02011R0305 — MT — 16.07.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) Nru 305/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 088 4.4.2011, p. 5) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 568/2014 tat-18 ta' Frar 2014 |
L 157 |
76 |
27.5.2014 |
|
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 574/2014 tal-21 ta' Frar 2014 |
L 159 |
41 |
28.5.2014 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1020 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Ġunju 2019 |
L 169 |
1 |
25.6.2019 |
REGOLAMENT (UE) Nru 305/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-9 ta’ Marzu 2011
li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-bini bl-istabbiliment ta’ regoli armonizzati dwar kif għandha tkun espressal-prestazzjoni ta’ prodotti għall-bini rigward il-karatteristiċi essenzjali tagħhom u dwar l-użu tal-marka CE fuq dawk il-prodotti.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“prodott għall-bini” tfisser kwalunkwe prodott jew kitt li jiġi prodott u mqiegħed fis-suq għall-inkorporazzjoni b’mod permanenti f’xogħlijiet ta’ bini jew partijiet minnhom u li l-prestazzjoni tiegħu jkollha effett fuq il-prestazzjoni tax-xogħlijiet ta’ bini fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini;
“kitt” tfisser prodott għall-bini kkumerċjalizzat minn manifattur uniku bħala sett ta’ mill-inqas żewġ komponenti separati li jeħtieġ li jingħaqdu biex jiġu inkorporati fix-xogħlijiet tal-bini;
“xogħlijiet ta’ bini” tfisser bini u xogħlijiet ta’ inġinerija ċivili;
“karatteristiċi essenzjali” tfisser dawk il-karatteristiċi tal-prodott għall-bini relatati mar-rekwiżiti bażiċi għal xogħlijiet ta’ bini;
“prestazzjoni ta’ prodott għall-bini” tfisser il-prestazzjoni relatata mal-karatteristiċi essenzjali rilevanti, espressi b’livell, klassi, jew f’deskrizzjoni;
“livell” tfisser ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ prodott għall-bini fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tiegħu, espress bħala valur numeriku;
“klassi” tfisser firxa ta’ livelli, delimitati permezz ta’ valur minimu u massimu, ta’ prestazzjoni ta’ prodott għall-bini;
“livell ta’ limitu” tfisser livell ta’ prestazzjoni minimu jew massimu ta’ prodott għall-bini;
“tip tal-prodott” tfisser is-sett ta’ livelli jew klassijiet ta’ prestazzjoni rappreżentattivi ta’ prodott għall-bini, fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tiegħu, prodott bl-użu ta’ kombinazzjoni partikolari ta’ materja prima jew elementi oħrajn fi proċess ta’ produzzjoni speċifiku;
“speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati” tfisser standards armonizzati u Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni;
“standard armonizzat” tfisser standard adottat minn wieħed mill-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE, abbażi ta’ talba maħruġa mill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva;
“Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni” tfisser dokument adottat mill-organizzazzjoni tal-korpi VT għall-finijiet tal-ħruġ ta’ Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej;
“Valutazzjoni Teknika Ewropea” tfisser il-valutazzjoni dokumentata tal-prestazzjoni ta’ prodott għall-bini, f’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tiegħu, f’konformità mad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni rispettiv;
“użu intiż” tfisser l-użu intiż ta’ prodott għall-bini kif definit fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata li tapplika;
“Dokumentazzjoni Teknika Speċifika” tfisser dokumentazzjoni li turi li l-metodi fi ħdan is-sistema applikabbli ta’ valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ġew sostitwiti b’metodi oħrajn, sakemm ir-riżultati miksuba permezz ta’ dawk il-metodi l-oħrajn huma ekwivalenti għar-riżultati miksuba bil-metodi ta’ ttestjar tal-istandard armonizzat korrispondenti;
“magħmula disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe forniment ta’ prodott għall-bini għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq tal-Unjoni u matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas;
“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li prodott għall-bini jsir disponibbli fis-suq tal-Unjoni;
“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, l-importatur, id-distributur jew ir-rappreżentant awtorizzat;
“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott għall-bini jew li tara li tali prodott jiġi ddisinjat jew immanifatturat, u li tpoġġi jew tagħmel disponibbli fis-suq dak il-prodott f’isimha jew taħt il-marka tal-fabbrika tagħha;
“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, barra mill-manifattur jew l-importatur, li tkun għamlet il-prodott għall-bini disponibbli fis-suq;
“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li tqiegħed fis-suq prodott għall-bini minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub minn manifattur sabiex taġixxi f’ismu fir-rigward ta’ kompiti speċifikati;
“irtirar” tfisser kwalunkwe miżura li għandha l-għan li tipprevjeni li prodott għall-bini fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq;
“teħid lura” tfisser kwalunkwe miżura li għandha l-għan li tieħu lura prodott għall-bini li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari;
“akkreditazzjoni” għandha t-tifsira assenjata lilha mir-Regolament (KE) Nru 765/2008;
“kontroll tal-produzzjoni f’fabbrika” tfisser il-kontroll dokumentat, permanenti u intern tal-produzzjoni f’fabbrika, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati rilevanti;
“mikrointrapriża” tfisser mikrointrapriża kif definita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju ( 1 );
“ċiklu tal-ħajja” tfisser l-istadji konsekuttivi u interkonnessi ta’ ħajjet il-prodott għall-bini, mill-akkwist tal-materja prima jew il-ġenerazzjoni minn riżorsi naturali sar-rimi finali.
Artikolu 3
Rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ bini u karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-bini
Fejn adatt, il-Kummissjoni għandha tiddetermina wkoll, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 60, livelli ta’ limitu għall-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali li għandhom jiġu ddikjarati.
KAPITOLU II
DIKJARAZZJONI TA’ PRESTAZZJONI U L-MARKA CE
Artikolu 4
Dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni
Artikolu 5
Derogi mit-tfassil ta’ Dikjarazzjoni tal-Prestazzjoni
B’deroga mill-Artikolu 4 (1) u fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Unjoni jew nazzjonali li jirrikjedu d-dikjarazzjoni ta’ karatteristiċi essenzjali fejn il-prodotti għall-bini jkunu intiżi biex jintużaw, il-manifatturi jistgħu ma jfasslux dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni meta jqiegħdu fis-suq prodott għall-bini kopert minn standard armonizzat, meta:
il-prodott għall-bini ikun manifatturat individwalment jew magħmul skont l-ordni fi proċess mhux f’serje, u inkorporat f’xogħol wieħed identifikat, minn manifattur li huwa responsabbli għall-inkorporazzjoni sikura tal-prodott fix-xogħlijiet ta’ bini, f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli u taħt ir-responsabbiltà ta’ dawk responsabbli għall-eżekuzzjoni sikura tax-xogħlijiet innomimati taħt ir-regoli nazzjonali applikabbli;
il-prodott għall-bini huwa manifatturat fuq is-sit tal-bini għall-inkorporazzjoni tiegħu fix-xogħlijiet ta’ bini rispettivi f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli u taħt ir-responsabbiltà ta’ dawk responsabbli għall-eżekuzzjoni sikura tax-xogħlijiet innominati taħt ir-regoli nazzjonali applikabbli; or
il-prodott għall-bini huwa manifatturat b’mod tradizzjonali jew b’mod xieraq għall-konservazzjoni tal-wirt storiku u fi proċess li mhuwiex industrijali biex jirrinova adegwatament xogħlijiet ta’ bini li huwa uffiċjalment protett bħala parti minn ambjent ikklassifikat jew minħabba l-mertu speċjali tiegħu, arkitettoniku jew storiku, f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli.
Artikolu 6
Kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni
Id-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni għandu jkun fiha b’mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:
ir-referenza tat-tip tal-prodott, li għalih tkun tfasslet;
is-sistema jew sistemi ta’ valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodott għall-bini kif stabbilit fl-Anness V;
in-numru ta’ referenza u d-data tal-ħruġ tal-istandard armonizzat jew il-Valutazzjoni Teknika Ewropea, li jkunu ntużaw għall-valutazzjoni ta’ kull karatteristika essenzjali;
fejn japplika, in-numru ta’ referenza tad-Dokumentazzjoni Teknika Speċifika użata u r-rekwiżiti li skont il-manifattur il-prodott jikkonforma magħhom.
Id-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni għandu barra minn hekk ikun fiha wkoll:
l-użu jew l-użi intiżi għall-prodott għall-bini, f’konformità mal-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata applikabbli;
il-lista tal-karatteristiċi essenzjali kif determinat fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata għall-użu jew l-użi intiżi ddikjarati;
il-prestazzjoni ta’ mill-inqas waħda mill-karatteristiċi essenzjali tal-prodott għall-bini, rilevanti għall-użu jew l-użi intiżi ddikjarati;
fejn applikabbli, il-prestazzjoni ta’ prodott għall-bini, b’livelli jew klassijiet, jew f’deskrizzjoni, jekk ikun meħtieġ abbażi ta’ kalkolu fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tiegħu determinati f’konformità mal-Artikolu 3(3);
il-prestazzjoni ta’ dawk il-karatteristiċi essenzjali tal-prodott għall-bini li huma relatati mal-użu jew l-użi intiżi, waqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-użu jew l-użi intiżi fil-post fejn il-manifattur bi ħsiebu li l-prodott ikun disponibbli fis-suq;
għall-karatteristiċi essenzjali elenkati, li għalihom mhi ddikjarata l-ebda prestazzjoni, l-akronimu “NPD” (Ebda Prestazzjoni Determinata);
meta għal dak il-prodott tkun inħarġet Valutazzjoni Teknika Ewropea, il-prestazzjoni, b’livelli jew klassijiet, jew f’deskrizzjoni, tal-prodott għall-bini fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali kollha li jkunu jinsabu fil-Valutazzjoni Teknika Ewropea korrispondenti.
Artikolu 7
Il-provvediment tad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni
Madankollu, meta lott tal-istess prodott ikun pprovdut lil utent uniku, huwa jista’ jkun akkumpanjat minn kopja unika tad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni jew fuq karta jew b’mezz elettroniku.
Artikolu 8
Prinċipji ġenerali u użu tal-marka CE
Jekk il-manifattur ma jfassalx dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni f’konformità mal-Artikoli 4 u 6, il-marka CE ma tistax titwaħħal.
Bit-twaħħil jew wara t-twaħħil tal-marka CE, il-manifatturi jindikaw li jieħdu r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott għall-bini mal-prestazzjoni ddikjarata kif ukoll għall-konformità mar-rekwiżiti kollha applikabbli u li huma stabbiliti f’dan ir-Regolament u f’leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevant dwar l-armonizzazzjoni li jipprevedu dan it-twaħħil.
Ir-regoli għat-twaħħil tal-marka CE previsti f’leġiżlazzjoni Komunitarja oħra dwar l-armonizzazzjoni għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.
F’dan ir-rigward, l-Istati Membri m’għandhom jintroduċu l-ebda referenza jew għandhom jirtiraw kwalunkwe referenza fil-miżuri nazzjonali għall-marka li tiċċertifika l-konformità mal-prestazzjoni ddikjarata fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali koperti minn standard armonizzat differenti mill-marka CE.
Artikolu 9
Regoli u kondizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE
Artikolu 10
Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti għall-Bini
KAPITOLU III
OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI
Artikolu 11
Obbligi tal-manifatturi
Bħala l-bażi għad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni, il-manifatturi għandhom ifasslu dokumentazzjoni teknika li tiddeskrivi l-elementi rilevanti kollha relatati mas-sistema meħtieġa għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni.
Fejn adatt, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 60, temenda dak il-perijodu għal familji ta’ prodotti għall-bini abbażi tal-ħajja mistennija jew ir-rwol tal-prodott għall-bini fix-xogħlijiet.
Il-manifatturi għandhom, meta jitqies li jkun adatt biex jiġu żgurati l-preċiżjoni, l-affidabbiltà u l-istabbiltà tal-prestazzjoni ddikjarata tal-prodott għall-bini, iwettqu testijiet ta’ kampjuni ta’ prodotti għall-bini mqiegħda fis-suq jew magħmula disponibbli, jinvestigaw, u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ prodotti mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ prodotti, u jżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ bħal dan.
Artikolu 12
Rappreżentanti awtorizzati
It-tfassil ta’ dokumentazzjoni teknika ma għandux jagħmel parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.
Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat. Il-mandat għandu jippermetti li r-rappreżentant awtorizzat iwettaq tal-anqas il-kompiti li ġejjin:
iżomm id-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għas-sorveljanza għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 11(2);
b’segwitu għal talba mmotivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juri l-konformità tal-prodott għall-bini mad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni u konformità ma’ rekwiżiti oħrajn applikabbli f’dan ir-Regolament;
jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati riskji ponuti minn prodotti għall-bini koperti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.
Artikolu 13
Obbligi tal-importaturi
Fejn importatur jikkunsidra jew ikollu raġuni biex jemmen li l-prodott għall-bini ma jkunx konformi mad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni jew mhux konformi ma’ rekwiżiti oħrajn applikabbli f’dan ir-Regolament, l-importatur m’għandux iqiegħed fis-suq il-prodott għall-bini qabel ma dan jikkonforma mad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni li takkumpanjah u jikkonforma mar-rekwiżiti l-oħra applikabbli f’dan ir-Regolament jew sakemm id-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni ma tkunx ikkoreġuta. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq dwar dan.
Artikolu 14
Obbligi tad-distributuri
Fejn distributur jikkunsidra jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott għall-bini ma jkunx konformi mad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni jew ma jkunx konformi ma’ rekwiżiti oħrajn applikabbli f’dan ir-Regolament, id-distributur m’għandux jagħmel il-prodott disponibbli fis-suq sakemm dan ma jikkonformax mad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni li takkumpanjah u ma’ jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli oħrajn f’dan ir-Regolament jew sakemm id-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni ma tkunx ġiet ikkoreġuta. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur dwar dan kif ukoll lill-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq.
Artikolu 15
Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri
Importaturi jew distributuri għandhom jitqiesu bħala manifatturi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu suġġetti għall-obbligi ta’ manifattur skont l-Artikolu 11, fejn ikunu qiegħdu fis-suq prodott taħt isimhom jew taħt il-marka tal-fabbrika tagħhom jew ikunu mmodifikaw prodott għall-bini diġà mqiegħed fis-suq b’tali mod li l-konformità mad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni tista’ tkun affettwata.
Artikolu 16
Identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi
Għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 11(2), l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu, fuq talba, jidentifikaw dan li ġej mal-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq:
kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun fornihom bi prodott;
kwalunkwe operatur ekonomiku li huma jkunu fornew bi prodott.
KAPITOLU IV
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI ARMONIZZATI
Artikolu 17
Standards armonizzati
Meta jkun previst fil-mandat rilevanti, l-istandard armonizzat għandu jirreferi għal użu intiż tal-prodotti li ser ikopri.
L-istandards armonizzati għandhom, fejn adatt u mingħajr ma jipperikolaw il-preċiżjoni, l-affidabbiltà jew l-istabbiltà tar-riżultati, jipprevedu metodi inqas onerużi mill-ittestjar għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom.
L-istandard armonizzat għandu jinkludi d-dettalji tekniċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-lista ta’ referenzi ta’ standards armonizzati li huma f’konformità mal-mandati rilevanti.
Għal kull standard armonizzat fil-lista għandu jiġi indikat dan li ġej:
ir-referenzi għal speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati li m’għadhomx japplikaw, skont il-każ;
id-data tal-bidu tal-perijodu ta’ koeżistenza;
id-data tat-tmiem tal-perijodu ta’ koeżistenza.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika kwalunkwe aġġornament għal dik il-lista.
Mid-data tal-bidu tal-perijodu ta’ koeżistenza għandu jkun possibbli li jintuża standard armonizzat biex issir dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni għal prodott għall-bini kopert minnu. Korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni għandhom l-obbligu li jittrasponu standards armonizzati f’konformità mad-Direttiva 98/34/KE.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 36 sa 38, mid-data tat-tmiem tal-perijodu ta’ koeżistenza, l-istandard armonizzat għandu jkun l-uniku mezz użat fit-tfassil ta’ dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni tal-prodott għall-bini kopert minnu.
Fl-aħħar tal-perijodu ta’ koeżistenza, l-istandards nazzjonali konfliġġenti għandhom jiġurtirati u l-Istati Membri għandhom itemmu l-validità ta’ kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali konfliġġenti.
Artikolu 18
Oġġezzjoni formali kontra standards armonizzati
Artikolu 19
Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni
B’segwitu għal talba għal Valutazzjoni Teknika Ewropea minn manifattur, id-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni għandu jiġi mfassal u adottat mill-organizzazzjoni tal-korp VT għal kwalunkwe prodott għall-bini li mhuwiex kopert jew li mhuwiex kopert bis-sħiħ minn standard armonizzat, li l-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tiegħu ma tistax tiġi vvalutata bis-sħiħ skont standard armonizzat eżistenti, minħabba li inter alia:
il-prodott ma jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ebda standard armonizzat eżistenti;
tal-inqas għal karatteristika essenzjali waħda ta’ dak il-prodott, il-metodu ta’ valutazzjoni previst fl-istandard armonizzat mhuwiex adatt; jew
l-istandard armonizzat ma jipprevedi l-ebda metodu ta’ valutazzjoni fir-rigward ta’ mill-inqas karatteristika essenzjali waħda ta’ dak il-prodott.
Artikolu 20
Prinċipji għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni
Il-proċedura għall-iżvilupp u l-adozzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għandha:
tkun trasparenti għall-manifatturi kkonċernati;
tiddefinixxi skadenzi ta’ żmien obbligatorji adatti sabiex jiġi evitat dewmien mhux iġġustifikat;
tqis b’mod xieraq il-protezzjoni tas-segretezza kummerċjali u l-kunfidenzjalità;
tippermetti li l-Kummissjoni tipparteċipa b’mod adegwat;
tkun kosteffettiva għall-manifattur; u
tiżgura kolleġġjalità u koordinazzjoni suffiċjenti fost il-korpi VT maħtura għall-Prodotti inkwistjoni.
Artikolu 21
Obbligi tal-korp VT li jirċievi talba għal Valutazzjoni Teknika Ewropea
Il-korp VT li jirċievi t-talba għal Valutazzjoni Teknika Ewropea għandu jinforma lill-manifattur jekk il-prodott għall-bini jkun kopert, kompletament jew parzjalment, minn speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati kif ġej:
jekk il-prodott ikun kopert kompletament minn standard armonizzat, il-korp VT għandu jinforma lill-manifattur li, f’konformità mal-Artikolu 19(1), ma tistax tinħareġ Valutazzjoni Teknika Ewropea;
jekk il-prodott ikun kopert kompetament minn Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, il-korp VT għandu jinforma lill-manifattur li dan id-dokument ser jintuża bħala bażi għall-Valutazzjoni Teknika Ewropea li għandha tinħareġ;
jekk il-prodott ma jkunx kopert, jew ma jkunx kopert kompletament, mill-ebda speċifikazzjoni teknika armonizzata, il-korp VT għandu japplika r-regoli proċedurali stabbiliti fl-Anness II jew stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 19(3).
Artikolu 22
Pubblikazzjoni
Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni adottati mill-organizzazzjoni tal-korpi VT, għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, li għandha tippubblika lista ta’ referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni finali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika kwalunkwe aġġornament ta’ dik il-lista.
Artikolu 23
Riżoluzzjoni ta’ tilwim f’każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-korpi VT
Jekk il-korpi VT ma qablux dwar id-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni fil-limiti ta’ żmien previsti, l-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tippreżenta din il-kwistjoni lill-Kummissjoni għal riżoluzzjoni propizja.
Artikolu 24
Kontenut tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni
Artikolu 25
Oġġezzjonijiet formali kontra d-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni
Artikolu 26
Valutazzjoni Teknika Ewropea
Sakemm jkun hemm Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, il-Valutazzjoni Teknika Ewropea tista’ tinħareġ anke fil-każ fejn ikun ġie maħruġ il-mandat għal standard armonizzat. Dan il-ħruġ għandu jkun possibbli sal-bidu tal-perijodu ta’ koeżistenza kif iddeterminat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(5).
Artikolu 27
Livelli jew klassijiet ta’ prestazzjoni
Fejn il-klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-bini ma jkunux stabbiliti mill-Kummissjoni, huma jistgħu jkunu stabbiliti mill-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni fi standards armonizzati, abbażi ta’ mandat rivedut.
Meta jitqies li jkun adatt, l-organizzazzjoni tal-korp VT tista’, bi qbil mill-Kummissjoni u wara li tikkonsulta mal-Kumitat Permanenti dwar il-bini, tistabbilixxi fid-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni klassijiet ta’ prestazzjoni u livelli ta’ limitu fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali ta’ prodott għall-bini fl-użu intiż tiegħu kif previst mill-manifattur.
Fejn dawn il-kondizzjonijiet ma jkunux stabbiliti mill-Kummissjoni, huma jistgħu jiġu stabbiliti mill-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni fi standards armonizzati, abbażi ta’ mandat rivedut.
Artikolu 28
Valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tagħżel is-sistema jew sistemi l-inqas onerużi possibbli konsistentement mar-rispett tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini kollha.
KAPITOLU V
KORPI GĦALL-VALUTAZZJONI TEKNIKA
Artikolu 29
Nomina, monitoraġġ u evalwazzjoni ta’ korpi VT
L-Istati Membri li ħatru korp VT għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni isimu u l-indirizz u l-oqsma ta’ prodotti li għalihom ikun inħatar il-korp VT.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku kwalunkwe aġġornament għal dik il-lista.
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-proċeduri nazzjonali tagħhom għall-ħatra tal-korpi VT, bil-monitoraġġ tal-attività u l-kompetenza tagħhom, u bi kwalunkwe tibdil f’dik l-informazzjoni.
Artikolu 30
Rekwiżiti għall-korpi VT
Il-korp VT għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness IV fl-ambitu tal-ħatra tiegħu.
Artikolu 31
Koordinazzjoni tal-korpi VT
L-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha talanqas twettaq il-kompiti li ġejjin:
torganizza l-koordinazzjoni tal-korpi VT u tiżgura l-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni ma’ partijiet interessati oħrajn, jekk ikun meħtieġ;
tiżgura li eżempji tal-aqwa prattika jinqasmu bejn il-korpi VT għall-promozzjoni ta’ effiċjenza akbar u għall-forniment ta’ servizz aħjar għall-industrija;
tikkoordina l-applikazzjoni tar-regoli proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 21 u fl-Anness II, kif ukoll tipprovdi l-appoġġ meħtieġ għal dak il-għan;
tiżviluppa u tadotta d-Dokumenti Ewropej għall-Valutazzjoni;
tinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe kwistjoni relatata mat-tħejjija tad-Dokumenti Ewropej għall-Valutazzjoni u bi kwalunkwe aspett relatat mal-interpretazzjoni tar-regoli proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 21 u fl-Anness II u tissuġġerixxi titjib lill-Kummissjoni abbażi tal-esperjenza miksuba;
tikkomunika kwalunkwe osservazzjoni rigward korp VT li ma jwettaqx il-kompiti tiegħu skont ir-regoli proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 21 u fl-Anness II lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li jkun ħatar il-korp VT;
tiżgura li d-Dokumenti Ewropej għall-Valutazzjoni adottati u li r-referenzi għall-VTEs jibqgħu disponibbli pubblikament.
L-organizzazzjoni tal-korpi VT għandu jkollha Segretarjat sabiex iwettaq dawn il-kompiti.
Artikolu 32
Finanzjament mill-Unjoni
Artikolu 33
Arranġamenti ta’ finanzjament
Artikolu 34
Ġestjoni u monitoraġġ
Artikolu 35
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
KAPITOLU VI
PROĊEDURI SSIMPLIFIKATI
Artikolu 36
Użu ta’ Dokumentazzjoni Teknika Xierqa
Meta l-manifattur ikun qed jiddetermina t-tip tal-prodott, huwa jista’ jissostitwixxi l-ittestjar tat-tip jew il-kalkolu tat-tip b’Dokumentazzjoni Teknika Xierqa li turi li:
għal wieħed jew aktar mill-karatteristiċi essenzjali tal-prodott għall-bini, li l-manifattur jqiegħed fuq is-suq, dak il-prodott jitqies li jilħaq ċertu livell jew klassi ta’ prestazzjoni mingħajr ittestjar jew kalkolu, jew mingħajr ittestjar jew kalkolu ulterjuri, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata jew fid-deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni;
il-prodott għall-bini, kopert minn standard armonizzat, li l-manifattur jqiegħed fuq is-suq jikkorrispondi mat-tip ta’ prodott għall-bini ieħor, immanifatturat minn manifattur ieħor u li huwa diġà ttestjat f’konformità mal-istandard armonizzat rilevanti. Meta dawn il-kondizzjonijiet jiġu rrispettati, il-manifattur ikollu d-dritt li jiddikjara prestazzjoni li tikkorrispondi għar-riżultati tat-testijiet kollha ta’ dan il-prodott l-ieħor jew għal parti minnhom. Il-manifattur jista’ juża r-riżultati tat-testijiet miksuba minn manifattur ieħor biss wara li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni ta’ dak il-manifattur, li jibqa’ responsabbli għall-preċiżjoni, l-affidabbiltà u l-istabbiltà ta’ dawk ir-riżultati tat-testijiet; jew
il-prodott għall-bini, kopert minn speċifikazzjoni teknika armonizzata, li l-manifattur jqiegħed fuq is-suq ikun sistema magħmula minn komponenti, li l-manifattur jimmonta skont struzzjonijiet preċiżi mogħtija mill-fornitur ta’ din is-sistema jew ta’ komponent tagħha, li kien diġà ttestja lil dik is-sistema jew dak il-komponent għal waħda jew aktar mill-karatteristiċi essenzjali tiegħu f’konformità mal-ispeċifikazzjoni teknika rilevanti. Meta dawn il-kondizzjonijiet jiġu rrispettati, il-manifattur ikollu d-dritt li jiddikjara prestazzjoni li tikkorrispondi għar-riżultati tat-testijiet kollha għas-sistema jew il-komponent li jkun ġie fornut. Il-manifattur jista’ juża r-riżultati tat-testijiet miksuba minn manifattur jew fornitur tas-sistemi oħrajn biss wara li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni ta’ dak il-manifattur jew tal-fornitur ta’ sistemi, li jibqa’ responsabbli għall-preċiżjoni, l-affidabbiltà u l-istabbiltà ta’ dawk ir-riżultati tat-testijiet.
Artikolu 37
Użu ta’ proċeduri simplifikati minn mikrointrapriżi
Il-mikrointrapriżi li jimmanifatturaw prodotti għall-bini koperti minn standard armonizzat jistgħu jissostitwixxu d-determinazzjoni tat-tip tal-prodott abbażi tal-ittestjar tat-tip għas-sistemi 3 u 4 applikabbli, kif stabbilit fl-Anness V bl-użu ta’ metodi differenti minn dawk li jinsabu fl-istandard armonizzat applikabbli. Dawk il-manifatturi jistgħu wkoll jittrattaw il-prodotti għall-bini li għalihom tapplika s-sistema 3 f’konformità mad-dispożizzjonijiet għas-sistema 4. Meta manifattur juża dawn il-proċeduri ssimplifikati, il-manifattur għandu juri l-konformità tal-prodott għall-bini mar-rekwiżiti applikabbli permezz ta’ Dokumentazzjoni Teknika Speċifika u għandu juri l-ekwivalenza tal-proċeduri użati mal-proċeduri stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.
Artikolu 38
Proċeduri simplifikati oħra
KAPITOLU VII
AWTORITAJIET TAN-NOTIFIKA U KORPI NNOTIFIKATI
Artikolu 39
Notifika
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar korpi awtorizzati biex iwettqu kompiti ta’ parti terza fil-proċess tal-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni skont dan ir-Regolament (minn hawn’il quddiem “korpi nnotifikati”).
Artikolu 40
Awtoritajiet tan-notifika
Artikolu 41
Rekwiżiti relatati mal-awtoritajiet tan-notifika
Artikolu 42
Obbligu ta’ informazzjoni għall-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-proċeduri nazzjonali tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi li għandhom ikunu awtorizzati li jwettqu l-kompiti ta’ partijiet terzi fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni u l-monitoraġġ tal-korpi nnotifikati, u ta’ kwalunkwe tibdil għalihom.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 43
Rekwiżiti għal korpi nnotifikati
Korp li jkun jappartjeni għal xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta l-intrapriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-forniment, l-immontar, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ prodotti għall-bini li huwa jivvaluta, jista’, bil-kondizzjoni li l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kwalunkwe konflitt ta’ interess jiġu murija, jitqies li hu korp bħal dan.
Il-korp innotifikat, l-ogħla livell ta’ ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni m’għandhomx ikunu involuti direttament fid-disinn, il-manifattura jew il-bini, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ dawk il-prodotti għall-bini, u lanqas m’għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jkunu involuti f’dawk l-attivitajiet. Huma m’għandhom ikunu involuti fl-ebda attività li tista’ tkun f’konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju u l-integrità tagħhom relatati mal-attivitajiet li għalihom huma jkunu ġew innotifikati. Dan għandu japplika, b’mod partikolari, għas-servizzi ta’ konsulenza.
Korp innotifikat għandu jiżgura li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-subkuntratturi tiegħu ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tiegħu ta’ valutazzjoni u/jew verifika.
Fi kwalunkwe ħin u għal kull sistema ta’ valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni u għal kull tip jew kategorija ta’ prodotti għall-bini, il-karatteristiċi essenzjali u l-kompiti li dwarhom ikun ġie nnotifikat, il-korp innotifikat għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-ħtiġijiet li ġejjin:
il-persunal meħtieġ b’għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u adatta biex iwettaq il-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni;
id-deskrizzjoni meħtieġa ta’ proċeduri skont liema titwettaq il-valutazzjoni tal-prestazzjoni, li jiżguraw it-trasparenza u l-kapaċità ta’ riproduzzjoni ta’ dawn il-proċeduri; huwa għandu jkollu politika u proċeduri stabbiliti li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp innotifikat u attivitajiet oħrajn;
il-proċeduri meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, li jqisu b’mod debitu d-daqs tal-intrapriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott inkwistjoni u n-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.
Korp innotifikat għandu jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet li għalihom jiġi nnotifikat b’mod adatt u għandu jkollu aċċess għal kull apparat jew faċilità meħtieġa.
Il-persunal responsabbli biex iwettaq l-attivitajiet li l-korp ikun ġie nnotifikat dwarhom, għandu jkollu dawn li ġejjin:
taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb li jkopri l-kompiti ta’ parti terza kollha fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni fl-ambitu rilevanti li għalih il-korp ikun ġie nnotifikat;
għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet u l-verifiki li jwettaq u awtorità adatta biex iwettaq dawn l-operazzjonijiet;
għarfien adatt u intendiment tal-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonjiet rilevanti tar-Regolment;
il-kapaċità meħtieġa biex ifassal iċ-ċertifikati, ir-rekords u r-rapporti li juru li l-valutazzjonijiet u l-verifiki jkunu saru.
Ir-rimunerazzjoni tal-ogħla livell ta’ ġestjoni u l-persunal għall-valutazzjoni tal-korp innotifikat m’għandhiex tiddependi mill-għadd ta’ valutazzjonijiet li jkunu twettqu jew mir-riżultati ta’ dawn il-valutazzjonijiet.
Artikolu 44
Preżunzjoni ta’ konformità
Korp innotifikat li jkun ser jiġi awtorizzat li jwettaq il-kompiti ta’ parti terza fil-proċess ta’ valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni li juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 43 sakemm l-istandards armonizzati applikabbli, ikopru dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 45
Sussidjarji u subkuntratturi ta’ korpi nnotifikati
Artikolu 46
Użu ta’ faċilitajiet barra mil-laboratorju tal-ittestjar tal-korpi nnotifikati
Il-korpi nnotifikati li jwettqu dawn it-testijiet għandhom jinħatru speċifikament bħala kompetenti li jaħdmu barra mill-faċilitajiet akkreditati tagħhom għat-testijiet.
Qabel ma jwettaq dawk it-testijiet, il-korp innotifikat għandu jivverifika jekk ir-rekwiżiti tal-metodu tat-test ikunux ġew sodisfatti u għandu jevalwa jekk:
it-tagħmir għat-testijiet ikollux sistema ta’ kalibrazzjoni adatta u jekk it-traċċabbiltà tal-kejl tkunx iggarantita;
tkunx żgurata l-kwalità tar-riżultati tat-test.
Artikolu 47
Applikazzjoni għal notifika
Artikolu 48
Proċedura ta’ notifika
Eċċezzjonalment, għall-każi stipulati fil-punt 3 tal-Anness V, li għalihom l-għodda elettronika adatta ma tkunx disponibbli, kopja stampata tan-notifika għandha tkun aċċettata.
Madankollu, referenza għall-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti mhijiex meħtieġa fil-każijiet imniżżlin fil-punt 3 tal-Anness V.
Dak il-korp biss għandu jitqies bħala korp innotifikat għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 49
Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi nnotifikati
Hija għandha tassenja numru wieħed bħal dan anke fil-każ fejn il-korp ikun innotifikat skont diversi atti tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata.
Artikolu 50
Bidliet fin-notifika
Artikolu 51
Rikuża dwar il-kompetenza tal-korpi nnotifikati
Artikolu 52
Obbligi operattivi għall-korpi nnotifikati
Huma u jagħmlu dan, il-korpi notifikati għandhom madanakollu jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità meħtieġa għall-prodotti minn dan ir-Regolament u r-rwol tal-prodott għar-rispett tar-rekwiżiti bażiċi tax-xogħol tal-bini.
Artikolu 53
Obbligu ta’ informazzjoni għal korpi nnotifikati
Il-korpi nnotifikati għandhom jinformaw lill-awtorità tan-notifika dwar dan li ġej:
kwalunkwe ċaħda, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikati;
kwalunkwe ċirkostanza li taffettwa l-ambitu tan-notifika u l-kondizzjonijiet għaliha;
kwalunkwe talba għall-informazzjoni dwar attivitajiet ta’ valutazzjoni u/jew verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni mwettqin li huma jkunu rċevew mill-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq;
fuq talba, il-kompiti ta’ parti terza f’konformità mas-sistemi ta’ valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni mwettqin fl-ambitu tan-notifika tagħhom u, kwalunkwe attività oħra li ssir, inklużi l-attivitajiet transkonfinali u s-subappaltar.
Artikolu 54
Skambju ta’ esperjenza
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni tal-iskambju ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-politika dwar in-notifiki.
Artikolu 55
Koordinazzjoni ta’ korpi nnotifikati
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu stabbiliti u li joperaw b’mod xieraq il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-korpi nnotifikati skont l-Artikolu 39 fl-għamla ta’ grupp ta’ korpi nnotifikati.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi nnotifikati minnhom jieħdu sehem fil-ħidma ta’ dawk il-gruppi, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti maħturin, jew għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti ta’ korpi notifikati jkunu informati bihom.
KAPITOLU VIII
SORVELJANZA TAS-SUQ U PROĊEDURI TA’ SALVAGWARDJA
Artikolu 56
Proċedura biex jiġu ttrattati fil-livell nazzjonali prodotti għall-kostruzzjoni li jippreżentaw riskju
Fejn, matul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott għall-bini ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti minn dan ir-Regolament, huma għandhom mingħajr dewmien jeħtieġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi adatti kollha biex il-prodott jinġieb f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, b’mod partikolari mal-prestazzjoni ddikjarata jew li jirtira l-prodott mis-suq, jew jiġbruh lura fi żmien perijodu raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif ikun preskritt.
L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-korp notifikat b’dan, jekk korp notifikat ikun involut.
L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, partikolarment id-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott għall-bini li mhux konformi, l-oriġini tal-prodott għall-bini, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u l-perijodu tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu kif ukoll l-argumenti ppreżentati mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
il-prodott naqas milli jikseb il-prestazzjoni ddikjarata u/jew ir-rekwiżiti relatati mal-issodisfar tar-rekwiżiti bażiċi tax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti minn dan ir-Regolament;
nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew fid-Dokumentazzjoni Teknika Speċifika.
Artikolu 57
Proċedura ta’ salvagwardja segwita mill-Unjoni
Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.
Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott għall-bini jkun attribwit għal nuqqasijiet fid-Dokument Ewropew tal-Valutazzjoni jew fid-Dokumentazzjoni Teknika Speċifika kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 56(5), il-Kummissjoni għandha tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Bini u sussegwentement tadotta l-miżuri adatti.
Artikolu 58
Prodotti għall-kostruzzjoni konformi li xorta waħda jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sikurezza
Artikolu 59
Nuqqas ta’ konformità formali
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56, fejn Stat Membru jkun sab wieħed minn dan li ġej, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti ma jkomplix bin-nuqqas tal-konformità kkonċernata:
il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 8 jew l-Artikolu 9;
il-marka CE ma tkunx twaħħlet, meta din tkun meħtieġa skont l-Artikolu 8(2);
bla ħsara għall-Artikolu 5, id-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni ma tkunx tfasslet, meta din tkun meħtieġa skont l-Artikolu 4;
id-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni ma tkunx tfasslet f’konformità mal-Artikoli 4, 6 u 7;
id-dokumentazzjoni teknika jew ma tkunx disponibbli jew inkella ma tkunx kompleta.
KAPITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 60
Atti delegati
Sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari t-tneħħija u l-evitar tar-restrizzjonijiet fuq id-disponibbiltà fis-suq, ta’ prodotti għall-bini, il-kwistjonijiet li ġejjin għandhom jiġu delegati lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 61, u suġġett għall-kondizzjonjiet fl-Artikoli 62 u 63:
id-determinazzjoni, fejn xieraq, tal-karratteristiċi essenzjali jew il-limiti massimi f’familji speċifiċi ta’ prodotti għall-bini, li fir-rigward tagħhom, f’konformità mal-Artikoli 3 sa 6 il-manifattur għandu jiddikjara, rigward l-użu intiż tagħhom, b’livelli jew klassijiet, jew f’deskrizzjoni, il-prestazzjoni tal-prodott tal-manifattur meta jitqiegħed fuq is-suq;
il-kondizzjonijiet li skonthom dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni tista’ tiġi pproċessata elettronikament, sabiex tkun disponibbli fuq sit elettroniku f’konformità mal-Artikolu 7;
l-emenda tal-perijodu li għalih il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni wara li l-prodott għall-bini jitqiegħed fuq is-suq, f’konformità mal-Artikolu 11, abbażi tal-ħajja mistennija jew ir-rwol tal-prodotti għall-bini fix-xogħlijiet;
l-emenda tal-Anness II u fejn meħtieġ l-adozzjoni ta’ regoli proċedurali supplimentari f’konformità mal-Artikolu 19(3) sabiex tiġi żgurata konformità mal-prinċipji fl-Artikolu 20, jew l-applikazzjoni fil-prattika tar-regoli proċedurali mniżżlin fl-Artikoli 21;
l-adattament tal-Annessi III, tabella 1 tal-Anness IV u l-Anness V b’rispons għall-progress tekniku;
l-istabbiliment u l-adattament ta’ klassijiet ta’ prestazzjoni b’rispons għall-progress tekniku f’konformità mal-Artikolu 27(1);
il-kondizzjonijiet li skonthom prodott għall-bini jitqies li jissodisfa ċertu livell jew klassi ta’ prestazzjoni mingħajr ittestjar jew mingħajr aktar ittestjar f’konformità mal-Artikolu 27(5), sakemm il-kisba tar-rekwiżiti bażiċi tax-xogħlijiet ma jiġux ippreġudikati;
l-adattament, l-istabbiliment u r-reviżjoni tas-sistema ta’ valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni f’konformità mal-Artikolu 28, rigward prodott partikolari, familja ta’ prodott partikolari jew karatteristika essenzjali partikolari, u skont:
l-importanza tar-rwol li għandu l-prodott jew dawk il-karatteristiċi essenzjali msemmija fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi tax-xogħlijet tal-bini;
in-natura tal-prodott;
l-effett tal-varjabbiltà tal-karatteristiċi essenzjali tal-prodott għall-bini waqt il-ħajja mistennija tal-prodott; u
is-suxxettibbiltà għal difetti fil-manifattura tal-prodott.
Artikolu 61
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 62
Revoka tad-delega
Artikolu 63
Oġġezzjonijiet għal atti delegati
Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur.
L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.
Artikolu 64
Kumitat
Artikolu 65
Tħassir
Artikolu 66
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Artikolu 67
Rappurtar mill-Kummissjoni
Jekk ikun xieraq, ir-rapport għandu, fi żmien sentejn minn meta jkun ġie ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jiġi segwit minn proposti leġiżlattivi xierqa.
Artikolu 68
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikoli 3 sa 28, l-Artikoli 36 sa 38, l-Artikoli 56 sa 63, l-Artikoli 65 u 66 kif ukoll l-Annessi I, II, III u V għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
REKWIŻITI BAŻIĊI FIR-RIGWARD TAX-XOGĦLIJIET TA’ BINI
B’mod ġenerali u fil-partijiet separati tagħhom, ix-xogħlijiet ta’ bini għandhom ikunu tajbin għall-użu intiż tagħhom, billi jitqiesu b’mod partikolari s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni involuti fiċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tax-xogħlijiet. Bla preġudizzju għall-manutenzjoni normali, ix-xogħlijiet ta’ bini għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti bażiċi għax-xogħolijiet ta’ bini għal tul ta’ ħajja tax-xogħol ekonomikament raġonevoli.
1. Reżistenza mekkanika u stabbiltà
Ix-xogħlijiet ta’ bini għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li l-piżijiet li x’aktarx jaġixxu fuqhom matul il-binijiet u l-użu tagħhom ma jwasslu għall-ebda każ minn dawn li ġejjin:
tiġrif tax-xogħol sħiħ jew parti minnu;
grad inammissibbli ta’ deformazzjonijiet kbar;
ħsara lil partijiet oħrajn tax-xogħlijiet ta’ bini jew lill-fittjatura jew lill-apparat installat bħala riżultat ta’ deformazzjoni kbira tal-bini li ġġorr il-piż;
ħsara minn avveniment ta’ daqs sproporzjonat mal-kawża oriġinali.
2. Sigurtà f’każ ta’ nar
Ix-xogħlijiet ta’ bini għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li f’każ ta’ nar:
wieħed ikun jista’ jassumi l-kapaċità ta’ kemm il-bini jista’ jġorr piż għal perijodu speċifiku ta’ żmien;
il-ġenerazzjoni u t-tifrix tan-nar u d-duħħan fix-xogħlijiet ikunu limitati;
it-tifrix tan-nar lejn xogħlijiet ta’ bini fil-qrib ikun limitat;
l-okkupanti jistgħu jabbandunaw ix-xogħlijiet jew jiġu salvati permezz ta’ mezzi oħrajn;
tittieħed konsiderazzjoni tas-sigurtà tal-iskwadri tas-salvataġġ.
3. Iġjene, saħħa u l-ambjent
Ix-xogħlijiet ta’ bini għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li ma jkunux, fiċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tagħhom, ta’ theddida għall-iġjene jew għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, tal-okkupanti jew il-ġirien, u lanqas ma jeżerċitaw impatt għoli żżejjed, tul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tagħhom, fuq il-kwalità tal-ambjent jew fuq il-klima matul il-bini tagħhom, l-użu u t-twaqqigħ tagħhom, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ wieħed mill-każijiet li ġejjin:
l-emissjoni ta’ gass tossiku;
l-emissjonijiet ta’ sustanzi perikolużi, komposti organiċi volatili (VOC), gassijiet serra jew partiċelli perikolużi fl-arja ta’ ġewwa jew ta’ barra;
l-emissjoni ta’ radjazzjoni perikoluża;
ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi fl-ilma ta’ taħt l-art, l-ilma baħar, l-ilma tal-wiċċ jew il-ħamrija;
ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi fl-ilma għax-xorb jew sustanzi li għandhom impatt negattiv ieħor fuq l-ilma għax-xorb;
ħsara fl-iskariku tal-ilma tal-iskart, l-emissjoni ta’ gassijiet ta’ kombustjoni jew ħsara fir-rimi ta’ skart solidu jew likwidu;
umdità f’partijiet mix-xogħlijiet ta’ bini jew fuq l-uċuħ fix-xogħlijiet ta’ bini.
4. Sigurtà u aċċessibbiltà fl-użu
Ix-xogħlijiet ta’ bini għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li ma jippreżentawx riskji mhux aċċettabbli ta’ inċidenti jew dannu fis-servizz jew fl-operazzjoni bħal żliq, twaqqigħ, ħbit, ħruq, xokk elettriku, korriment minn xi splużjoni u serq. B’mod partikolari, ix-xogħlijiet ta’ bini għandhom jiġu ppjanati u mibnija b’kont meħud tal-aċċessibbiltà u l-użu għall-persuni b’diżabbiltà.
5. Protezzjoni kontra l-ħsejjes
Ix-xogħlijiet ta’ bini għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li l-ħoss li jinstema mill-okkupanti jew in-nies fil-qrib jinżamm f’livell li ma jippreżentax theddida għas-saħħa tagħhom u jħallihom jorqdu, jistrieħu u jaħdmu f’kondizzjonijiet sodisfaċenti.
6. Ekonomija tal-enerġija u żamma tas-sħana
Ix-xogħlijiet ta’ bini u l-installazzjonijiet tat-tisħin, tat-tkessiħ, tad-dawl u tal-ventilazzjoni għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’mod li l-ammont tal-enerġija li huma jeħtieġu fl-użu jkun baxx, meta wieħed iqis l-okkupanti u l-kondizzjonijiet klimatiċi tal-lokalità. Ix-xogħlijiet tal-bini għandhom ikunu wkoll effiċjenti fl-użu tal-enerġija, billi jużaw l-inqas enerġija possibbli fiċ-ċiklu tal-ħajja kollu u ż-żarmar tagħhom.
7. Użu sostenibbli ta’ riżorsi naturali
Ix-xogħlijiet ta’ bini għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u mwaqqgħin b’tali mod li l-użu ta’ riżorsi naturali jkun sostenibbli u b’mod partikolari jiżguraw dan li ġej:
l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklabbiltà tax-xogħlijiet ta’ bini, il-materjali u l-biċċiet tagħhom wara t-twaqqigħ;
id-durabbiltà tax-xogħlijiet ta’ bini;
l-użu ta’ materjali primi u sekondarji kompatibbli mal-ambjent fix-xogħlijiet ta’ bini.
ANNESS II
PROĊEDURA GĦALL-ADOZZJONI TA' DOKUMENT EWROPEW TA' VALUTAZZJONI
1. Talba għal Valutazzjoni Teknika Ewropea
Meta manifattur jagħmel talba għal Valutazzjoni Teknika Ewropea lil kwalunkwe korp VT għal prodott għall-bini, u wara li l-manifattur u l-korp VT (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-korp VT responsabbli”) ikunu ffirmaw ftehim ta’ segretezza u kunfidenzjalità kummerċjali, sakemm il-manifattur ma jiddeċidix mod ieħor, il-manifattur għandu jippreżenta lill-korp VT responsabbli fajl tekniku li jiddeskrivi l-prodott, l-użu tiegħu u d-dettalji tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika li l-manifattur ikun biħsiebu japplika.
2. Kuntratt
Għal prodotti għall-bini msemmija fl-Artikolu 21(1)(c), fi żmien xahar mill-irċevitur tal-fajl tekniku, għandu jiġi konkluż kuntratt bejn il-manifattur u l-korp VT responsabbli għall-produzzjoni tal-Valutazzjoni Teknika Ewropea, li jiddefinixxi l-programm ta’ ħidma għat-tfassil tad-Dokument Ewropew ta’ Valtuazzjoni, inkluż:
3. Programm ta’ ħidma
Wara l-konklużjoni tal-kuntratt mal-manifattur, l-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-programm ta’ ħidma għat-tfassil tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, l-iskeda għall-eżekuzzjoni tagħha u tindika l-programm ta’ valutazzjoni. Din il-komunikazzjoni għandha ssir fi żmien tliet xhur mill-irċeviment tat-talba għall-Valutazzjoni Teknika Ewropea.
4. L-abbozz ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni
L-organizzazzjoni ta’ korpi VT għandha tiffinalizza l-abbozz ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni permezz ta’ grupp ta’ ħidma kkoordinat mill-korp VT responsabbli u għandha tikkomunika dan l-abbozz lill-partijiet ikkonċernati fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun ġiet informata dwar il-programm ta’ ħidma.
5. Parteċipazzjoni tal-Kummissjoni
Rappreżentant tal-Kummissjoni jista' jipparteċipa, bħala osservatur, fil-partijiet kollha tal-eżekuzzjoni tal-programm ta’ ħidma.
6. Estensjoni taż-żmien u dewmien
Kwalunkwe dewmien fir-rigward tal-limiti ta’ żmien stabbiliti fit-taqsimiet 1 sa 4 f'dan l-Anness għandu jiġi rrappurtat mill-grupp ta’ ħidma lill-organizzazzjoni tal-korpi VT u lill-Kummissjoni.
Jekk estensjoni tal-iskadenzi ta’ żmien għall-iżvilupp tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni tista' tkun iġġustifikata, speċjalment min-nuqqas ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar is-sistema applikabbli ta’ valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni għall-prodotti għall-bini jew mill-ħtieġa li jiġi żviluppat metodu ġdid ta’ test, skadenza estiża għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni.
7. Emendi u adozzjoni tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni
Il-korp VT responsabbli għandu jikkomunika l-abbozz ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni lill-manifattur, li għandu jkollu ħmistax-il jum ta’ xogħol biex jirreaġixxi. Wara dan, l-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha:
skont il-każ, tinforma lill-manifatturi, dwar kif ir-reazzjonijiet tagħhom ikunu ġew ikkunsidrati;
tadotta l-abbozz ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni; u
tibgħat kopja lill-Kummissjoni.
Jekk fi żmien ħmistax-il jum mir-riċeviment, il-Kummissjoni tikkomunika lill-organizzazzjoni tal-korpi VT l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-abbozz ta’ Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni, l-organizzazzjoni tal-korpi VT, wara li jkunu ngħataw l-opportunità li jikkummentaw, għandha temenda l-abbozz skont dak u għandha tibgħat kopja tad- Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni adottat lill-manifattur u lill-Kummissjoni.
8. Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni finali li għandu jkun ippubblikat
Hekk kif tinħareġ l-ewwel Valtuazzjoni Teknika Ewropea mill-korp VT responsabbli abbażi tad- Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni adottat, dak id- Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni għandu jkun aġġustat, skont il-każ, abbażi tal-esperjenza miksuba. L-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha tadotta d- Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni finali u għandha tintbagħat kopja tiegħu lill-Kummissjoni, flimkien ma’ traduzzjoni tat-titolu tiegħu fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, għall-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu. L-organizzazzjoni tal-korpi VT għandha żżomm id- Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni disponibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi hekk kif il-prodott jingħata l-marka CE.
ANNESS III
DIKJARAZZJONI TA' PRESTAZZJONI
Nru.
1. Kodiċi uniku ta' identifikazzjoni tat-tip tal-prodott:
2. Użu/i intenzjonat/i:
3. Manifattur:
4. Rappreżentant awtorizzat:
5. Sistema/i ta' AVCP:
6a. Standard armonizzat:
Korp/i nnotifikat/i:
6b. Dokument Ewropew ta' Valutazzjoni:
Valutazzjoni Teknika Ewropea:
Korp tal-Valutazzjoni Teknika:
Korp/i nnotifikat/i:
7. Prestazzjoni/jiet ddikjarata/i:
8. Dokumentazzjoni Teknika Xierqa u/jew Dokumentazzjoni Teknika Speċifika:
Il-prestazzjoni tal-prodott identifikat hawn fuq hija konformi mal-prestazzjonijiet iddikjarati. Din id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni hija maħruġa, skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011, taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur identifikat hawn fuq.
Iffirmat għal u f'isem il-manifattur minn:
Istruzzjonijiet għat-tfassil tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni
1. ĠENERALI
Dawn l-istruzzjonijiet għandhom l-għan li jiggwidaw lill-manifatturi meta jkunu qed ifasslu dikjarazzjoni ta' prestazzjoni konformi mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, skont il-mudell ta' dan l-Anness (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-mudell”).
Dawn l-istruzzjonijiet mhumiex parti mid-dikjarazzjonijiet ta' prestazzjoni li għandhom jinħarġu mill-manifatturi u ma għandhomx jiddaħħlu ma' dawn id-dikjarazzjonijiet ta' prestazzjoni.
Meta titfassal dikjarazzjoni ta' prestazzjoni, il-manifattur għandu:
jirriproduċi t-testi u t-titli prinċipali tal-mudell li mhumiex indikati f'parenteżi kwadri;
jissostitwixxi l-ispazji vojta u l-parenteżi kwadri billi jdaħħal l-informazzjoni meħtieġa.
Il-manifatturi jistgħu jinkludu wkoll, fid-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni, ir-referenza għall-websajt fejn il-kopja tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni tkun disponibbli skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Din tista' tiġi inkluża wara l-punt 8 jew f'xi post ieħor fejn ma taffettwax il-qari u ċ-ċarezza tal-informazzjoni obbligatorja.
2. FLESSIBILITÀ
Sakemm l-informazzjoni obbligatorja meħtieġa mill-Artikolu 6 tar- Regolament (UE) Nru 305/2011 tingħata f'mod ċar, sħiħ u koerenti, meta tkun qed titfassal dikjarazzjoni ta' prestazzjoni, huwa possibbli li:
jintuża format differenti minn dak tal-mudell;
il-punti tal-mudell jingħaqdu billi xi wħud minnhom jiġu ppreżentati flimkien;
il-punti tal-mudell jiġu ppreżentati f'ordni differenti jew permezz tal-użu ta' tabella waħda jew aktar;
jitħallew barra xi punti tal-mudell li ma jkunux rilevanti għall-prodott li għalih tkun qed titfassal id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni. Pereżempju, dan jista' jiġri peress li d-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni tista' tkun ibbażata jew fuq standard armonizzat jew fuq Valutazzjoni Teknika Ewropea maħruġa għall-prodott, li allura tagħmel l-alternattiva l-oħra mhux applikabbli. Dawn in-nuqqasijiet jistgħu jolqtu wkoll il-punti dwar ir-rappreżentant awtorizzat jew dwar l-użu tad-Dokumentazzjoni Teknika Xierqa u d-Dokumentazzjoni Teknika Speċifika;
il-punti jiġu ppreżentati mingħajr ma jkunu nnumerati.
Jekk manifattur jixtieq joħroġ dikjarazzjoni ta' prestazzjoni unika li tkopri varjazzjonijiet differenti ta' tip ta' prodott, tal-anqas għandhom jiġu elenkati l-elementi li ġejjin separatament u b'mod ċar għal kull varjazzjoni ta' prodott: in-numru tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni, il-kodiċi ta' identifikazzjoni fil-punt 1 u l-prestazzjoni/jiet iddikjarata/i fil-punt 7.
3. STRUZZJONI GĦALL-MILI TAL-FORMOLA
Il-punt tal-mudell |
Struzzjoni |
In-numru tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni |
Dan huwa n-numru ta' referenza tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni previst fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. L-għażla tan-numru huwa f'idejn il-manifattur. Dan in-numru jista' jkun l-istess bħall-kodiċi uniku ta' identifikazzjoni tat-tip tal-prodott indikat fil-punt 1 tal-mudell. |
Punt 1 |
Indika l-kodiċi uniku ta' identifikazzjoni tat-tip tal-prodott li hemm referenza għalih fl-Artikolu 6(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-kodiċi uniku ta' identifikazzjoni deċiż mill-manifattur biex isegwi l-marka CE huwa marbut mat-tip ta' prodott u allura mas-sett ta' livelli jew klassijiet tal-prestazzjoni ta' prodott tal-bini, kif imressaq fid-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni mfassla għalih. Barra minn hekk, għar-riċevituri tal-prodotti tal-bini, b'mod partikolari għall-utenti finali tagħhom, huwa meħtieġ li jkun jista' jiġi identifikat b'mod inekwivoku dan is-sett ta' livelli jew klassijiet għal xi prodott partikolari. Għaldaqstant, kull prodott tal-bini li għalih tkun tfasslet dikjarazzjoni ta' prestazzjoni, għandu jkun marbut mill-manifattur tiegħu mat-tip ta' prodott rispettiv u ma' sett partikolari ta' livelli jew klassijiet tal-prestazzjoni b'kodiċi uniku ta' identifikazzjoni, li jservi wkoll bħala r-referenza li tissemma fl-Artikolu 6(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. |
Punt 2 |
Indika l-użu maħsub, jew agħmel lista tal-użijiet maħsuba, kif xieraq, tal-prodott tal-bini kif previst mill-manifattur, f'konformità mal-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata applikabbli. |
Punt 3 |
Indika l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz ta' kuntatt tal-manifattur kif meħtieġ skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. |
Punt 4 |
Dan il-punt għandu jiġi inkluż u jimtela biss f'każ li jkun ġie maħtur rappreżentant awtorizzat. F'każ bħal dan, indika l-isem u l-indirizz ta' kuntatt tar-rappreżentant awtorizzat li l-mandat tiegħu jkopri l-kompiti speċifikati fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. |
Punt 5 |
Indika n-numru tas-sistema jew tas-sistemi ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza ta' prestazzjoni (AVCP) tal-prodott tal-bini kif stipulat fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Jekk ikun hemm sistemi multipli, kull waħda minnhom għandha tkun iddikjarata. |
Punti 6a u 6b |
Billi l-manifattur jista' jfassal dikjarazzjoni ta' prestazzjoni li tkun ibbażata jew fuq standard armonizzat jew fuq Valutazzjoni Teknika Ewropea maħruġa għall-prodott, dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet differenti ppreżentati fil-punti 6a u 6b għandhom jitqiesu bħala alternattiva, u waħda minnhom biss għandha tiġi applikata u mniżżla f'dikjarazzjoni ta' prestazzjoni. Fil-każ tal-punt 6a, jiġifieri meta dikjarazzjoni ta' prestazzjoni tkun ibbażata fuq standard armonizzat, indika dawn kollha li ġejjin: (a) in-numru ta' referenza tal-istandard armonizzat u d-data tal-ħruġ tiegħu (ir-referenza datata); u (b) in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp/i nnotifikat/i. Meta jingħata l-isem tal-korp/i nnotifikat/i, huwa essenzjali li l-isem jingħata fil-lingwa oriġinali tiegħu, mingħajr traduzzjoni għal lingwi oħra. Fil-każ tal-punt 6b, jiġifieri meta dikjarazzjoni ta' prestazzjoni tkun ibbażata fuq Valutazzjoni Teknika Ewropea maħruġa għall-prodott, indika dawn kollha li ġejjin: (a) in-numru tad-Dokument Ewropew ta' Valutazzjoni u d-data tal-ħruġ tiegħu; (b) in-numru tal-Valutazzjoni Teknika Ewropea u d-data tal-ħruġ tagħha; (c) l-isem tal-Korp tal-Valutazzjoni Teknika; u (d) in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp/i nnotifikat/i. |
Punt 7 |
Skont dan il-punt, id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għandha tindika: (a) il-lista tal-karatteristiċi essenzjali, kif determinati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu jew użi maħsuba kif indikati fil-punt 2; u (b) għal kull karatteristika essenzjali, il-prestazzjoni ddikjarata, permezz ta' livell jew klassi, jew f'deskrizzjoni, f'relazzjoni ma' din il-karatteristika jew, għal karatteristiċi li għalihom mhi ddikjarata l-ebda prestazzjoni, l-ittri “NPD” (Ebda Prestazzjoni Determinata). Dan il-punt jista' jimtela permezz tal-użu ta' tabella li twassal ir-rabtiet bejn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati u s-sistemi ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza ta' prestazzjoni applikati rispettivament għal kull karatteristika essenzjali tal-prodott, kif ukoll il-prestazzjoni f'relazzjoni ma' kull karatteristika essenzjali. Il-prestazzjoni għandha tkun iddikjarata b'mod ċar u espliċitu. Għaldaqstant, il-prestazzjoni ma tistax tiġi deskritta fid-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni biss billi tiddaħħal formula ta' kalkolu li għandha tiġi applikata mir-riċevituri. Barra minn hekk, il-livelli jew il-klassijiet ta' prestazzjoni ppreżentati f'dokumenti ta' referenza għandhom ikunu riprodotti fid-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni nnifsha u għalhekk ma tistax tiġi espressa biss billi jiddaħħlu referenzi għal dawn id-dokumenti fid-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni. Madankollu, il-prestazzjoni b'mod partikolari l-imġiba strutturali ta' prodott tal-kostruzzjoni tista' tiġi espressa permezz ta' referenza għad-dokumentazzjoni rispettiva tal-produzzjoni jew il-kalkoli tad-disinn strutturali. F'dan il-każ, id-dokumenti rilevanti għandhom ikunu mehmuża mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni. |
Punt 8 |
Dan il-punt għandu jiġi inkluż biss u jimtela f'dikjarazzjoni ta' prestazzjoni jekk tkun intużat Dokumentazzjoni Teknika Xierqa u/jew Dokumentazzjoni Teknika Speċifika, skont l-Artikoli minn 36 sa 38 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, sabiex jiġu indikati r-rekwiżiti li magħhom jikkonforma l-prodott. F'każ bħal dan, skont dan il-punt id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għandha tindika: (a) in-numru ta' referenza tad-Dokumentazzjoni Teknika Speċifika u/jew Xierqa użata, u (b) r-rekwiżiti li magħhom jikkonforma l-prodott. |
Firma |
Issostitwixxi l-ispazji indikati fil-parenteżi kwadri bl-informazzjoni indikata u bil-firma. |
ANNESS IV
OQSMA TAL-PRODOTT U REKWIŻITI GĦALL-KORPI GĦALL-VALUTAZZJONI TEKNIKA
Tabella 1 – Oqsma tal-prodott
KODIĊI TAL-QASAM |
QASAM TAL-PRODOTT |
1 |
PRODOTTI TAL-KONKRIT MOGĦTIJA L-FORMA MINN QABEL NORMALI/ĦFIEF/LI JINQASMU WAĦEDHOM U MOGĦTIJA L-ARJA. |
2 |
BIBIEN, TWIEQI, KONTRAPORTI, GRADI U AĊĊESSORJI RELATATI MAL-BINI. |
3 |
MEMBRANI, INKLUŻI DAWK APPLIKATI BĦALA LIKWIDU U KITTIJIET (GĦALL-KONTROLL TAL-ILMA U/JEW TAL-FWAR MILL-ILMA) |
4 |
PRODOTTI TA’ IŻOLAMENT TERMALI. KITTIJIET/SISTEMI KOMPOSTI TA’ IŻOLAMENT. |
5 |
KUXXINETTI STRUTTURALI. PINNIJIET GĦAL ĠONOT STRUTTURALI |
6 |
ĊMIENI, TUBI TA’ ĠO FIHOM U PRODOTTI SPEĊIFIĊI. |
7 |
PRODOTTI TAL-ĠIBS. |
8 |
ĠEOTESSILI, ĠEOMEMBRANI, U PRODOTTI RELATATI. |
9 |
KITTIJIET TA’ ĦITAN MINN BARRA/KISI/SISTEMI TA’ GLEJŻJAR SIĠILLANT STRUTTURALI. |
10 |
TAGĦMIR FISS TA’ TIFI TAN-NAR (PRODOTTI TA’ TWISSIJA TAN-NAR/RILEVAMENT TAN-NAR, TA’ TIFI TAN-NAR FISS, TA’ KONTROLL TAN-NAR U D-DĦAĦEN U TA’ TRAŻŻIN TA’ SPLUŻJONIJIET.) |
11 |
QASAM TAL-PRODOTT STRUMENTI SANITARJI. |
12 |
ATTREZZATURI FISSI GĦAL ĊIRKOLAZZJONI STRADALI: TAGĦMIR GĦAT-TOROQ. |
13 |
PRODOTTI TAL-INJAM STRUTTURALI/ELEMENTI U PRODOTTI ANĊILLARI. |
14 |
PANNELLI TAL-INJAM U ELEMENTI. |
15 |
SIMENT, ĠIR TAL-BINI U BINDERS IDRAWLIĊI OĦRAJN. |
16 |
ĦADID GĦAR-RINFURZAR U L-PRESTRESSING TAL-KONKOS (U PRODOTTI ANĊILLARI), KITTIJIET TAL-POST TENSIONING. |
17 |
BINI BIL-ĠEBEL U PRODOTTI RELATATI. UNITAJIET TA’ BINI BIL-ĠEBEL, TIKĦIL U PRODOTTI ANĊILLARI. |
18 |
PRODOTTI TAL-INĠINERIJA TAL-ILMA TAL-ISKART |
19 |
PAVIMENTAR. |
20 |
PRODOTTI METALLIĊI STRUTTURALI U PRODOTTI ANĊILLARI. |
21 |
KISI INTERN U ESTERN TAL-ĦITAN U TAS-SOQFA. KITTIJIET TA’ DIVIŻJONI NTERNA. |
22 |
KISI TAL-BJUT, TAMBOĊĊI, TWIEQI FIS-SOQFA U PRODOTTI ANĊILLARI. KITTIJIET GĦAS-SOQFA. |
23 |
PRODOTTI GĦALL-BINI TAT-TOROQ. |
24 |
KODIĊI TAL-QASAM. |
25 |
QASAM TAL-PRODOTT AGGREGATI. |
26 |
KOLLA TAL-BINI. PRODOTTI RELATATI MAL-KONKRIT, TIKĦIL U ĦALIB TAT-TIKĦIL. |
27 |
APPARAT LI JSAĦĦAN. |
28 |
PAJPIJIET, TANKIJIET U PRODOTTI ANĊILLARI LI MHUMIEX F’KUNTATT MA’ ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM. |
29 |
PRODOTTI GĦALL-BINI F’KUNTATT MA’ ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM. |
30 |
PRODOTTI TA’ ĦĠIEĠ ĊATT, ĦĠIEĠ PROFILAT U BLOKOK TAL-ĦĠIEĠ. |
31 |
KEJBILS TAL-ELETTRIKU, TA’ KONTROLL U TA’ KOMUNIKAZZJONI. |
32 |
SIĠILLANTI GĦALL-ĠONOT. |
33 |
FISSANTI. |
34 |
KITTIJIET TAL-BINI, UNITAJIET U ELEMENTI PREFABBRIKATI. |
35 |
PRODOTTI TA’ TWAQQIF TAN-NAR, SIĠILLANTI TAN-NAR U PRODOTTI GĦAL PROTEZZJONI KONTRA N-NAR. PRODOTTI LI JITTARDJAW IN-NAR. |
Tabella 2 - Rekwiżiti għall-korpi VT
Kompetenza |
Deskrizzjoni tal-kompetenza |
Rekwiżit |
1. Analiżi tar-riskji |
L-identifikazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji potenzjali għall-użu ta' prodotti għall-kostruzzjoni innovattivi fin-nuqqas ta' informazzjoni teknika stabbilita/konsolidata fir-rigward tal-prestazzjoni tagħhom meta dawn ikunu installati f’xogħlijiet ta' kostruzzjoni. |
Korp VT għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollu personalità ġuridika. Huwa għandu jkun indipendenti mill-partijiet interessati u minn kull interess partikolari. Barra minn hekk, korp VT għandu jkollu persunal bi: (a) oġġettività u ġudizzju tekniku tajjeb; (b) għarfien dettaljat tad-dispożizzjonijiet regolatorji u rekwiżiti oħrajn fis-seħħ fl-Istat Membru fejn jiġi maħtur, rigward l-oqsma tal-prodott li għalihom għandu jiġi maħtur; (c) intendiment ġenerali tal-prattika tal-bini u għarfien tekniku dettaljat dwar l-oqsma tal-prodott u/jew il-prodotti għall-bini li għalihom hu għandu jinħatar; (d) għarfien dettaljat tar-riskji speċifiċi involuti u l-aspetti tekniċi tal-proċess tal-bini; (e) għarfien dettaljat tal-istandards armonizzati eżistenti u tal-metodi tal-ittestjar fl-oqsma tal-prodott li għalihom hu għandu jinħatar; (f) ħiliet lingwistiċi adatti. Ir-rimunerazzjoni tal-persunal tal-korp VT m’għandhiex tiddependi mill-għadd ta' valutazzjonijiet li jkunu twettqu jew mir-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet. |
2. Stabbiliment ta' kriterji tekniċi |
It-trasformazzjoni tal-eżitu tal-analiżi tar-riskju fi kriterji tekniċi għall-evalwazzjoni tal-imġiba u l-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini fir-rigward tar-rispett għar-rekwiżiti nazzjonali applikabbli; il-provvediment tal-informazzjoni teknika meħtieġa minn dawk li qegħdin jieħdu sehem fil-proċess tal-bini bħala utenti potenzjali tal-prodotti għall-bini (il-manifatturi, id-disinjaturi, il-kuntratturi, l-installaturi). |
|
3. Stabbiliment ta' metodi ta' valutazzjoni |
Id-disinn u l-validazzjoni ta' metodi adatti (testijiet jew kalkoli) biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni għal karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-bini, b’kont meħud tal-istat attwali tat-teknoloġija. |
|
4. Determinazzjoni tal-kontroll speċifiku tal-produzzjoni fil-fabbrika |
L-intendiment u l-evalwazzjoni tal-proċess ta' manifattura tal-prodott speċifiku sabiex jiġu identifikati miżuri adatti li jiżguraw il-kostanza tal-prodott tul il-proċess ta' manifattura partikolari. |
Il-korp VT għandu jkollu persunal b’għarfien adatt tar-relazzjoni bejn il-proċessi ta' manifattura u l-karatteristiċi tal-prodott fir-rigward tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika. |
5. Valutazzjoni tal-prodott |
Il-valutazzjoni tal-prestazzjoni għal karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-bini abbażi ta' metodi armonizzati mqabblin ma' kriterji armonizzati. |
Minbarra r-rekwiżiti elenkati fil-punti 1, 2 u 3, il-korp VT għandu jkollu aċċess għall-mezzi u t-tagħmir meħtieġa għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni għal karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-bini fl-oqsma tal-prodott li għalihom hu għandu jinħatar. |
6. Ġestjoni ġenerali |
Tiġi żgurata konsistenza, affidabbiltà, oġġettività u traċċabbiltà permezz tal-applikazzjoni kostanti ta' metodi adatti ta' ġestjoni. |
Il-korp VT għandu jkollu: (a) rekord ippruvat ta' rispett għal imġiba amministrattiva tajba; (b) il-politika u l-proċeduri ta' sostenn biex tiġi żgurata il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva fil-korp VT u l-imsieħba kollha tiegħu; (c) sistema ta' kontroll ta' dokumenti biex jiġu żgurati r-reġistrazzjoni, it-traċċabbiltà, il-manutenzjoni u l-arkivjar tad-dokumenti kollha rilevanti; (d) mekkaniżmu għal verifika interna u reviżjoni tal-ġestjoni biex jiġi żgurat il-monitoraġġ regolari tal-konformità ma' metodi adatti ta' ġestjoni; (e) proċedura biex l-appelli u l-ilmenti jiġu ttrattati b’mod oġġettiv. |
ANNESS V
VALUTAZZJONI U VERIFIKA TAL-KOSTANZA TAL-PRESTAZZJONI
1. SISTEMI TA' VALUTAZZJONI U VERIFIKA TAL-KOSTANZA TAL-PRESTAZZJONI
Il-manifattur għandu jħejji d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u jiddetermina t-tip tal-prodott fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet u tal-verifiki tal-kostanza tal-prestazzjoni mwettqa skont is-sistemi li ġejjin:
1.1. Sistema 1+
Il-manifattur għandu jwettaq:
il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;
l-ittestjar ulterjuri ta' kampjuni meħudin fl-impjant tal-manifattura mill-manifattur f'konformità mal-pjan preskritt għall-ittestjar.
Il-korp għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott innotifikat għandu jiddeċiedi dwar l-għoti, ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew l-irtirar taċ-ċertifikat tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni fuq il-bażi tar-riżultat tal-valutazzjonijiet u l-verifiki li ġejjin imwettqa minn dak il-korp:
valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni li twettqet fuq il-bażi tal-ittestjar tat-tip (inkluż il-kampjunar), il-kalkolu tat-tip, il-valuri tabulati jew id-dokumentazzjoni deskrittiva tal-prodott;
l-ispezzjoni inizjali tal-impjant tal-manifattura u tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;
is-sorveljanza, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni kontinwi tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;
eżerċizzju tal-awditjar — l-ittestjar tal-kampjuni meħuda mill-korp għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott innotifikat fl-impjant tal-manifattura jew fil-faċilitajiet ta' ħażna tal-manifattur.
1.2. Sistema 1
Il-manifattur għandu jwettaq:
il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;
l-ittestjar ulterjuri ta' kampjuni meħuda fl-impjant tal-manifattura mill-manifattur f'konformità mal-pjan preskritt għall-ittestjar;
Il-korp għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott innotifikat għandu jiddeċiedi dwar l-għoti, ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew l-irtirar taċ-ċertifikat ta' kostanza tal-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni fuq il-bażi tar-riżultat ta' dawn il-valutazzjonijiet u l-verifiki mwettqa minn dak il-korp:
valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni li twettqet fuq il-bażi tal-ittestjar tat-tip (inkluż il-kampjunar), il-kalkolu tat-tip, il-valuri tabulati jew id-dokumentazzjoni deskrittiva tal-prodott;
l-ispezzjoni inizjali tal-impjant tal-manifattura u tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;
is-sorveljanza, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni kontinwi tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika.
1.3. Sistema 2+
Il-manifattur għandu jwettaq:
valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni fuq il-bażi tal-ittestjar (inkluż il-kampjunar), il-kalkolu, il-valuri tabulati jew id-dokumentazzjoni deskrittiva ta' dak il-prodott;
il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;
l-ittestjar ta' kampjuni meħudin fl-impjant tal-manifattura f'konformità mal-pjan preskritt għall-ittestjar;
Il-korp ta' ċertifikazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika nnotifikat għandu jiddeċiedi dwar il-ħruġ, ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew l-irtirar ta' ċertifikat ta' konformità tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika abbażi tar-riżultat ta' dawn il-valutazzjonijiet u l-verifiki mwettqa minn dak il-korp:
l-ispezzjoni inizjali tal-impjant ta' manifattura u tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;
is-sorveljanza, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni kontinwi tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika.
1.4. Sistema 3
Il-manifattur għandu jwettaq il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;
Il-laboratorju nnotifikat għandu jivvaluta l-prestazzjoni fuq il-bażi tal-prodott abbażi tal-ittestjar (fuq il-bażi tal-kampjunar imwettaq mill-manifattur), il-kalkolu tat-tip, il-valuri tabulati jew id-dokumentazzjoni deskrittiva tal-prodott.
1.5. Sistema 4
Il-manifattur għandu jwettaq:
valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni fuq il-bażi tal-ittestjar, il-kalkolu, il-valuri tabulati jew id-dokumentazzjoni deskrittiva ta' dak il-prodott;
il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;
L-ebda kompitu ma jeħtieġ l-intervent tal-korpi nnotifikati.
1.6. Il-prodotti għall-kostruzzjoni li għalihom tkun saret Valutazzjoni Teknika Ewropea
Il-korpi nnotifikati li jwettqu kompiti taħt is-Sistemi 1+, 1 u 3 kif ukoll il-manifatturi li jwettqu kompiti taħt is-Sistemi 2+ u 4 għandhom jikkunsidraw il-Valutazzjoni Teknika Ewropea li saret għall-prodott għall-kostruzzjoni speċifiku bħala l-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta' dak il-prodott. Għaldaqstant, il-korpi nnotifikati u l-manifatturi ma għandhomx iwettqu l-kompiti msemmija fil-punti 1.1.(b)(i), 1.2.(b)(i), 1.3.(a)(i), 1.4.(b) u 1.5.(a)(i) rispettivament.
2. IL-KORPI INVOLUTI FIL-VALUTAZZJONI U L-VERIFIKA TAL-KOSTANZA TAL-PRESTAZZJONI
Fir-rigward tal-funzjoni tal-korpi nnotifikati involuti fil-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni, għandha ssir distinzjoni bejn:
il-korp għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott: korp innotifikat, f'konformita mal-Kapitolu VII biex iwettaq iċ-ċertifikazzjoni tal-kostanza tal-prestazzjoni;
il-korp għaċ-ċertifikazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika: korp innotifikat, f'konformita mal-Kapitolu VII biex iwettaq iċ-ċertifikazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;
il-laboratorju: korp innotifikat, f'konformità mal-Kapitolu VII, biex ikejjel, jeżamina, jittestja, jikkalkula jew b'xi mod ieħor jivvaluta l-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni.
3. NOTIFIKI ORIZZONTALI: KAŻIJIET TA' KARATTERISTIĊI ESSENZJALI LI GĦALIHOM MA HEMMX BŻONN LI SSIR REFERENZA GĦAL SPEĊIFIKAZZJONI TEKNIKA ARMONIZZATA RILEVANTI
Reazzjoni għan-nar.
Resistenza għan-nar
Prestazzjoni esterna fil-konfront tan-nar
Prestazzjoni akustika
Emissjonijiet ta' sustanzi perikolużi.
( 1 ) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
( 2 ) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.
( 3 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
( 4 ) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
( 5 ) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
( 6 ) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.