32000L0058



Official Journal L 244 , 29/09/2000 P. 0078 - 0083


Id-Direttiva tal-Kummisjoni 2000/58/KE

tat-22 ta’ Settembru 2000

li temenda l-Annessi li jinsabu mad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali, l-għalf ta’ l-oriġini mill-annimal u ċerti prodotti ta’ l-oriġini mill-pjanti, inklużi rispettivament il-frott u l-ħxejjex

(Test b'rilevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/48/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq l-għalf ta’ l-oriġini mill-annimal [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/42/KE [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq ċerti prodotti ta’ l-oriġini mill-pjanti inklużi l-frott u l-ħxejjex [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/57/KE [6], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjani fis-suq [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/10/KE [8], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f) tagħha,

Billi:

(1) Is-sustanza attiva ġdida, krexosim-methyl, kienet inkluża fl-Annes I tad-Direttiva 91/414/KEE bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/1/KE [9], għall-użu biss bħala fuġiċidi, mingħajr ma tispeċifika l-kondizzjonijiet partikolari li għandhom impatt fuq l-uċuħ tar-raba’ li jistgħu jkunu ttrattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom krexosim-methyl.

(2) L-imsemmija inklużjoni fl-Anness I kienet ibbażata fuq estimi tat-tagħrif mibgħut dwar l-użu propost bħala fuġiċida fuq ċereali, frott pome (tip tat-tuffieħ) u dwieli. L-informazzjoni li tirrigwardja l-użu ieħor kienet mibgħuta minn ċerti Stati Membri skond il-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE. L-informazzjoni disponibbli kienet irreveduta u hija suffiċjenti biex ikunu stabbiliti ċerti livelli massimi tar-residwi.

(3) Meta ma jeżisti l-ebda livell massimu tal-Komunità tar-residwi jew MRL provviżjonali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu livell nazzjonali provviżorju massimu ta’ residwi bi qbil ma’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE. L-informazzjoni disponibbli kienet irriveduta u hija suffiċjenti biex ikunu stabbiliti ċerti livelli massimi ta' residwi.

(4) Bl-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE l-evalwazzjoni teknika u xjentifika ta’ kresoxim methyl ġiet iffinalizzata fis-16 ta’ Ottubru 1998 fil-format ta’ rapport tal-Kummissjoni ta’ reviżjoni għall-kresoxim methyl. F’dan ir-rapport ta’ reviżjoni d-doża ta’ kuljum (ADI) aċċettabbli għall-kresoxim methyl kienet iffissata bħala 0,4 mg/kg bw. L-esponiment tul il-medda tal-ħajja ta’ konsumaturi ta’ prodotti ta’ l-ikel ittrattati bil-kresoxim methyl ġiet estimata u evalwata bi qbil mal-proċeduri u l-prattiċi użati fil-Komunità Ewropea, waqt li ngħata akkont tal-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-saħħa [10] u ġie kkalkolat li l-livell massimu ta’ residwi stabbilit f’din id-Direttiva ma jagħtix lok li jinqabżu dawk ta’ dan l-ADI.

(5) Effetti akuti tossiċi li jeħtieġu l-iffissar ta’ doża akuta ta’ referenza ma ġewx innotati matul l-evalwazzjoni u d-diskussjoni li ppreċediet l-inklużjoni ta’ kresoxim methyl fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(6) Għal ċerti prodotti agrikoli l-kondizzjonijiet ta’ l-użu għall-kresoxim methyl kienu diġà definiti b’mod li jippermetti l-istabbilar ta’ livelli definittivi massimi ta’ residwi.

(7) Biex ikun assigurat li l-konsumatur ikun protett kif xieraq mill-esponiment għar-residwi fi jew fuq il-prodotti li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda awtorizzazzjoni, huwa prudenti li jkunu stabbiliti livelli proviżorji massimi ta’ residwi fil-limitu l-aktar baxx ta’ stabbillar analitiku għal dawk il-prodotti kollha koperti bid-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE. L-iffissar fil-livell tal-Komunità ta’ livelli massimi proviżorji ta’ residwi ma jżommux lill-Istati Membri milli jistabbilixxu livelli massimi proviżorji għall-residwi tal-kresoxim methyl bi qbil mal-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u bi qbil mal-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE b’mod partikolari l-Parti B, s-Sezzjoni 2.4.2.3 li tinsab ma’ dan l-Anness. Erba’ snin huma meqjusa bħala perjodu suffiċjenti ta’ żmien li matulu għandu jkun stabbilit ħafna aktar użu għall-kresoxim methyl. Wara dak il-perjodu dawn il-livelli massimi proviżorji ta’ residwi għandhom isiru definittivi;

(8) L-imsieħba kummerċjali tal-Komunità kienu ġew ikkonsultati dwar il-livelli stabbiliti f’din id-Direttiva permezz ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli ġew ikkunsidrati. Il-possibbiltà li tkun stabbilita tolleranza dwar livelli massimi ta’ l-importazzjoni tar-residwi għall-pestiċidi/kombinazzjonijiet ta’ uċuħ tar-raba’ speċifiċi għandha tiġi eżaminata mill-Kummisjoni fuq il-bażi tas-sottomissjonijiet ta’ tagħrif aċċettabbli.

(9) L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku għal-Pjanti, b’mod partikolari l-parir u r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi ta’ prodotti ta’ l-ikel ittrattati bil-pestiċidi, kien ingħata akkont tagħhom.

(10) Din id-Direttiva hija bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE:

Residwi tal-pestiċidi | Livell massimu f'mg/kg |

| |

Kresoxim Methyl | 0,05 [11] [12] | ċereali |

L-Artikolu 2

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Parti ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE:

Residwi tal-pestiċidi | Livell massimu f'mg/kg |

| |

Kresoxim methyl (fdal 490M9 [15] għall-ħalib u 490 M 1 [16] għall-laħam, fwied, xaħam u kliewi espressi bħala kresoxim methyl) | 0,05 [13] [14] | Ħalib |

0,02 [13] [14] | Laħam, fwied, xaħam |

0,05 [14] | Kliewi |

Kresoxim methyl | 0,02 [13] [14] | Bajd |

L-Artikolu 3

Il-livelli massimi ta’ residwi għall-kresoxim methyl fl-Anness ta’ din id-Direttiva huma miżjuda ma’ l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE.

L-Artikolu 4

1. Meta l-livelli massimi ta’ residwi għall-kresoxim methyl huma indikati bħala "(p)", dan ifisser li huma proviżorji (p) bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE.

2. Erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-livelli proviżorji massimi ta’ residwi għall-kresoxim methyl fl-Annessi ma jibqgħux proviżorji u jsiru definittivi fis-sens ta’ l-Artikolu 4(1) tad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE jew l-Artikolu 3 tad-Direttiva 90/642/KEE rispettivament.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara dak li fih tkun ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Marzu 2001 l-aktar tard. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2001.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir dik ir-referenza.

L-Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-22 ta’ Settembru 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37.

[2] ĠU L 197, tat-3.8.2000, p. 26.

[3] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 43.

[4] ĠU L 158, tat-30.6.2000, p. 51.

[5] ĠU L 350, ta' l-14.12.1990, p. 71.

[6] Ara l-paġna 76 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[7] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[8] ĠU L 57, tat-2.3.2000, p. 28.

[9] ĠU L 21, tat-28.1.1999, p. 21.

[10] Il-linji ta’ gwida biex titbassar id-doża tad-dieta mittiekla tar-residwi tal-pestiċidi (riveduta), imħejjija mill-GEMS/Programm ta’ l-Ikel b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippublikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa 1997 (WHO/FSF/FOS/97.7)

[11] Jindika l-limitu l-baxx ta' l-istabbillar analitiku.

[13] Jindika l-limitu l-baxx ta' l-istabbillar analitiku.

[15] 490M9 = 2-[2-(4-hydroxy-2-methylphenoxymethyl)phenyl]-2-methoxy-imino-aċidu aċetiku.

[16] 490M1 = 2-methoxyimino-2-[2-(otolyloxymethyl)phenyl]acetic acid.

--------------------------------------------------

ANNESS

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRL | Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi tar-residwi |

Kresoxim methyl |

1.Frott, frisk, imnixxef jew mhux imsajjar, ippreżervat bl-iffriżar, li ma jkunx fih zokkor miżjud; ġewż

i)FROTT TAĊ-ĊITRU (Agrumi) | 0,05 [2] [1] |

Tronġiet | |

Lumi | |

Xkomp | |

Mandolina (inklużi klementini jew ibridi oħra) | |

Larinġ | |

Pomelos | |

Oħrajn | |

ii)ĠEWŻ TAS-SIĠAR (imqaxxra jew le) | 0,1 [2] [1] |

Lewż | |

Ġewż tal-Brażil | |

Ġewż tal-kexju | |

Qastan | |

Ġewż ta' l-Indi | |

Ġellewż | |

Makadamia | |

Peckni | |

Ġews ta' l-Arżnu (prinjoli) | |

Pistaċċi | |

Ġewż | |

Oħrajn | |

iii)FROTT TIP TAT-TUFFIEĦ | 0,2 [2] |

Tuffieħ | |

Lanġas | |

Sfraġel | |

Oħrajn | |

iv)FROTT TA' L-GĦADMA | 0,05 [2] [1] |

Berquq | |

Ċirasa | |

Ħawħ (inklużi nuċiprisk u ibridi simili) | |

Għanbaqar | |

Oħrajn | |

v)KUKKU U FROTT IRQIQ

a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid | 1 [2] |

Għeneb tal-mejda | |

Għeneb ta' l-inbid | |

b)Frawli (apparti minn selvaġġa) | 0,05 [2] [1] |

c)Frott tal-kannamieli (apparti minn selvaġġ) | 0,05 [2] [1] |

Ċawsli skura | |

Dewberries | |

Loganberries | |

Ċawsli (lampone) | |

Oħrajn | |

d)Frott ieħor irqieq u kukku (apparti minn selvaġġ) | 0,05 [2] [1] |

Qerqnin | |

Cranberries | |

Passolina (ħamra, sewdau bajda) | |

Ribes | |

Oħrajn | |

e)Kukku selvaġġi u frott selvaġġ | 0,05 [2] [1] |

vi)MIXXELLANJI

Avokado | |

Banana | |

Tamal | |

Tin | |

Kiwi | |

Kumkwat | |

Litchis | |

Mangi | |

Żebbuġ | 0,2 [2] |

Frott tal-Passjoni | |

Ananas | |

Rummien | |

Oħrajn | 0,05 [2] [1] |

2.Ħxejjex, friski jew mhux imsajra, iffriżati jew imnixxfa

i)ĦXEJJEX BL-GĦERUQ U TUBERUŻI | 0,05 [2] [1] |

Pitravi | |

Karrotti | |

Krafes (ħoxnin) | |

Ravanell | |

Artiċokks | |

Żunnarija bajda | |

Għeruq tat-tursin | |

Ravanell | |

Salsafja | |

Patata ħelwa | |

Rapa Svediża | |

Nevew | |

Yam | |

Oħrajn | |

ii)ĦXEJJEX BIL-BASLA | 0,05 [2] [1] |

Tewm | |

Basal | |

Basal abjad | |

Basal tal-qatta' | |

Oħrajn | |

iii)ĦXEJJEX LI JAGĦMLU L-FROTT

a)Solanacea

Tadam | 0,5 [2] |

Bżar | 1 [2] |

Brunġiel | 0,5 [2] |

Oħrajn | 0,05 [2] [1] |

b)Qara bil-qoxra li tittiekel | 0,05 [2] [1] |

Ħjar | |

Ħjar żgħir | |

Qara bagħli | |

Oħrajn | |

c)Qargħa bil-qoxra li ma tittikilx | 0,2 [2] |

Bettieħ | |

Ilbieba tal-qara' | |

Dulliegħ | |

Oħrajn | |

d)Qamħirrum | 0,05 [2] [1] |

iv)ĦXEJJEX TAL-BRASSIKA | 0,05 [2] [1] |

a)Brassika li tagħmel il-fjuri

Brokkli | |

Pastard | |

Oħrajn | |

b)Ras il-brassika

Brussel sprouts | |

Il-qalba tal-kaboċċa | |

Oħrajn | |

c)Brassika bil-weraq

Kaboċċa Ċiniża | |

Kaboċċi mfelfla | |

Oħrajn | |

d)Ġdur (kolrabi) | |

v)ĦXEJJEX BIL-WERAQ U ĦWAWAR FRISKI | 0,05 [2] [1] |

a)Ħass u simili

Krexxun | |

Ħass tal-ħaruf | |

Ħass | |

Scarole | |

Oħrajn | |

b)Spinaċi u simili

Spinaċi | |

Weraq tal-pitravi (chard) | |

Oħrajn | |

c)Krexxun ta' l-ilma | |

d)Witluf | |

e)Ħwawar

Maxxita | |

Kurrat selvaġġ | |

Tursin, | |

Weraq tal-krafes | |

Oħrajn | |

vi)ĦXEJJEX TAL-LEGUMI (TA' L-IMWIEŻED) (friski) | 0,05 [2] [1] |

Fażola (bil-miżwed) | |

Fażola (bla miżwed) | |

Piżelli (bil-miżwed) | |

Piżelli (bla miżwed) | |

Oħrajn | |

vii)ĦXEJJEX BIZ-ZOKK (friski) | 0,05 [2] [1] |

Sfarġ (asparagus) | |

Karduni | |

Krafes | |

Busbież | |

Qaqoċċ | |

Kurrat | |

Rebarbru | |

Oħrajn | |

viii)FAQQIEGĦ | 0,05 [2] [1] |

a)Faqqiegħ ikkoltivat | |

b)Faqqiegħ selvaġġ | |

3.Ħaxix ta' l-imwieżed | 0,05 [2] [1] |

Fażola | |

Għads | |

Piżelli | |

Oħrajn | |

4.Żrieragħ taż-żejt | 0,1 [2] [1] |

Kittien | |

Karawett | |

Żerriegħa tal-peprin | |

Ġunġlien | |

Żerriegħa tal-ġirasol | |

Żeriegħa tar-ravanell | |

Fażola tas-sojja | |

Żerriegħa tal-mustarda | |

Żerriegħa tal-qoton | |

Oħrajn | |

5.Patata | 0,05 [2] [1] |

Patata bikrija | |

Patata mwaħħra | |

6.Tè (weraq u zkuk niexfa, iffermentati jew xort'oħra, mill-weraq tal-Camellia sinensis) | 0,1 [2] [1] |

7.Ħops (imnixxef), inklużi boċċi tal-ħops u trab mhux ikkonċentrat | 0,1 [2] [1] |

[1] Jindika l-limitu l-baxx ta' l-istabbillar analitiku.

--------------------------------------------------