31991D0179



Official Journal L 089 , 10/04/1991 P. 0039 - 0044
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0257
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0257


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-25 ta' Marzu 1991

dwar l-aċċettazzjoni tat-termini tar-riferenza tal-Grupp Internazzjonali ta' l-Istudju tar-Ram

(91/179/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 116 tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi t-termini tar-riferenza tal-Grupp Internazzjonali ta' l-Istudju tar-Ram kienu adottati f'Ġinevra fl-24 ta' Frar 1989 mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Ram;

Billi l-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali li ħadu sehem fil-Konferenza ntalbu jinformaw lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-aċċettazzjoni tagħhom tat-termini tar-referenza skond il-paragrafu 22 (b) tiegħu;

Billi l-Grupp ta' Studju se jwettaq attività importanti ta' analiżi u sorveljanza tas-suq u tal-kummerċ tar-ram;

Billi l-istruttura istituzzjonali tal-Grupp Internazzjonali ta' l-Istudju tar-Ram kif imniżżel fit-termini tar-referenza tiegħu, tinsinwa parteċipazzjoni konġunta mill-Komunità u dawk l-Istati Membri li qablu mat-termini tar-referenza;

Billi ċerti Stati Membri wrew l-intenzjoni tagħhom li jieħdu sehem fil-Grupp ta' l-Istudju;

Billi l-Komunità u dawk l-Istati Membri li deċidew li jieħdu sehem fil-proċeduri tal-Grupp ta' l-Istudju għandhom għalhekk, fuq il-bażi ta' pożizzjoni komuni, jiddepożitaw l-istrumenti ta' l-aċċettazzjoni tagħhom fl-istess ħin,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-termini tar-referenza tal-Grupp Internazzjonali ta' l-Istudju tar-Ram huma hawnhekk aċċettati mill-Komunità Ekonomika Ewropea.

Il-Komunità u dawk l-Istati Membri li f'dan l-istadju deċidew li jieħdu sehem fil-proċeduri tal-Grupp ta' l-Istudju għandhom fl-istess ħin jiddepożitaw l-istrumenti ta' l-aċċettazzjoni tagħhom mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti hekk kif jitlestew il-proċeduri interni meħtieġa.

It-test tat-termini tar-referenza huwa anness ma‘ dan.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuni li jkollhom is-setgħa li jiddepożitaw l-istrumenti ta' l-aċċettazzjoni f'isem il-Komunità.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Marzu 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Steichen

--------------------------------------------------

ANNESS

TERMINI TAR-REFERENZA TAL-GRUPP INTERNAZZJONALI TA' L-ISTUDJU TAR-RAM

Twaqqif

1. Il-Grupp Internazzjonali ta' l-Istudju tar-Ram huwa hawnhekk stabbilit biex jamministra d-dispożizzjonijiet u jissorvelja l-operazzjoni ta' dawn it-termini tar-referenza.

Għan

2. Biex jiżguraw titjib fil-koperazzjoni internazzjonali dwar kwistjonijiet dwar ir-ram, billi jtejbu l-informazzjoni disponibbli fuq l-ekonomika internazzjonali tar-ram u billi jipprovdu forum għall-konsultazzjonijiet intergovernattivi dwar ir-ram.

Definizzjonijiet

3. (a) "Il-Grupp" ifisser il-Grupp Internazzjonali ta' l-Istudju tar-Ram kif kostitwit f'dawn it-termini tar-referenza.

(b) "Ram" ifisser metall mhux maħdum u konċentrati tar-ram: metal tar-ram mhux irfinut u rfinut, inkluż ram sekondarju; ligi tar-ram, fdalijiet, biċċiet u residwi tar-ram; prodotti nofshom immanifatturati u t-tali prodotti oħra tar-ram li l-Grupp jista' jistabbilixxi.

(ċ) "Membri" tfisser l-Istati u l-organizzazzjonijiet intergovernattivi kollha kif ipprovdut fil-paragrafu 5 li nnotifikaw l-aċċettazzjoni tagħhom skond il-paragrafu 22.

Funzjonijiet

4. Biex jilħaq l-għanijiet tiegħu, il-Grupp għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a) li jwettaq konsultazzjonijiet u skambji ta' informazzjoni fl-ekonomija internazzjonali tar-ram;

(b) li jtejjeb l-istatistiċi dwar ir-ram;

(ċ) li jwettaq estimi regolari tas-sitwazzjoni u d-dehra tas-suq ta' l-industrija dinjija tar-ram;

(d) li jwettaq studji dwar kwistjonijiet ta' interess għall-Grupp;

(e) li jwettaq attivitajiet dwar l-isforzi li qed jagħmlu organizzazzjonijiet oħra immirati biex jiżviluppaw is-suq tar-ram u li jikkontribwixxu għad-domanda tar-ram;

(f) li jikkunsidra problemi jew diffikoltajiet speċjali li jeżistu jew li jistgħu jinħolqu fl-ekonomija internazzjonali tar-ram.

Il-Grupp għandu jwettaq il-funzjonijiet ta' hawn fuq mingħajr deroga mid-dritt ta' kull membru li jamministra l-aspetti kollha ta' l-ekonomija domestika tar-ram tiegħu u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-ġuridika tagħhom.

Sħubija

5. L-isħubija fil-Grupp għandha tkun miftuħa għall-Istati kollha li huma interessati fil-produzzjoni jew il-konsum ta', jew il-kummerċ internazzjonali fi, ir-ram, u għal kull organizzazzjoni intergovernattiva li għandha r-responsabbiltajiet dwar l-innegozjar, il-konklużjoni u l-applikazzjoni ta' ftehim internazzjonali, b'mod partikolari ftehim dwar prodotti.

Poteri tal-Grupp

6. (a) Il-Grupp għandu jeserċita t-tali poteri u jieħu azzjoni jew jirranġa biex tittieħed azzjoni kif għandu jkun meħtieġ biex jitwettqu u jiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dawn it-termini tar-referenza.

(b) Il-Grupp m'għandux ikollu l-poter, direttament jew indirettament, li jidħol f'xi kuntratt għal skopijiet ta' kummerċ fir-ram jew f'xi merkanzija jew prodott ieħor, jew xi kuntratt għal transazzjonijiet futuri; lanqas ma għandu jkollu l-poter li jidħol f'xi obbligi finanzjarji għat-tali skopijiet.

(ċ) Il-Grupp għandu jadotta t-tali regoli tal-proċedura li jitqiesu meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu u li jkunu suġġetti għal, u mhux inkonsistenti ma', dawn it-termini tar-referenza.

(d) Il-Grupp ma jkollux il-poter u ma jitqiesx li huwa awtorizzat mill-membri tiegħu li jidħol f'xi obbligi barra l-iskop ta' dawn it-termini tar-referenza jew tar-regoli tal-proċedura.

Kwartieri Ġenerali

7. Il-kwartieri ġenerali tal-Grupp għandhom ikunu f'lokalità magħżula mill-Istat membru, sakemm il-Grupp ma jiddeċidix mod ieħor. Il-Grupp għandu jinnegozja Ftehim tal-Kwartieri ġenerali mal-gvern li qed jilqgħu li għandu jkun konkluż malajr kemm jista' jkun wara li dawn it-termini tar-referenza jkunu daħlu fis-seħħ.

Teħid ta' deċiżjonijiet

8. (a) L-ogħla awtorità tal-Grupp stabbilita taħt dawn it-termini tar-referenza għandha tingħata fis-Seduta Ġenerali.

(b) Il-Grupp, il-Kumitat Permanenti riferut fil-paragrafu 9, u t-tali kumitati u korpi sussidjarji li jistgħu jkunu stabbiliti, għandhom jieħdu deċiżjoni b'kunsens ġenerali u mingħajr vot, għajr fil-każ ta' deċiżjonijiet li għaliha maġġoranza speċifika ta' voti hija speċifikata f'dawn it-termini tar-referenza jew fir-regoli tal-proċedura.

(ċ) Kull Stat Membru għandu jkun intitolat għal vot wieħed.

Kumitat Permanenti

9. (a) Il-Grupp għandu jistabbilixxi Kumitat Permanenti, li jkun magħmul minn dawn il-membri tal-Grupp li indikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fix-xogħol tiegħu.

(b) Il-Kumitat Permanenti għandu jwettaq it-tali kompiti li jistgħu jkunu assenjati lilu mill-Grupp u għandu jirrapporta lill-Grupp mat-tlestija, jew dwar il-progress, tax-xogħol tiegħu.

Kumitati u korpi sussidjarji

10. Il-Grupp jista' jistabbilixxi kumitati jew korpi sussidjarji oħra, minbarra l-Kumitat Permanenti, bit-tali termini u kondizzjonijiet li jista' jistabbilixxi.

Is-Segretarjat

11. (a) Il-Grupp għandu jkollu Segretarjat magħmul minn Segretarju Ġenerali u t-tali persunal kif jista' jkun meħtieġ.

(b) Is-Segretarju Ġenerali għandu jkun il-kap uffiċjal amministrattiv tal-Grupp u għandu jkun responsabbli lejh għall-amministrazzjoni u l-operazzjoni ta' dawn it-termini tar-referenza skond id-deċiżjonijiet tal-Grupp.

Koperazzjoni ma' oħrajn

12. (a) Il-Grupp jista' jagħmel l-arranġamenti għall-konsultazzjoni jew il-koperazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti, l-korpi jew aġenziji speċjalizzati tagħhom, u ma' organizzazzjonijiet intergovernattivi oħra, kif xieraq.

(b) Il-Grupp jista' wkoll jagħmel l-arranġamenti li jqis xierqa biex jinżamm kuntatt ma' gvernijiet interessati li mhux qed jieħdu sehem, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra li mhux governattivi, jew ma' istituzzjonijiet tas-settur privat, kif xieraq.

(ċ) L-osservaturi jistgħu jkunu mistiedna jattendu laqgħat tal-Grupp jew il-korpi sussidjarji tiegħu bit-tali termini u kondizzjonijiet li jistgħu jiddeċiedu l-Grupp jew dawk il-korpi.

Relazzjoni mal-Fond Komuni

13. Il-Grupp jista' japplika biex ikun innominat bħala Korp Internazzjonali tal-Merkanzija (ICB) taħt l-Artikolu 7(9) tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fond Komuni għall-Merkanzija, għall-iskop ta' l-isponsorizzazzjoni, skond id-dispożizzjonijiet ta' dawn it-termini tar-referenza, tal-proġetti tar-ram li għandhom jkunu ffinanzjati mill-Fond permezz tat-Tieni Kont tiegħu. Deċiżjonijiet dwar l-isponsorship tat-tali proġetti għandhom normalment jittieħdu b'kunsens ġenerali. Jekk kunsens ġenerali ma jistax jintlaħaq, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'vot ta' maġġoranza ta' żewġ terzi. Il-Grupp m'għandux jidħol f'xi obbligi finanzjarji dwar it-tali proġetti; lanqas m'għandu jaġixxi bħala aġenzija ta' eżekuzzjoni għal kull tali proġett.

Stat legali

14. (a) Il-Grupp għandu jkollu personalità legali. Għandu, b'mod partikolari, iżda suġġett għall-paragrafu 6 (b), jkollu l-kapaċità li jidħol f'kuntratti, li jakkwista u jneħħi proprjetà mmobbli, u li jibda proċeduri ġudizzjarji.

(b) L-istat tal-Grupp fit-territorju tal-gvern li qed jilqgħu għandu jkun irregolat mill-Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali bejn il-gvern li qed jilqgħu u l-Grupp.

Kontribuzzjonijiet lejn l-estimi

15. (a) Kull membru għandu jikkontribwixxi għall-estimi ta' kull sena approvati mill-Grupp skond id-dispożizzjonijiet tar-regoli tal-proċedura. Għall-iskop ta' l-istima tal-kontribuzzjonijiet tal-membri, 50 % ta' l-estimi għandhom jitqassmu indaqs bejniethom; 25 % għandhom jitqassmu bejn l-Istati membri skond il-proporzjon tas-sehem tagħhom fl-esporti u l-importi totali ta' l-Istati membri tal-metall mhux maħdum u l-konċentrati tar-ram, mkejlin bħala kontenut ta' metal tar-ram, u ram mhux irfinut u rfinut; u l-bqija tal-25 % għandhom jitqassmu fost l-Istati membri fil-proporzjon tas-sehem tagħhom f'total li jkun magħmul mill-produzzjoni tal-minjieri jew il-konsum tar-ram irfinut ta' kull Stat Membru, liema jkun l-akbar. Il-kalkolu ta' dan is-sehem għandu jkun ibbażat fuq l-aħħar tliet snin kalendarji li fihom statistiċi għad-diposizzjoni.

(b) Il-Grupp għandu jistabbilixxi l-kontribuzzjoni ta' kull membru għal kull sena finanzjarja f'munita li għandha tkun deċiża mill-Grupp u skond id-dispożizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet speċifikati fir-regoli tal-proċedura. Il-pagament tal-kontribuzzjoni minn kull membru għandu jsir skond il-proċeduri kostituzzjonali tiegħu.

(ċ) Barra l-kontribuzzjonijiet ta' l-estimi, il-Grupp jista' jaċċetta donazzjonijiet minn sorsi esterni.

Statistiċi u informazzjoni

16. (a) Il-Grupp għandu jiġbor, jgħaqqad u jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-membri t-tali informazzjoni statistikali dwar il-produzzjoni, il-kummerċ, il-ħażniet u l-konsum tar-ram, inkluż il-konsum minn swieq peċifiċi u industriji ta' l-aħħar użu, li jqis xieraq għall-operazzjoni effettiva ta' dawn it-termini tar-referenza, kif ukoll l-informazzjoni riferuta fis-subparagrafu (b) ta' hawn taħt.

(b) Il-Grupp għandu jagħmel it-tali arranġamenti li jikkunsidra xierqa li biha l-informazzjoni tista' tkun skambjata mal-gvernijiet interessati li mhumiex jipparteċipaw u ma' l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u intergovernattivi xierqa sabiex jiżgura id-disponibilità ta' data riċenti u ta' min toqgħod fuqha u kompluta dwar il-produzzjoni, il-konsum, il-ħażniet, il-kummerċ internazzjonali, l-prezzijiet internazzjonali rikonoxxuti internazzjonalment tar-ram, it-teknoloġija, l-attivitajiet tar-riċerka u ta' l-iżvilupp u fuq fatturi oħra li jinfluenzaw id-domanda għal u l-provvista tar-ram.

(ċ) Il-Grupp għandu jfittex li jiżgura li l-ebda informazzjoni li tqiegħdet għad-dispożizzjoni minnu ma tippreġudika l-kunfidenzalità ta' l-operazzjonijiet tal-gvern jew tal-persuni jew l-impriżi li jipproduċu, jipproċessaw, jippromwovu jew jikkonsmaw ir-ram.

Stima u rapporti ta' kull sena

17. (a) Il-Grupp għandu jwettaq stima kull sena tas-sitwazzjoni dinjija tar-ram u kwistjonijiet relatati minħabba l-informazzjoni provduta mill-membri u supplimentata b'informazzjoni mis-sorsi relevanti l-oħra kollha. L-istima ta' kull sena għandha tinkludi reviżjoni ta' kapaċità mistennija tal-produzzjoni tar-ram għas-snin li ġejjin u ħarsa lejn il-produzzjoni, il-konsum u l-kummerċ tar-ram għas-sena kalendarja ta' wara, bil-għan li jgħinu l-membri fl-istimi individwali tagħhom ta' l-evoluzzjoni ta' l-ekonomija internazzjonali tar-ram.

(b) Il-Grupp għandu jħejji rapport li jiġbor ir-riżultati ta' l-istima ta' kull sena u jqassmu lill-membri. Jekk il-Grupp jikkunsidrah xieraq, dna ir-rapport, kif ukoll rapporti u studji oħra li jitqassmu lill-membri, jistgħu jitqegħdu għad-dispożizzjoni ta' partijiet interessati oħra skond ir-regoli tal-proċedura.

Żvilupp tas-suq

18. (a) Il-Grupp għandu jżomm diskussjonijiet fost il-membri u bejn il-membri u persuni terzi, bħall-organizzazzjonijiet tar-riċerka fir-ram u ta' l-iżvilupp tas-suq, dwar mezzi kif titkabbar id-domanda u jkun żviluppat is-suq tar-ram. Ġewwa dan il-qafas l-istudji li saru mill-Grupp bħala appoġġ ta' l-iżvilupp tas-suq għandhom jitqassmu lill-organizzazzjonijiet ta' l-iżvilupp tar-ram għall-użu tagħhom biex iħejju proposti ta' proġetti ta' żvilupp fis-suq li għandhom jintbagħtu lill-Grupp biex ikunu kunsidrati. L-eżekuzzjoni ta' dawn il-proġetti għandu jitwettaq mill-organizzazzjonijiet ta' l-iżvilupp tas-suq. Il-Grupp jista' jagħżel u jisponsorja proġetti li jkunu finanzjati mill-Fond Komuni permezz tat-Tieni Kont tiegħu.

(b) Il-Grupp għandu joffri li jiffaċilita l-kordinazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet ta' l-iżvilupp tas-suq u jappoġġa l-estensjoni ta' l-attivitajiet ta' l-iżvilupp tas-suq.

Studji

19. (a) Il-Grupp għandu jħejji jew jagħmel l-arranġamenti xierqa biex iwettaq studji ad hoc relatati ma' l-ekonomija internazzjonali tar-ram kif jista' jkun miftiehem mill-Grupp.

(b) L-istudji jistgħu jkunu fihom rakkomandazzjonijiet jew suġġerimenti ġenerali lill-Grupp, iżda t-tali rakkomandazzjonijiet jew suġġerimenti m'għandhomx ikunu ta' deroga mid-dritt ta' kull membru li jamministra l-aspetti kollha ta' l-ekonomija domestika tar-ram tiegħu u jkunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-ġuridizzjoni tagħhom.

Obbligi tal-membri

20. Il-membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jikkoperaw u biex jippromwovu l-kisba ta' l-għan tal-Grupp, b'mod partikolari billi jipprovdu d-data riferuta fil-paragrafu 16 (a).

Emenda

21. Dawn it-termini tar-riferenza jistgħu jkunu emendati biss bil-kunsens ġenerali tal-Grupp.

Dħul fis-seħħ

22. (a) Dawn it-termini tar-referenza għandhom jidħlu fis-seħħ meta l-Istati li flimkien jagħmlu mill-anqas 80 % tal-kummerċ fir-ram, kif ippreżentat fl-Anness ta' dawn it-termini tar-referenza, innotifikaw lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (minn hawnhekk "il quddiem imsejjaħ" id-depożitarju') skond is-subparagrafu (ċ) ta' hawn taħt bl-aċċettazzjoni definittiva ta' dawn it-termini tar-referenza.

(b) Dawn it-termini tar-referenza għandhom jidħlu fis-seħħ b'mod provviżorju meta l-Istati li flimkien jagħmlu mill-anqas 60 % tal-kummerċ fir-ram, kif ippreżentat fl-Anness ta' dawn it-termini tar-referenza, innotifikaw lid-depożitarju skond is-subparagrafu (ċ) ta' hawn taħt bl-aċċettazzjoni provviżorja jew definittiva tagħhom ta' dawn it-termini tar-referenza.

(ċ) Kull Stat jew kull organizzazzjoni intergovernattiva riferuta fil-paragrafu 5 li tixtieq issir membru tal-Grupp għandha tinnotifika d-depożitarju li taċċetta dawn it-termini tar-referenza jew b'mod provviżorju, sakemm ikunu konklużi l-proċeduri interni, jew b'mod definittiv. Kull Stat jew organizzazzjoni intergovernattiva li notifikat l-aċċettazzjoni provviżorja tagħha ta' dawn it-termini tar-referenza għandha tfittex li tlesti l-proċeduri tagħha fi żmien 36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dawn it-termini tar-referenza jew id-data tan-notifika tagħha ta' l-aċċettazzjoni provviżorja, liema tiġi l-aktar tard, u għandha tinnotifika d-depożitarju bit-tlestija tagħhom. Fejn Stat jew organizzazzjoni intergovernattiva m‘humiex kapaċi jlestu l-proċedura tagħħom fil-limitu taż-żmien riferut hawn fuq, il-Grupp jista' jagħti estensjoni ta' żmien lill-Istat jew lill-organizzazzjoni intergovernattiva konċernati.

(d) Jekk il-ħtiġiet tad-dħul fis-seħħ ta' dawn it-termini tar-referenza ma jkunux saru sat-30 ta' Ġunju 1990, id-depożitarju għandu jistieden dawk l-Istati u l-organizzazzjonijiet intergovernattivi li notifikaw l-aċċettazzjoni provviżorja jew definittiva tagħhom ta' dawn it-termini tar-referenza biex jiddeċiedu jekk b'mod provviżorju jew b'mod definittiv idaħħlux fis-seħħ dawn it-termini tar-referenza fosthom jew le.

(e) Meta dawn it-termini jidħlu fis-seħħ, id-depożitarju għandu wara jsejjaħ laqgħa inawgurali tal-Grupp malajr kemm jista' jkun. Il-membri għandhom, fejn possibbli, ikunu notifikati mill-anqas xahar qabel dik il-laqgħa.

Irtirar

23. (a) Kull membru jista' jirtira mill-Grupp f'kull mument billi jagħti avviż bil-miktub ta' l-irtirar lid-depożitarju u lis-Segretarju Ġenerali tal-Grupp.

(b) L-irtirat għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kull obbligu finanzjarju li diġà daħal fih il-membru li qed jirtira u ma jintitolahx għal xi reviżjoni tal-kontribuzzjoni tiegħu għas-sena li fiha jsir l-irtirar.

(ċ) L-irtirat għandu jsir effettiv 60 ġurnata wara li d-depożitarju jirċievi l-avviż.

(d) Is-Segretarju Ġenerali tal-Grupp għandu minnufih jinnotifika kull membru b'kull notifika li jirċievi taħt dan il-paragrafu.

Tmiem

24. (a) Il-Grupp jista' f'kull ħin jiddeċiedi b'vot ta' maġġoranza ta' żewġ terzi ta' l-Istati membri li jtemm dawn it-termini tar-referenza. It-tali tmiem għandu jidħol fis-seħħ fit-tali data li jiddeċiedi l-Grupp.

(b) Minkejja t-tmiem ta' dawn it-termini tar-referenza, il-Grupp għandu jkompli fis-seħħ sakemm hemm bżonn li ssir il-likwidazzjoni tiegħu, inkluż il-ħlas tal-kontijiet.

Riservi

25. L-ebda riserva ma tista' ssir dwar xi dispożizzjoni ta' dawn it-termini tar-riferenza.

--------------------------------------------------

ANNESS

Kummerċ fir-ram [1]

Pajjiż | Esportazzjonijiet | Importazzjonijiet | Kummerċ totali | Sehem (%) |

1000 tunnellata metrika | 1000 tunnellata metrika | 1000 tunnellata metrika |

L-Awstralja | 150,7 | — | 150,7 | 1,41 |

L-Awstrija | 24,2 | 13,3 | 37,5 | 0,35 |

Belġju-Lussemburgu | 222,6 | 430,9 | 653,5 | 6,12 |

Il-Bolivja | 1,0 | — | 1,0 | 0,01 |

Il-Brażil | 2,3 | 153,8 | 156,1 | 1,46 |

Il-Bulgarija | 1,0 | 2,0 | 3,0 | 0,03 |

Il-Kanada | 635,1 | 78,7 | 713,8 | 6,69 |

Iċ-Ċili | 1308,0 | — | 1308,0 | 12,26 |

Iċ-Ċina | 7,0 | 358,9 | 365,9 | 3,43 |

Kuba | 2,7 | 6,5 | 9,2 | 0,09 |

Id-Danimarka | 2,5 | 1,8 | 4,3 | 0,04 |

Il-Finlandja | 21,9 | 54,5 | 76,4 | 0,72 |

Franza | 15,1 | 358,7 | 373,8 | 3,50 |

Ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja | 13,5 | 62,5 | 76,0 | 0,71 |

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja | 70,7 | 713,0 | 783,7 | 7,34 |

Il-Greċja | — | 23,7 | 23,7 | 0,22 |

L-Ungerija | — | 34,0 | 34,0 | 0,32 |

L-Indja | — | 64,6 | 64,6 | 0,61 |

L-Indoneżja | 90,4 | 17,4 | 107,8 | 1,01 |

L-Iran (ir-Repubblika Islamika ta') | 41,7 | — | 41,7 | 0,39 |

L-Irlanda | 0,9 | 0,2 | 1,1 | 0,01 |

L-Italja | 13,1 | 355,7 | 368,8 | 3,46 |

Il-Ġappun | 55,4 | 1217,1 | 1272,5 | 11,92 |

Il-Madagaskar | — | — | — | — |

Il-Messiku | 122,0 | 5,0 | 127,0 | 1,19 |

L-Olanda | 7,6 | 23,1 | 30,7 | 0,29 |

In-Norveġja | 53,5 | 12,0 | 65,5 | 0,61 |

Il-Panama | — | — | — | — |

Il-Papwa Ginea Ġdida | 171,5 | — | 171,5 | 1,61 |

Il-Peru | 343,4 | — | 343,4 | 3,22 |

Il-Filippini | 217,1 | — | 217,1 | 2,03 |

Il-Polonja | 177,1 | 18,4 | 195,5 | 1,83 |

Il-Portugall | 3,1 | 16,7 | 19,8 | 0,19 |

Ir-Repubblika tal-Korea | 4,2 | 177,9 | 182,1 | 1,71 |

Spanja | 86,4 | 97,0 | 183,4 | 1,72 |

L-Isvezja | 81,6 | 81,9 | 163,5 | 1,53 |

It-Tajlandja | — | 17,6 | 17,6 | 0,16 |

It-Turkija | — | 46,3 | 46,3 | 0,43 |

L-Unjoni Sovjetika | 103,3 | 23,6 | 126,9 | 1,19 |

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq | 32,1 | 324,5 | 356,6 | 3,34 |

L-Istati Uniti ta' l-Amerika | 187,9 | 529,1 | 717,0 | 6,72 |

Il-Jugoslavja | 16,5 | 34,5 | 51,0 | 0,48 |

Iż-Żaire | 508,4 | — | 508,4 | 4,76 |

Iż-Żambja | 500,5 | 20,0 | 520,5 | 4,88 |

TOTAL | 5296,0 | 5374,9 | 10670,9 | 100,00 |

--------------------------------------------------