7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/24


Artikolu 50

Kull emendi meħtieġa għall-istatuti ta' Intrapriżi Konġunti għandha ssir skond id-disposizzjonijiet partikolari stabbiliti għal dak l-iskop fl-imsemmija statuti.

B'dana kollu, emendi bħal dawn m'għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel ma jirċievu l-approvazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond l-istess disposizzjonijiet kif inhuma stabbiliti fl-Artikolu 47.