7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/358


61.   Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Karta ma taffettwa bl-ebda mod id-dritt ta' Stat Membru li jilleġisla fil-qasam tal-moralità pubblika, id-dritt tal-familja kif ukoll il-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-integrità fiżika u morali tal-bniedem.