32002L0067



Official Journal L 191 , 19/07/2002 P. 0020 - 0021


Id-Direttiva tal-Kummisjoni 2002/6/KE

tat-18 ta' Lulju 2002

dwar l-ittikkettjar ta' oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom il-kinina u lill-oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom il-kaffeina

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Direttiva tal-Kunsill 2000/13/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000, fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/101/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) u (3) tagħha,

Billi:

(1) Il-kinina u l-kaffeina huma wżati fil-produzzjoni jew it-tħejjija ta' ċerti oġġetti ta' l-ikel, jew bħala taħwir jew, fil-każ tal-kaffeina, bħala ingredjent. Għall-biċċa l-kbira tal-konsumaturi, il-konsum ta' dawn is-sustanzi fil-moderazzjoni x'aktarx li ma jippreżenta l-ebda riskji għas-saħħa.

(2) Skond il-konklużjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel, ma teżisti l-ebda oġġezzjoni mil-lat tat-tossikoloġija għall-użu ssoktat tal-kinina f’ċertu livell massimu fix-xorb morr. Madankollu, il-konsum tal-kinina jista’ jiġi kontro-indikat għal ċerti persuni għal raġunijiet mediċi, jew minħabba illi huma ipersensittivi għas-sustanza.

(3) Safejn u sakemm jinteressa l-kaffeina, il-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel, fl-opinjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 1999 dwar il-kafeina u sustanzi oħra wżati bħala ingredjenti fix-"xorb ta' l-enerġija", ikkonkluda illi, għall-adulti minbarra n-nisa tqal, il-kontribuzzjoni tax-"xorb ta' l-enerġija" rigward il-konsum totali tal-kaffeina ma deherx li huwa kawża tat-tħassib, bl-assunzjoni illi x-"xorb ta' l-enerġija" jieħu l-post ta' sorsi oħra tal-kaffeina. Madankollu, għat-tfal, żieda fit-teħid ta' kuljum tal-kaffeina sa ċertu livell tal-konsum ta' kuljum jista’ jġib miegħu bidliet temporanji fl-imġiba, bħalma huma l-eċċitabbiltà, l-irritabbiltà u n-nervożiżmu jew l-ansjetà miżjuda. B'żieda ma dan, għan-nisa tqal, il-veduta tal-Kumitat hija illi l-moderazzjoni fit-teħid tal-kaffeina mhux rakkomandat.

(4) Dawn is-sejbiet jagħmluha meħtieġ li jiġi pprovvdut tikkettjar li jagħti lill-konsumatur tagħrif ċar dwar il-preżenza jew xorta oħra tal-kinina jew tal-kaffeina f'oġġett ta' l-ikel u, fil-każ tal-kaffeina, li jiġi pprovvdut messaġġ ta' twissija u indikazzjoni bl-ammont tal-kaffeina, meta din tkun f'eċċess minn livell speċifikat, fix-xorb li ma jkunx fih il-kaffeina b'mod naturali.

(5) Id-Direttiva 200/13/KE ma tipprovdix għas-semmija obbligatorja u speċifika tat-taħwir fil-lista ta' l-ingredjenti. Il-kinina jew il-kaffeina, użati bħala taħwir, jistgħu bħala riżultat ma jiġux elenkati b'isimhom fl-ingredjenti. Barra minn hekk, saħansitra meta tissemma l-kaffeina bħala ta' hekk fil-lista ta' l-ingredjenti, ma teżisti l-ebda ħtieġa li tindika jekk il-livell ikunx għoli.

(8) Uħud mill-Istati Membri illeġislaw fuq livell nazzjonali fejn jagħmluha obbigatorju li tissemma l-preżenza tal-kinina u/jew tal-kaffeina dwar it-tikketti fuq l-oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom dawn s-sustanzi, f'ċerti każi wkoll billi jiddikjaraw ukoll l-ammont tal-kaffeina, bi twissija. L-eżistenza u l-applikazzjoni ta' leġislazzjonijiet nazzjonali differenti jikkawżaw problemi tekniċi għall-kummerċ intra-Komunitarju fl-oġġetti ta' l-ikel konċernati.

(7) Huwa għalhekk meħtieġ, bil-ħsieb li jiġi pprovvdut it-tagħrif għall-konsumaturi kollha fil-Komunità kollha u li jiġi ffaċilitat il-moviment ħieles tal-prodotti fil-kwistjoni, li jiġu introdotti dispożizzjonijiet armonizzati li japplikaw għall-oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom il-kinina u dawk li jkun fihom il-kaffeina. Dawn id-dispożizzjonijiet iridu jagħmluha meħtieġ li jiġu inklużi partikolaritjiet obbligatorji fuq it-tikketta b’żieda ma’ dawk iddikjrati fid-Direttiva 2000/13/KE.

(8) Il-miżuri provvduti f'din id-Direttivai huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mit-tielet inċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(6) tad-Direttiva 20000/13.KE, il-kinina u/jew il-kaffeina jridu jissemmew b'isimhom fil-lista ta' l-ingredjenti indikati fl-Artikolu 3(1)(2) tad-Direttiva 2000/13/KE, immedjatament wara l-kelma "taħwir".

Artikolu 2

1. Meta xarba li tkun maħsuba għall-konsum mingħajr modifika, jew wara r-rikostituzzjoni tal-prodott ikkonċentrat jew imnixxef, ikun fih il-kaffeina, ikun xi jkun is-sors tiegħu, fi proporzjon f'eċċess ta' 150 mg/l, irid jidher il-messaġġ li ġej fuq it-tikketta fl-istess firxa tal-vista bħall-isem li fuqu jinbigħ il-prodott: "High caffeine content" – "kontenut għoli ta' kaffeijna"

Dan il-messaġġ għandu jiġi segwit, bejn il-brackets u skond l-Artikolu13(2) tad-Direttiva 2000/13/KE, bil-kontenut tal-kaffeina espress f'mg/100 ml.

2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għax-xorb imsejjes fuqil-kafè, it-te jew l-estratt tal-kafè jew tat-te meta l-isem li fuqu jiġi mibjugħ il-prodott jinkludi l-kliem "kafè" jew "te".

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jippermettu l-kummerċ fil-prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mill-1 ta' Lulju 2003.

2. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-kummerċ fil-prodotti li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva mill-1 ta' Lulju 2004.

Madankollu, il-prodotti li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva u li kienu ttikkettjati qabel l-1 ta' Lulju 2004 għandhom jiġu awtorizzati sakemm idumu l-ħażniet.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2003. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-riferenza mal-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal dawn ir-riferenzi għandha tiġi adotta mill-Istati Membri.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-20 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Lulju 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal- Kummissjoni

[1] ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29.

[2] ĠU L 310, tat-28.11.2001, p. 19.

--------------------------------------------------