12003TN06/07



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0816 - 0817


7. IT-TASSAZZJONI

1. 31977 L 0388: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas- 17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1), kif l-aħħar emendata bi:

- 32002 L 0038: Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE tas- 7.5.2002 (ĠU L 128, 15.5.2002, p. 41).

(a) B'deroga mill-Artikolu 12(3)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE, l-Estonja tista' żżomm fis-seħħ sat- 30 ta' Ġunju 2007, rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud ta' mhux anqas minn 5 % fuq il-provvista ta' sħana mibjugħa lil persuni naturali, assoċjazzonijiet ta' djar, assoċjazzjonijiet ta' appartamenti, knejjes, kongregazzjonijiet, u istituzzjonijiet jew korpi ffinanzjati mill-budget ta' l-istat, ta' muniċipalità rurali jew ta' belt, kif ukoll fuq il-provvista ta' peat, fuel briquettes, faħam u injam għall-ħruq lil persuni naturali.

(b) Sabiex tapplika l-Artikolu 28(3)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE, l-Estonja tista' żżomm fis-seħħ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq it-trasport internazzjonali tal-passiġġieri msemmi f'punt 17 ta' l-Anness F tad-Direttiva, sakemm il-kondizzjoni stipulata fl-Artikolu 28(4) tad-Direttiva titwettaq jew sakemm l-istess eżenzjoniji hija applikata minn xi wieħed mill-Istati Membri attwali, skond liema tiġi l-ewwel.

2. 31990 L 0435: Id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat- 23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli fil-każ ta' kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti ( ĠU L 225, 20.8.1990, p. 6), kif l-aħħar emendata bi:

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU Ċ241, 29.8.1994, p. 21).

B'deroga mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/435/KEE, sakemm iddum tapplika t-taxxa fuq l-income fuq it-tqassim ta' profitti mingħajr ma tintaxxa l-profitti mhux imqassma u mhux aktar tard mill- 31 ta' Diċembru 2008, l-Estonja tista' tkompli tapplika dik it-taxxa fuq il-profitti mqassma minn sussidjarji Estoni lill-kumpanniji prinċipali tagħhom stabbiliti fi Stati Membri oħra.

3. 31992 L 0079: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE tad- 19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 8), kif l-aħħar emendata bi:

- 32002 L 0010: Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE tat- 12.2.2002 (ĠU L 46, 16.2.2002, p. 26).

B'deroga mill-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 92/79/KEE, l-Estonja tista' tipposponi sal- 31 ta' Diċembru 2009 l-applikazzjoni tat-taxxa tas-sisa minima globali fuq il-prezz tal-bejgħ bl-imnut (inklużi t-taxxi kollha) tas-sigaretti li jaqgħu fil-kategorija tal-prezz l-aktar imfittex, sakemm matul dak il-perijodu l-Estonja tressaq b'mod gradwali ir-rati tat-taxxa tas-sisa tagħha mat-taxxa tas-sisa minima globali stipulata fid-Direttiva.

Bla preġudizzju għall-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti li huma soġġetti għat-taxxa tas-sisa u għaż-żamma, l-ispustament u s-sorveljar ta' dawn il-prodotti [4] sakemm id-deroga ta' hawn qabel tkun tapplika, l-Istati Membri, wara li jkunu għarrfu lill-Kummissjoni, jistgħu jżommu fis-seħħl-istess limiti kwantitattivi li huma applikati għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi għas-sigaretti li jistgħu jiddaħħlu fit-territorji tagħhom mill-Estonja mingħajr ma titħallas taxxa tas-sisa aktar. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà jistgħu jwettqu l-kontrolli meħtieġa sakemm dawn il-kontrolli iħallu s-suq intern jaħdem kif imiss.

4. 31992 L 0080: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/80/KEE tad- 19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq it-tabakk manifatturat minbarra s-sigaretti (ĠU Nru. L 316, 31.10.1992, p. 10), kif l-aħħar emendata bi:

- 32002 L 0010: Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE tat- 12.2.2002 (ĠU L 46, 16.2.2002, p. 26).

B'deroga mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/80/KEE, l-Estonja tista' tipposponi sal- 31 ta' Diċembru 2009 l-applikazzjoni tat-taxxa tas-sisa minima globali mposta fuq it-tabakk tat-tipjip.

Bla preġudizzju għall-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti li huma soġġetti għat-taxxa tas-sisa u għaż-żamma, il-moviment u s-sorveljar ta' dawn il-prodotti [4] sakemm id-deroga t'hawn fuq tkun tapplika, l-Istati Membri, wara li jkunu għarrfu lill-Kummissjoni, jistgħu iżommu fis-seħħl-istess limiti kwantitattivi li huma applikati għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi għat-tabakk tat-tipjip li jista' jiddaħħal fit-territorji tagħhom mill-Estonja mingħajr ma titħallas taxxa tas-sisa aktar. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà jistgħu iwettqu l-kontrolli meħtieġa sakemm dawn il-kontrolli iħallu s-suq intern jaħdem kif għandu jaħdem.

[4] ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/47/KE (ĠU L 193, 29.7.2000, p. 73).

--------------------------------------------------