7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/49


Artikolu 198

Ħlief fejn hemm mod ieħor ipprovdut id-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat għandhom ikunu applikabbli għat-territorji Ewropej ta' Stati Membri, u għal territorji extra Ewropej li jkunu suġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom.

Dawn id-disposizzjonijiet għandhom ikunu applikabbli wkoll għal territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom ikunu r-responsabbiltà ta' Stat Membru.

Id-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat għandhom japplikaw għall-Gżejjer Åland skond id-disposizzjonijiet kif stabbiliti fil-Protokoll Nru 2 ta' l-Att li jikkonċerna il-kondizzjonijiet ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Isvezja.

Minkejja l-paragrafi ta' qabel:

(a)

Dan it-Trattat m'għandux japplika għall-Gżejjer Faroe.

Dan it-Trattat m'għandux japplika għall-Goenlandja;

(b)

Dan it-Trattat m'għandux japplika għall-bażijiet sovrani tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq f'Ċipru;

(ċ)

Dan it-Trattat ma japplikax għal dawk il-pajjiżi barra mill-Ewropa u t-territorji li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq li mhumiex elenkati fl-Anness II li jinsab mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

(d)

Dan it-Trattat japplika għaċ-Channel Islands u l-Isle Of Man biss sal-limitu li hu meħtieġ biex tiġi assigurata l-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti għal dawk il-gżejjer stipulati fit-Trattat dwar l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda mal-Komunità Ekonomika Ewropea u mal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar iffirmat fit-22 ta' Jannar 1972.

(Il-punt (e) tħassar)