall-użu ta' l-għalf jew ikel għal għanijiet oħra li ma jkunux dawk li għalihom kienu oriġinarjament maħsuba;

(b) jekk l-għalf jew l-ikel ikun diġà tqiegħed fis-suq timmonitorja jew, fejn meħtieġ, tordna li jisejjeħ lura jew tirtirah qabel ma tieħu waħda mill-miżuri msemmija hawn fuq;

(ċ) tivverifika li l-għalf jew l-ikel ma jagħtix lok għal effetti kuntrarji fuq is-saħħa umana jew ta' l-annimali, jew direttament jew permezz ta' l-ambjent, matul jew sakemm issir l-implimentazzjoni ta' xi waħda mill-miżuri msemmija fis-subparagrafi (a) u (b).

2. Iżda, ma' dana kollu:

(a) il-kontrolli uffiċjali li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 14 u 15 juri li l-kunsinna tkun ta' ħsara għas-saħħa umana jew ta' l-annimali jew tkun perikoluża, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed il-kunsinna in kwistjoni taħt detenzjoni uffiċjali sakemm tiġi distrutta jew xi miżuri oħra xierqa meħtieġa biex tipproteġi s-saħħa umana jew ta' l-annimali;

(b) għalf jew ikel ta'oriġini mhux mill-annimali li għalih livell miżjud ta' kontrolli ġie preskritt skond l-Artikolu 15(5) ma jiġix presentat għall-kontrolli uffiċjali, jew ma jiġix presentat skond xi kondizzjonijiet speċifiċi meħtieġa skond l-Artikolu 17, l-awtorità kompetenti għandha tordna li jissejjaħ lura jew jitqiegħed taħt detenzjoni uffiċjali mingħajr dewmien u li wara jew jiġi distrutt jew jintbagħat lura skond l-Artikolu 21.

3. Fejn ma tippermettix l-introduzzjoni ta' għalf jew ikel, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar is-sejbiet tagħha u l-identifikazzjoni tal-prodotti konċernati skond il-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru178/2002 u għandha tinnotifika d-deċiżjonijiet tagħha lis-servizzi doganali, flimkien ma' informazzjoni fir-rigward tad-destinazzjoni finali tal-kunsinna.

4. Deċiżjonijiet dwar kunsinn għandhom ikunu is-suġġett tad-dritt ta' l-appell imsemmi fl-Artikolu 54(3).

Artikolu 20

Trattament speċjali

1. It-trattament speċjali msemmi fl-Artikolu 19 jista' jinkludi:

(a) Trattament jew proċessar biex l-għalf u l-ikel jiġu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet meħtieġa tal-liġi tal-Komunità, jew mal-kondizzjonijiet meħtieġa ta' pajjiż terz għad-dispaċċ mill-ġdid, inkluża d-dekontaminazzjoni fejn xieraq, iżda eskluż li jiġi dilwit;

(b) l-ipproċessar f'xi wieħed mill-modi xierqa għal għanijiet minbarra għall-konsum mill-annimali jew mill-bniedem.

2. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li trattament speċjali jseħħ fi stabbilimenti taħt il-kontroll tagħha, jew taħt il-kontroll ta' Stat Membru ieħor, u skond il-kondizzjonijiet preskritti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3) jew, fin-nuqqas ta' dawk il-kondizzjonijiet, mar-regoli nazzjonali.

Artikolu 21

Dispaċċ mill-ġdid ta' kunsinni

1. L-awtorità kompetenti għandha tippermetti d-dispaċċ mill-ġdid ta' kunsinni biss jekk:

(a) id-destinazzjoni tkun ġiet miftiehma ma' l-operatur tan-negozju fl-għalf jew l-ikel responsabbli għall-kunsinna; u

(b) l-operatur tan-negozju fl-għalf jew l-ikel ikun l-ewwel informa lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta' oriġini jew tal-pajjiż terz ta' destinazzjoni, jekk differenti, bir-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi li jipprevjenu t-tqegħid fis-suq ta' l-għalf jew l-ikel konċernat ġewwa l-Komunità;

u

(ċ) fejn il-pajjiż terz ta' destinazzjoni ma jkunx il-pajjiż terz ta' oriġini, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta' destinazzjoni tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti li tkun lesta taċċetta l-kunsinna.

2. Mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali applikabbli fir-rigward tal-limiti ta' żmien għall-applikazzjoni għal opinjoni esperta supplementari, u fejn ir-riżultati ta' kontrolli uffiċjali ma jipprekluduhiex, id-dispaċċ lura għandu, bħala regola ġenerali, iseħħ mhux aktar tard minn 60 jum wara l-jum li fih l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet dwar id-destinazzjoni tal-kunsinna, sakemm ma tkunx ittieħdet azzjoni legali. Jekk, wara li jiskadi l-perjodu ta' 60 jum, id-dispaċċ lura ma jseħħx, il-kunsinna għandha tiġi distrutta, sakemm id-dewmien ma jkunx ġustifikat.

3. Sakemm il-kunsinni jintbagħtu lura jew jiġu konfermati r-raġunijiet għar-rifjut, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed il-kunsinni taħt detenzjoni uffiċjali.

4. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra skond il-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u għandha tinnotifika d-deċiżjonijiet tagħha lis-servizzi doganali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoperaw skond it-Titolu IV biex jieħdu aktar miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li ma jkunx possibbli li l-kunsinni irrifjutati jerġgħu jiddaħħlu lura fil-Komunità.

Artikolu 22

Spejjeż

L-operaturi ta' negozju fl-għalf jew l-ikel responsabbli għall-kunsinna jew ir-rappresentanti tagħhom għandhom ikunu responsabbli għall-ispejjeż magħmula mill-awtoritajiet kompetenti għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 18, 19, 20 u 21.

Artikolu 23

Approvazzjoni ta' verifiki qabel l-esportazzjoni minn pajjiżi terzi

1. Il-verifiki speċifiċi ta' qabel l-esportazzjoni li pajjiż terz iwettaq fuq għalf u ikel minnufih qabel l-esportazzjoni lejn il-Komunità bil-ħsieb li jiġi verifikat li l-prodotti esportati jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-Komunità jistgħu jiġu approvati skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 62(3). L-approvazzjoni tista' tapplika biss għall-għalf u ikel li joriġina fil-pajjiż terz konċernat u tista' tingħata għal prodott wieħed jew aktar.

2. Fejn tkun ingħatat dik l-approvazzjoni, il-frekwenza ta' kontrolli ta' importazzjoni għal għalf jew ikel tista' bħala konsegwenza titnaqqas. Iżda, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali dwar għalf u ikel importat skond l-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jiġi żgurat li l-verifiki mwettqa ta' qabel l-esportazzjoni fil-pajjiż terz jibqgħu effettivi.

3. L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tingħata biss jekk:

(a) verifika Komunitarja tkun uriet li l-għalf jew ikel esportat lejn il-Komunità jikkonforma mal-kondizzjonijiet meħtieġa tal-Komunità jew kondizzjonijiet meħtieġa ekwivalenti;

(b) il-kontrolli mwettqa fil-pajjiż terz qabel id-dispaċċ huma kunsidrati suffiċjentement effettivi sabiex jissostitwixxu jew inaqqsu l-verifiki dokumentarji, ta' identità u fiżiċi preskritti fil-liġi tal-Komunità.

4. L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li taħt ir-responsabbiltà tagħha jitwettqu l-verifiki ta' qabel l-esportazzjoni u, fejn xieraq, kull korp ta' kontroll li lilu l-awtorità kompetenti tista' tiddelega ċerti kompiti. Dik id-delega tista' tiġi approvata biss jekk tkun tħares il-kriterji ta' l-Artikolu 5 jew kondizzjonijiet ekwivalenti.

5. L-awtorità kompetenti u kull korp ta' kontroll speċifikati fl-approvazzjoni għandhom ikunu responsabbli għall-kuntatti fil-Komunità.

6. L-awtorità kompetenti jew il-korp ta' kontroll tal-pajjiż terz għandu jiżgura li ċ-ċertifikazzjoni uffiċjali ta' kull kunsinna tiġi verifkata qabel id-dħul tagħha f'wieħed mit-territorji msemmija fl-Anness I. L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika mudell għal dawk iċ-ċertifikati.

7. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, fejn kontrolli uffiċjali fuq importazzjonijiet suġġetti għall-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 jikxfu nuqqas ta' konformità sinjifikanti, l-Istati Membri għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra u lill-operaturi konċernati skond il-proċedura li hemm provvediment dwarha fit-Titolu IV ta' dan ir-Regolament; L-Istati Membri għandhom iżidu n-numru ta' kunsinni verifikati u, fejn meħtieġ jippermettu eżami xieraq analitiku tas-sitwazzjoni, iżommu numru xieraq ta' kampjuni taħt kondizzjonijiet adattati għall-ħażna.

8. Jekk jinstab li, f'numru sinjifikanti ta' kunsinni, il-merkanzija ma tkunx tikkorrispondi ma' l-informazzjoni fiċ-ċertifikati li l-awtorità kompetenti jew il-korp ta' kontroll tal-pajjiż terz ikun ħareġ, il-frekwenza mnaqqsa msemmija fil-paragrafu 2 m'għandhiex tapplika aktar.

Artikolu 24

Awtoritajiet kompetenti u servizzi doganali

1. Għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali imsemmija f'dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet kompetenti u s-servizzi doganali għandhom jikoperaw mill-qrib.

2. Fir-rigward ta' kunsinni ta' għalf u ikel ta' oriġini mill-annimali msemmija fl-Artikolu 15(5), is-servizzi doganali m'għandhomx jippermettu d-dħul tagħhom jew l-immaniġġar f'żoni liberi jew imħażen liberi mingħajr il-kunsens ta' l-awtorità kompetenti.

3. Fejn jittieħdu kampjuni, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lis-servizzi doganali u l-operaturi konċernati u turi jekk il-merkanzija għandhiex tiġi rilaxxata jew le qabel ma jkunu disponibbli r-riżultati ta' l-analiżi tal-kampjuni, kemm-il darba tiġi żgurata t-traċċabilità tal-kunsinna.

4. Fil-każ tar-rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa, l-awtoritajiet kompetenti u s-servizzi doganali għandhom jaħdmu flimkien skond il-kondizzjonijiet meħtieġa fl-Artikoli 2 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru 339/93.

Artikolu 25

Miżuri ta' implimentazzjoi

1. 1.Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni uniformi ta' kontrolli uffiċjali fuq l-introduzzjoni ta' għalf u ikel għandhom ikun preskritti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3).

2. B'mod partikolari, jistgħu jiġu preskritti regoli dettaljati għal:

(a) għalf u ikel importati jew imqegħda taħt waħda mill-proċeduri doganali msemmija fl-Artikolu 4(16)(b) sa (f) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jew li għandhom jiġu mmaniġġati f'żoni liberi jew imħażen liberi, kif imfissra fl-Artikolu 4(15)(b) tar-Regolament (KEEE) Nru 2913/92;

(b) ikel għall-provvista ta' l-ekwipaġġ u l-passiġġieri ta' mezzi internazzjonali ta' trasport;

(ċ) għalf u xorb ordnati f'ċertu distanza (per eżempju, bil-posta, bit-telefon jew bl-internet);

(d) ikel maħsub għall-annimali domestiċi u żwiemel u ikel li jinġarr mill-passiġġieri u l-ekwipaġġ ta' mezzi ta' trasport internazzjonali;

(e) kondizzjonijiet speċifiċi jew eżenzjonijiet li jikkonċernaw ċerti territorji msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEEE) Nru 2913/92, sabiex jingħata kont tal-limitazzjonijiet naturali speċifiċi għal dawk it-territorji;

(f) għall-għanijiet li tiġi żgurata l-konsistenza tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti li jikkonċernaw l-għalf u l-ikel minn pajjiżi terzi skond il-kwadru ta' l-Artikolu 19;

(g) kunsinni ta' oriġini mill-Komunità li jintbagħtu lura minn pajjiż terz;

(h) id-dokumenti li għandhom jakkumpanjaw kunsinni fejn ikunu ttieħdu kampjuni.

IL-KAPITOLU VI IFFINANZJAR TA' KONTROLLI UFFIĊJALI

Artikolu 26

Prinċipju ġenerali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li riżorsi finanzjarji adegwati jkunu disponibbli biex jipprovdu għall-impjegati meħtieġa u riżorsi oħra għall-kontrolli uffiċjali b'kull mezz ikun x'ikun kunsidrat xieraq, inkluż permezz ta' tassazzjoni ġenerali jew billi jiġu stabbiliti tariffi u piżijiet.

Artikolu 27

Tariffi jew piżijiet

1. L-Istati Membri jistgħu jiġbru tariffi jew piżijiet biex ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali.

2. Iżda, fir-rigward ta' l-attivitajiet imsemmija fl-Anness IV, taqsima A, u l-Anness V, taqsima A, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir ta' tariffa.

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 6, it-tariffi miġbura fir-rigward ta' l-attivitajiet speċifiċi msemmija fl-Anness IV, taqsima A, u l-Anness V, taqsima A, għandhom ikunu aktar baxxi mir-rati minimi speċifikati fl-Anness IV, tasima B, u l-Anness V, taqsima B. Iżda, għal perjodu transitorju sa l-1 ta' Jannar 2008, fir-rigward ta' l-attivitajiet imsemmija fl-Anness IV, taqsima A, u l-Anness V, taqsima A, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jużaw ir-rati applikati fil-present skond id-Direttiva 85/73/KEE.

Ir-rati fl-Anness IV, Taqsima B u l-Anness V, Taqsima B għandhom jiġu aġġornati ta' l-anqas kull sentejn, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3), u b'mod partikolari għandu jingħata kont ta' l-inflazzjoni.

4. It-tariffi miġbura għall-għanijiet ta' kontrolli uffiċjali skond il-paragrafu 1 jew 2:

(a) m'għandhomx ikunu għola mill-ispejjeż magħmula mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli b'relazzjoni mal-partiti elenkati fl-Anness VI;

u

(b) jistgħu jiġu ffisati f'rata fissa fuq il-bażi ta' l-ispejjeż magħmula mill-awtoritajiet kompetenti fuq perjodu ta' żmien partikolari jew, fejn japplika, fl-ammonti ffissati fl-Anness IV, tasima B jew fl-Anness V, taqsima B.

5. Fl-iffissar tat-tariffi, l-Istati Membri għandhom jagħtu kont:

(a) tat-tip ta' negozju konċernat u l-fatturi relevanti ta' riskju;

(b) l-interessi ta' negozji b'ammont ta' materjal proċessat baxx;

(ċ) il-metodi tradizzjonali wżati għall-produzzjoni, proċessar u distribuzzjoni;

(d) il-ħtiġiet tan-negozji li jinsabu f'reġjuni suġġetti għal limitazzjonijiet ġeografiċi partikolari.

6. Fejn, minħabba s-sistemi ta' verifiki proprji u traċċabilità implimentati minn-negozju fl-ikel u l-għalf kif ukoll fil-livell tal-konformità misjuba matul kontrolli uffiċjali, għal ċertu tip ta' għalf jew ikel jew attivitajiet, il-kontrolli uffiċjali għandhom jitwettqu bi frekwenza mnaqqsa jew biex jingħata kont tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 5(b) sa (d), l-Istati Membri jistgħu jiffissaw it-tariffa ta' kontroll uffiċjali taħt ir-rati minimi msemmija fil-paragrafu 4(b), kemm-il draba l-Istat Membru konċernat jipprovdi lill-Kummissjoni b'rapport li jispeċifika:

(a) it-tip ta' għalf jew ikel jew attività konċernata;

(b) il-kontrolli mwettqa fin-negozju ta' għalf u ikel konċernat;

u

(ċ) il-metodu għall-kalkolu tat-tnaqqis fit-tariffa.

7. Fejn l-awtorità kompetenti twettaq diversi kontrolli uffiċjali fl-istess żmien fi stabbiliment wieħed, hija għandha tikkonsidra dawn il-kontrolli bħala attività waħdiena u tiċċarġja tariffa waħdiena.

8. It-tariffi li jirrelataw mal-kontrolli ta' importazzjoni għandhom jitħallsu mill-operatur jew mir-rappresentant tiegħu lill-awtorità kompetenti inkarigata mill-kontrolli ta' importazzjoni.

9. It-tariffi m'għandhomx jitħallsu lura direttament jew indirettament, kemm-il darba ma jkunux inġabru indebitament.

10. Mingħajr preġudizzju għall-nefqiet li jirriżultaw mill-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 28, l-Istati Membri m'għandhomx jiġbru xi tariffi oħra minbarra dawk imsemmija f'dan l-Artikolu għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

11. L-operaturi jew negozji oħra relevanti jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jirċievu prova tal-ħlas tagħhom tat-tariffa.

12. L-Istati Membri għandhom jagħmlu pubbliku l-metodu tal-kalkolazzjoni tat-tariffi u jikkomunikawh lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk it-tariffi jikkonformawx mal-kondizzjonijiet meħtieġa ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 28

Spejjeż li jirriżultaw minn kontrolli uffiċjali addizzjonali

Fejn il-kxif ta' nuqqas ta' konformità jwassal għal kontrolli uffiċjali li jeċċedu l-attivitajiet normali ta' kontroll ta' l-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tiċċarġja lill-operaturi responsabbli għan-nuqqas ta' konformità, jew tista' tiċċarġja lill-operatur li jkun il-proprjetarju jew ikun iżomm il-merkanzija fiż-żmien meta kienu twettqu l-kontrolli uffiċjali addizzjonali, għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali addizzjonali. L-attivitajiet normali ta' kontroll huma l-attivitajiet rutina ta' kontroll meħtieġa taħt il-liġi tal-Komunità jew nazzjonali u, b'mod partikolari, dawk deskritti fil-pjan li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 41. L-attivitajiet li jeċċedu l-attivitajiet normali ta' kontroll jinkludu t-teħid u l-analiżi ta' kampjuni kif ukoll kontrolli oħra li huma meħtieġa biex jivverifikaw il-limtu tal-problema, biex jivverifikaw jekk tkunx ittieħdet azzjoni korettiva, u biex jikxfu u/jew jissostanzjaw nuqqas ta' konformità.

Artikolu 29

Livell ta' spejjeż

Meta jiġi ffissat il-livell ta' l-ispejjeż imsemmi fl-Artikolu 28, għandu jingħata kont tal-prinċipji preskritti fl-Artikolu 27.

IL-KAPITOLU VII DISPOSIZZJONIJIET OĦRA

Artikolu 30

Ċertifikazzjoni uffiċjali

1. Mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet meħtieġa li jikkonċernaw iċ-ċertoifikazzjoni adottata għall-għanijiet tas-saħħa ta' l-annimali u l-welfare ta' l-annimali, jistgħu jiġu adottati kondizzjonijiet meħtieġa, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3), li jikkonċernaw:

(a) iċ-ċirkostanzi li fihom hija meħtieġa ċ-ċertifikazzjoni uffiċjali;

(b) ċertifikati mudell;

(ċ) kwalifiki ta' l-impjegati li jiċċertifikaw;

(d) tal-prinċipji li għandhom jiġu rispettati biex tiġi żgurata ċertifikazzjoni ta' min jorbot fuqha, inkluża ċertifikazzjoni elettronika;

(e) il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta' irtira ta' ċertifikati u għas-sostituzzjoni ta' ċertifikati;

(f) kunsinni li huma mqassma f'kunsinni iżgħar jew li huma mħallta ma' kunsinna oħra;

(g) dokumenti li għandhom isegwu merkanzija u kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu.

2. Fejn tkun meħtieġa ċertifikazzjoni uffiċjali, għandu jiġi żgurat illi:

(a) teżisti rabta bejn iċ-ċertifikat u l-kunsinna;

(b) l-informazzjoni fiċ-ċertifikat tkun eżatta u awtentika.

3. Ċertifikat mudell waħdieni għandu, fejn xieraq, jgħaqqad il-kondizzjonijiet meħtieġa dwar iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali ta' l-għalf u l-ikel u l-kondizzjonijiet meħtieġa l-oħra għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali.

Artikolu 31

Reġistrazzjoni/approvazzjoni ta' stabbilimenti fin-negozju ta' l-għalf u l-ikel

1. (a) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri għall-operaturi fin-negozju ta' l-għalf u l-ikel li għandhom isegwu meta japplikaw għar-reġistrazzjoni ta' l-istabbilimenti tagħhom skond ir-Regolament (KE) Nru 852/2004, id-Direttiva 95/69/KE jew regolament futur dwar l-iġjene ta' l-għalf;

(b) Huma għandhom iħejju u jżommu aġġornata lista ta' l-operaturi fin-negozju ta' l-għalf u l-ikel li jkunu ġew reġistrati. Fejn dik il-lista teżisti diġà għal għanijiet oħra, din tista' tintuża wkoll għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

2. (a) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri għal operaturi fin-negozju ta' għalf u ikel li għandhom isegwu meta japplikaw għall-approvazzjoni ta' l-istabbiliment tagħhom skond ir-Regolament (KE) Nru 852/2004, ir-Regolament (KE) Nru 854/2004, id-Direttiva 95/69/KEC jew regolament futur dwar l-iġjene ta' l-għalf.

(b) Malli tirċievi applikazzjoni għall-approvazzjoni minn operatur fin-negozju ta' l-għalf jew l-ikel, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel żjara fuq il-post.

(ċ) Hija għandha biss tapprova stabbiliment għall-attivitajiet konċernati jekk l-operatur fin-negozju ta' l-għalf jew l-ikel ikun wera li jikkonforma mal-kondizzjonijiet relevanti meħtieġa tal-liġi dwar l-għalf jew l-ikel.

(d) L-awtorità kompetenti tista' tagħti approvazzjoni kondizzjonata jekk ikun jidher li l-istabbiliment jikkonforma mal-kondizzjonijiet kollha meħtieġa ta' l-infrastruttura u t-tagħmir. Hija għandha tagħti approvazzjoni sħiħa biss jekk ikun jidher minn kontroll uffiċjali ġdid fl-istabbiliment, imwettaq fi żmien tlett xhur mill-għoti ta' l-approvazzjoni kondizzjonata, li l-istabbiliment jikkonforma mal-kondizzjonijiet l-oħra relevanti meħtieġa għall-liġi dwar l-għalf jew l-ikel. Jekk ikun sar progress ċar iżda l-istabbiliment ikun għadu ma jikkonformax mal-kondizzjonijiet kollha relevanti meħtieġa, l-awtorità kompetenti tista' testendi l-approvazzjoni kondizzjonata. Iżda, l-approvazzjoni kondizzjonata m'għandhiex teċċedi total ta' sitt xhur.

(e) L-awtorità kompetenti għandha żżomm l-approvazzjoni ta' stabbilimenti taħt reviżjoni meta twettaq kontrolli uffiċjali. Jekk l-awtorità kompetenti tidentifika defiċjenzi serji jew ikollha ripetutament twaqqaf il-produzzjoni ta' stabbiliment u l-operatur fin-negozju ta' l-għalf jew l-ikel ma jkunx jista' jipprovdi garanziji adegwati fir-rigward ta' produzzjoni futura, l-awtorità kompetenti għandha tibda proċeduri biex tirtira l-approvazzjoni ta' l-istabbiliment. Iżda, l-awtorità kompetenti tista' tissospendi l-approvazzjoni ta' stabbiliment jekk l-operatur fin-negozju ta' l-għalf jew l-ikel ikun jista' jiggarantixxi li għandu jirriżolvi d-defiċjenzi fi żmien raġonevoli;

(f) L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu listi aġġornati ta' stabbilimenti approvati u jagħmluhom disponibbli lill-Istati Membri l-oħra u lill-pubbliku b'mod li jista' jiġi speċifikat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3).

IT-TITOLU III LABORATORJI TA' REFERENZA

Artikolu 32

Laboratorji ta' referenza tal-Komunità

1. Il-laboratorji ta' referenza tal-Komunità għall-għalf u l-ikel imsemmija fl-Anness VII għandhom ikunu responsabbli biex:

(a) jipprovdu lil-laboratorji nazzjonali ta' referenza bid-dettalji ta' metodi analitiċi, inklużi metodi ta' referenza;

(b) jikkordinaw l-applikazzjoni mil-laboratorji nazzjonali ta' referenza tal-metodi msemmija fl-(a), b'mod partikolari billi jorganizzaw ittestjar komparattiv u billi jiżguraw insegwiment xieraq ta' dak l-ittestjar komparattiv ma' protokolli aċċettati internazzjonalment, fejn disponibbli;

(ċ) jikkordinaw, fi ħdan il-qasam tagħhom ta' kompetenza, arranġamenti prattiċi meħtieġa biex japplikaw metodi analitiċi ġodda u jinformaw lill-laboratorji nazzjonali ta' referenza b'avvanzi f'dan il-qasam;

(d) jorganizzaw korsijiet inizjali u ta' aktar taħriġ għall-benefiċċju ta' impjegati mill-laboratorji nazzjonali ta' referenza u ta' esperti minn pajjiżi li qed jiżviluppaw;

(e) jipprovdu assistenza xjentifika u teknika lill-Kummissjoni, speċjalment fil-każi fejn l-Istati Membri jikkontestaw ir-riżultati ta' l-analiżi;

(f) jikkollaboraw ma' laboratorji responsabbli għall-analiżi ta' għalf u ikel f'pajjiżi terzi.

2. Il-laboratorji ta' referenza tal-Komunità fis-settur tas-saħħa ta' l-annimali għandhom ikunu responsabbli biex:

(a) jikkordinaw il-metodi mpjegati fl-Istati Membri għad-dijanjosi ta' mard;

(b) jgħinu attivament fid-dijanjosi ta' tifqigħa ta' mard fi Stati Membri billi jirċievu patoġeni iżolati għall-konferma ta' dijanjosi, karatterizzazzjoni jew studji epiżotiċi;

(ċ) jiffaċiltaw it-taħriġ inizjali u aktar taħriġ ta' esperti fid-dijanjosi tal-laboratorji bil-ħsieb ta' l-armonizzazzjoni tat-teknika tad-dijanjosi mal-Komunità kollha;

(d) jikkollaboraw, fir-rigward ta' metodi għad-dijanjosi ta' mard ta' annimali li jaqa' fil-kompetenza tagħhom, mal-laboratorji kompetenti f'pajjiżi terzi fejn dak il-mard ikun prevalenti:

(e) iwettqu korsijiet ta' taħriġ inizjali u aktar taħriġ għall-benefiċċju ta' l-impjegati minn laboratorji nazzjonali ta' referenza u ta' esperti minn pajjiżi li qed jiżviluppaw;

3. L-Artikolu 12(2) u (3) għandu japplika għall-laboratorji ta' referenza tal-Komunità.

4. Il-laboratorji ta' referenza tal-Komunità għandhom jissodisfaw il-kondizzjonjiet meħtieġa li ġejjin. Huma għandhom:

(a) ikollhom impjegati kwalifikati tajjeb b'taħrig adegwat fit-teknika dijanjostika u analitika applikata fil-qasam tagħhom ta' kompetenza;

(b) ikollhom it-tagħmir u l-prodotti meħtieġa biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom;

(ċ) ikollhom infrastruttura amministrattiva xierqa;

(d) jiżguraw li l-impjegati tagħhom jirrispettaw in-natura kunfidenzali ta' ċerti suġġetti, riżultati u komunikazzjonijiet;

(e) għerf suffiċjenti ta' standards u prattiċi internazzjonali;

(f) ikollhom disponibbli, fejn xieraq, lista aġġornata ta' sustanzi ta' referenza u riaġenti u lista aġġornata tal-manifatturi u l-provdituri ta' dawk is-sustanzi u riaġenti;

(g) jagħtu kont ta' l-attivitajiet ta' riċerka fil-livell nazzjonali u tal-Komunità;

(h) ikunu ħarrġu lill-impjegati disponibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jseħħu ġewwa l-Komunità;

5. Laboratorji oħra ta' referenza tal-Komunità relevanti għall-oqsma msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu nklużi fl-Anness VII skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3). Skond l-istess proċedura, l-Anness VII jista' jiġi aġġornat.

6. Responsabbiltajiet addizzjonali oħra u kompiti għall-laboratorji ta' referenza tal-Komunità jistgħu jiġu preskritti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3).

7. Il-laboratorji ta' referenza tal-Komunità jistgħu jingħataw għotja finanzjarja tal-Komunità skond l-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta'Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju [37].

8. Il-laboratorji ta' referenza tal-Komunità jistgħu jkunu suġġetti għal kontrolli tal-Komunità biex tiġi verifikata l-konformità mal-kondizzjonijiet meħtieġa ta' dan ir-Regolament. Jekk dawn il-kontrolli jsibu li laboratorju ma jkunx konformi ma' dawk il-kondizzjonijiet meħtieġa jew kompiti li għalihom ikun ġie nominat, jistgħu jittieħdu miżuri meħtieġa skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3).

9. Il-paragrafi 1 sa 7 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal regoli aktar speċifiċi, u b'mod partikolari, l-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u l-Artikolu 14 tad-Direttiva 96/23/KE.

Artikolu 33

Laboratorji nazzjonali ta' referenza

1. L-Istati Membri għandhom jirranġaw għan-nomini ta' laboratorju nazzjonali ta' referenza wieħed jew aktar għal kull laboratorju ta' referenza tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 32. Stat Membru jista' jinnomina laboratorju li jkun jinsab fi Stat membru ieħor jew fiż-Żona ta' Membru taż-Żona Ewropea ta' Kummerċ Ħieles (EFTA) u laboratorju waħdieni jista' jkun laboratorju nazzjonali ta' referenza għal aktar minn Stat Membru wieħed.

2. Dawn il-laboratorji nazzjonali ta' referenza għandhom:

(a) jikkollaboraw mal-laboratorju ta' referenza tal-Komunità fil-qasam tagħhom ta' kompetenza;

(b) jikkordinaw għal qasam tagħhom ta' kompetenza, l-attivitajiet ta' laboratorji uffiċjali responsabbli għall-analiżi ta' kampjuni skond l-Artikolu 11;

(ċ) fejn xieraq, jorganizzaw testijiet komparattivi bejn il-laboratorji nazzjonali ta' referenza u jiżguraw insegwiment xieraq għal dak l-ittestjar komparattiv;

(d) jiżguraw it-tixrid lill-awtorità kompetenti u lill-laboratorji nazzjonali ta' referenza ta' informazzjoni li jipprovdi l-laboratorju ta' referenza tal-Komunità;

(e) jipprovdu assistenza xjentifika u teknika lill-awtorità kompetenti għall-implimentazzjoni ta' pjani kordinati ta' kontroll adottati skond l-Artikolu 53;

(f) ikunu responsabbli biex iwettqu dmirijiet oħra speċifiċi li hemm provvediment dwarhom skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3), mingħajr preġudizzju għal dmirijiet nazzjonali addizzjonali eżistenti.

3. L-Artikolu 12(2) u (3) għandhom japplikaw għall-laboratorji nazzjonali ta' referenza.

4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-isem u l-indirizz ta' kull laboratorju nazzjonali ta' referenza lill-Kummissjoni, lill-laboratorju ta' referenza relevanti tal-Komunità u lill-Istati Membri l-oħra.

5. L-Istati Membri li jkollhom aktar minn laboratorju nazzjonali ta' referenza wieħed għal laboratorju ta' referenza tal-Komunità għandhom jiżguraw li dawn il-laboratorji jaħdmu mill-qrib flimkien, sabiex tiġi żgurata kordinazzjoni effiċjenti bejnithom, ma' laboratorji nazzjonali oħra u mal-laboratorju ta' referenza tal-Komunità.

6. Jistgħu jiġu preskritti responsabbiltajiet addizzjonali u kompiti għall-laboratorji nazzjonali ta' referenza skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3).

7. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw migħajr preġudizzju għal regoli aktar speċifiċi u b'mod partikolari l-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u l-Artikolu 14 tad-Direttiva 96/23/KE.

IT-TITOLU IV ASSISTENZA AMMINISTRATTIVA U KOPERAZZJONI FL-OQSMA TA' L-GĦALF U L-IKEL

Artikolu 34

Prinċipji ġenerali

1. Fejn ir-riżultat finali ta' kontrolli uffiċjali fuq għalf u ikel jeħtieġ azzjoni f'aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri konċernati għandhom jipprovdu lil xulxin b'assistenza amministrattiva.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lil xulxin assistenza amministrattiva fuq talba, jew spontanjament fejn il-kors ta' l-investigazzjonijiet hekk jeħtieġ. L-assistenza amministrattiva tista' tinkludi, fejn xieraq, il-parteċipazzjoni f'kontrolli fuq il-post li l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor twettaq.

3. L-Artikoli 35 sa 40 m'għandhomx jippreġudikaw ir-regoli nazzjonali applikabbli għar-rilaxx ta' dokumenti li jkunu s-suġġett ta', jew ikunu relatati ma', proċedimenti bil-qorti, jew regoli mmirati lejn il-proetzzjoni ta' l-interessi kummerċjali ta' persuni naturali u ġuridiċi.

Artikolu 35

Korpi ta' komunikazzjoni u koperazzjoni

1. Kull Stat Membru għandu jinnomina korp wieħed jew aktar ta' komunikazzjoni u koperazzjoni biex iżomm il-kuntatti mal-korpi ta' komunikazzjoni u koperazzjoni ta' l-Istati Membri l-oħra. Ir-rwol tal-korpi ta' komunikazzjoni u koperazzjoni għandu jkun li jgħin u jikkordina l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u, b'mod partikolari, li jittrasmetti u jirċievi talbiet għall-għajnuna.

2. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-dettalji kollha relevanti tal-korpi tagħhom ta' komunikazzjoni u koperazzjoni, u b'kull modifikazzjoni f'dawk id-dettalji.

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, in-nomina ta' korpi ta' komunikazzjoni u koperazzjoni m'għandhiex tipprekludi kuntatti diretti, skampju ta' informazzjoni jew koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti.

4. L-awtoritajiet kompetenti li għalihom tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta' Novembru 1989 dwar assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u koperazzjoni bejn dawn imsemmija l-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u żootekniċi [38], għandhom iżommu kuntatti kif xieraq ma' l-awtoritajiet li joperaw taħt dan it-titolu.

Artikolu 36

Assistenza fuq talba

1. Malli tirċievi talba raġunata, l-awtorità kompetenti li tirċievi t-talba għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba tkun provduta bl-informazzjoni kollha meħtieġa u d-dokumenti li jippermettu lil din imsemmija l-aħħar li tivverifika l-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel fil-ġurisdizzjoni tagħha. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti li lilha ssir it-talba, għandha tirranġa biex twettaq kull inkjesta amministrattiva meħtieġa biex tiksek dik l-informazzjoni u dokumenti.

2. L-informazzjoni u d-dokumenti provduti skond il-paragrafu 1 għandhom jintbagħtu mingħajr dewmien żejjed. Id-dokumenti jistgħu jintbagħtu fil-forma oriġinali tagħhom jew jistgħu jiġu provduti kopji.

3. Bi qbil bejn l-awtorità li tagħmel it-talba u l-awtorità li lilha ssir it-talba, l-impjegati nominati mill-awtorità li tagħmel it-talba jistgħu jkunu preżenti matul l-inkjesti amministrattivi.

Dawk l-inkjkesti għandhom jitwettqu mill-impjegati ta' l-awtorità li lilha ssir it-talba.

L-impjegati ta' l-awtorità li tagħmel it-talba ma jistgħux, fuq l-inizjattiva tagħhom proprja jeżerċitaw is-setgħat ta' inkjesta konferiti fuq l-uffiċjali ta' l-awtorità li lilha ssir it-talba. Huma għandhom, iżda, jkollhom aċċess għall-istess post u dokumenti bħal ta' dik imsemmija l-aħħar, permezz ta' l-intermedjarji tagħhom, u għall-għan uniku ta' l-inkjesta amministrattiva li tkun qed titwettaq.

4. L-impjegati ta' l-awtorità li tagħmel it-talba preżenti fi Stat Membru ieħor skond il-paragrafu 3, għandhom f'kull żmien ikunu jistgħu jipproduċi awtorizzazzjoni bil-miktub li turi l-identità tagħhom u l-kariga uffiċjali.

Artikolu 37

Assistenza mingħajr talba

1. Fejn awtorità kompetenti issir taf b'nuqqas ta' konformità, u jekk dak in-nuqqas ta' konformità jista' jkollu implikazzjonijiet għal Stat Membru ieħor, hija għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istat/Stati Membru/i l-ieħor/l-oħra mingħajr talba minn qabel mingħajr dewmien.

2. Stati Membri li jirċievu dik l-informazzjoni għandhom jinvestigaw il-kwistjoni u jinformaw lill-Istat Membru li jkun ipprovda l-informazzjoni bir-riżultati ta' din l-investigazzjoni u, fejn xieraq, b'xi miżuri meħuda.

Artikolu 38

Assistenza fil-każ ta' nuqqas ta' konformità

1. Jekk, matul kontroll uffiċjali mwettaq fil-post tad-destinazzjoni tal-merkanzija, jew matul it-trasport tagħha, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni tistabbilixxi li l-merkanzija ma tikkonformax mal-liġi dwar l-għalf jew l-ikel b'dak il-mod li toħloq riskju għas-saħħa umana jew ta' l-annimali jew tikkostitwixxi ksur serju tal-liġi dwar l-għalf jew l-ikel, hija għandha tikkontattja mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' dispaċċ..

2. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' dispaċċ għandha tinvestiga l-kwistjoni, tieħu l-miżuri kollha meħtieġa u tinnotifika lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni bin-natura ta' l-investigazzjoni u l-kontrolli uffiċjali imwettqa, bid-deċiżjonijiet meħuda u bir-raġunijiet għal dawk id-deċiżjonijiet.

3. Jekk l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni jkollha għaliex taħseb li dawk il-miżuri jkunu inadegwati, l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Stati membri għandhom flimkien ifittxu l-mezzi biex jirmedjaw is-sitwazzjoni, inkluż, fejn xieraq, spezzjoni konġunta fuq il-post imwettqa skond l-Artikolu 36(3) u (4). Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni jekk ma jkunux jistgħu jiftiehmu dwar il-miżuri adattati.

Artikolu 39

Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi

1. Fejn awtorità kompetenti tirċievi informazzjoni minn pajjiż terz li juri nuqqas ta' konformità u/jew riskju għas-saħħa umana jew ta' l-annimali, dik l-awtorità għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra jekk hija tqis li jistgħu jkunu interessati fiha jew jekk jitolbuha. Hija għandha wkoll tikkomunika dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni kull fejn tkun ta' relevanza fil-livell tal-Komunità.

2. Jekk pajjiż terz ikun ta' impenn legali li jipprovdi l-assitenza meħtieġa biex jiġbor ix-xħieda tan-natura irregolari ta' transazzjonijiet li huma jew jidhru li huma kuntrarji għall-liġi relevanti dwar l-għalf u l-ikel, l-informazzjoni mitluba taħt dan ir-Regolament tista' tiġi komunikata lil dak il-pajjiż terz bil-kunsens ta' l-awtoritajiet kompetenti li pprovdew l-informazzjoni, skond il-liġijiet li japplikaw għall-komunikazzjoni ta' data personali lil pajjiżi terzi.

Artikolu 40

Assistenza kordinata u insegwiment mill-Kummissjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tikkordina mingħajr dewmien l-azzjoni meħuda minn Stati Membri fejn din, b'żieda ma' l-informazzjoni riċevuta minn Stati Membri jew minn sorsi oħra issir konxja ta' attivitajiet li huma, jew li jidhru li huma, kuntrarji għall-liġi dwar l-għalf jew l-ikel u jkunu ta' interess partikolari fil-livell tal-Komunità, u b'mod partikolari fejn:

(a) dawk l-attivitajiet ikollhom, jew jista' jkollhom ramifikazzjonijiet f'diversi Stati Membri;

(b) jidher li attivitajiet simili jkunu twettqu f'diversi Stati Membri;

jew

(ċ) L-istati Membri ma jkunux jistgħu jaqblu dwar l-azzjoni xierqa biex tindirizza n-nuqqas ta' konformità.

2. Fejn il-kontrolli uffiċjali f'destinazzjoni ripetutament juru nuqqas ta' konformità jew riskji oħra għall-bniedem, pjanti jew annimali minn għalf jew ikel, jew direttament jew permezz ta' l-ambjent, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien.

3. Il-Kummissjoni tista':

(a) b'kollaborazzjoni ma' l-Istat Membru konċernat, tibgħat tijm ta' spezzjoni biex iwettaq kontroll uffiċjali fuq il-post;

(b) titlob li l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' dispaċċ tintensifika l-kontrolli uffiċjali relevanti u tirrapporta dwar l-azzjoni u l-miżuri meħuda.

4. Fejn il-miżuri li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafi 2 u 3 jittieħdu biex jiġi ttrattat in-nuqqas ta' konformità minn negozju ta' l-għalf jew l-ikel, l-awtorità kompetenti għandha tiċċarġja kull spejjeż li jirriżultaw minn dawk il-miżuri lin-negozju in kwistjoni.

IT-TITOLU V PJANI TA' KONTROLL

Artikolu 41

Pjani ta' kontroll multi-annwali nazzjonali

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, dwar ir-regoli tas-saħħa umana u tas-saħħa ta' l-annimali u ta' l-Artikolu 45 ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jħejji pjan ta' kontroll waħdieni integrat, multi-annwali nazzjonali.

Artikolu 42

Prinċipji għat-tħejjija ta' pjani ta' kontroll multi-annwali nazzjonali

1. L-Istati Membri għandhom:

(a) jimplimentaw il-pjan imsemmi fl-Artikolu 41 għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2007;

u

(b) regolarment jaġġornawh fid-dawl ta' żviluppi;

u

(ċ) fuq talba jipprovdu lill-Kummissjoni bil-verżjoni l-aktar reċenti tal-pjan.

2. Kull pjan ta' kontroll multi-annwali nazzjonali għandu jkun fih informazzjoni ġenerali dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-sistemi ta' kontroll għall-għalf u l-ikel, il-kontroll tas-saħħa ta' l-annimali u l-welfare ta' l-annimali, fl-Istat Membru konċernat, b'mod partikolari dwar:

(a) il-miri strateġiċi tal-pjan u kif il-prijorizzazzjoni ta' kontrolli u l-allokazzjoni tar-riżorsi tirrifletti dawn il-miri;

(b) il-kategorizzazzjoni tar-riskju ta' l-attivitajiet konċernati;

(ċ) in-nomina ta' l-awtoritajiet kompetenti u l-kompiti tagħhom f'livell reġjonali u lokali, u r-riżorsi disponibbli għal dawn l-awtoritajiet;

(d) l-organizzazzjoni ġenerali u l-amministrazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inklużi kontrolli uffiċjali fi stabbilimenti individwali;

(e) is-sistemi ta' kontroll applikati għas-setturi differenti u l-kordinazzjoni tas-servizzi differenti ta' l-awtoritajiet kompetenti għall-kontrolli uffiċjali f'dawn is-setturi;

(f) fejn xieraq, id-delegazzjoni ta' kompiti u korpi ta' kontroll;

(g) metodi biex tiġi żgurata l-konformità mal-kriterji ta' operazzjoni ta' l-Artikolu 4(2);

(h) it-taħriġ ta' l-impjegati li jwettqu kontrolli uffiċjali imsemmi fl-Artikolu 6;

(i) il-proċeduri dokumentati msemmija fl-Artikoli 8 u 9;

(j) l-organizzazzjoni u l-operazzjoni tal-pjani ta' kontinġenza għall-emerġenzi ta' mard ta' l-annimali u li jinġarr permezz ta' l-ikel, inċidenti ta' kontaminazzjoni ta' għalf u ikel u riskji oħra għas-saħħa umana;

(k) l-organizzazzjoni ta' koperazzjoni u assistenza komuni.

3. Il-pjani ta' kontroll multi-annwali nazzjonali jistgħu jiġu aġġustati matul l-implimentazzjoni tagħhom. L-emendi jistgħu jsiru fid-dawl ta', jew sabiex jagħtu kont ta', fatturi inklużi:

(a) leġislazzjoni ġdid;

(b) l-emerġenza ta' mard ġdid jew riskji oħra għas-saħħa;

(ċ) bidliet sinjifikanti fl-istruttura, l-amministrazzjoni jew l-operat ta' l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;

(d) ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali ta' l-Istati Membri;

(e) ir-riżultati tal-kontrolli tal-Komunità mwettqa skons l-Artikolu 45;

(f) kull emenda fil-linji gwida msemmija fl-Artikolu 43;

(g) sejbiet xjentifiċi;

(h) l-eżiti ta' verifiki mwettqa minn pajjiż terz fi Stat Membru.

Artikolu 43

Linji gwida għall-pjani ta' kontroll multi-annwali nazzjonali

1. Il-pjani ta' kontroll multi-annwali nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 għandhom jagħtu kont tal-linji gwida li għandhom jitħejjew mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2). Dawn il-linji gwida għandhom b'mod partikolari:

(a) jippromwovu attitudni konsistenti, komprensiva u integrata għall-kontrolli uffiċjali ta' għalf u ikel, il-leġislazzjoni dwar is-saħħa ta' l-annimali u l-welfare ta' l-annimali, u jħaddnu s-setturi kollha u l-istadji kollha tal-katina ta' l-għalf u l-ikel, inkluża l-importazzjoni u l-introduzzjoni;

(b) jidentifikaw prijoritajiet ibbażati fuq ir-riskju u kriterji għall-kategorizzazzjoni tar-riskju ta' l-attivitajiet konċernati u l-proċeduri ta' kontroll l-aktar effettivi;

(ċ) jidentifikaw prijoritajiet oħra u l-proċeduri ta' kontroll l-aktar effettivi;

(d) jidentifikaw l-istadji ta' produzzjoni, proċessar u distribuzzjoni ta' għalf u ikel, inkluż l-użu ta' l-għalf li għandhom jipprovdu l-informazzjoni l-aktar ta' min jorbot fuqha u indikattiva dwar il-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel;

(e) jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta' l-aħjar prattiċi fil-livelli kollha tas-sistema ta' kontroll;

(f) jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' kontrolli effettivi dwar sistema ta' traċċabilità;

(g) jipprovdu pariri dwar l-iżvilupp ta' sistema biex jirrekordjaw it-twettieq u r-riżultati ta' azzjonijiet ta' kontroll;

(h) jirriflettu l-istandards relevanti ta' korpi internazzjonali u rakkomandazzjonijiet li jirrigwardaw l-organizzazzjoni u l-operazzjoni ta' servizzi uffiċjali;

(i) jippreskrivu l-kriterji għat-twettieq tal-verifiki msemmija fl-Artikolu 4(6);

(j) jippreskrivu l-istruttura ta', u l-informazzjoni li għandha tiġi nkluża fi, r-rapporti annwali meħtieġa bl-Artikolu 44;

(k) jindikaw l-indikaturi prinċipali ta' twettieq li għandhom jiġu applikati fl-istima tal-pjani ta' kontroll multi-annwali nazzjonali.

2. Fejn meħtieġ, il-linji gwida għandhom jiġu adattati fid-dawl ta' l-analiżi tar-rapporti annwali li l-Istati Membri jibgħatu skond l-Artikolu 44 jew il-kontrolli tal-Komunità mwettqa skond l-Artikolu 45.

Artikolu 44

Rapporti annwali

1. Sena wara li tidba l-implimentazzjoni tal-pjan ta' kontroll multi-annwali nazzjonali, u sussegwentement kull sena, l-Istati membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni rapport li jindika:

(a) kull emendi magħmula għall-pjani ta' kontroll multi-annwali nazzjonali biex jingħata kont tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 42(3);

(b) ir-riżultati tal-kontrolli u l-verifiki mwettqa fis-sena ta' qabel taħt id-dispożizzjonijiet tal-pjan ta' kontroll multi-annwali nazzjonali;

(ċ) it-tip u n-numru ta' każi ta' nuqqas ta' konformità identifikati;

(d) azzjonijiet biex jiżguraw l-operat effiċjenti tal-pjani ta' kontroll multi-annwali nazzjonali, inkluża azzjoni ta' infurzar u r-riżultati tagħha.

2. Sabiex tiġi promossa l-presentazzjoni konsistenti ta' dan ir-rapport u b'mod partikolari tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħti kont tal-linji gwida li għandhom jitġejjew mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

3. L-Istati Membri għandhom jiffinalizzaw ir-rapporti tagħhom u jibgħatuhom lill-Kummissjoni, fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena li għaliha jkunu jirrelataw.

4. Fid-dawl tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, l-eżitu tal-kontrolli tal-Komunità imwettqa skond l-Artikolu 45 u kull informazzjoni relevanti l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport annwali dwar l-operazzjoni kollox ma' kollox tal-kontrolli uffiċjali fl-Istati Membri. Dan ir-rapport jista', fejn xieraq, jinkludi rakkomandazzjonijiet dwar:

(a) titjib possibbli fis-sistemi ta' kontroll u verifika fl-Istati Membri, inkluż il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, l-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni;

(b) azzjonijiet speċifiċi ta' kontroll li jikkonċernaw setturi jew attivitajiet, irrispettivament ta' jekk dawn humiex koperti bil-pjani ta' kontroll multi-annwali nazzjonali;

(ċ) pjani kordinati mmirati li jindirizzaw kwistjonijiet ta' interess partikolari.

5. Il-pjani ta' kontroll multi-annwali nazzjonali u l-linji gwida relatati għandhom, fejn xieraq, jiġu adattati fuq il-bażi tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjoni kontenuti fir-rapport tal-Kummissjoni.

6. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tagħmlu disponibbli għall-pubbliku.

IT-TITOLU VI ATTIVITAJIET TAL-KOMUNITÀ

IL-KAPITOLU I KONTROLLI TAL-KOMUNITÀ

Artikolu 45

Kontrolli tal-Komunità fl-Istati Membri

1. L-esperti tal-Kummissjoni għandhom iwettqu verifiki ġenerali u speċifiċi fl-Istai Membri. Il-Kummissjoni tista' taħtar esperti mill-Istati Membri biex jgħinu lill-esperti proprji tagħha. Verifiki ġenerali u speċifiċi għandhom ikunu organizzati b'koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. Il-verifiki għandhom jitwettqu fuq bażi regolari. L-għan prinċipali tagħhom għandu jkun biex jivverifika li, kollox ma' kollox, il-kontrolli uffiċjali jseħħu fl-Istati Membri skond il-pjani ta' kontroll multi-annwali nazzjonali imsemmija fl-Artikolu 41 u b'konformità mal-liġi tal-Komunità. Għal dan il-għan, u sabiex tiġi faċilitata l-effiċjenza u l-effettività tal-verifiki, l-Kummissjoni tista', bil-quddiem tat-twettieq ta' dak il-verifiki, titlob lill-Istati Membri biex jipprovdu, kemm jista' jkun malajr, kopji aġġornati tal-pjani nazzjonali ta' kontroll.

2. Verifiki u spezzjonijiet speċifiċi f'qasam speċifiku wieħed jew aktar jistgħu jissupplimentaw il-verifiki ġenerali. Dawn il-verifiki u spezzjonijiet speċifiċi għandhom b'mod partikolari jservu biex:

(a) jivverifikaw l-implimentazzjoni tal-pjan ta' kontroll multi-annwali nazzjonali, il-liġi dwar l-għalf u l-ikel u l-leġislazzjoni dwar il-welfare ta' l-annimali u jistgħu jinkludu, kif xieraq, spezzjonijiet fuq il-post ta' servizzi uffiċjali u tal-faċilitajiet assoċjati mas-settur li tkun qed isirlu l-verifika;

(b) jivverifikaw l-iffunzjonar u l-organizzazzjoni ta' awtoritajiet kompetenti;

(ċ) jinvestigaw problemi importanti jew rikorrenti fi Stati Membri;

(d) jinvestigaw sitwazzjonijiet ta' emergenza, problemi li jinqalgħu jew żviluppi ġodda fi Stati Membri.

3. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar is-sejbiet ta' kull kontroll imwettaq. Ir-rapport tagħha għandu, fejn xieraq, ikun fih rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri dwar it-titjib tal-konformita mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u r-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali u l-welfare ta' l-annimali. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-rapporti tagħha pubblikament disponibbli. Fil-każ ta' rapporti dwar kontrolli mwettqa fi Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti relevanti b'abbozz tar-rapport għall-kummenti, tagħti kont ta' dawk il-kummenti fil-preparazzjoni tar-rapport finali u tippublika l-kummenti ta' l-awtorità kompetenti flimkien mar-rapport finali.

4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm annwali ta' kontroll, tikkomunikah lill-Istati Membri bil-quddiem, u tirrapporta dwar ir-riżultati tiegħu. Il-Kummissjoni tista' temenda l-programm biex tagħti kont ta' l-iżviluppi fil-qasam tas-sigurtà ta' l-għalf u l-ikel, is-saħħa ta' l-annimali, il-welfare ta' l-annimali u s-saħħa tal-pjanti.

5. L-Istati Membri għandhom:

(a) jieħdu azzjoni xierqa ta' insegwiment fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-kontrolli tal-Komunità;

(b) jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa u jipprovdu d-dokumentazzjoni kollha u sostenn tekniku ieħor li l-esperti tal-Kummissjoni jitolbu biex ikunu jistgħu jwettqu kontrolli b'mod effiċjenti u effettiv;

(ċ) jiżguraw li l-esperti tal-Kummissjoni jkollhom aċċess għall-postijiet u partijiet mill-postijiet u għal informazzjoni, inklużi sistemi ta' komputazzjoni relevanti għat-twettieq tad-dmirijiet tagħhom.

6. Jistgħu jitħejjew regoli dettaljati li jikkonċernaw il-kontrolli tal-Komunità fl-Istati Membri jew jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3).

Artikolu 46

Kontrolli tal-Komunità f'pajjiżi terzi

1. L-esperti tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu kontrolli uffiċjali f'pajjiżi terzi sabiex jivverifikaw, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(1), il-konformità jew l-ekwivalenza tal-leġislazzjoni u s-sistemi ta' pajjiżi terzi mal-liġi tal-Komunità dwar l-għalf u l-ikel u l-leġislazzjoni tal-Komunità dwar is-saħħa ta' l-annimali. Il-Kummissjoni tista' taħtar esperti mill-Istati Membri biex jgħinu lill-esperti proprji tagħha. Dawk il-kontrolli uffiċjali għandhom jagħtu kont partikolari għal:

(a) l-leġislazzjoni tal-pajjiż terz;

(b) l-organizzazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz, is-setgħat u l-indipendenza tagħhom, is-sorveljanza li huma suġġetti għaliha u l-awtorità li għandhom biex jinfurzaw il-leġislazzjoni applikabbli b'mod effettiv;

(ċ) it-taħriġ ta' l-impjegati fit-twettieq tal-kontrolli uffiċjali;

(d) ir-riżorsi, inklużi l-faċilitajiet dijanjostiċi disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti;

(e) l-eżistenza u l-operat ta' proċeduri dokumentati ta' kontroll u sistemi ta' kontroll ibbażati fuq prijoritajiet;

(f) fejn japplika, s-sitwazzjoni li tirrigwarda s-saħħa ta' l-annimali, żoonosi u s-saħħa tal-pjanti, u l-proċeduri għan-notifikazzjoni tal-Kummissjoni u l-korpi internazzjonali relevanti ta' tifqigħa ta' mard ta' l-annimali u l-pjanti;

(g) sal-limitu u l-operat tal-kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjonijiet ta' annimali, pjanti u l-prodotti tagħhom;

(h) l-assigurazzjoni li l-pajjiż terz jista jagħti rigward il-konformità ma', jew l-ekwivalenza għal, kondizzjonijiet meħtieġa tal-Komunità.

2. Sabiex tiġi faċilitata l-effiċjenza u l-effettività tal-kontrolli f'pajjiż terz, il-Kummissjoni tista, qabel ma twettaq dawk il-kontrolli, titlob lill-pajjiż terz konċernat biex jipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(1) u, fejn xieraq, ir-rikors bil-miktub dwar l-implimentazzjoni ta' dawk il-kontrolli.

3. Il-frekwenza ta' kontrolli tal-Komunità f'pajjiżi terzi għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi ta':

(a) stima tar-riskju tal-prodotti esportati lejn il-Komunità;

(b) id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Komunità;

(ċ) il-volum u n-natura ta' l-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat;

(d) ir-riżultati tal-kontrolli li s-servizzi tal-Kummissjoni jew korpi oħra ta' spezzjonjiet wettqu diġà;

(e) ir-riżultati tal-kontrolli ta' l-importazzjonijiet u ta' xi kontrolli oħra li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri diġà wettqu;

(f) informazzjoni riċevuta mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel jew korpi simili;

(g) informazzjoni riċevuta minn korpi rikonoxxuti internazzjonalment bħall-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa (WHO), il-Kummissjoni Codex Alimentarius u l-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa ta' l-Annimali (OIE), jew minn sorsi oħra;

(h) evidenza ta' sitwazzjonijiet ta' mard emerġenti jew ċirkostanzi oħra li jistgħu jirriżultaw f'annimali ħajjin, pjanti ħajjin jew għalf jew ikel importat minn pajjiż terz li jippresenta riskji għas-saħħa;

(i) il-ħtieġa ta' investigazzjoni jew risposta għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza f'pajjkiżi terzi infividwali.

Il-kriterji ta' l-istabbiliment tar-riskju għall-għanijiet ta' l-istima tar-riskju msemmija fil-punt (a) għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3).

4. il-proċedura u r-regoli dettaljati għall-kontrolli f'pajjiżi terzi jistgħu jiġu stabbiliti jew emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3).

Dawn għandhom jinkludu, b'mod partikolari, l-proċeduri għal u regoli dettaljati dwar:

(a) kontrolli f'pajjiżi terzi fil-kuntest ta' ftehim bilaterali;

(b) kontrolli f'pajjiżi terzi oħra.

Skond l-istess proċedura, il-piżijiet għall-kontrolli msemmija hawn fuq jistgħu jiġu stabbiliti fuq bażi reċiproku.

5. Jekk, matul kontroll tal-Komunità, jiġi identifikat riskju serju għas-saħħa umana jew ta' l-annimali, il-Kummissjoni għandha minnufih tieħu l-miżuri meħtieġa ta' emerġenza skond l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jew dispożizzjonijiet ta' salvagward f'leġislazzjoni oħra relevanti tal-Komunità.

6. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar is-sejbiet ta' kull kontroll tal-Komunità mwettaq. Ir-rapport tagħha għandu, fejn xieraq, ikun fih rakkomandazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-rapporti tagħha pubblikament disponibbli.

7. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-programm tagħha ta' kontrolli f'pajjiżi terzi lill-Istati Membri bil-quddiem u tirrapporta dwar ir-riżultati. Hija tista' temenda l-programm biex tagħti kont ta' żviluppi fl-oqsma tas-sigurtà ta' l-għalf u l-ikel, is-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa tal-pjanti.

IL-KAPITOLU II KONDIZZJONIJIET TA' IMPORTAZZJONI

Artikolu 47

Kondizzjonijiet ġenerali ta' importazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex titlob lil pajjiżi terzi li għandhom il-ħsieb li jesportaw merkanzija lejn il-Komunità li jipprovdu l-informazzjoni eżatta u aġġornata li ġejja dwar l-organizzazzjoni ġenerali u l-amministrazzjoni tas-sistemi ta' kontroll sanitarji:

(a) kull regolamenti sanitarji jew pitosanitarji adottati jew proposti ġewwa t-territorju tiegħu:

(b) kull proċeduri ta' kontroll u spezzjoni, produzzjoni u trattament ta' kwarantina, tolleranza ta' pestiċidi proċeduri approvati ta' adittivi fl-ikel operati ġewwa t-territorju tiegħu;

(ċ) proċeduri ta' l-istima tar-riskju, il-fatturi li għandu jingħata kont tagħhom kif ukoll-istabbiliment tal-livell xieraq ta' protezzjoni sanitarja jew pitosanitarja;

(d) fejn xieraq, l-insegwiment mogħti għar-rakkomandazzjonijiet magħmula skond il-kontrolli msemmija fl-Artikolu 46.

2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun proporzjonata għan-natura tal-merkanzija u tista' tagħti kont tas-sitwazzjoni speċifika u l-istruttura tal-pajjiż terz u n-natura tal-prodotti esportati lejn il-Komunità. Il-kamp ta' l-applikazzjoni tagħha għandu jkopri ta' l-anqas il-merkanzija maħsuba li tkun esportata lejn il-Komunità.

3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tista' wkoll tirrelata ma':

(a) riżultati tal-kontrolli nazzjonali mwettqa fuq merkanzija maħsuba li tkun esportata lejn il-Komunità;

(b) il-bidliet importanti li jkunu saru għall-istruttura u l-iffunzjonar tas-sistema relevanti ta' kontroll, b'mod partikolari biex jitħarsu l-kondizzjonijiet meħtieġa tal-Komunità jew rakkomandazzjonijiet.

4. Fejn pajjiż terz ma jipprovdix dik l-informazzjoni jew fejn dik l-informazzjoni ma tkunx adegwata, jistgħu jiġu ffissati kondizzjonijiet speċifiċi ta' importazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3) fuq il-bażi ta' każ b'każ u fuq bażi strettament temporanju wara konsultazzjonijiet mal-pajjiż terz konċernat.

5. Linji gwida, li jispeċifikaw kif l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandha titħejja u tiġi presentata lill-Kummissjoni, kif ukoll miżuri transitorji li jippermettu żmien biex il-pajjiżi terzi jippreparaw din l-informazzjoni għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).

Artikolu 48

Kondizzjonijiet speċifiċi ta' importazzjoni

1. Sal-limitu li l-kondizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati li għandhom jiġu rispettati meta tiġi importata merkanzija minn pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom m'hemmx provvediment dwarhom fil-liġi tal-Komunità u b'mod partikolari bir-Regolament (KE) Nru 854/2004, dawn għandhom, fejn meħtieġ, jiġu preskritti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3).

2. Il-kondizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu:

(a) l-istabbiliment ta' lista ta' pajjiżi terzi li minnhom prodotti speċifiċi jistgħu jiġu importati f'wieħed mit-territorji msemmi fl-Anness I;

(b) l-istabbiliment ta' mudelli taċ-ċertifikati li jakkumpanjaw kunsinni;

(ċ) kondizzjonijiet speċjali ta' importazzjoni, skond it-tip ta' prodott jew annimal u r-riskji possibbli assoċjati magħhom.

3. Il-pajjiżi terzi għandhom jidhru fil-listi msemmija fil-paragrafu 2(a) biss jekk l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jipprovdu garanziji xierqa fir-rigward tal-konformità jew ekwivalenza mal-liġi tal-Komunità dwar l-għalf u l-ikel u r-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali.

4. Meta jitħejjew jew jiġu aġġornati dawn il-listi, għandu jingħata kont partikolari tal-kriterji li ġejjin:

(a) il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz fis-settur konċernat;

(b) l-istruttura u l-organizzazzjoni ta' l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz u s-servizzi ta' kontroll tiegħu, kif ukoll is-setgħat disponibbli lilha/lilhom u l-garanziji li jistgħu jiġu provduti fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni konċernata;

(ċ) l-eżistenza ta' kontrolli uffiċjali adegwati;

(d) ir-regolarità u r-rapidità ta' l-informazzjoni provduta mill-pajjiż terz dwar il-presenza ta' perikoli fl-għalf u l-ikel, u f'annimali ħajjin;

(e) il-garanziji mogħtija minn pajjiż terz li:

(i) kondizzjonijiet applikati għall-istabbilimenti li minnhom għalf u ikel jista' jiġi mportat fil-Komunità jikkonformaw ma' jew huma ekwivalenti għall-kondizzjonijiet meħtieġa fil-liġi tal-Komunità dwar l-għalf u l-ikel;

(ii) għandha titħejja lista ta' dawk l-istabbilimenti u tinżamm aġġornata;

(iii) il-lista ta' l-istabblimenti u l-verżjonijiet aġġornati tagħha għandhom jiġu komunikati lill-Komunità mingħajr dewmien;

(iv) l-istabbilimenti jkunu s-suġġett ta' kontrolli regolari u effettivi mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz.

5. Meta jiġu adottati l-kondizzjonijiet speċjali ta' importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(ċ), għandu jingħata kont ta' l-infromazzjoni li l-pajjiżi terzi konċernati jkunu pprovdew u, fejn meħtieġ, ir-riżultati tal-kontrolli tal-Komunità mwettqa f'dak il-pajjiż terz. Jistgħu jiġu stabbiliti kondizzjonijiet speċjali ta' importazzjoni għal prodott waħdieni jew għal grupp ta' prodotti. Dawn jistgħu japplikaw għal pajjiż terz waħdieni, għal reġjuni ta' pajjiż terz, jew għal grupp ta' pajjiżi terzi.

Artikolu 49

Ekwivalenza

1. Wara l-implimentazzjoni ta' ftehim ta' ekwivalenza, jew verifika sodisfaċenti, tista' tittieħed deċiżjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3), li tirrikonoxxi li l-miżuri li dawk il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom japplikaw f'żoni speċifiċi joffru garanziji ekwivalenti għal dawk applikati fil-komunità, jekk il-pajjiżi terzi jipprovdu xhieda oġġettiva f'dan ir-rigward.

2. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tistipula l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet minn dak il-pajjiż terz jew reġjun ta' pajjiż terz.

Il-kondizzjonijiet jistgħu jinkludu:

(a) in-natura u l-kontenut taċ-ċertifikati li għandhom jakkumpanjaw il-prodotti;

(b) il-kondizzjonijiet speċifiċi meħtieġa applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità;

(ċ) fejn meħtieġ, proċeduri għat-tħejjija ta' u l-emendar tal-listi tar-reġjuni jew stabbilimenti li minnhom huma permessi importazzjonijiet.

3. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titħassar skond l-istess proċedura u mingħajr dewmien fejn xi waħda mill-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent ta' l-ekwivalenza stabbilita fiż-żmien ta' l-adozzjoini tagħha ma tibqax titħares.

Artikolu 50

Sostenn għal pajjiżi li qed jiżviluppaw

1. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3) il-miżuri li ġejjin għandhom jiġu adottati u miżmuma sakemm ikollhom effett li jidher fl-assigurazzjoni li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) l-introduzzjoni f'fażijiet tal-kondizzjonijiet meħtieġa msemmija fl-Artikoli 47 u 48 għall-prodotti esportati lejn il-Komunità. Il-progress fil-konformità ma' dawn il-kondizzjonijiet meħtieġa għandu jiġi evalwat u jingħata kont tiegħu fl-istabbiliment tal-ħtieġa ta' eżenzjonijiet speċifikati limitati fiż-żmien kollha kemm huma jew parti mill-kondizzjonijiet meħtieġa ta' dan ir-Regolament. L-introduzzjoni f'fażijiet għandha wkoll tagħti kont tal-progress fil-bini tal-kapaċitajiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 2;

(b) assistenza fil-provvista ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47, jekk meħtieġa mill-esperti tal-Komunità;

(ċ) il-promozzjoni ta' proġetti konġunti bejn pajjiżi li qed jiżviluppaw u Stati Membri;

(d) l-iżvilupp ta' linji gwida biex jassistu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti esportati lejn il-Komunità;

(e) li jintbagħtu esperti tal-Komunità lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jgħinu fl-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali;

(f) il-parteċipazzjoni ta' impjegati ta' kontroll minn pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-korsijiet ta' taħriġ imsemmija fl-Artikolu 51.

2. Fil-kuntest tal-politika tal-Komunità ta' koperazzjoni fl-iżvilupp, il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-appoġġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw fir-rigward tas-sigurtà fl-għalf u l-ikel b'mod ġenerali u l-konformità ma' l-istandards ta' l-għalf u l-ikel b'mod partikolari, sabiex tinbena l-kapaċità istituzzjonali meħtieġa biex jitħarsu l-kondizzjonijiet meħtieġa msemmija fl-Artikoli 5, 12, 47 u 48.

IL-KAPITOLU III TAĦRIĠ TA' L-IMPJEGATI TA' KONTROLL

Artikolu 51

Taħriġ ta' l-impjegati ta' kontroll

1. Il-kummissjoni tista' torganizza korsijiet ta' taħriġ għall-impjegati ta' l-awtoritajiet kompeteti ta' l-Istati Membri responsabbli għall-kontrolli uffiċjali msemmija f'dan ir-Regolament. Dawn il-korsijiet ta' taħtriġ għandhom iservu biex jiżviluppaw attitudni armonizzata tal-kontrolli uffiċjali fl-Istati Membri. Dawn jistgħu jinkludi taħtriġ partikolari:

(a) Fil-liġi tal-Komunità dwar l-għalf u l-ikel u r-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali u l-welfare ta' l-annimali;

(b) metodi ta' kontroll u teknika, bħal sistemi ta' verifika li l-operaturi jiddisinjaw għall-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u r-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali u l-welfare ta' l-annimali;

(ċ) il-kontrolli li għandhom jitwettqu fuq merkanzija importatta fil-Komunità;

(d) il-metodi u t-teknika ta' produzzjoni, proċessar u marketing ta' l-għalf u l-ikel.

2. Il-korsijiet ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu miftuħa għal parteċipanti minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari pajjiżi li qed jiżviluppa.

3. Ir-regoli dettaljati għall-organizzazzjoni tal-korsijiet ta' taħriġ jistgħu jiġu preskritti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3).

IL-KAPITOLU IV ATTIVITAJIET OĦRA TAL-KOMUNITÀ

Artikolu 52

Kontrolli minn pajjiżi terzi fl-Istati Membri

1. L-esperti tal-Kummissjoni jistgħu, fuq it-talba ta' u b'koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, jassistu lill-Istati Membri matul il-kontrolli li jwettqu l-pajjiżi terzi.

2. F'dawk il-każi, l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom pajjiż terz għandu jwettaq kontroll għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-ippjanar, kamp ta' applikazzjoni, dokumentazzjoni u kull informazzjoni oħra relevanti li tippermetti lill-Kummissjoni li effettivament tieħu sehem f'dak il-kontroll.

3. L-assistenza tal-Kummissjoni għandha sservi, b'mod partikolari biex:

(a) tikkjarifika l-liġi tal-Komunità dwar l-għalf u l-ikel u r-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali u l-welfare ta' l-annimali;

(b) tipprovdi informazzjoni u data disponibbli fil-livell tal-Komunità li tista' tkun utli għall-kontroll imwettaq mill-pajjiż terz;

(ċ) tiżgura uniformità fir-rigward tal-kontrolli mwettqa minn pajjiżi terzi.

Artikolu 53

Pjani kordinati ta' kontroll

Il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda pjani kordinati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 62(2). Dawn il-pjani għandhom ikunu:

(a) organnizzati kull sena skond programm;

u

(b) fejn jitqies meħtieġ, organizzati fuq bażi ad hoc, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-prevalenza ta' perikoli f'għalf, ikel jew annimali.

IT-TITOLU VII MIŻURI TA' INFURZAR

IL-KAPITOLU I MIŻURI NAZZJONALI TA' INFURZAR

Artikolu 54

Azzjoni fil-każ ta' nuqqas ta' konformità

1. Fejn l-awtorità kompetenti tidentifika każi ta' nuqqas ta' konformità, hija għandha tieħu azzjoni biex tiżgura li l-opeatur jirrimedja s-sitwazzjoni. Meta tiddeċiedi liema azzjoni għandha tittieħed, l-awtorità kompetenti għandha tagħti kont tan-natura tan-nuqqas ta' konformità u r-rekord passat ta' dak l-operatur fir-rigward ta' nuqqas ta' konformità.

2. Dik l-azzjoni għandha tinkludi, fejn xieraq, il-miżuri li ġejjin:

(a) L-imposizzjoni ta' proċeduri ta' kondizzjonijiet tajba għall-ħarsien tas-saħħa jew kull azzjoni oħra meqjusa meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà ta' l-għalf jew l-ikel jew il-konformità tal-liġi dwar l-għalf jew l-ikel, ir-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali jew il-welfare ta' l-annimali;

(b) ir-restrizzjoni jew il-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' għalf, ikel jew annimali;

(ċ) l-immonitorjar, u, fejn meħtieġ l-ordni tas-sejħa lura, l-irtirar u/jew id-distruzzjoni ta' l-għalf jew l-ikel;

(d) l-awtorizzazzjoni li l-għalf jew l-ikel jintuża għal għanijiet li ma jkunux dawk li għalihom kienu oriġinarjament maħsuba;

(e) is-sospensjoni ta' l-operazzjoni jew l-għeluq tan-negozju kollu konċernat jew parti minnu għal perjodu xieraq ta' żmien;

(f) is-sospensjoni jew l-irtirar ta' l-approvazzjoni ta' l-istabbiliment;

(g) il-miżuri msemmija fl-Artikolu 19 dwar kunsinni minn pajjiżi terzi;

(h) kull miżura oħra li l-awtorità kompetenti tqis xierqa.

3. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-operatur konċernat, jew rappresentant tiegħu,:

(a) b'notifka bil-miktub tad-deċiżjoni tagħha dwar l-azzjoni li għandha tittieħed skond il-paragrafu 1, flimkien mar-raġunijiet għad-deċiżjoni;

u

(b) informazzjoni dwar id-drittijiet ta' appell kontra dawk id-deċiżjonijiet u dwar il-proċeduri applikabbli u l-limiti ta' żmien.

4. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' dispaċċ bid-deċiżjoni tagħha.

5. In-nefqa kollha magħmula skond dan l-Artikolu għandha tinġarr mill-operatur responsabbli ta' l-għalf u l-ikel.

Artikolu 55

Sanzjonijiet

1. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità li jirreletaw mal-protezzjoni tas-saħħa u l-welfare ta' l-annimali u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jkunu implimentat. Is-sanzjonijiet provduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-ksur tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u kull emenda sussegwenti lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

IL-KAPITOLU II MIŻURI TA' INFURZAR TAL-KOMUNITÀ

Artikolu 56

Miżuri ta' salvagward

1. Għandhom jittieħdu miżuri taħt il-proċeduri li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jekk:

(a) Il-Kummissjoni jkollha evidenza ta' nuqqas serju fis-sistemi ta' kontroll ta' Stat Membru;

u

(b) dak in-nuqqas jista' jikkostitwixxi riskju mferrex ħafna is-saħħa umana, s-saħħa ta' l-annimali jew il-welfare ta' l-annimali.

2. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati biss wara:

(a) li kontrolli tal-Komunità jkunu wrew u rrapportaw nuqqas ta' konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità;

u

(b) l-Istat Membru konċernat ikun naqas li jikkoreġi s-sitwazzjoni fuq it-talba u fil-limitu ta' żmien iffissat mill-Kummissjoni.

IT-TITOLU VIII ADATTAZZJONI TAL-LEĠISLAZZJONI TAL-KOMUNITÀ

Artikolu 57

Emenda tad-Direttiva 96/23/EC

Id-Direttiva 96/23/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 14(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-laboratorji ta' referenza tal-Komunità għandhom ikunu dawk imsemmija fil-parti relevanti ta' l-Anness VII li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar kontrolli uffiċjali imwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, is-saħħa ta' l-annimali u r-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali [39]."

2. Fl-Artikolu 30, il-parti tal-paragrafu 1 li tibda

"Fejn dawk il-verifiki addizzjonali juru…"

u li tintemm

"…jew biex jintuża għal għanijiet oħra awtorizzati mill-leġislazzjoni tal-Komunità, mingħajr indennizz jew kumpens"

, hija sostitwita b'dan li ġej:

"Fejn verifiki juru l-presenza ta' sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati jew fejn jinqabżu l-limiti massimi, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (KE) 882/2004 għandhom japplikaw."

3. L-Anness V huwa mħassar.

Artikolu 58

Emenda għad-Direttiva 97/78/KE

Id-Direttiva 97/78/EC hija emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Għandhom jitwettqu verifiki veterinarji fuq prodotti minn pajjiżi terzi introdotti fit-territorji elenkati fl-Anness I mill-Istati Membri skond din id-Direttiva u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar kontrolli uffiċjali imwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, is-saħħa ta' l-annimali u r-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali [*] ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1.."

2. L-Artikolu 2(2)(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a) "prodotti" tfisser il-prodotti ta' oriġini mill-annimali msemmija fid-Direttivi 89/662/KEE u 90/425/KEE, fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jippreskrivi r-regoli tas-saħħa li jikkonċernaw bi-prodotti mill-annimali mhux maħsuba għall-konsum umann [*] ĠU L 273, ta’ l-10.10.02, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 808/2003 (ĠU L 117, tat-13.5.2003, p. 1)., fid-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tippreskrivi r-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, proċessar, distribuzzjoni u introduzzjoni ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali maħsuba għall-konsum uman [**] ĠU L 18, tat-23.01.03, p. 11. u fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali maħsuba għall-konsum uman [***] ĠU L 139, tat-30.4.2004.; din tinkludi wkoll il-prodotti mill-pjanti msemmija fl-Artikolu 19."

3. Fl-Artikolu 7(3), "it-tariffi ta' spezzjoni msemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 85/73/KEE tad-29 ta' Jannar 1985 dwar l-iffinanzjar ta' spezzjonijiet veterinarji u kontrolli koperti bid-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, 90/675/KEE u 1/496/KEE (emendati u konsolidati)" hija sostitwita b'dan li ġej:"it-tarrifi ta' spezzjonijiet imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 882/2004".

4. Fl-Artikolu 10(1)(b), il-frażi li ġejja hija mħassra: "jew, fil-każ ta' stabbilimenti approvati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta' Ġunju 1995 dwar il-kondizzjonijiet għat-tħejjija, għal perjodu temporanju, ta' listi provviżorji ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti ta' oriġini mill-annimali, prodotti mis-sajd u molluski bivalvi ħajjin, minn stabbiliment li jkun għadda minn spezzjoni tal-Komunità jew nazzjonali."

5. L-Artikolu 12(9) huwa mħassar.

6. L-Artikolu 15(5) huwa mħassar.

7. Fl-Artikolu 16 għandu jidħol il-paragrafu li ġej:

"4. Regoli dettaljati għall-introduzzjoni ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali għall-provvista lill-ekwipaġġ u l-passiġġieri ta' mezzi internazzjonali ta' trasport, u għal prodotti ta' oriġini mill-annimali ordnati f'ċertu distanza (per eżempju, bil-posta, bit-telefon jew permezz ta' l-internet) u mwassla lill-konsumatur, għandhom ikunu preskritti skond l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004."

8. L-Artikolu 21 huwa mħassar.

9. L-Artikolu 23 huwa mħassar.

10. Fl-Artikolu 24(1), it-tieni inċiż, "skond l-Artikolu 17(2)(a) u (b)" huwa sostitwit bi "skond l-Artikolu 17".

Artikolu 59

Emenda tad-Direttiva 2000/29/KE

L-Artikolu li ġej għandu jidħol fid-Direttiva 2000/29/KE:

"L-Artikolu 27a

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21 tagħha, l-Artikoli 41 sa 46 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar kontrolli uffiċjali imwettqa biex tiġi żgurata l-vetifikazzjoni tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, is-saħħa ta' l-annimali u r-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali [*] ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1. għandhom japplikaw, kif xieraq."

Artikolu 60

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 854/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"1a. Dan ir-Regolament għandu japplika b'żieda mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikkazzjoni tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, is-saħħa ta' l-annimali u r-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali [*] ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1.."

2. Fl-Artikolu 2:

(a) fil-paragrafu 1, is-subparagrafi (a), (b), (d) u (e) huma mħassra;

u

(b) is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 2:

"(b)(a) Regolament (KE) Nru 882/2004."

3. Fl-Artikolu 3:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japprovaw stabbiliment meta, u bil-mod speċifikat fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004";

u

(b) il-paragrafi 4(a) u (b) u l-paragrafu 6 huma mħassra.

4. L-Artikolu 9 huwa mħassar.

5. L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 10

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-prinċipji u l-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u t-Titolu VI, Kapitolu II, tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 il-proċeduri preskritti f'dan il-Kapitolu għandhom jgħoddu."

6. Fl-Artikolu 11:

(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. 2A pajjiż terz għandu jidher fuq dawk il-listi biss jekk ikun seħħ il-kontroll tal-Komunità f'dak il-pajjiż u juri li l-awtorità kompetenti tipprovdi garanziji xierqa kif speċifikat fl-Artikolu 48(3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Iżda, pajjiż terz jista' jidher fuq dawk il-listi mingħajr ma jkun seħħ kontroll tal-Komunità jekk:

(a) ir-riskju stabbilit skond l-Artikolu 46(3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 ma jqanqalx il-ħtieġa;

u

(b) jiġi stabbilit, meta jiġi deċiż biex jiżdied pajjiż terz partikolari skond il-paragrafu 1, li informazzjoni oħra turi li l-awtorità kompetenti pprovdiet il-garanziji meħtieġa.";

(b) fil-paragrafu 4, l-introduzzjoni hija sostitwita b'dan li ġej:

"4. Meta jitħejjew jew jiġu aġġornati l-listi, għandu jingħata kont tal-kriterji elenkati fl-Artikoli 46 u 48(3) tar-regolament (KE) Nru 882/2004. Għandu wkoll jingħata kont ta':";

u

(ċ) is-subparagrafi (b) sa (h) tal-paragrafu 4 huma mħassra.

7. L-Artikolu 14(2)(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) kull kondizzjonijiet speċifiċi ta' importazzjoni stabbiliti skond l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004."

8. L-Artikolu 18(17) sa (20) huwa mħassar.

Artikolu 61

Tħassir ta' atti tal-Komunità

1. Id-Direttivi 70/373/KEE, 85/591/KEE, 89/397/KEE, 93/99/KEE u 95/53/KE u d-Deċiżjonijiet 93/383/KEE, 98/728/kE u 1999/313/KE huma b'dan imħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2006. Id-Direttiva 85/73/KEE hija b'dan imħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2008.

2. Iżda, ir-regoli ta' implimentazzjoni adottati fuq il-bażi ta' dawk l-atti, b'mod partikolari dawk imsemmija fl-Anness VIII, għandhom jibqgħu fis-seħħ sal-limitu li ma jkunux f'kontradizzjoni ma' dan ir-Regolament, sakemm issir l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament.

3. Referenzi għall-atti mħassra għandhom jiftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

IT-TITOLU IX DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 62

Proċedura ta' kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jew, meta tittratta ma' kwistjonijiet prinċipalment relatati mas-saħħa tal-pjanti, mill-Kumitat Permanenti dwar is-saħħa tal-pjanti, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/894/KEE [46].

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jingħata kont ta' l-artikolu 8 tiegħu.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jingħata kont ta' l-artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tlett xhur.

4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 63

Implimentazzjoni u miżuri transitorji

1. L-implimentazzjoni u l-miżuri transitorji meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu preskritti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3).

Dan japplika b'mod partikolari:

(a) għad-delega tal-kompiti ta' kontroll tal-korpi ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 5, fejn dawn il-korpi ta' kontroll kienu diġà jaħdmu qabel il-bidu fis-seħħ ta' dan ir-Regolament;

(b) għal kull modifikazzjoni fir-rigward ta' l-istandards imsemmija fl-Artikolu 12(2);

(ċ) għan-nuqqas ta' konformità imsemmija fl-Artikolu 28 li tagħti lok għall-iżpejjeż li jirriżultaw minn kontrolli uffiċjali addizzjonali;

(d) għan-nefqa magħmula skond l-Artikolu 54;

(e) għar-regoli dwar l-analiżi mikrobijoloġiku, fiżiku u/jew kimiku fil-kontrolli uffiċjali, b'mod partikolari fil-każi ta' suspett ta' riskju u inkluża s-sorveljanza tas-sigurtà ta' prodotti importati minn pajjiżi terzi;

(f) għat-tifsira ta'liema għalf huwa kunsidrat bħala għalf ta' oriġini mill-annimali għall-għan ta' dan ir-Regolament.

2. Sabiex jingħata kont ta' l-ispeċifiċità tar-Regolamenti (KEE) Nru 2092/91, (KEE) Nru 2081/92 u (KEE) Nu 2082/92, il-miżuri speċifiċi li għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3) jistgħu jipprovdu għad-derogi meħtieġa minn u l-aġġustamenti tar-regoli preskritti b'dan ir-Regolament.

Artikolu 64

Emenda ta' l-Annessi u r-referenzi għall-istandards Ewropej

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3):

1. L-Annessi li jinsabu ma' dan ir-Regolament jistgħu jiġu aġġornati, ħlief għall-Anness I, l-Anness IV u l-Anness V, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(3), b'mod partikolari sabiex jingħata kont tal-bidliet amministrattiviu l-progress xjentifiku u/jew teknoloġiku;

2. ir-referenzi għall-istandards Ewropej imsemmija f'dan ir-Regolament jistgħu jiġu aġġornati fil-każ li CEN jemenda dawn ir-referenzi.

Artikolu 65

Rapport tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-20 ta' Mejju 2007, tibgħat rapport lill-Parlament Ewopew u lill-Kunsill.

2. Ir-rapport għandu, b'mod partikolari, jirrevedi l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jikkonsidra b'mod partikolari l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) jivvaluta mill-ġdid il-kamp ta' l-applikazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali u l-welfare ta' l-annimali;

(b) jiżgura li setturi oħra jikkontribwixxu għall-iffinanzjar ta' kontrolli uffiċjali billi jestendi l-lista ta' attivitajiet imsemmija fl-Anness IV, tasoima A u l-Anness V, taqsima A, u jagħti kont b'mod partikolari ta' l-impatt tal-leġislazzjoni ta' l-iġjene tal-Komunità ta' l-għalf u l-ikel wara l-adozzjoni tagħha;

(ċ) jiffissa rati minimi aġġornati għat-tariffi msemmija fl-Anness IV, taqsima B u l-Anness V, taqsima B, waqt li jagħti kont b'mod partikolari tal-fatturi tar-riskju.

3. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tibgħat mar-rapport proposti relevanti.

Artikolu 66

Sostenn finanzjarju tal-Komunità

1. L-approprjazzjonijiet meħtieġa:

(a) għall-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u l-manteniment li l-esperti ta' l-Istati Membri jonfqu bħala riżultat li l-Kummissjoni taħtarhom biex jgħinu lill-esperti tagħha kif hemm provdut fl-Artikoli 45(1) u 46(1);

(b) it-taħriġ ta' l-impjegati tal-kontroll kif hemm provdut fl-Artikolu 51;

(ċ) l-iffinanzjar ta' miżuri oħra meħtiġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament,

għandhom ikunu awtorizzati kull sena fil-kwadru tal-proċedura ta' l-estimi.

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1(ċ) għandhom jinkludu b'mod partikolari l-organizzazzjoni ta' konferenzi, l-istabbiliment ta' databases, il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni, l-organizzazzjoni ta'laqgħat biex jitħejjew is-sezzjonijiet tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali.

3. Appoġġ tekniku u kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-organizzazzjoni ta' l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 50 jistgħu jingħataw fil-limitu tar-riżorsi umani u finanzjarji disponibbli lill-Kummissjoni.

IT-TITOLU X DISPOSIZZJONI FINALI

Artikolu 67

Bidu fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ wara għoxrin ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 2006.

Iżda, l-Artikoli 27 u 28 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasbourg, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. Mc Dowell

[1] ĠU C 234, tat-30.9.2003, p. 25.

[2] ĠU C 23, tas-27.1.2004, p. 14.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2004 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2004.

[4] ĠU L 31, ta’ l-1.2.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4).

[5] ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/31/KE (ĠU L 85, tat-23.3.2004, p. 18).

[6] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 392/2004 (ĠU L 65, tat-3.3.2004, p. 1).

[7] ĠU L 208, ta’ l-24.7.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[8] ĠU L 208, ta’ l-24.7.1992, p. 9. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[9] Direttiva 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tippreskrivi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9).

[10] Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tippreskrivi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE (ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1).

[11] ĠU L 265, tat-8.11.1995, p. 17. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 234, ta’ l-1.9.2001, p. 55).

[12] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17).

[13] ĠU L 40, tas-17.2.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[14] ĠU L 139, tat-30.4.2004, p. 55.

[15] ĠU L 139, tat-30.4.2004, p. 55.

[16] ĠU L 332, tat-30.12.1995, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[17] Trobbija ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni hormonal jew thyrostatic u beta-agonists, (ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 3). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 262, ta’ l-14.10.2003, p. 17).

[18] Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-immonitorjar ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti mill-annimali (ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10). Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[19] Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti ta’ oriġini mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, tat-30.4.2004, p. 206).

[20] Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jippreskrivi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerti spongiform encephalopathies trasmissibbli (ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2003 (ĠU L 333, ta’ l-20.12.2003, p. 28).

[21] Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u aġenti oħra żoonotiċi li jinġarru bl-ikel (ĠU L 325, tat-12.12.2003, p. 1).

[22] Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi ta’ pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali (ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/2/KE (ĠU L 14, tal-21.1.2004, p. 10).

[23] Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għar-residwi ta’ pestiċidi fuq ċerti prodotti ta’ oriġini mill-pjanti, inklużi frott u ħxejjex (ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 71). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/2/KE.

[24] Direttiva tal-Kummissjoni 92/1/KEE tat-13 ta’ Jannar 1992 dwar l-immonitorjar ta’ temperaturi fil-mezzi ta’ trasport, magazinaġġ u ħażna ta’ oġġetti ta’ l-ikel iffriżati malajr maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 34, tal-11.2.1992, p. 28).

[25] Direttiva tal-Kummissjoni 92/2/KEE tat-13 ta’ Jannar 1992 li tippreskrivi l-proċedura ta’ kampjonar u l-metodi tal-Komunità għall-kontroll uffiċjali tat-temperaturi ta’ ikel iffriżat malajr maħsub għall-konsum uman (ĠU L 34, tal-11.2.1992, p. 30).

[26] Direttiva tal-Kunsill 70/373/KEE ta’ l-20 ta’ Lulju 1970 dwar l-introduzzjoni ta’ metodi tal-Komunità ta’ kampjonar u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ għalf għall-annimali (ĠU L 170, tat-3.8.1970, p. 2). Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

[27] Direttiva tal-Kunsill 85/591/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985 li tikkonċerna l-introduzzjoni ta’ metodi tal-Komunità ta’ kampjonar u analiżi għall-immonitorjar ta’ oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 372, tal-31.12.1985, p. 50). Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1)

[28] Direttiva tal-Kunsill 89/397/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1989 dwar il-kontroll uffiċjali ta’ oġġetti ta’ l-ikel (ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 23).

[29] Direttiva tal-Kunsill 93/99/KEE tad-29 ta’ Ottubru 1993 dwar is-suġġett ta’ miżuri addizzjonali li jikkonċernaw il-kontroll uffiċjali ta’ oġġetti ta’ l-ikel (ĠU L 290, ta’ l-24.11.1993, p. 14). Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

[30] Deċiżjoni tal-Kunsill 93/383/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1993 ta’ laboratorji ta’ referenza għall-immonitorjar ta’ biotossini marini (ĠU L 166, tat-8.7.1993, p. 31). Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 1999/312/KE (ĠU L 120, tat-8.5.1999, p. 37).

[31] Direttiva tal-Kunsill 96/43/KE tas-26 ta’ Ġunju 1996 li temenda u tikkonsolida d-Direttiva 85/73/KEE sbaiex tiżgura l-iffinanzjar ta’ spezzjonijiet veterinarji u kontrolli fuq annimali ħajjin u ċerti prodotti mill-annimali (ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1).

[32] Deċiżjoni tal-Kunsill 98/728/KE ta’ l-14 ta’ Diċembru 1998 li tikkonċerna sistema tal-Komunità għat-tariffi fis-settur ta’ għalf għall-annimali (ĠU L 346, tat-22.12.1998, p. 51).

[33] Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/313/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar laboratorji ta’ referenza għall-immonitorjar tal-kontaminazzjoni batterjoloġika u virali ta’ molluski bivalvi (ĠU L 120, tat-8.5.1999, p. 40).

[34] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[35] ĠU L 281, tat-23.11.95, p. 31. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

[36] ĠU L 145, tal-31.05.01, p. 43.

[37] ĠU L 224, tat-18.08.90, p. 19. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[38] ĠU L 351, tat-2.12.89, p. 34.

[39] ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1.

[46] ĠU L 340, tad-09.12.76, p. 25.

--------------------------------------------------

ANNESS I

TERRITORJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(15)

1. It-territorju tar-Renju tal-Belġju

2. It-territorju tar-Renju tad-Danimarka bl-eċċezzjoni tal-Gżejjer Faroe u Greenland

3. It-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja

4. It-territorju tar-Renju ta' Spanja bl-eċċezzjoni ta' Ceuta u Melilla

5. It-territorju tar-Repubblika Griega

6. It-territorju tar-Repubblika Franċiża

7. It-territorju ta' l-Irlanda

8. It-territorju tar-Repubblika Taljana

9. It-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

10. It-territorju tar-Renju ta' l-Olanda fl-Ewropa

11. It-territorju tar-Repubblika Portugiża

12. It-territorju tar-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta' Fuq

13. It-territorju tar-Repubblika ta' l-Awstrija

14. It-territorju tar-Repubblika tal-Finlandja

15. It-territorju tar-Renju ta' l-Iżvezja

--------------------------------------------------

ANNESS II

AWTORITAJIET KOMPETENTI

IL-KAPITOLU I: SUĠĠETT U KONTENUT GĦAT-TAĦRIĠ TA' IMPJEGATI LI JWETTQU KONTROLLI UFFIĊJALI

1. Teknika differenti ta' kontroll, bħal verifiki, teħid ta' kampjuni u spezzjonijiet

2. Proċeduri ta' kontroll

3. Liġi dwar l-għalf u l-ikel

4. L-istadji differenti ta' produzzjoni, proċessar u distribuzzjoni, u r-riskji possibbli għas-saħħa umana, u fejn xieraq, għas-saħħa ta' l-annimali u l-pjanti u għall-ambjent

5. Stima ta' nuqqas ta' konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel

6. Perikoli fil-produzzjoni ta' għalf għall-annimali u ikel

7. L-evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni tal-proċeduri HACCP

8. Sistemi ta' amministrazzjoni bħal programmi ta' assigurazzjoni tal-kwalità li jħaddmu n-negozji fl-għalf u l-ikel sal-limitu li dawn huma relevanti għall-kondizzjonijiet meħtieġa mill-liġi dwar l-għalf u l-ikel

9. Sistemi ta' ċertifikazzjoni uffiċjali

10. Arranġamenti ta' kontinġenza għal emerġenzi, inkluża l-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

11. Proċedimenti legali u implikazzjonijiet ta' kontrolli uffiċjali

12. Eżami ta' materjal bil-miktub, dokumentarju u rekords oħra, inklużi dawk li jirrelataw ma' l-ittestjar ta' profiċjenza, akkreditazzjoni u stima tar-riskju, li jistgħu jkunu relevanti għall-istima ta' konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel; dan jista' jinkludi aspetti finanzjarji u kummerċjali

13. Kull qasam ieħor, inklużi s-saħħa ta' l-annimali u l-welfare ta' l-annimali, meħtieġ biex jiżgura li l-kontrolli uffiċjali jitwettqu skond dan ir-Regolament.

IL-KAPITOLU II: SUĠĠETT TA' OQSMA GĦALL-PROĊEDURI TA' KONTROLL

1. L-organizzazzjoni ta' l-awtorità kompetenti u r-relazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ċentrali u l-awtoritajiet li lilhom ikunu ġew delegati l-kompiti li jwettqu kontrolli uffiċjali.

2. Ir-relazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta' kontrollli lilhom ikunu ddelegaw il-kompiti relatati mal-kontrolli uffiċjali

3. Dikjarazzjoni tal-miri li għandhom jinkisbu

4. Kompiti, responsabbniltajiet u dmirijiet ta' l-impjegati

5. Proċeduri ta' teħid ta' kampjuni, metodi ta' kontroll u teknika, interpretazzjoni tar-riżultati u deċiżjonijiet konsegwenti

6. Programmi ta' immonitorjar u sorveljanza

7. Assistenza reċiproka fil-każ li l-kontrolli uffiċjali jeħtieġu aktar minn Stat Membru wieħed biex tittieħed azzjoni

8. Azzjoni li għandha tittieħed wara kontrolli uffiċjali

9. Koperazzjoni ma' servizzi oħra jew dipartimenti li jista' jkollhom responsabbiltajiet relevanti

10. Il-verifikazzjoni ta' l-adattezza tal-metodi ta' teħid ta' kampjuni, metodi ta' analiżi u testijiet għall-kxif

11. Kull attività oħra jew informazzjoni meħtieġa għall-iffunzjonar effettiv tal-kontrolli uffiċjali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

KARATTERIZZAZZJONI TA' METODI TA' ANALIŻI

1. Il-metodi ta' analiżi għandhom ikunu karatterizzati bil-kriterji li ġejjin:

(a) eżattezza;

(b) applikabilita (matriċi u firxa ta' konċentrazzjoni);

(ċ) limitu ta' kxif;

(d) limitu ta'stabbiliment;

(e) preċiżjoni;

(f) repetizzjoni;

(g) riproduċibilità;

(h) irkupru;

(i) selettività;

(j) sensitività;

(k) linejarità;

(l) inċertezza ta' kejl;

(m) kriterji oħra li jistgħu jintgħażlu skond kif meħtieġ.

2. Il-valuri ta' preċiżjoni msemmija fil-1(e) għandhom jew jinkisbu minn prova kollaborattivà li tkun twettqet skond protokoll rikonoxxut internazzjonalment dwar provi kollaborattivi (per eżempju, ISO 5725:1994 jew il-Protokoll Armonizzat IUPAC) jew, fejn il-kriterji għall-metodi analitiċi jkun ġie stabbilit, ikunu bbażati fuq il-kriterji ta' testijietta' konformità. Il-valuri ta' repetittività u riproduċibilità għandhom ikunu espressi f'forma rikonoxxuta internazzjonalment (per eżempju, l-intervalli ta' kunfidenza ta' 95 % kif imfissra mill-ISO 5725:1994 jew IUPAC). Ir-riżultati mill-prova kollaborattiva għandhom ikunu ppublikati jew liberament disponibbli.

3. Il-metodi ta' analiżi li huma applikabbli b'mod uniformi għall-gruppi varji ta' kommoditajiet għandhom jingħataw preferenza fuq il-metodi li japplikaw biss għall-kommoditajiet individwali.

4. F'sitwazzjonijiet fejn il-metodi ta' analiżi jistgħu jkunu validati biss f'laboratorju waħdieni allura dawn għandhom jiġu validati skond, per eżempju l-Linji Gwida Armonizzati IUPAC, jew fejn il-kriterji tat-twettieq għall-metodi analitiċi jkunu ġew stabbiliti, ikunu bbażati fuq il-kriterji tat-testijiet ta' konformità.

5. Il-metodi ta' analiżi adottati taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu editjati fil-format standard għall-metodi ta' analżi rakkomandat mill-ISO.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

ATTIVITAJIET U RATI MINIMI GĦAT-TARIFFI U L-PIŻIJIET RELATATI MA' KONTROLLI UFFIĊJALI B'RELAZZJONI MA' STABBILIMENTI TAL-KOMUNITÀ

TAQSIMA A: ATTIVITAJIET

1. L-attivitajiet koperti bid-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, 93/119/KE u 96/23/KE li għalihom l-Istati Membri fil-present qed jiġbru tariffi skond id-Direttiva 85/73/KEE

2. L-approvazzjoni ta' stabbilimenti ta' l-għalf

TAQSIMA B: RATI MINIMI

L-Istati Membri għandhom jiġbru għall-kontrolli relatati mal-lista tal-prodotti li ġejja, ta' l-anqas rati minimi li jikkorrispondu għal tariffi jew piżijiet.

IL-KAPITOLU I

RATI MINIMI GĦAL TARIFFI JEW PIŻIJIET APPLIKABBLI GĦAL SPEZZJONI TAL-QATLA

(a)laħam taċ-ċanga

—annimali bovini adulti: | 5 Euro/annimal |

—annimali bovini żgħar: | 2 Euro/annimal |

(b)annimali bid-difer iebes u equidae: | 3 Euro/annimal |

(ċ)laħam tal-majjal: annimali ta'piż ta' karkassa

—ta' anqas minn 25 kg: | 0,5 Euro/annimal |

—daqs jew aktar minn 25 kg: | 1 Euro/annimal |

(d)laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż: annimali ta'piż ta' karkassa

—ta' anqas minn 12 kg: | 0,15 Euro/annimal |

—daqs jew aktar minn 12 kg: | 0,25 Euro/annimal |

(e)laħam tat-tjur

—tjur tal-ġene Gallus u fargħuni: | 0,005 Euro/annimal |

—papri u wiżż: | 0,01 Euro/annimal |

—dundjani: | 0,025 Euro/annimal |

—laħam ta' fniek imrobbija: | 0,005 Euro/annimal. |

IL-KAPITOLU II

RATI MINIMI GĦAL TARIFFI JEW PIŻIJIET APPLIKABBLI GĦALL-KONTROLLI TA' IMPJANTI TAT-TQATTIEGĦ

Kull tunellata metrika ta' laħam:

—ċanga, vitella, majjal, annimali bid-difer iebes/equidae, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż: | 2 Euro |

—laħam tat-tjur u tal-fniek imrobbija: | 1,5 Euro |

—laħam ta' kaċċa mrobbija u selvaġġa:

—għasafar żgħar tal-kaċċ u kaċċa li ma ttirx: | 1,5 Euro |

—laħam ta' għasafar li ma jtirux (ostrika, emu, nandou): | 3 Euro |

—ħnieżer selvaġġi u ruminanti: | 2 Euro. |

IL-KAPITOLU III

RATI MINIMI GĦAT-TARIFFI JEW PIŻIJIET APPLIKABBLI GĦAL DJAR LI JIPPROĊESSAW IL-KAĊĊA

(a)għasafar żgħar tal-kaċċa: | 0,005 Euro/annimal |

(b)kaċċa żgħira li ma ttirx: | 0,01 Euro/annimal |

(ċ)għasafar li ma jtirux: | 0,5 Euro/annimal |

(d)mammali ta' l-art:

—ħnieżer selvaġġi: | 1,5 Euro/annimal |

—ruminanti: | 0,5 Euro/annimal |

IL-KAPITOLU IV

RATI MINIMI GĦAT-TARIFFI JEW PIŻIJIET APPLIKABBLI GĦALL-PRODUZZJONI TAL-ĦALIB

- Euro 1 kull 30 tunellata metrika

u

- Euro 0,5 kull tunellata metrika, wara dan.

IL-KAPITOLU V

RATI MINIMI GĦAT-TARIFFI JEW PIŻIJIET APPLIKABBLI GĦALL-PRODUZZJONI U TQEGĦID FIS-SUQ TA' PRODOTTI MIS-SAJD U PRODOTTI MILL-AKWAKULTURA

(a) l-ewwel tqegħid fis-suq ta' prodotti mis-sajd u akwakultura:

- 1 Euro/tunellata metrika għall-ewwel 50 tunellata metrika fix-xahar;

- 0,5 Euro/tunellata metika, wara dan.

(b) l-ewwel bejgħ f'suq tal-ħut

- 0,5 Euro/tunellata metrika għall-ewwel 50 tunellata metrika fix-xahar;

- 0,25 Euro/tunellata metika, wara dan.

(ċ) l-ewwel bejgħ fil-każ ta' nuqqas ta' gradazzjoni għall-freskezza jew gradazzjoni għall-freskezza insuffiċjenti u/jew id-daqs skond ir-Regolamenti (KEE) Nru 103/76 u (KEE) Nru 104/76:

- 1 Euro/tunellata metrika għall-ewwel 50 tunellata metrika fix-xahar;

- 0,5 Euro/tunellata metika, wara dan.

It-tariffi miġbura fuq l-ispeċi msemmija fl-Anness II tar-Regoolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3703/85 m'għandhomx jeċċedu l-Euro 50 kull kunsinna.

L-Istati Membri għandhom jiġbru 0,5 Euro/tunellata metrika għall-ipproċessar ta' prodotti mis-sajd u l-akwakultura.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

ATIVITAJIET U RATI MINIMI APPLIKABBLI GĦAT-TARIFFI JEW PIŻIJIET RELATATI MAL-KONTROLLI UFFIĊJALI TA' MERKANZIJA U ANNIMALI ĦAJJIN INTRODOTTI FIL-KOMUNITÀ

TAQSIMA A: ATTIVITAJIET JEW KONTROLLI

L-attivitajiet koperti bid-Direttivi 97/78/KE u 91/496/KEE li għalihom l-Istati Membri huma fil-present jiġbru tariffi skond id-Direttiva 85/73/KEE.

TAQSIMA B: TARIFFI JEW PIŻIJIET

IL-KAPITOLU I

Tariffi applikabbli għall-laħam importat

Ir-rati minimi ta' tariffa għall-kontroll uffiċjali fuq l-importazzjoni ta' kunsinna ta' laħam huma ffissati fi:

- Ewro 55 kull kunsinna sa sitt tunellati metriċi,

u

- Ewro 9 kull tunellata metrika, sa 46 tunellata metrika, wara dan,

jew

- Ewro 420 kull kunsinna, 'l fuq minn 46 tunellata metrika.

IL-KAPITOLU II

TARIFFI APPLIKABBLI GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET TA' PRODOTTI MIS-SAJD

1. It-tariffa minima għall-kontroll uffiċjali fuq l-importazzjoni ta' kunsinni ta' prodotti mis-sajd hija ffissata fi:

- Ewro 55 kull kunsinna, sa sitt tunellati metriċi,

u

- Ewro 9 kull tunellata metrika, sa 46 tunellata metrika, wara dan,

jew

- Ewro 420 kull kunsinna, 'l fuq minn 46 tunellata metrika.

2. L-ammont imsemmi hawn fuq fuq kontroll uffiċjali ta' l-importazzjoni ta' kunsinni ta' prodotti mis-sajd, trasportati bħala break bulk shipment, għandu jkun:

- Ewro 600 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti mis-sajd sa 500 tunellata metrika,

- Ewro 1200 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti mis-sajd sa 1000 tunellata metrika,

- Ewro 2400 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti mis-sajd sa 2000 tunellata metrika,

- Ewro 3600 kull bastiment b'tagħbija ta' prodotti mis-sajd b'tagħbija ta' aktar minn 2000 tunellata metrika.

3. Fil-każ ta' prodotti mis-sajd maqbuda fl-ambjent naturali tagħhom direttament imniżżla l-art minn bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' pajjiż terz, id-dispożizzjonijiet preskritti fl-Anness IV, Taqsima B, Kapitolu V, punt (a) għandhom japplikaw.

IL-KAPITOLU III

TARIFFI JEW PIŻIJIET APPLIKABBLI GĦALL-PRODOTTI TAL-LAĦAM, LAĦAM TAT-TJUR, LAĦAM TA' KAĊĊA SELVAĠĠA, LAĦAM TAL-FENEK, LAĦAM TA' KAĊĊA MROBBIJA, BI-PRODOTTI U GĦALF TA' ORIĠINI MILL-ANNIMALI

1. It-tariffa minima għall-kontroll uffiċjali fuq l-importazzjoni ta' kunsinna ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali minbarra dawk imsemmija fil-kapitoli I u II jew kunsinna ta' bi-prodotti ta' oriġini mill-annimali jew kunsinna ta' għalf, hija ffissata fi:

- Ewro 55 kull kunsinna, sa sitt tunellati metriċi,

u

- Ewro 9 kull tunellata metrika, sa 46 tunellata metrika, wara dan,

jew

- Ewro 420 kull kunsinna, 'l fuq minn 46 tunellata metrika.

2. L-ammont imsemmi hawn fuq għall-kontroll uffiċjali fuw l-importazzjoni ta' kunsinna ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali minbarra dawk imsemmija fil-Kapitoli I u II, kunsinna bi-prodotti ta' oriġini mill-annimali jew kunsinna ta' għalf trasportat bħala break bulk shipment, għandu jkun:

- Ewro 600 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti sa 500 tunellata metrika,

- Ewro 1200 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti sa 1000 tunellata metrika,

- Ewro 2400 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti sa 2000 tunellata metrika,

- Ewro 3600 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti ta' aktar minn 2000 tunellata metrika.

IL-KAPITOLU IV

TARIFFI APPLIKABBLI GĦAL TRANSITU MILL-KOMUNITA' TA' MERKANZIJA U ANNIMALI ĦAJJIN

L-ammont ta' tariffi jew piżijiet għall-kontroll uffiċjali tat-transita ta' merkanzija u annimali ħajjin mill-Komunità huwa ffissat f'livell minimu ta' Ewro 30, miżjud b'Ewro 20 għal kull kwart ta' siegħa għal kull membru ta' l-impjegati nvoluti fil-kontrolli.

IL-KAPITOLU V

TARIFFI APPLIKABBLI GĦALL-IMPORTAZZJONI TA' ANNIMALI ĦAJJIN

1. It-tariffa għall-kontroll uffiċjali fuq l-importazzjoni ta' kunsinna ta' annimali ħajjin hija ffisata:

(a) għal anninmali bovini, equidae, majjali, nagħaġ, mogħoż, tjur, fniek u għasafar żgħar tal-kaċċa jew kaċċa li ma ttirx u l-mammali ta' l-art li ġejjin: ħnieżer selvaġġi u ruminanti, f':

- Ewro 55 kull kunsinna, sa sitt tunellati metriċi,

u

- Ewro 9 kull tunellata metrika, sa 46 tunellata metrika, wara dan,

jew

- Ewro 420 kull kunsinna ta' 'l fuq minn 46 tunellata metrika,

(b) għall-annimali ta' speċi oħra skond in-nefqa attwali ta' l-ispezzjoni espressa jew għal kull annimal jew kull tunellata metrika mportata, f':

- Ewro 55 kull kunsinna, sa 46 tunellata metrika,

jew

- Ewro 420 kull kunsinna ta' 'l fuq minn 46 tunellata metrika,

iżda għandu jiġi miftiehem li dan il-minimu ma japplikax għall-importazzjonijiet ta' l-ispeċi msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/432/KEE.

2. Fuq it-talba ta' Stat Membru, akkonpanjata bid-dokumenti xierqa ta' sostenn u skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 89/662/KEE, livell aktar baxx ta' tariffi jista' jiġi applikat għal importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

KRITERJI LI GĦANDU JINGĦATA KONT TAGĦHOM GĦALL-KALKOLAZZJONI TAT-TARIFFI

1. Is-salarji ta' l-impjegati nvoluti fil-kontrolli uffiċjali

2. L-ispejjeż ta' l-impjegati nvoluti fil-kontrolli uffiċjali, inklużi faċilitajiet, għodda, tagħmir, taħriġ, vjaġġar u nefqiet assoċjati

3. L-ispejjeż ta' l-analiżi tal-laboratorju u t-teħid ta' kampjuni

--------------------------------------------------

L-ANNESS VII

LABORATORJI TA' REFERENZA TAL-KOMUNITÀ

I Laboratorji ta' referenza tal-Komunità għall-għalf u l-ikel

1. Laboratorju ta' referenza tal-Komunità għall-ħalib u prodotti mill-ħalib

Afssa-Lerhqa

F-94700 Maisons-Alfort

2. Laboratorji ta' referenza tal-Komunità għall-analiżi ta' żoonozi (salmonella)

Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM)

3720 BA Bilthoven

The Netherlands

3. Laboratorju ta' referenza tal-Komunità għall-immonitorjar ta' biotossini marini

Ministerio de Sanidad y Consumo

Vigo

Spain

4. Laboratorju ta' referenza tal-Komunità għall-immonitorjar tal-kontaminazzjoni virali jew batterjoloġika ta' molluski bivalvi

The laboratory of the Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science, Weymouth, United Kingdom.

5. Laboratorji ta' referenza tal-Komunità għar-residwi

(a) Għar-residwi elenkati fl-Anness I, Grupp A 1, 2, 3, 4, Grupp B 2 (d) u Grupp B 3 (d) li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM)

3720 BA Bithoven

The Netherlands

(b) Għar-residwi elenkati fl-Anness I, Grupp B 1 u B 3 (e) li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE u carbadox u olaquidonx

Laboratoires d'études et de recherches sur les médicaments vétérinaires et les désinfectants

AFSSA - Site de Fougères

BP 90203

France

(ċ) Għar-residwi elenkati fl-Anness I, Grupp A 5ud Grupp B 2 (a), (b), (e) li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (BVL)

Postfach 140162

D-53056 Bonn

(d) Għar-residwi elenkati fl-Anness I, Grupp B 2 (ċ) u Grupp B 3 (a), (b), (c) li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

Instituto Superiore di Sanità

I-00161 -Roma

6. Il-laboratorju ta' referenza tal-Komunità għal spongiform encephalopathies trasmissibbli (TSEs)

Il-laboratorju msemmij fl-Anness X, Kapitolu B tar-Regolament (KE) Nru 999/2001

7. Il-laboratorju ta' referenza tal-Komunità għal addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali

Il-laboratorju msemmi fl-Anness II li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar adittivi għall-użu f'nutriment għall-annimali [1]

8. Il-laboratorju ta' referenza tal-Komunità għal organiżmi ġenetikament modifikati (GMOs)

Il-laboratorju msemmi fl-Anness li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar għalf u ikel ġenetikament modifikati [2].

9. Il-laboratorju ta' referenza tal-Komunità għal materja; maħsub biex jiġi f'kuntatt ma' oġġetti ta' l-ikel

Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni

Il laboratorji ta' referenza tal-Komunità għas-saħħa ta' l-annimali

[1] ĠU L 268, tat-18.10.03, p. 29.

[2] ĠU L 268, tat-18.10.03, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VIII

REGOLI TA' IMPLIMENTAZZJONI LI JIBQGĦU FIS-SEĦĦ BIS-SAĦĦA TA' L-ARTIKOLU 61

1. Ir-regoli ta' implimentazzjoni bbażati fuq id-Direttiva 70/373/KEE dwar l-introduzzjoni ta' metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' għalf għall-annimali

(a) L-Ewwel Direttiva tal-Kummissjoni 71/250/KEE tal-15 ta' Ġunju 1971 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' l-analiżi ta' kontroll uffiċjali ta' l-għalf għall-annimali [1]

(b) It-tieni Direttiva tal-Kummissjoni 71/393/KEE tat-18 ta' Novembru 1971 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' l-analiżi ta' kontroll uffiċjali ta' l-għalf għall-annimali [2]

(ċ) It-Tielet Direttiva tal-Kummissjoni 72/199/KEE tas-27 ta' April 1972 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' l-analiżi ta' kontroll uffiċjali ta' l-għalf għall-annimali [3]

(d) Ir-Raba' Direttiva tal-Kummissjoni 73/46/KEE tal-5 ta' Diċembru 1972 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' l-analiżi ta' kontroll uffiċjali ta' l-għalf għall-annimali [4]

(e) L-Ewwel Direttiva tal-Kummissjoni 76/371/KEE ta' l-1 ta' Marzu 1976 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità għat-teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta' għalf għall-annimali [5]

(f) Is-Seba' Direttiva tal-Kummissjoni 76/372/KEE ta' l-1 ta' Marzu 1976 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' l-analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' l-għalf għall-annimali [6]

(g) It-Tmien Direttiva tal-Kummissjoni 78/633/KEE tal-15 ta' Ġunju 1978 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' l-analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' l-għalf għall-annimali [7]

(h) Id-Disa' Direttiva tal-Kummissjoni 81/715/KEE tal-31 ta' Ġunju 1981 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' l-analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' l-għalf għall-annimali [8]

(i) L-Għaxar Direttiva tal-Kummissjoni 84/425/KEE tal-25 ta' Lulju 1984 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' l-analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' l-għalf għall-annimali [9]

(j) Il-Ħdax-il Direttiva tal-Kummissjoni 93/70/KEE tat-28 ta' Lulju 1993 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' l-analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' l-għalf għall-annimali [10]

(k) It-Tnax-il Direttiva tal-Kummissjoni 93/117/KE tas-17 ta' Diċembru 1993 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' l-analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' l-għalf għall-annimali [11]

(l) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/64/KE tat-3 ta' Settenbru 1998 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' analiżi għall-istabbiliment ta' aċidi amino, żjut mhux maħduma u xaħmijiet, u olaquindox f'għalf għall-annimali [12]

(m) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/126/KE tat-23 ta' Diċembru 2003 dwar il-metodu analitiku għall-istabbiliment ta' kostitwenti ta' oriġini mill-annimali għall-kontroll uffiċjali ta' għalf għall-annimali [13]

(n) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/27/KE ta' l-20 ta' April 1999 li tistabbilixxi metodi ta' analiżi għall-istabbiliment ta' amprolium, diclazuril u carbadox f'għalf għall-annimali [14]

(o) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/76/KE tat-23 ta' Lulju 1999 li tistabbilixxi metodu ta' analiżi għall-istabbiliment ta' lasalocid sodium f'għalf għall-annimali in feedingstuffs [15]

(p) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/45/EC tas-6 ta' Lulju 2000 li tistabbilixxi metodu ta' analiżi għall-istabbiliment ta' vitamina A, vitamina E u tryptophan f'għalf għall-annimali [16]

(q) Id-Direttiva 2002/70/KE tas-26 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-istabbiliment tal-livelli ta' diossini u PCBs simili għad-diossini fl-għalf għall-annimali [17]

2. Ir-regoli ta' implimentazzjoni bbażati fuq id-Direttiva 95/53/KE tal-25 ta' Ottubru 1995 jiffissaw il-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjonijiet ta' spezzjonijiet uffiċjali fil-qasam tan-nutriment ta' l-annimali

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/68/KE ta' l-10 ta' Settembru 1998 li tippreskrivi d-dokument standard imsemmi fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE u ċerti regoli għall-verifiki ma l-introduzzjoni fil-Komunità ta' għalf għall-annimali minn pajjiżi terzi [18].

[1] ĠU L 155, tat-12.7.1971, p. 13. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/27/KE (ĠU L 118, tas-6.5.1999, p. 36).

[2] ĠU L 279, ta’ l-20.12.1971, p. 7. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/64/KE (ĠU L 257, tad-19.9.1998, p. 14).

[3] ĠU L 123, tad-29.5.1972, p. 6. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/79/KE (ĠU L 209, tas-7.8.1999, p. 23).

[4] ĠU L 83, tat-30.3.1973, p. 21. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/27/KE.

[5] ĠU L 102, tal-15.4.1976, p. 1.

[6] ĠU L 102, tal-15.4.1976, p. 8. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/14/KE (ĠU L 94, tat-13.4.1994, p. 30).

[7] ĠU L 206, tad-29.7.1978, p. 43. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 84/4/KEE (ĠU L 15, tat-18.1.1984, p. 28).

[8] ĠU L 257, ta’ l-10.9.1981, p. 38.

[9] ĠU L 238, tas-6.9.1984, p. 34.

[10] ĠU L 234, tas-17.9.1993, p. 17.

[11] ĠU L 329, tat-30.12.1993, p. 54.

[12] ĠU L 257, tad-19.9.1998, p. 14.

[13] ĠU L 339, ta’ l-24.12.2003, p. 78.

[14] ĠU L 118, tas-6.5.1999, p. 36.

[15] ĠU L 207, tas-06.08.99, p. 13.

[16] ĠU L 174, tat-13.07.00, p. 32.

[17] ĠU L 209, tas-06.08.02, p. 15.

[18] ĠU L 261, ta’ l-24.09.98, p. 32.

--------------------------------------------------