31991D0478



Official Journal L 256 , 13/09/1991 P. 0059 - 0059


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-8 ta' Lulju 1991li

tikkonċerna l-applikazzjoni provvisorja tal-Minuta Miftehma li temenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-kummerċ ta' prodotti tessili

(91/478/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l- l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu, il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-kummerċ tal-prodotti tad-drapp, li beda fit-28 ta' Ġunju 1986, kien applikat provisorjament mill-1 ta' Jannar 1987 skond, rigward il-Komunità, d-Deċiżjoni 87/460/KEE [1];

Billi, b'Minuta Miftehma [2] bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja tal-21 t'April 1988, il-partijiet ftehmu li jdaħħlu kwantitajiet addizzjonali ta' riserva għall-kategoriji tad-drapp 4 u 5;

Billi l-Ftehim tad-Drappijiet ta' l-1986 jipprovdi għall-possibbiltà li jkunu eżaminati mill-ġdid l-aġġustamenti kwantitattivi tal-kwoti għal ċerti kategoriji, sabiex jippermettu l-introduzzjoni ts-sistema armonizzata.

Billi, wara konsultazzjonijiet bejn il-Komunità u t-Tajlandja, Minuta Miftehma li tgħaqqad, b'effett mill-1 ta' Jannar 1989, il-kwantitajiet addizzjonali ta' riserva mal-kwoti bażiċi fuq il-prodotti tal-kategoriji 4 u 5 ipprovduti fil-Ftehim tad-Drappijiet kienet mibdija mill-partijiet fis-26 ta' Settembru 1990;

Billi, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tal-Ftehim tad-Drappijiet ta' l-1986 u l-Minuta Miftehma ta' qabel tal-25 ta' Marzu 1988 [3] u tal-21 t'April 1988, il-Minuta Miftehma tas-26 ta' Settembru 1990 għandha tkun applikata provisorjament, b'effett mis-26 ta' Settembru 1990, sakemm hemm applikazzjoni reċiproka provisorja fuq il-parti tar-Renju tat-Tajlandja,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tagħha, l-Minuta Miftehma tas-26 ta' Settembru 1990 li temenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-kummerċ tal-prodotti tad-drappijiet għandha tkun applikata provisorjament fil-Komunità, b'effett mis-26 ta' Settembru 1990, sakemm hemm applikazzjoni reċiproka provisorja min-naħa tar-Renju tat-Tajlandja.

It-test tal-Minuta Miftehma huwa anness ma "din id-Deċiżjoni."

Artikolu 2

Il-Kummissjoni hija mistiedna li tfittex ftehim mal-Gvern tar-Renju tat-Tajlandja dwar l-applikazzjoni provisorja tal-Minuta Miftehma riferuta fl-Artikolu 1 u li tavża lill-Kunsill b'dan.

Magħmula fi Brussell, fit-8 ta' Lulju 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Kok

[1] ĠU L 255, tal-5.9.1987, p. 127.

[2] ĠU L 95, tat-8.4.1989, p. 30.

[3] ĠU L 95, tat-8.4.1989, p. 28.

--------------------------------------------------