12003TN08/02



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0826 - 0826


2. IL-LIBERTÀ LI JIĠU PROVDUTI SERVIZZI

1. 31994 L 0019: Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5).

B'deroga mill-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 94/19/KE, il-livell minimu ta' garanzija ma għandux japplika għal-Latvja sal- 31 ta' Dicembru 2007. Il-Latvja għandha tiżgura li l-iskema ta' garanzija tad-depożiti tagħha tipprovdi kopertura ta' mhux anqas minn EUR 10000 sal- 31 ta' Diċembru 2005, u ta' mhux anqas minn EUR 15000 mill- 1 ta' Jannar 2006 sal- 31 ta' Diċembru 2007.

Matul il-perijodu transitorju l-Istati Membri l-oħra jżommu d-dritt li jwaqqfu fergħa ta' xi istituzzjoni ta' kreditu Latvjana stabbilita fuq it-territorji tagħhom milli topera jekk u sakemm din il-fergħa ma tkunx ingħaqdet ma' skema ta' garanzija tad-depożiti rikonoxxuta uffiċjalment fit-territorju ta' l-Istat Membru konċernat sabiex tkopri d-differenza bejn il-livell ta' garanzija tal-Latvja u l-livell minimu li hemm referenza għalih fl-Artikolu 7(1).

2. 31997 L 0009: Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 3 ta' Marzu 1997 dwar skemi għall-kumpens ta' l-investituri (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22).

B'deroga mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 97/9/KE, il-livell minimu ta' kumpens ma għandux japplika għal-Latvja sal- 31 ta' Diċembru 2007. Il-Latvja għandha tiżgura li l-iskema għall-kumpens ta' l-investituri tagħha tipprovdi kopertura ta' mhux anqas minn EUR 10000 sal- 31 ta' Diċembru 2005, u ta' mhux anqas minn EUR 15000 mill- 1 ta' Jannar 2006 sal- 31 ta' Dicembru 2007.

Matul il-perijodu transitorju l-Istati Membri l-oħra jżommu d-dritt li jwaqqfu fergħa ta' xi ditta ta' l-investiment Latvjana stabbilita fuq it-territorji tagħhom milli topera jekk u sakemm din il-fergħa ma tkunx ingħaqdet ma' skema għall-kumpens ta' l-investituri rikonoxxuta uffiċjalment fit-territorju ta' l-Istat Membru konċernat sabiex tkopri d-differenza bejn il-livell ta' kumpens tal-Latvja u l-livell minimu li hemm referenza għalih fl-Artikolu 4(1).

--------------------------------------------------